RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni

2.6.2017 - (13391/2016 – C8-0491/2016 – 2013/0115(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Ulrike Lunacek

Proċedura : 2013/0115(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0207/2017
Testi mressqa :
A8-0207/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni

(13391/2016 – C8-0491/2016 – 2013/0115(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13391/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (13393/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0491/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0207/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim Qafas;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kosovo.

NOTA SPJEGATTIVA

Nhar is-7 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill laqa' pożittivament il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta' Ottubru 2009 intitolata "Il-Kosovo - It-twettiq tal-Perspettiva Ewropea tiegħu" u stedinha tieħu l-miżuri neċessarji bħala appoġġ għall-progress tal-Kosovo lejn l-Unjoni b'mod konformi mal-perspettiva Ewropea tar-reġjun.

Nhar it-22 ta' April 2013, il-Kunsill ippreżenta l-proposti tiegħu għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni.

Il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016.

Skont il-Ftehim Qafas, il-Kosovo se jkun jista' jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni bi qbil mal-impenji tiegħu li jadotta u japplika l-istandards fl-oqsma rilevanti għall-programm ikkonċernat u l-progress li jkun sar f'dak ir-rigward.

Il-Kosovo se jikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea b'mod proporzjonat għall-programmi speċifiċi tal-Unjoni li jkun qiegħed jipparteċipa fihom.

Il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas se tippermetti l-ftuħ gradwali ta' ċerti programmi tal-Unjoni għall-Kosovo, jew it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni fihom, b'mod li tiġi offruta opportunità għall-promozzjoni ta' kollegamenti ulterjuri fl-oqsma kulturali, edukattivi, ambjentali, tekniċi u xjentifiċi, jitqawwew il-kuntatti interpersonali u l-kooperazzjoni settorjali, kif ukoll jissaħħu r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi permezz tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-Unjoni se ssaħħaħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiż u tapprofondixxi r-relazzjonijiet bilaterali. Il-Ftehim Qafas jikkontribwixxi biex jiffaċilita l-integrazzjoni tal-Kosovo fil-politiki tal-UE u jiżvolġi rwol importanti fit-triq tal-Kosovo lejn is-sħubija mal-UE.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-Unjoni

Referenzi

13391/2016 – C8-0491/2016 – COM(2013)02192013/0115(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

1.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.12.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.12.2016

JURI

12.12.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

22.7.2014

JURI

3.9.2014

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ulrike Lunacek

22.6.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.5.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

8

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Angel Dzhambazki, Neena Gill, Ana Gomes, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Norica Nicolai, Marietje Schaake, Jean-Luc Schaffhauser, Igor Šoltes, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimir Urutchev

Data tat-tressiq

2.6.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl

ECR

Angel Dzhambazki, Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Eduard Kukan, David McAllister, Alojz Peterle, Julia Pitera, Vladimir Urutchev, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Nikos Androulakis, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Andrejs Mamikins, David Martin, Pier Antonio Panzeri, Tonino Picula, Kati Piri, Elena Valenciano, Boris Zala

Verts/ALE

Klaus Buchner, Ulrike Lunacek, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Bodil Valero, Igor Šoltes

8

-

ALDE

Norica Nicolai

ECR

Anders Primdahl Vistisen

EFDD

James Carver

ENF

Mario Borghezio, Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Javier Couso Permuy

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

10

0

ALDE

Javier Nart

ECR

Geoffrey Van Orden

GUE/NGL

Sabine Lösing, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

PPE

Antonio López-Istúriz White, Francisco José Millán Mon, Ramona Nicole Mănescu, Cristian Dan Preda

S&D

Demetris Papadakis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni