Proċedura : 2016/2147(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0209/2017

Testi mressqa :

A8-0209/2017

Dibattiti :

PV 12/06/2017 - 14
CRE 12/06/2017 - 14

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2017 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0253

RAPPORT     
PDF 1111kWORD 348k
6.6.2017
PE 600.940v02-00 A8-0209/2017

dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas

(2016/2147(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Soledad Cabezón Ruiz

EMENDI
NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNEX
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

1. Proċedura u sorsi

1.1 L-għanijiet u ż-żmien tar-rapport

Fl-24 ta' Mejju 2016, ir-rapporteur kienet fdata bil-kompitu li tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas (PQ) għar-Riċerka Orizzont 2020.

Iż-żmien meta l-PE kellu jadotta r-rapport ta' implimentazzjoni tiegħu kien allinjat mal-kalendarju tal-Kummissjoni li ser tadotta l-Komunikazzjoni tagħha f'Ottubru 2017 u l-proposta tagħha għad-9PQ fir-rebbiegħa 2018, sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni tal-kontribut tal-PE għall-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 u r-rakkomandazzjonijiet għall-PQ tar-riċerka l-ġdid.

1.2. Sorsi u metodi

Fit-tfassil ta' dan ir-rapport ittieħdet il-ħidma analitika li saret mill-Grupp ta' Ħidma ITRE ta' Orizzont 2020 li ilu stabbilit mill-2015, li kellu aktar minn 18-il laqgħa ma' esperti, partijiet ikkonċernati u l-Kummissjoni u li fassal dokument ta' ħidma dwar Orizzont 2020. Il-PE jimmonitorja l-miżuri ta' implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 u jirċievi mingħand id-DĠ RTD informazzjoni mibgħuta lill-Grupp ta' Ħidma dwar ir-Riċerka tal-Kunsill. It-tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissjoni wkoll kienu sors ta' informazzjoni.

L-EPRS nieda Studju ta' Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea u ppubblika wkoll bosta noti ta' informazzjoni oħra, waqt li d-Dipartimenti Tematiċi fi ħdan id-DĠ IPOL tal-Parlament Ewropew ikkummissjonaw bosta studji.

Ġew organizzati żewġ missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, fil-Portugall u fi Spanja f'Novembru 2016 u fil-Ġermanja u fil-Polonja fi Frar 2017 u fid-29 ta' Novembru 2016 ġiet organizzata Seduta ta' Smigħ Pubbliku bl-isem "'What future for EU-Research policy: taking stock and looking ahead" (X'inhuwa l-futur tal-politika ta' riċerka tal-UE: nagħmlu rendikont u nħarsu 'l quddiem).

Ir-rapporteur organizzat laqgħat mal-partijiet ikkonċernati u rċeviet ħafna dokumenti ta' pożizzjoni mingħandhom. Rapporti uffiċjali u Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni wkoll kienu sorsi ta' informazzjoni siewja.

Il-paragrafi 2, 3 u 4 jinsabu fl-Anness.

5. Viżjoni tar-rapporteur

Orizzont 2020 huwa l-akbar programm ta' riċerka fid-dinja, li l-għan tiegħu huwa li jindirizza sfidi soċjetali u ekonomiċi. Meta nevalwaw dan il-programm, għandna nibdew billi nirrikonoxxu s-suċċess tiegħu waqt li nanalizzaw dawk l-aspetti li għandhom jittejbu sabiex l-objettivi ambizzjużi u l-implimentazzjoni diffiċli tiegħu, li toħloq ċerta kumplessità, ikunu jistgħu jinkisbu b'mod effiċjenti u sostenibbli.

Orizzont 2020 twieled taħt il-qafas tal-objettivi ta' Ewropa 2020, u huwa kkundizzjonat b'mod speċjali għal sitwazzjoni ta' kriżi ekonomika u deindustrijalizzazzjoni fl-Ewropa. Dan jagħti rwol importanti lill-innovazzjoni, lit-titjib tal-kompetittività, lit-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs u lill-eċċellenza bħala prijorità. Minbarra ż-żieda baġitarja ta' madwar 30 %, Orizzont 2020 daħħal diversi elementi ġodda meta mqabbel mas-7PQ. Dawn jinkludu l-istruttura fi tliet pilastri, is-semplifikazzjoni, ix-xjenza miftuħa, l-introduzzjoni ta' sfidi ġodda, l-għan li jinkisbu sinerġiji bejn fondi Ewropej u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni sabiex jitjiebu l-proporzjonijiet ta' R&Ż fir-reġjuni li jinsabu l-aktar lura, kif ukoll l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru.

Madankollu, il-bidliet rapidi u profondi li qiegħda tiffaċċa s-soċjetà Ewropea (il-populiżmu nazzjonalistiku, il-ksenofobija, it-terroriżmu internazzjonali, l-inugwaljanzi, il-flussi migratorji, il-progress teknoloġiku, l-isfidi soċjosanitarji, it-tibdil fil-klima jew is-sostenibbiltà tar-riżorsi naturali) jikkostitwixxu paradigma ġdida li teħtieġ li tingħata risposta mill-perspettiva u l-interessi tas-soċjetà, waqt li jiġu ppreżervati l-valuri u l-prinċipji li jikkaratterizzaw lill-UE.

L-Ewropa hija r-reġjun tad-dinja fejn il-livell għoli ta' żvilupp ekonomiku u soċjali, id-drittijiet, il-libertajiet u l-benesseri jingħaqdu b'mod uniku. Dawn jagħtuha l-valur miżjud li sawwar l-identità tagħha, u għandhom jiġu ppreżervati f'dan il-kuntest ġdid. Ir-R&Ż għandhom jinftiehmu bħala għodda ewlenija sabiex jinkiseb dan. Ix-xjenza għandha sservi biex tinkiseb soċjetà msejsa fuq l-għarfien għas-servizz u taċ-ċittadini u fl-interessi tagħhom, soċjetà sostenibbli u inklużiva, fejn il-komunità xjentifika u l-industrija jkunu mezzi biex jintlaħaq l-għan aħħari ta' xjenza għal kulħadd.

F'dan is-sens, Orizzont 2020 kien reazzjoni għal din id-dinja li qiegħda tinbidel u d-9PQ li jmiss għandu jkompli fuq din il-linja. Madankollu, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-impenn tal-atturi kollha tal-UE fil-konfront tar-R&Ż.

L-UE investiet 2,03 % tal-PDG fir-R&Ż fl-2015 (2,04 % fl-2014 u 1,74 % fl-2005, b'differenza bejn il-pajjiżi individwali ta' minn 0,48 % sa 3,26 %), li huwa 'l bogħod mill-objettiv ta' 3 % tal-Istrateġija Ewropa 2020, li ntlaħaq biss mill-Finlandja (3,2 %), l-Iżvezja (3,2 %), id-Danimarka (3,1 %) u l-Awstrija (3 %), segwiti mill-qrib mill-Ġermanja (2,9 %), u ferm 'il bogħod mir-rati tal-Korea t'Isfel (4,3 %), ta' Iżrael (4,1 %) jew tal-Ġappun (3,6 %).

Dawn iċ-ċifri juru biċ-ċar il-kompetizzjoni li tħabbat wiċċha magħha l-UE u d-diskrepanza bejn l-Istati Membri fl-investiment fir-R&Ż, li għandha tonqos biex jintlaħaq mhux biss it-3 % sal-2020, iżda wkoll objettiv ogħla sabiex tkun tista' żżid il-kompetittività tagħha fid-dinja u taspira għal 4 % f'ġejjieni mhux daqshekk 'il bogħod.

Sabiex jiġu indirizzati d-distakki bejn ir-reġjuni, minbarra l-baġit, għandu jiġi żviluppat kapital uman ikkwalifikat ħafna, infrastruttura teknoloġika u kollaborazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi. Il-pajjiżi l-aktar innovattivi għandhom sistema nazzjonali bbilanċjata ta' R&Ż bi kwalità għolja ta' riċerka akkademika miftuħa għall-kollaborazzjoni u kapital uman ta' kwalità għolja, b'qafas ta' finanzjament għar-R&Ż u kapital ta' riskju sabiex l-impriżi jiżiluppaw teknoloġiji ġodda. L-investiment tas-settur imprenditorjali fl-innovazzjoni, u n-netwerks ta' kollaborazzjoni u ta' innovazzjoni bejn l-impriżi u mas-settur pubbliku huma kbar ukoll.

F'dan is-sens, huwa essenzjali li jsir avvanz fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, fl-isforz baġitarju fir-R&Ż ta' 3 % tal-PDG għall-Istati Membri kollha, fit-tisħiħ tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni jew is-sinerġiji bejn il-fondi Ewropej u l-PQ (semplifikazzjoni, kompatibbiltà tar-regoli, allinjament tal-RIS u twettiq tal-prinċipju ta' addizzjonalità tal-fondi), kif ukoll l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi teknoloġiċi. Fi kliem ieħor, l-iżvilupp u l-koeżjoni bejn ir-reġjuni għandhom iseħħu mal-konverġenza tar-R&Ż, li għandha twassal għal Unjoni Ewropea aktar kompetittiva.

Il-finanzjament tal-innovazzjoni għandu jinkludi l-fażijiet kollha tagħha, mhux biss dawk li huma qrib tas-suq, u għandhu javvanza fis-suq intern tal-innovazzjoni b'qafas regolatorju adegwat flimkien ma' politiki pubbliċi sabiex l-impriżi jżommu u jtejbu l-kompetittività tagħhom.

Ir-rwol taż-żgħażagħ u l-finanzjament tal-innovazzjoni li tħarbat is-swieq m'għandhomx jiġu sottovalutati. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tiġi ffinanzjata wkoll meta jinħoloq għarfien fl-ambitu soċjali li jista' jiġi applikat fuq medda ta' żmien medju jew twil. Meta ma jkunx hemm viżjoni aktar globali, dan it-tip ta' għarfien jista' jiġi mwarrab minħabba l-orjentament eċċessiv lejn is-suq u l-immedjatezza fit-tfittxija tar-riżultati.

Madankollu, l-eċċellenza xjentifika u r-riċerka bażika għandhom ikomplu jkunu prijorità ċentrali tal-PQ sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-futur. L-Ewropa għandha ċentri ta' eċċellenza ta' livell dinji, iżda teħtieġ għadd akbar ta' ċentri u reġjuni eċċellenti. Huwa importanti li tiġi ggarantita l-mobilità tar-riċerkaturi mingħajr ma r-remunerazzjoni tkun ta' ostaklu, u huwa wkoll importanti li l-evalwazzjoni ulterjuri tal-eċċellenza taċ-ċentru ma tkunx ibbażata prinċipalment fuq l-impatt tal-proġetti tal-istess ċentru. Barra minn hekk, għandu jiġi promoss il-ftuħ u l-parteċipazzjoni ta' ċentri u korpi ġodda.

Ir-R&Ż għandhom jinftiehmu bħala xi ħaġa strutturali u mhux xi ħaġa tal-mument sabiex tindirizza l-isfidi soċjetali. L-edukazzjoni hija ta' importanza fundamentali. Ir-rabta bejn ir-R&Ż u l-edukazzjoni, minn stadji bikrin u matul il-proċess kollu ta' taħriġ, hija kruċjali. Huwa neċessarju li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tas-soċjetà fir-riċerka u t-tixrid tar-riżultati u l-attivitajiet tagħha fil-kuntest ta' Xjenza Skolari, waqt li r-R&Ż jitqiesu bħala perkors fuq medda ta' żmien medju sa twil, li jqarreb lill-PQ lejn is-soċjetà, b'mod speċjali l-komunità edukattiva minn etajiet qabel l-università. Il-pajjiżi bl-aqwa riżultati fix-xjenza u l-innovazzjoni għandhom sistemi edukattivi flessibbli li jippromwovu l-kreattività, il-ħsieb kritiku u l-parteċipazzjoni attiva tal-istudenti. Għal dan, għandu jiġi kkunsidrat li jiżdied l-element "edukazzjoni" maż-ŻER fil-forma ta' ŻERE.

Din il-bidla fl-orjentament tas-sistemi edukattivi, li hija bbażata fuq kapital uman ikkwalifikat ħafna, hija essenzjali sabiex jinħolqu impjiegi ġodda bħala risposta għas-sostituzzjoni ta' xogħlijiet fil-manifattura mit-teknoloġija.

Ir-rwol tal-università jibqa' jkun wieħed primordjali bħala sors prinċipali ta' għarfien u huma neċessarji ċerti kundizzjonijiet sabiex tkun tista' toqrob aktar lejn l-innovazzjoni. Ir-relazzjoni bejn l-università u s-settur industrijali għandha tissaħħaħ sabiex jitjiebu l-kapaċitajiet innovattivi tal-impriżi. F'dan is-sens, ir-rwol intermedjarju tal-parks teknoloġiċi għandu jiġi kkontemplat.

Fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-pubbliku u l-privat, li ssaħħaħ lil Orizzont 2020, din timmira li tikkontribwixxi għat-titjib tal-innovazzjoni tan-nisġa industrijali u l-iżvilupp ta' oqsma li hemm interess li jiġu rriċerkati. Madankollu, għandha ssir distinzjoni bejn impriżi kbar u SMEs u għandu jiġi analizzat jekk il-ħtiġijiet ta' riżorsi humiex l-istess. Barra minn hekk, għandu jiġi valutat l-impatt tagħhom u jiġi kkontrollat li l-benefiċċji jkollhom impatt soċjali ekwu. Jenħtieġ li jiġi ċċarat jekk l-impriżi l-kbar, lil hinn minn proġetti konkreti li jeħtieġu infrastrutturi u baġits kbar u li jkollhom valur miżjud għoli għas-soċjetà Ewropea kollha, jeħtiġux finanzjament pubbliku għar-riċerka jew jekk, għall-kuntrarju, qafas innovattiv u progress fis-suq intern tal-innovazzjoni humiex il-kontribut l-aktar effiċjenti min-naħa tal-politika pubblika. L-effiċjenza tar-riżorsi u l-impatt tar-riżultati huma neċessarji. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-SMEs, din hija ggarantita permezz tal-predominanza tagħhom fin-nisġa industrijali Ewropea u l-ħtieġa li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom fir-R&Ż u t-tkabbir. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi ggarantit redditu fuq l-investiment pubbliku, minbarra l-benefiċċju soċjali li jirriżulta mill-ħolqien ta' impjiegi. Dan jista' jsir billi jiddaħħlu kriterji ta' responsabbiltà soċjali u ekwità li jiggarantixxu li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-avvanzi li għalihom jikkontribwixxi s-settur pubbliku.

Ix-xjenza miftuħa, li hija difiża f'Orizzont 2020 għall-potenzjal inkrementali tagħha għall-għarfien u l-ekonomija, għandha tissaħħaħ. Bl-istess mod, il-parteċipazzjoni tal-atturi kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, fl-appoġġ u l-aċċess għandha tkun parti mill-bilanċ u feedback meħtieġa li jippermettu l-użu tal-potenzjal kollu tal-għarfien.

Fir-rigward tal-isfidi soċjali, x-xjenzi soċjali u umanistiċi huma fundamentali sabiex jiġu studjati sfidi ġodda bħat-terroriżmu, il-populiżmu, il-flussi migratorji jew l-inugwaljanzi, bl-istess mod kif għandhom jiġu rikonoxxuti b'mod trasversali fil-kumplament tad-dixxiplini xjentifiċi.

Min-naħa l-oħra, l-isfida soċjosanitarja teħtieġ sforz kbir u viżjoni globali; huma meħtieġa risposti ċari għall-bidliet demografiċi, il-mard li qiegħed isir kroniku, il-mediċina ta' preċiżjoni jew l-aċċess għat-teknoloġiji, sabiex isiru sostenibbli s-sistemi tas-saħħa u dawk soċjali. Is-saħħa pubblika, il-prevenzjoni, is-saħħa ambjentali, it-teknoloġija, id-diġitalizzazzjoni u r-rabta bejn is-saħħa u l-aspett soċjali, għandhom ikunu inkwadrati f'qafas globali li jagħti risposta effikaċi, integrali u effiċjenti bir-riformi li titlob is-sistema Ewropea tal-benesseri.

L-isfida sabiex jinstab u jiġi miġġieled il-kanċer hija ta' importanza primordjali, u għaldaqstant għandhom jissaħħu l-programmi f'dan il-kuntest, waqt li għandha tiġi stabbilita wkoll strateġija soda u serja sabiex tiġi miġġielda r-reżistenza tal-mikrobi. Huma meħtieġa finanzjament adegwat, qafas xieraq u koordinament tar-riżorsi Ewropej fir-R&Ż.

Finalment, is-settur agroalimentari fl-Ewropa, li qiegħed jiffaċċja sfidi ta' suffiċjenza, kompetittività u sostenibbiltà soċjali u ambjentali, jeħtieġ li jsaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni u qafas adegwat għall-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-innovazzjoni għall-SMEs, li jridu jikkompetu ma' kumpaniji multinazzjonali barranin.

Fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi huwa meħtieġ sforz kbir. Lil hinn mill-perċentwal ta' nisa fil-qasam tal-konsulenza, fil-kumplament tal-oqsma ma jintlaħaqx il-perċentwal minimu ta' 40 %. Għadhom baxxi r-rati ta' parteċipazzjoni tan-nisa fil-gruppi tal-esperti, fil-proġetti kbar jew fil-koordinament tagħhom. Il-parteċipazzjoni tagħhom fid-diversi sfidi soċjetali jew fil-qasam industrijali ma tikkorrispondix għall-progress fil-preżenza tagħhom fil-karrieri teknoloġiċi. Fi kliem ieħor, għandha tkun meħtieġa l-applikazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru b'mod trasversali, speċjalment fl-iżvilupp ta' proġetti, fil-konfigurazzjoni tal-gruppi ta' riċerka u ta' evalwazzjoni u fid-diżaggregazzjoni tad-data fl-valutazzjoni tar-riżultati, għaliex l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tinftiehem bħala neċessarja għal soċjetà fejn ikun hemm aktar koeżjoni u ġid permezz tal-inklużjoni ta' aktar għarfien u ta' perspettivi u neċessitajiet oħrajn.

Fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali, iċ-ċifri juru b'mod ċar pass lura mis-7PQ, li għandu jiġi kkoreġut. Id-diplomazija xjentifika jista' jkollha rwol importanti fir-riżoluzzjoni ta' xi sfidi soċjetali reċenti. Għandhom jiġu rikonoxxuti inizjattivi bħal PRIMA li, waqt li jfittxu li jagħtu risposta għal sfidi tant importanti bħas-sigurtà alimentari jew is-suffiċjenza ta' riżorsi tal-ilma, jistgħu jikkontribwixxu indirettament għall-immigrazzjoni waqt li jtejbu l-kooperazzjoni bejn pajjiżi u reġjuni billi jtejbu l-iżvilupp tagħhom.

Ir-reviżjoni intermedja ta' Orizzont 2020 tippermetti li jinstiltu konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet għad-9PQ li jmiss, li fosthom għandhom jiġu kkunsidrati l-kontinwità, il-prevedibbiltà u l-istabbiltà tal-komunità xjentifika u tal-proġetti li jinsabu għaddejjin. Lil hinn mill-adattamenti li għandhom jiddaħħlu sabiex jingħataw risposti għall-isfidi l-ġodda, l-istruttura u l-bażi ta' Orizzont 2020 għandhom jissaħħu, u dan għandu jiġi implimentat b'aktar trasparenza, ċarezza u semplifikazzjoni; anqas frammentazzjoni; valutazzjoni u feedback aħjar mar-riċerkaturi; u monitoraġġ ex post u kejl tal-impatt tal-finanzjamenti pubbliċi.

Fid-9PQ ir-riżorsi għandhom ikunu suffiċjenti u ggarantiti, u għandu jiġi evitat tnaqqis fil-baġit matul l-implimentazzjoni tiegħu. Id-9PQ għandu jiġi ffinanzjat kif jixraq lil programm ambizzjuż għar-R&Ż u għaldaqstant dan għandu jiġi ggarantit, bħala punt ta' tluq, baġit ta' EUR 100 biljun.

Fi kliem ieħor, l-għarfien jista' u għandu jikkontribwixxi għall-ġid tas-soċjetà u l-kompetittività tal-Ewropa fid-dinja, sabiex Orizzont 2020 ikun jista' jitqies bħala għażla tajba u d-9PQ jkun jista' jissaħħaħ.


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas

(2016/2147(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 20013 li tistabbilixxi Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 557/2014, 558/2014, 559/2014, 560/2014 u 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014(6) u r-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 642/2014(7) u 721/2014(8) tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxu l-Impriżi Konġunti ffinanzjati taħt Orizzont 2020,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet (UE) 553/2014, 554/2014, 555/2014 u 556/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxu l-P2Ps tal-Artikolu 185 li huma ffinanzjati taħt Orizzont 2020(9),

–  wara li kkunsidra d-Dokumenti ta' Analiżi tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-programmi ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE tat-3 ta' Frar 2017(10),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti ta' Monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar Orizzont 2020 tal-2014 u tal-2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: iż-żmien għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-progress" (COM(2017)0035),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża" (COM(2016)0950),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni" (COM(2016)0657),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Inizjattiva Cloud Ewropea - Il-bini ta' dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa" (COM(2016)0178) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0106),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Dwar it-Tweġiba għar-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Evalwazzjoni Ex Post tas-Seba' Programm Qafas" (COM(2016)0005),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea fl-2014" (COM(2015)0401),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni tal-2014 u tal-2015 dwar "Integration of Social Sciences and the Humanities in Horizon 2020: participants, budgets and disciplines" (L-Integrazzjoni tax-Xjenzi Soċjali u Umanistiċi f'Orizzont 2020: parteċipanti, baġits u dixxiplini),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Better regulations for innovation-driven investment at EU level" (Regolamenti aħjar għal investiment immexxi mill-innovazzjoni fil-livell tal-UE) (SWD(2015)0298),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu "Żona Ewropea ta' Riċerka: Rapport ta' Progress 2014" (COM(2014)0575),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala sorsi tat-tkabbir imġedded" (COM(2014)0339),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "Second Situation Report on Education and Training in the Nuclear Energy Field in the European Union" (it-Tieni Rapport tas-Sitwazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ fil-Qasam tal-Enerġija Nukleari fl-Unjoni Ewropea) (SWD(2014)0299),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "FET Flagships: A novel partnering approach to address grand scientific challenges and to boost innovation in Europe" (Teknoloġiji Emerġenti u Futuri Emblematiċi: Approċċ ġdid ta' sħubija biex jiġu indirizzati sfidi xjentifiċi kbar u biex tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-Ewropa) (SWD(2014)0283),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "It-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Impriżi Konġunti tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti clean sky, ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu u inizjattiva dwar mediċini innovattivi" (COM(2014)0252),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rwol u l-effett tal-ITK u l-PPPs fl-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 għal bidla industrijali sostenibbli (CCMI/142),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar l-Inizjattiva Ewropea dwar il-Cloud Computing(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar fondi tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar sinerġiji għall-innovazzjoni: il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u fondi ta' innovazzjoni Ewropej u programmi tal-UE oħra(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-Istrateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3)(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1) (e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0209/2017),

A.  billi Orizzont 2020 huwa l-akbar programm ta' R&I tal-UE li huwa ġestit ċentralment, u l-akbar programm ta' R&I fid-dinja ffinanzjat pubblikament;

B.  billi, fin-negozjar ta' Orizzont 2020 u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, il-Parlament talab EUR 100 biljun minflok EUR 77 biljun miftiehma inizjalment; billi l-baġit jidher li huwa limitat ħafna jekk Orizzont 2020 għandu jeżamina bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu ta' eċċellenza u jirrispondi b'mod adegwat għall-isfidi soċjetali li s-soċjetà Ewropea qed tiffaċċja fil-preżent;

C.  billi r-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-Programmi ta' Riċerka u Innovazzjoni tal-UE u l-evalwazzjoni interim ippjanata għat-tielet trimestru tal-2017 għandha tqiegħed is-sisien għall-istruttura u l-kontenut tad-9PQ, li dwaru ser tiġi ppubblikata proposta fl-ewwel nofs tal-2018;

D.  billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja kienet fattur determinanti fit-tfassil ta' Orizzont 2020; billi l-isfidi emerġenti, il-paradigmi politiċi u soċjoekonomiċi l-ġodda u t-tendenzi globali kontinwati x'aktarx se jsawru l-PQ li jmiss;

E.  billi l-PQ irid ikun imsejjes fuq valuri Ewropej, indipendenza xjentifika, approċċ miftuħ, diversità, standards etiċi Ewropej ta' livell għoli, koeżjoni soċjali u aċċess ugwali taċ-ċittadini għas-soluzzjonijiet u għar-risposti li jipprovdi;

F.  billi l-investimenti fir-R&Ż huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali Ewropew u l-kompetittività globali; u billi l-importanza ta' xjenza eċċellenti għat-trawwim tal-innovazzjoni u vantaġġi kompetittivi fit-tul jenħtieġ li tiġi riflessa fil-finanzjament tad-9PQ;

Struttura, filosofija u implimentazzjoni ta' Orizzont 2020

1.  Jikkunsidra li, wara aktar minn tliet snin mit-tnedija ta' Orizzont 2020, wasal iż-żmien għall-Parlament biex jiżviluppa l-pożizzjoni tiegħu dwar l-evalwazzjoni interim tiegħu u viżjoni għad-9PQ futur;

2.  Ifakkar li l-objettiv tal-Orizzont 2020 huwa li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetà u ekonomija bbażati fuq l-għarfien u l-innovazzjoni u li jsaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika u fl-aħħar mill-aħħar il-kompetittività tal-Ewropa billi jagħmel lieva fuq fondi addizzjonali nazzjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, għar-R&Ż u billi jgħin biex jintlaħaq l-objettiv ta' 3 % tal-PDG għar-R&Ż sal-2020; jesprimi dispjaċir li l-UE investiet biss 2,03 % tal-PDG fir-R&Ż fl-2015, hekk kif iċ-ċifri individwali għad-diversi pajjiżi jvarjaw minn 0,46 % sa 3,26 %(15), filwaqt li l-kompetituri globali ewlenin qed jaqbżu lill-UE fin-nefqa tar-R&Ż;

3.  Ifakkar li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) tiffaċċja kompetizzjoni diretta mir-reġjuni tar-riċerka bl-aqwa prestazzjoni fid-dinja u li, għalhekk, it-tisħiħ taż-ŻER huwa dmir kollettiv Ewropew; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri rilevanti biex jikkontribwixxu b'mod adegwat biex jintlaħaq l-objettiv ta' 3 % tal-PDG tal-UE għar-R&Ż; jinnota li żieda globali għal 3 % tkun iġġib ukoll ammont ieħor ta' aktar minn EUR 100 biljun fis-sena għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa;

4.  Jisħaq li l-evalwazzjoni tas-7PQ u l-monitoraġġ ta' Orizzont 2020 juru li l-PQ tal-UE għar-riċerka u għall-innovazzjoni huwa suċċess u joffri valur miżjud ċar għall-UE(16); jirrikonoxxi li għad hemm possibilitajiet biex il-PQ u l-programmi futuri jitjiebu;

5.  Jikkunsidra li r-raġunijiet għas-suċċess tiegħu huma l-qafas multidixxiplinari u kollaborattiv u r-rekwiżiti ta' eċċellenza u impatt;

6.  Jifhem li l-għan tal-PQ huwa li jinċentiva l-parteċipazzjoni tal-industrija sabiex iżid l-infiq fuq ir-R&Ż mill-industrija(17); jinnota li l-parteċipazzjoni tal-industrija, inklużi l-SMEs, hija ferm ogħla milli kienet fis-7PQ; ifakkar, madankollu, li, bħala medja, l-industrija ma żiditx b'mod suffiċjenti s-sehem tal-infiq għar-R&Ż kif kien intlaħaq qbil fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Barċellona(18)a; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-valur miżjud Ewropew kif ukoll ir-rilevanza għall-pubbliku tal-finanzjament favur l-istrumenti mmexxija mill-industrija bħal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITK)(19), u l-koerenza, l-approċċ miftuħ u t-trasparenza tal-inizjattivi konġunti kollha(20);

7.  Jinnota li l-baġit, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm huma mifruxa fuq aktar minn 20 korp differenti tal-UE; jistaqsi jekk dan jirriżultax fi sforzi eċċessivi ta' koordinament, kumplessità u duplikazzjoni fl-amministrazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur ir-razzjonalizzazzjoni u s-semplifikazzjoni ta' dan;

8.  Jinnota li l-Pilastri 2 u 3 huma prinċipalment iffukati fuq Livelli ta' Tħejjija Teknoloġika (Technology Readiness Levels - TRLs) ogħla, u dan jaf jillimita l-assorbiment futur ta' innovazzjonijiet li jħarbtu s-suq li għadhom fil-fażi ta' ppjanar ta' proġetti ta' riċerka b'TRLs aktar baxxi; jappella għal bilanċ attent tat-TRLs sabiex tkun promossa l-katina ta' valur kollha hemm hi; jikkunsidra li t-TRLs jistgħu jeskludu forom mhux teknoloġiċi tal-innovazzjoni ġġenerata minn riċerka fundamentali jew applikata, b'mod partikolari mix-xjenzi soċjali u umanistiċi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni toffri taħlita bbilanċjata ta' proġetti żgħar, ta' daqs medju u kbar; josserva li l-baġit medju għall-proġetti żdied fl-ambitu ta' Orizzont 2020 u li l-proġetti akbar huma aktar onerużi fir-rigward tat-tħejjija tal-proposta u tal-ġestjoni tal-proġett, fatt li jiffavorixxi lill-parteċipanti b'aktar esperjenza fil-qasam tal-PQ, joħloq ostakli għall-parteċipanti ġodda u jikkonċentra l-finanzjament f'idejn għadd limitat ta' istituzzjonijiet;

Baġit

10.  Jisħaq li r-rata ta' suċċess attwali ta' anqas minn 14 %(21), li hija baxxa b'mod allarmanti u tirrappreżenta tendenza negattiva meta mqabbla mas-7PQ; jenfasizza li n-numru eċċessiv ta' applikazzjonijiet jagħmilha impossibbli li l-finanzjament jkun disponibbli għal numru kbir ta' proġetti ta' kwalità għolja ħafna u jiddispjaċih li t-tnaqqis impost mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) aggravaw il-problema; jistieden lill-Kummissjoni tevita li tagħmel tnaqqis ulterjuri lill-baġit ta' Orizzont 2020;

11.  Jenfasizza l-pressjonijiet baġitarji li qed jiffaċċjaw il-Programmi Qafas tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; jesprimi dispjaċir minħabba l-effett negattiv li kellha l-kriżi tal-pagamenti fil-baġit tal-UE fuq l-implimentazzjoni tal-programm matul l-ewwel snin tal-QFP attwali; jinnota, fost l-oħrajn, dewmien artifiċjali li jammonta għal EUR 1 biljun f'sejħiet fl-2014 u t-tnaqqis sinifikanti fil-livell ta' prefinanzjament għall-programmi l-ġodda; jenfasizza f'dan il-kuntest li, f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-QFP, ġiet implimentata konċentrazzjoni fil-fażi inizjali ta' riżorsi fl-2014-2015 għal Orizzont 2020; jissottolinja li din il-konċentrazzjoni fil-fażi inizjali ġiet assorbita bis-sħiħ mill-programm, u li dan juri l-prestazzjoni qawwija tiegħu u l-kapaċità li jassorbi anke iżjed; jenfasizza li din il-konċentrazzjoni fil-fażi inizjali ma tibdilx il-pakkett finanzjarju ġenerali tal-programmi, u li dan iwassal rispettivament għal inqas approprjazzjonijiet għat-tieni nofs tal-QFP; jistieden liż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit u lill-Kummissjoni jiżguraw livell adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fis-snin li ġejjin, u biex jagħmlu kull sforz biex tiġi evitata kriżi ġdida tal-pagamenti lejn l-aħħar snin tal-QFP attwali;

12.  Jisħaq fuq il-fatt li Orizzont 2020 jeħtieġlu jkun primarjament ibbażat fuq l-għotjiet u orjentat lejn il-finanzjament ta' riċerka fundamentali u kollaborattiva b'mod partikolari; jinsisti li r-riċerka tista' tkun investiment riskjuż ferm għall-investituri u li huwa neċessarju li r-riċerka tkun iffinanzjata permezz ta' għotjiet; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li, fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet pubbliċi ħafna drabi lanqas biss ikunu f'pożizzjoni legali li jaċċettaw self; jesprimi dispjaċir dwar it-tendenza, f'xi każijiet, ta' ċaqliq mill-għotjiet lejn l-użu ta' self; jirrikonoxxi li l-istrumenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu disponibbli għal TRLs għoljin, li jkunu qrib l-attivitajiet tas-suq bħala parti mill-istrumenti finanzjarji InnovFin, u barra mill-PQ (eż. BEI, skemi tal-FEI);

13.  Jissottolinja l-fatt li bosta Stati Membri mhumiex qegħdin jirrispettaw l-impenji nazzjonali tagħhom ta' investiment fir-R&Ż; jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-objettiv ta' 3 % tal-PDG jintlaħaq u jittama li dan l-objettiv ikun jista' jiżdied għal-livell tal-akbar kompetituri globali tal-UE mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, jidderieġu l-istrateġiji nazzjonali biex jilħqu tali objettiv u jappella għall-allokazzjoni ta' partijiet mill-Fondi Strutturali għal attivitajiet u programmi ta' R&Ż, speċjalment l-investimenti fil-bini ta' kapaċitajiet, l-infrastruttura tar-riċerka u s-salarji kif ukoll attivitajiet li jappoġġaw il-preparazzjoni ta' proposti u l-ġestjoni tal-proġetti fl-ambitu tal-PQ;

Evalwazzjoni

14.  Jikkonferma li l-"eċċellenza" jenħtieġ li tibqa' l-kriterju ta' evalwazzjoni fundamentali fit-tliet pilastri tal-PQ, filwaqt li josserva l-kriterji eżistenti tal-"impatt" u tal-"kwalità u tal-effiċjenza tal-implimentazzjoni", li jafu jgħinu biex jindikaw il-valur miżjud għall-UE ta' proġett; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, teżamina l-modi kif jitqiesu l-kriterji tal-"impatt" u tal-"kwalità u tal-effiċjenza tal-implimentazzjoni": in-nuqqas ta' involviment tar-reġjuni tal-UE sottorappreżentati, l-inklużjoni tas-setturi tax-xjenza sottorappreżentati, bħax-xjenzi soċjali u umanistiċi, u l-isfruttament tal-infrastrutturi ta' riċerka ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), li donnu li huma importanti biex tirnexxi l-implimentazzjoni taż-ŻER u biex joffru sinerġiji bejn il-PQ u l-FSIE;

15.  Jitlob evalwazzjoni u assigurazzjoni tal-kwalità aħjar u aktar trasparenti mill-evalwaturi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitjieb il-feedback li jingħata lill-parteċipanti matul il-proċess ta' evalwazzjoni u jħeġġeġ li jitqiesu l-ilmenti magħmula minn applikanti li ma rnexxilhomx jintgħażlu fejn jgħidu li r-Rapporti Sommarji tal-Evalwazzjoni (ESRs) huma neqsin mill-profondità u miċ-ċarezza dwar x'jenħtieġ li jsir differenti biex wieħed jirnexxielu; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tippubblika, flimkien mas-sejħa għal proposti, il-kriterji ta' evalwazzjoni dettaljati, biex il-parteċipanti jingħataw ESRs aktar dettaljati u informattivi u biex torganizza s-sejħiet għal proposti b'tali mod li jkun evitat numru ferm eċċessiv ta' applikazzjonijiet, fatt li jolqot negattivament il-motivazzjoni tar-riċerkaturi u r-reputazzjoni tal-programm;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti definizzjoni usa' ta' "impatt" fid-dawl tal-effetti kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali; jisħaq fuq il-fatt li l-valutazzjoni tal-impatt ta' proġetti ta' riċerka fundamentali jenħtieġ li tibqa' flessibbli; jitlob lill-Kummissjoni żżomm il-bilanċ bejn sejħiet minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel u tanalizza liema proċedura ta' evalwazzjoni (stadju wieħed jew tnejn) hija l-aktar utli sabiex jiġi evitat numru eċċessiv ta' applikazzjonijiet u ssir riċerka ta' kwalità;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kemm jagħmel sens li jkun hemm enfasi tematika aktar b'saħħitha fil-kuntest tas-sostenibbiltà;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli b'mod aktar faċli l-portal tal-parteċipanti u testendi u tgħammar b'aktar riżorsi n-netwerk tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali sabiex tiżgura, b'mod partikolari għal impriżi mikro u żgħar, servizz effiċjenti ta' assistenza waqt il-fażi ta' preżentazzjoni u evalwazzjoni tal-proposti tal-proġetti;

19.  Jikkunsidra li l-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jenħtieġ li jinvolvi ruħu f'aktar proġetti kollaborattivi fl-Ewropa kollha, u b'mod partikolari jqis reġjuni u istituzzjonijiet b'kapaċità baxxa sabiex il-politika R&I u l-għarfien tal-UE jinxterdu mal-UE kollha;

Kwistjonijiet trasversali

20.  Jinnota li l-istruttura ta' Orizzont 2020 u l-approċċ tal-sfidi soċjetali b'mod partikolari huma milqugħa b'mod wiesa' mill-partijiet ikkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-approċċ tal-isfidi soċjetali u jenfasizza l-importanza ta' riċerka kollaborattiva bejn l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-industrija (speċjalment l-SMEs) u partijiet ikkonċernati oħrajn; jitlob lill-Kummissjoni tqis il-valutazzjoni tal-adegwatezza u tal-baġits individwali tal-isfidi soċjetali abbażi tal-kuntest ekonomiku, soċjali u politiku attwali matul l-implimentazzjoni tal-PQ u f'kooperazzjoni stretta mal-Parlament Ewropew;

21.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissemplifika l-amministrazzjoni u tnaqqas iż-żmien bejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa u l-allokazzjoni ta' għotja; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħmel ħilitha biex taqta' l-burokrazija żejda u tissemplifika l-amministrazzjoni; jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu introdotti pagamenti b'rata fissa sabiex jiġu ssemplifikati l-amministrazzjoni u l-awditjar;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-mudell ta' finanzjament issemplifikat introdott għal Orizzont 2020 wassalx għal aktar parteċipazzjoni tal-industrija, kif kien maħsub; jappella, f'dan ir-rigward, li tiġi vverifikata l-effikaċja tal-mudell ta' finanzjament;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta sa liema punt l-użu ta' sistemi tal-kontabbiltà nazzjonali jew speċifiċi, minflok is-sistema speċifikata fir-regoli tal-parteċipazzjoni, jista' jwassal għal proċedura ta' kontabbiltà sostanzjalment issemplifikata u għaldaqstant għal tnaqqis fir-rata ta' żbalji fil-kuntest tal-ħlas tal-proġetti li rċevew finanzjament Ewropew; jappella, f'dan ir-rigward, għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll għall-possibbiltà ta' "one-stop audit";

24.  Jinnota li s-sinerġiji bejn il-fondi huma kruċjali sabiex l-investimenti jsiru aktar effikaċi; jisħaq fuq il-fatt li RIS3 huma għodda importanti sabiex jiġu katalizzati sinġeriji li jistabbilixxu oqfsa nazzjonali u reġjonali għal investimenti fir-R&Ż&I u, b'hekk, jenħtieġ li jiġu promossi u msaħħa; jesprimi dispjaċir dwar il-preżenza ta' ostakli sostanzjali sabiex is-sinerġiji jsiru operattivi għalkollox(22); ifittex, għalhekk, allinjament tar-regoli u tal-proċeduri għall-proġetti tar-R&Ż&I fl-ambitu tal-FSIE u tal-PQ u josserva li użu effikaċi tal-iskema Marka ta' Eċċellenza jkun biss possibbli jekk il-kundizzjonijiet ta' hawn fuq ikunu sodisfatti; jistieden lill-Kummissjoni tallokata parti mill-FSIE għal sinerġiji RIS3 ma' Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat u tippermetti li proġetti ta' fondi strutturali ta' R&Ż ikunu ġustifikabbli fi ħdan ir-regoli ta' proċedura tal-PQ filwaqt li fl-istess ħin tiggarantixxi t-trasparenza tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta' addizzjonalità, li fil-prattika jfisser li ma jenħtieġx li l-kontribuzzjonijiet mill-fondi Ewropej jissostitwixxu n-nefqa nazzjonali jew ekwivalenti minn Stat Membru fir-reġjuni fejn japplika dan il-prinċipju;

25.  Josserva li l-implimentazzjoni ta' suċċess taż-ŻER tirrikjedi użu sħiħ tal-potenzjal tar-R&Ż&I tal-Istati Membri kollha; jirrikonoxxi l-problema tad-distakk fil-parteċipazzjoni fil-programm Orizzont 2020, li jeħtiġilha tkun indirizzata kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, anki permezz tal-FSIE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadattaw l-istrumenti eżistenti jew jadottaw miżuri ġodda biex inaqqsu d-distakk, pereżempju, bis-saħħa tal-iżvilupp ta' strumenti ta' networking għar-riċerkaturi; jilqa' b'sodisfazzjon il-politika tat-Tixrid tal-Eċċellenza u t-Twessigħ tal-Parteċipazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk it-tliet strumenti ta' twessigħ laħqux l-objettivi speċifiċi tagħhom: li joffru baġit adegwat u ġabra bbilanċjata ta' strumenti li jindirizzaw id-disparitajiet eżistenti fl-UE fil-qasam tar-riċerka u innovazzjoni; jisteden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu b'regoli ċari li jippermettu l-implimentazzjoni sħiħa tal-iskema tal-Marka ta' Eċċellenza u jeżaminaw sinerġiji ta' finanzjament; jitlob lill-Kummissjoni toħloq mekkaniżmi li jippermettu l-inklużjoni tal-proġetti tal-PQ fl-infrastrutturi tar-riċerka ffinanzjati permezz tal-FSIE; jappella biex l-indikaturi użati biex jiddefinixxu lill-pajjiżi u lir-reġjuni "sottorappreżentati" jkunu rieżaminati u l-lista ta' tali pajjiżi u reġjuni tkun regolarment verifikata matul l-implimentazzjoni tal-PQ;

26.  Jinnota li skont ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 għall-2014 u l-2015, l-UE-15 irċevew 88,6 % tal-fondi filwaqt li l-UE-13 irċevew biss 4,5 % – ċifra saħansitra inqas min dik tal-finanzjament għall-pajjiżi ta' assoċjazzjoni (6,4 %);

27.  Jilqa' l-isforzi biex jiġu assigurati rabtiet aħjar bejn iż-ŻER u ż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, bil-għan li jiffaċilitaw modi ta' kif titħarreġ il-ġenerazzjoni ta' riċerkaturi li jmiss; jirrikonoxxi l-importanza li jiġu inkorporati ħiliet ta' STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), tar-riċerka u tal-imprenditorija fis-sistemi edukattivi tal-Istati Membri sa minn fażi bikrija sabiex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jiżviluppaw dawn il-ħiliet, billi r-R&Ż jenħtieġ li jitqiesu f'termini strutturali aktar milli ċikliċi jew temporali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtejbu l-istabilità u l-attrattività tal-impjiegi għar-riċerkaturi żgħażagħ;

28.  Jenfasizza l-importanza ta' aktar kooperazzjoni bejn l-industriji u s-sistemi universitarji u xjentifiċi sabiex jiġi promoss il-ħolqien ta' strutturi ddedikati fi ħdan l-universitajiet u ċ-ċentri xjentifiċi biex tiżdied ir-rabta mas-settur tal-produzzjoni;

29.  Jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni globali hija mezz importanti biex tissaħħaħ ir-riċerka Ewropea; jikkonferma li l-parteċipazzjoni internazzjonali niżlet minn 5 % fis-7PQ għal 2,8 % f'Orizzont 2020; ifakkar li l-PQ jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiżgura li l-Ewropa tibqa' protagonista globali ewlenija, waqt li jenfasizza l-importanza tad-diplomazija xjentifika; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina t-termini tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-PQ u tistabbilixxi miżuri konkreti u immedjati kif ukoll viżjoni strateġika fit-tul u struttura biex issostni dan l-objettiv; jilqa' favorevolment, f'dan ir-rigward, l-inizjattivi bħal BONUS u PRIMA;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fi ħdan id-9PQ u t-tixrid tad-diplomazija xjentifika;

31.  Ifakkar li l-integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u umanistiċi tfisser riċerka dwar ix-xjenzi soċjali u umanistiċi fi proġetti interdixxiplinari u mhux żieda ex post għal proġetti li altrimenti huma teknoloġiċi, u li l-problemi l-aktar pressanti li qiegħda tiffaċċja l-UE jeħtieġu riċerka metodoloġika li hija aktar iffukata kunċettwalment fuq ix-xjenzi soċjali u umanistiċi; josserva li x-xjenzi soċjali u umanistiċi huma sottorappreżentati fil-PQ attwali; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-possibbiltajiet għar-riċerkaturi fil-qasam tax-xjenzi soċjali u umanistiċi biex jipparteċipaw fil-proġetti interdixxiplinari tal-PQ u toffri biżżejjed fondi għas-suġġetti tax-xjenzi soċjali u umanistiċi;

32.  Jenfasizza l-bilanċ tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-programm Orizzont 2020 u jitlob li jittieħed approċċ simili għall-PQ li jmiss; jilqa' pożittivament il-ħolqien ta' EIC(23), iżda jinsisti li jenħtieġ li dan ma jwassalx għas-separazzjoni tar-riċerka mill-innovazzjoni jew għal aktar frammentazzjoni tal-finanzjament, bħal fl-imgħoddi; jenfasizza li Orizzont 2020 mhuwiex biżżejjed iffukat biex iwarrab il-fażi msejħa l-"wied tal-mewt" li jikkostitwixxi l-ostaklu ewlieni għall-konverżjoni ta' prototipi fi produzzjoni;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-objettivi, l-istrumenti u l-funzjonament tal-EIC u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evalwati r-riżultati pilota tal-EIC; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi taħlita bbilanċjata ta' strumenti għall-portafoll tal-EIC; jenfasizza li l-EIC fl-ebda ċirkostanza m'għandu jieħu post il-Pilastru 2 u jenħtieġ li dan tal-aħħar ma jiżviluppax fi strument għall-finanzjament uniku iżda pjuttost jenħtieġ li r-riċerka kollaborattiva tibqa' l-qofol; jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu u jissaħħu l-programmi "SME Instrument" (Strument għall-SMEs) u "Fast Track to Innovation" (Korsija Veloċi għall-Innovazzjoni); jistieden lill-Kummissjoni tfassal mekkaniżmi biex itejjeb l-inklużjoni tal-SMEs fi proġetti interdixxiplinari akbar fl-ambitu tad-9PQ bil-għan li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) fl-istruttura attwali tal-EIT, filwaqt li jisħaq fuq l-importanza tat-trasparenza u tal-involviment intensiv tal-partijiet ikkonċernati, u tanalizza kif l-EIT u l-KKI jistgħu jinteraġixxu mal-EIC; jitlob lill-Kummissjoni tfassal qafas għal investimenti kapitali ta' riskju privati f'kooperazzjoni mal-EIC biex jiġu inkoraġġiti l-investimenti kapitali ta' riskju fl-Ewropa;

34.  Jilqa' inizjattivi li jgħaqqdu flimkien is-setturi privati u pubbliċi sabiex jistimulaw ir-riċerka u l-innovazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn ta' tmexxija msaħħa tal-UE fil-prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet tar-riċerka pubblika u għal biżżejjed trasparenza, traċċabbiltà u livell ekwu ta' redditu pubbliku mill-investimenti ta' Orizzont 2020 f'termini ta' aċċessibbiltà ekonomika, disponibbiltà u idoneità tal-prodotti finali, u b'mod partikolari b'ċerti setturi sensittivi bħas-saħħa, filwaqt li jiġu ssalvagwardjat l-interess pubbliku u u garantit impatt soċjali ekwu; jistieden lill-Kummissjoni teżamina aktar il-mekkaniżmi, speċjalment fid-dawl tal-isfruttament fit-tul tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-għotjiet fornuti mill-PQ, billi tgħaqqad redditu pubbliku ekwu u inċentivi għall-parteċipazzjoni tal-industrija;

35.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-kunċett ta' Aċċess Miftuħ issa huwa prinċipju ġenerali fl-ambitu ta' Orizzont 2020; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-numru sostanzjali ta' pubblikazzjonijiet marbuta ma' proġetti ta' Orizzont 2020 sa Diċembru 2016(24) juri li l-politiki l-ġodda dwar l-infurzar tal-kondiviżjoni ta' data u għarfien huma rikjesti sabiex ikunu massimizzati r-riżultati tar-riċerka u l-ammont ta' data xjentifika disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-kriterji ta' flessibbiltà li jafu jikkostitwixxu ostaklu għal dan l-objettiv, u żżid l-għarfien u l-iżvilupp;

36.  Jilqa' l-finanzjament pilota Open Research Data (Data dwar ir-Riċerka Miftuħa) bħala l-ewwel pass lejn Open Science Cloud (Cloud tax-Xjenza Miftuħa); jirrikonoxxi r-rilevanza u l-potenzjal tal-infrastrutturi elettroniċi u tas-superkomputazzjoni, il-bżonn ta' involviment tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili tas-settur pubbliku u privat u l-importanza tax-xjenza għaċ-ċittadini sabiex jiġi żgurat li s-soċjetà jkollha sehem aktar attiv fid-definizzjoni u fl-indirizzar tal-problemi u tal-preżentazzjoni konġunta tas-soluzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-komunità ta' riċerka pubblika u privata biex jeżaminaw mudelli ġodda li jintegraw riżorsi tal-cloud u tan-networking privati u infrastrutturi elettroniċi pubbliċi u t-tnedija ta' aġendi għaċ-ċittadini fix-xjenza u l-innovazzjoni;

37.  Jilqa' pożittivament il-kunċett introdott għall-ewwel darba mill-Kummissjoni taċ-ċentri ta' innovazzjoni, li se jkomplu jsaħħu l-qafas tal-innovazzjoni Ewropew billi jipprovdu assistenza lill-impriżi, b'mod partikolari SMEs, sabiex dawn itejbu l-mudelli tan-negozju u l-proċessi tal-produzzjoni tagħhom;

38.  Jinkoraġġixxi lill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali jkunu aktar involuti fil-promozzjoni ta' proġetti mogħtija l-Marka ta' Eċċellenza, u fl-assistenza fit-tfittxija għal sorsi oħrajn ta' finanzjament pubbliku jew privat, nazzjonali jew internazzjonali, għal dawk il-proġetti billi jsaħħu l-kooperazzjoni f'dan il-qasam fi ħdan in-netwerk tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali;

Rakkomandazzjonijiet tad-9PQ

39.  Jemmen li l-UE għandha l-potenzjal li ssir ċentru globali ta' eċċellenza għar-riċerka u x-xjenza fuq skala dinjija; jemmen, barra minn hekk, li sabiex jiġu promossi t-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni, id-9PQ għandu jsir prijorità assoluta għall-Ewropa;

40.  Japprezza s-suċċess ta' Orizzont 2020 u l-fattur ta' lieva ta' 1:11; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi żieda fil-baġit ġenerali li tammonta għal EUR 120 biljun għad-9PQ; iqis li lil hinn miż-żieda fil-baġit, hemm bżonn qafas li jinkorpora l-innovazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tiċċara l-kunċett ta' innovazzjoni u t-tipoloġiji differenti tagħha;

41.  Jinnota li l-UE qed tiffaċċja għadd kbir ta' sfidi sinifikanti u dinamiċi u jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Parlament Ewropew, fil-Pilastru 3 tipprovdi ġabra bbilanċjata u flessibbli ta' strumenti li twieġeb għan-natura dinamika tal-problemi emerġenti; jissottolinja l-ħtieġa li jingħata biżżejjed baġit għall-isfidi speċifiċi fil-Pilastru 3 kif ukoll il-ħtieġa ta' reviżjoni regolari tal-adegwatezza ta' dawk l-isfidi;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm bilanċ adegwat bejn ir-riċerka fundamentali u l-innovazzjoni fi ħdan id-9PQ; josserva l-bżonn li tissaħħaħ ir-riċerka kollaborattiva; jissottolinja l-importanza ta' involviment aħjar tal-SMEs fil-proġetti kollaborattivi u fl-innovazzjoni;

43.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-sinerġiji bejn id-9PQ u l-fondi Ewropej iddedikati għar-riċerka u l-innovazzjoni u tistabbilixxi strumenti armonizzati u regoli allinjati għal tali fondi, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, u f'kooperazzjoni stretta mal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tqis r-rwol importanti tal-istandardizzazzjoni f'dak li jirrigwarda l-innovazzjoni anke fil-programmi qafas futuri;

44.  Jinnota li d-9PQ jenħtieġ li jindirizza l-problema possibbli tan-numru eċċessiv ta' applikazzjonijiet u r-rati baxxi ta' suċċess iffaċċjati fl-Orizzont 2020; jissuġġerixxi li titqies l-introduzzjoni mill-ġdid tal-proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji li fiha l-ewwel stadju jkun unifikat waqt li t-tieni stadju jkun speċifikat u ddedikati għall-applikanti magħżula; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura ESRs komprensivi biżżejjed b'indikazzjonijiet dwar kif tista' tittejjeb il-proposta;

45.  Jisħaq fuq il-fatt li l-"valur miżjud Ewropew" irid jibqa' qofol inkontestat tal-P Q għar-riċerka;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tifred ir-riċerka dwar id-difiża mir-riċerka ċivili fil-QFP li jmiss, u toffri żewġ programmi differenti b'żewġ baġits separati li ma jaffettwawx l-ambizzjonijiet baġitarji tar-riċerka ċivili tad-9PQ; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tippreżenta lill-Parlament il-modi possibbli ta' finanzjament tal-programm ta' riċerka futura fil-qasam tad-difiża skont it-Trattati, b'baġit iddedikat b'riżorsi ġodda u regoli speċifiċi; jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza parlamentari f'dan ir-rigward;

47.  Iqis li l-programm tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti għandu potenzjal kbir għall-futur u jirrappreżenta għodda tajba għat-tixrid ta' ideat innovattivi u kompetenzi fil-livelli nazzjonali u reġjonali;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa, fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-objettivi tal-UE dwar il-klima, li jingħata prijorità lill-finanzjament għar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima u l-infrastruttura tal-ġbir ta' data dwar il-klima – b'mod partikolari billi l-Istati Uniti qegħdin jikkunsidraw tnaqqis baġitarju sinifikanti għall-istituzzjonijiet ta' riċerka ambjentali tal-Istati Uniti; jiġi żgurat li 100 % tal-fondi tal-isfida tal-enerġija huma allokati għall-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika għall-użu finali, il-grilji intelliġenti u l-ħżin; jiġi żgurat finanzjament adegwat lir-riċerka f'oqsma bħall-agrikoltura b'input baxx, l-ikel tajjeb għas-saħħa u d-diversità, id-dimensjoni sostenibbli tat-trasport, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u l-bijodiversità;

49.  Jenfasizza li d-9PQ għar-R&I jenħtieġ li jsaħħaħ il-progress soċjetali u l-kompetittività tal-UE, il-ħolqien tat-tkabbir u tal-impjiegi u l-ksib ta' għarfien u innovazzjonijiet ġodda sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kruċjali li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa, kif ukoll il-progress ulterjuri lejn l-iżvilupp ta' ŻER sostenibbli; jilqa' f'dan ir-rigward l-istruttura tal-pilastru attwali tal-PQ u jistieden lill-Kummissjoni żżomm din l-istruttura fl-interessi tal-kontinwità u tal-prevedibbiltà; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem fuq il-koerenza, is-semplifikazzjoni, it-trasparenza u ċ-ċarezza tal-programm, fuq it-titjib tal-proċess ta' evalwazzjoni, it-tnaqqis tal-frammentazzjoni, id-duplikazzjoni, u l-evitar ta' piżijiet amministrattivi bla bżonn;

50.  Jirrikonoxxi li, sa ċertu punt, il-kompiti amministrattivi u r-riċerka jikkanċellaw lil xulxin; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li l-obbligi ta' rapportar jinżammu f'livell minimu, sabiex jiġi evitat li l-burokrazija żejda tostakola l-innovazzjoni u jiġi żgurat l-użu effikaċi tal-finanzjament fl-ambitu tad-9PQ filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-awtonomija tar-riċerka; jinkoraġġixxi, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha fir-rigward tas-semplifikazzjoni;

51.  Jinnota li l-Kummissjoni qiegħda ssemmi dejjem aktar l-appoġġ ibbażat fuq l-output; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-"output" b'aktar preċiżjoni;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sinerġiji bejn il-PQ u l-fondi l-oħra u jindirizzaw il-problema tan-nuqqasijiet fir-riċerka li qegħdin jiffaċċjaw reġjuni ta' konverġenza f'xi Stati Membri, b'applikazzjoni tal-prinċipju ta' addizzjonalità; jesprimi dispjaċir li allokazzjonijiet finanzjarji mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-infiq fir-R&Ż nazzjonali f'reġjuni fejn dawn il-fondi japplikaw, u jinsisti li dawn iridu jiżdiedu man-nefqa pubblika nazzjonali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-finanzjament pubbliku tar-R&I jitqies bħala investiment fil-futur aktar milli spiża;

53.  Jinnota li l-investimenti reali fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ambitu tal-Fondi Strutturali huma possibbli biss permezz ta' regolamentazzjoni adegwata tal-kuntest fl-Istati Membri; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm konnessjoni aktar b'saħħitha bejn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal riformi strutturali u l-innovazzjonijiet fir-R&I;

54.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' ċentri u reġjuni ġodda ta' eċċellenza ogħla u l-importanza li tkompli tiġi żviluppata ż-ŻER; jisħaq fuq il-bżonn li jkunu fornuti aktar sinerġiji bejn il-PQ, il-FEIS u l-FSIE biex dan l-għan jintlaħaq; jitlob l-implimentazzjoni ta' politiki biex jitneħħew ostakli bħal salarji aktar baxxi li jiffaċċjaw pajjiżi tal-Lvant u tan-Nofsinhar sabiex jiġi evitat l-eżodu ta' mħuħ; jappella biex l-eċċellenza tal-proġett tingħata prijorità fuq l-eċċellenza tal-istituzzjonijiet "elite" ewlenin;

55.  Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu inklużi inċentivi għall-użu tal-Fondi SIE għall-investimenti fir-R&I fejn hemm rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal dak l-għan jew fejn jiġu identifikati d-dgħufijiet; jikkonkludi li l-Fondi SIE għal investimenti fir-R&I se jiġġeneraw EUR 65 biljun fil-perjodu 2014-2020; jipproponi, għalhekk, li r-riżerva ta' prestazzjoni għall-Fondi SIE stabbilita fl-Istati Membri tiġi użata biex jiġi investit proporzjon sostanzjali tad-dħul mill-Fondi Strutturali fir-R&I;

56.  Jilqa' pożittivament il-prinċipju u l-potenzjal tal-Marka ta' Eċċellenza, bħala tikketta ta' kwalità għal sinerġiji bejn il-Fondi SIE u Orizzont 2020, iżda jinnota li dan ma jiġix applikat biżżejjed fil-prattika, minħabba n-nuqqas ta' finanzjament fl-Istati Membri; jemmen li l-proġetti – li ġew ppreżentati għall-finanzjament fl-ambitu ta' Orizzont 2020, għaddew kriterji stretti ta' selezzjoni u aġġudikazzjoni b'eżitu pożittiv, iżda li ma setgħux jiġu ffinanzjati minħabba restrizzjonijiet tal-baġit – għandhom jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Fondi SIE, jekk dawn ir-riżorsi jkunu disponibbli għal dak l-għan; jirrimarka li mekkaniżmu simili għandu jiġi definit ukoll għall-proġetti ta' riċerka kollaborattiva;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi livelli ta' appoġġ akbar fl-ambitu tad-9PQ għar-riċerkaturi żgħażagħ, bħal għodod ta' networking pan-Ewropej, u ssaħħaħ l-iskemi ta' finanzjament għal riċerkaturi fi stadju bikri b'inqas minn sentejn esperjenza wara t-tlestija ta' PhD;

58.  Josserva li l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie huma rikonoxxuti minn bosta bħala sors ta' finanzjament fost ir-riċerkaturi u jippromwovu l-mobilità tar-riċerkaturi u l-iżvilupp tar-riċerkaturi żgħażagħ; huwa tal-fehma li, fl-interessi tal-kontinwità, ikun tajjeb li l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jkomplu jiġu ffinanzjati fid-9PQ;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jinkoraġġixxu l-investimenti privati fir-R&Ż&I, li jridu jiżdiedu ma' dawk pubbliċi u mhux jissostitwixxuhom; ifakkar li ż-żewġ terzi tat-3 % tal-PDG għar-R&Ż jentħieġ li jiġu mis-settur privat(25); japprezza l-isforzi li saru s'issa mill-industrija u, fid-dawl tar-riżorsi ġeneralment skarsi għall-infiq pubbliku fir-R&Ż, jistieden lis-settur privat jinvolvi ruħu aktar fl-infiq għar-R&Ż, kif ukoll fl-Aċċess Miftuħ u fix-Xjenza Miftuħa; jistieden lill-Kummissjoni tiddetermina l-grad ta' parteċipazzjoni tal-industrija l-kbira (permezz ta' self, għotjiet jew a spejjeż tagħhom), skont il-kobor tal-valur miżjud Ewropew tal-proġett u tal-potenzjal tiegħu li jkun forza motriċi għall-SMEs, u fl-istess ħin jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet ta' kull settur; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja l-kontribuzzjonijiet in natura biex ikun żgurat li l-investimenti huma reali u ġodda;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza u ċ-ċarezza tar-regoli għall-kooperazzjoni pubblika-privata fi ħdan proġetti tad-9PQ b'segwitu għar-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tivverifika u tivvaluta l-istrumenti eżistenti għal sħubijiet pubbliċi-privati;

61.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni tal-industrija għandha tibqa' tiġi promossa, irrispettivament mill-istrument tal-SMEs, peress li f'ħafna oqsma l-industrija ġġib magħha l-kompetenzi neċessarji u tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja importanti;

62.  Jesprimi dispjaċir dwar il-ġabra mħallta ta' riżultati miksuba mill-enfasi fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi f'Orizzont 2020, peress li l-uniku objettiv li ntlaħaq huwa dak tal-perċentwal ta' nisa fil-gruppi ta' konsulenza, waqt li l-perċentwal ta' nisa fil-gruppi ta' evalwazzjoni tal-proġetti u fost il-koordinaturi ta' proġetti, u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni għadhom taħt il-livelli fil-mira; jissottolinja l-bżonn li jitjiebu l-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fid-9PQ u jintlaħqu l-livelli fil-mira fir-regolament Orizzont 2020, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel studju biex teżamina l-ostakli jew id-diffikultajiet li jistgħu jikkundizzjonaw s-sottorappreżentanza tan-nisa fil-programm; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, abbażi tal-objettivi taż-ŻER, joħolqu ambjent ġuridiku u politiku bbilanċjat fil-lat tal-ġeneru u joffru inċentivi għall-bidla; jilqa' pożittivament il-Linji Gwida tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Ugwaljanza tal-Ġeneru fl-ambitu ta' Orizzont 2020(26); ifakkar li, skont dawn il-Linji Gwida, il-bilanċ tal-ġeneru huwa wieħed mill-fatturi ta' ordni ta' prijorità tal-proposti bl-istess punteġġ 'il fuq mil-livell minimu;

63.  Jinnota li l-PQ li jmiss ser ikollu jqis il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u l-implikazzjonijiet ta' dan; jinnota li r-R&I jibbenefikaw minn oqfsa ċari u stabbli fit-tul, u li r-Renju Unit għandu pożizzjoni fuq quddiem fil-qasam tax-xjenza; jesprimi x-xewqa li n-netwerks u l-kollaborazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE jkunu jistgħu jkomplu fil-qasam tar-riċerka, u li, f'ċerti kundizzjonijiet, tkun tista' tinstab malajr soluzzjoni stabbli u sodisfaċenti, biex ikun żgurat li l-UE ma titlifx ir-riżultati xjentifiċi miksuba fil-qafas ta' Orizzont 2020 u tad-9PQ;

o

o  o

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 948.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81.

(4)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174.

(5)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 892.

(6)

ĠU L 169, 7.6.2014, pp. 54-178.

(7)

ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(8)

ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1.

(9)

ĠU L 169, 7.6.2014, pp. 1-53.

(10)

http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/hlg_issue_papers.pdf.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2017)0052.

(12)

Testi adottati, P8_TA(2017)0075.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2016)0311.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0320.

(15)

Studju tal-EPRS ta' Frar 2017 "Horizon 2020, the EU framework programme for research and innovation". European Implementation Assessment" (Orizzont 2020, il-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea).

(16)

B'aktar minn 130 000 proposta li ġew riċevuti, 9 000 għotja li ġew iffirmati, 50 000 parteċipazzjoni u EUR 15,9 biljun ta' finanzjament mill-UE.

(17)

Żewġ terzi tat-3 % tal-PDG għar-R&Ż jenħtieġ li jiġu mill-industrija. Ara n-nefqa għar-R&Ż privati tal-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/tgm/table.do?tab=table&init=1&language=en&pcode=tsc00031&plugin=1

(18)

http://ec.europa.eu/invest-in-research/pdf/download_en/barcelona_european_council.pdf

(19)

Bħala total, is-seba' ITK jirrappreżentaw aktar minn EUR 7 biljun tal-fondi Orizzont 2020, madwar 10 % tal-baġit totali ta' Orizzont 2020 u aktar minn 13 % tal-finanzjament reali disponibbli għal sejħiet fl-ambitu ta' Orizzont 2020 (madwar EUR 8 biljun fis-sena fuq seba' snin).

(20)

Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2015.

(21)

Studju tal-EPRS ta' Frar 2017 "Horizon 2020 EU framework programme for research and innovation - European Implementation Assessment".

(22)

Infrastruttura tar-riċerka kbira tinkwadra sew taħt il-kamp ta' applikazzjoni u l-objettivi tal-FEŻR, iżda fondi tal-FEŻR allokati f'livell nazzjonali ma jistgħux jintużaw biex jikkofinanzjawha; spejjeż ta' kostruzzjoni assoċjati ma' infrastrutturi ta' riċerka ġodda huma eleġibbli skont il-FEŻR, iżda spejjeż operattivi u tal-persunal mhumiex.

(23)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu" (COM(2016)0733);

(24)

Rapport OpenAIRE: F'Orizzont 2020, 2 017 minn numru totali ta' 10 684 proġett (19 %) tlestew filwaqt li 8 667 għadhom għaddejjin. OpenAIRE identifika 6 133 pubblikazzjoni marbuta ma' 1 375 proġett ta' Orizzont 2020.

(25)

Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2015.

(26)

Ara l-Linji Gwida tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Ugwaljanza tal-Ġeneru fl-ambitu ta' Orizzont 2020.http://eige.europa.eu/sites/default/files/h2020-hi-guide-gender_en.pdf


ANNEX

2. Origin, structure and purpose of the Horizon 2020 Framework Programme

2.1. Main issues to understand about the research framework programmes

European research policy has a legal base in the Treaty of Lisbon(1) which also introduced a legal basis for the creation of a European Research Area(2). So far, the European Commission has not taken legislative action in this domain and European research policy implementation has until now relied on soft law approaches. With the Research Framework Programmes, the EU started to become a player in research funding, with the main initial focus being on financing collaborative projects involving several Member States. Broadly speaking, only about 5% of the overall available European GBAORD(3) is funded by the FP. Around 80% of the GBAORD is confined to Member States, and 15% is implemented by longstanding European intergovernmental organisations such as ESA, CERN, etc.(4)

Still, the GDP allocated to R&D is still comparatively low in the EU-28 in relation to Japan or the US. Moreover, most of the EU Member States, especially those in which the Excessive Deficit Procedure was launched, have cut their spending on R&D&I due to the economic crisis. The EU’s share of world gross expenditure on research and innovation fell by 5% in the years from 2000 to 2013.

The first framework programme was established in 1983 for a four-year period. During the subsequent 30 years, successive FPs have provided financial support for the implementation of European research and innovation policies.

With the introduction of the European Research Area (ERA), the Open Method of Coordination and many other soft law approaches, the Union has started to coordinate national research policies (and eventually also national research programmes) since 2000. The FPs have always of course had a structuring effect on the national research systems, with the main idea of EU funding being to incentivise and leverage more national research funding. It was only with the introduction of ‘ERA instruments’ as of FP 6 (ERA-NETs, Article 185 initiatives), however, that this structuring influence became more evident and moved from the project level (at researcher and/or research unit level) to the Member State/funding bodies – or programme – level(5).

The introduction of the ERA was accompanied by the launch of the Lisbon process and the definition of the Barcelona goal for national research funding to reach 3% of GDP in 2010. This goal was renewed by another call for research funding to reach 3% by 2020 – the so called Europe 2020 Strategy (A strategy for smart, sustainable and inclusive growth) which was launched in March 2010. Today, the attainment of the 3% target is monitored by the Commission in the context of the European Semester(6) which is anchored upon extensive Member State reporting to the Commission. According to figures from 2015, the EU only invested 2.03%, with the individual figures for different countries ranging from 0.46% to 3.26%.(7)

In terms of topics funded, the purpose of the FPs has changed gradually from initially being an industry-focused programme to slowly opening up to basic research activities in universities. With the exception of the introduction of the European Research Council (ERC) funding for basic and frontier research only, the common feature of the FPs over the years was that they were always mission-oriented programmes serving commonly defined goals. The process in place for their adoption is through the co-decision procedure (now called the ordinary legislative procedure).

Finally, with the launch of the seven flagship initiatives in the context of the Europe 2020 Strategy in March 2010, the European Innovation Union(8) was introduced and with it the prerogative for innovation and competitiveness in Europe also moved into the research policy domain. H2020 is now one of the main tools with which the Innovation Union is being implemented.

2.2. Horizon 2020 - Overview

There is extensive information on H2020, its structure, rules and functioning(9), that does not need to be repeated here in detail. The description of the H2020 programme is limited to an illustration of the most relevant issues for the recommendations by the European Parliament.

As such, H2020 differs enormously from previous FPs insofar as it made the move to more research-generated innovation compulsory and introduced a more interdisciplinary impact-oriented societal challenge approach in contrast to the previous more mono-disciplined and sectoral approach taken until FP7. The approach of formulating mission-oriented programmes with predefined research results and prescribed research methods was abandoned in favour of a more openly defined societal challenge-oriented approach, in which the results are left open-ended and evolve over time. This approach also favours the early involvement of societal actors and opens the programme up to newcomers. Issues of transversal importance, such as the SME instrument or measures to improve synergies between H2020 and the structural funds, were also introduced.

H2020 is the world’s biggest Research and Innovation programme with nearly €80 billion of funding available over 7 years (2014 to 2020), and places the emphasis on excellent science, industrial leadership and tackling societal challenges. Its goals are to ensure that Europe produces world-class science, to foster innovation, and to make it easier for the public and private sectors to work together in delivering research and innovation.

Horizon 2020 is built around three main objectives:

1) Support for ‘Excellent Science’ – including grants for individual researchers from the European Research Council and Marie Skłodowska-Curie fellowships (formerly known as Marie Curie fellowships);

2) Support for ‘Industrial Leadership3 – including grants for small and medium-sized enterprises and indirect finance for companies through the European Investment Bank and other financial intermediaries;

3) Support for research to tackle ‘societal challenges’. During negotiations between the European Parliament and the Council it was decided to support research aimed at meeting seven broad challenges:

1.  Health, demographic change and wellbeing

2.  Food security, sustainable agriculture and forestry, marine, maritime and inland water research, and the bio-economy

3.  Secure, clean and efficient energy

4.  Smart, green and integrated transport

5.  Climate action, the environment, resource efficiency and raw materials

6.  Inclusive, innovative and reflective societies

7.  Secure and innovative societies

It also has two specific objectives:

4) Spreading excellence and widening participation

5) Science with and for society

and two separate institutions:

6) European Institute of Innovation and Technology (EIT)

7) The non-nuclear direct actions of the Joint Research Centre.

A number of priorities will be addressed across and within all three pillars of Horizon 2020. These include gender equality and the gender dimension in research; social and economic sciences and humanities; international cooperation; and fostering the functioning and achievement of the European Research Area and Innovation Union, as well as contributing to other Europe 2020 flagships (e.g. the Digital Agenda). At least 60% of the overall Horizon 2020 budget should be related to sustainable development, and climate-related expenditure should exceed 35% of the budget.

The management and implementation of the programme is complex. The overall budget for H2020 is managed by 9 different Commission Directorates-General and the JRC. Overall, 22 bodies implement different parts of the Horizon 2020 budget:

•  five Commission DGs

•  four executive agencies

•  four public‐public partnerships (P2Ps)

•  seven public‐private partnerships (PPPs)

•  the European Institute of Innovation and Technology (EIT)

•  the European Investment Bank (EIB).

The following graph tries to capture the complexity of the management and implementation of H2020

 

The specific programme is implemented by multiannual work programmes. Implementing powers are conferred on the Commission to adopt work programmes for the implementation of the specific programme. Several programme committees (each pillar has a number of committees and there is a main overall ‘strategic configuration’ committee) were set up to assist the Commission in preparing the work programmes. The preparation of work programmes also involves the consultation of stakeholders. For this purpose 19 Horizon 2020 Advisory Groups have been set up as consultative bodies to represent the broad constituency of stakeholders ranging from industry and research to representatives of civil society. Additional open and targeted consultation activities aim to obtain further views and contributions, including from the Enterprise Policy Group, the contractual Public-Private Partnerships (cPPPs), European Innovation Partnerships and European Technology Platforms.

3. The transition from FP 7 to Horizon 2020 and main improvements brought by Horizon 2020

The FP7 Final Evaluation Report by the High Level Expert Group(10) confirms that the move from FP7 to an adapted structure under H2020 was beneficial for the European research community and the logical next step at the time of the launch of H2020. The total budget of H2020 has been increased to about 77 billion euro which is nearly 50% more than the FP7budget. H2020 integrated elements from FP7 and existing, previously separate, funding programmes (CIP and EIT), which also accounts for the increase in the budget. However, in 2015, the planned budget for H2020 was cut by 2.2 billion euro to support the European Fund for Strategic Investments (EFSI). These cuts did not affect the ERC, Marie Skłodowska‐Curie Actions and the ‘Spreading excellence and widening participation’ programme, but fell on ‘Excellent Science’ (cut by 209 million euro), ‘Industrial Leadership’ (cut by 549 million euro) and ‘Societal Challenges’ (reduced by 1 billion euro).

The main improvements brought by H2020 as compared to its predecessor programmes can be summarised as follows(11):

•  High share of newcomers(12) in H2020 grant participation

The share of newcomers in 2014 and 2015 amounts to 49.0% of all participants on average for the entire H2020. The different programme parts display large differences in the share of new participants. The lowest share of newcomers is found in the Excellent Science Pillar, with the ERC having 1.4% of newcomer participations from calls in the first two years of Horizon 2020. The highest share of newcomers was recorded in the SME Instrument, where almost 79.6% of the participations came from organisations that had not taken part in FP7. The average for the Societal Challenge actions was 27.9% and within Industrial Leadership it was around 27.1%.

The share of newcomer participation per Member State differs between the EU-13 and EU-15. On average the EU-13 has a higher share (30.6%) of newcomer participation than EU-15 (24.7%). Malta and Romania had the highest shares of newcomer participation at 42.9% and 40.0% respectively, while Greece and United Kingdom had the lowest at 16.3% and 15.6%.

•  Much shorter time-to-grant

Compared to FP7, the first two years of implementation of Horizon 2020 have shown a significant reduction in the time that elapsed between the closure of a call and the signature of the Grant Agreement (the so-called time-to-grant – TTG). Under Horizon 2020, the Commission has committed itself to signing grant agreements within a period of eight months (245 days) for actions other than ERC actions. The average for both 2014 and 2015 is 90.7%. This constitutes a significant 33.4% improvement on the average TTG for the whole of FP7 (303 days).

•  Proven simplification

Compared to FP7, the design of Horizon 2020 brought a number of important simplifications:

  A radically simplified funding model.

  Under the MSCA, the use of simplified forms of grants.

  Streamlined ex-ante checks.

  Reduced requirements for work-time recording.

  Reduced audit burden.

  Faster granting processes.

  Fully paperless proposal and grant management.

4. Main areas of concern with the current H2020 implementation

The European Parliament has also identified areas of concern based on consultations with representatives of the research community in Europe:

•  Oversubscription - Lower success rate in H2020 as compared to FP7

The average success rates are substantially lower in H2020 than in FP7 (average of 19% from 2007 to 2013(13)) and different potential reasons for this are currently being discussed. These include research budget cuts in Member States, a less prescriptive approach in drafting the call texts in the work programmes allowing for more newcomers, and broader application of the two‐stage proposal schemes.

Furthermore, the increased attractiveness of the programme also explains the growing interest in Horizon 2020. In total, over 8 500 more proposals where submitted in 2015 than in 2014. This is reflected in lower success rates in 2015 than 2014 throughout Horizon 2020: in terms of numbers of proposals, from 13.2% to 10.7%, and in terms of funding, from 14.2% to 10.9%.

One worrying finding is the fact that an ever larger number of high quality proposals scoring above the threshold in the project proposal evaluation cannot be funded. A mere 22.7% of the proposals which scored above the threshold were retained for funding in 2015. This constitutes a significant decrease of 8.8 percentage points compared to 2014. In total for Horizon 2020, about one in four high quality proposals submitted was selected for funding. In numbers, 25 116 high quality proposals in the first two years of Horizon 2020 were not funded(14). This means that 77.3% of successful proposals could not be funded. The Commission calculates that H2020 would have needed an additional EUR 41.6 billion in the first two years to fund all proposals deemed excellent by independent evaluators. The extrapolated figure for the years to come until the end of the programme amounts to an additional EUR 145.6 billion if H2020 is to exploit European excellence potential to the maximum.

Table: Overall Success Rates(15)

 

•  Participation by third countries dropped by half

Horizon 2020 should contribute to maintaining the status of Europe as a key global player, in direct competition with the world’s top performing research regions. To achieve this, the programme should have a strategic vision and structure to support Europe in this. It should fulfil a strategic role when it comes to European co-ordination/prioritisation. In a nutshell, Horizon 2020 should be open, but in a strategic way.

However, the share of third country participation in FP7 was higher (i.e. 4.0% for all projects and 4.3% for collaborative projects). In H2020, third country participation in internationally open collaborative projects increased from 2.1% in 2014 to 2.8% in 2015, and for all projects from 1.7% in 2014 to 2.0% in 2015.

This has to do with the fact that the Commission has taken a radically new approach to international collaboration in H2020 as compared to FP7, changing the funding regime for third countries and abandoning the former INCO. The latter was replaced by strategic programming and roadmaps including flagship initiatives for collaboration with targeted non-EU countries. Much emphasis was also placed on multilateral funding through Member States. However, and especially when addressing the societal challenges as defined in H2020, a global approach requiring the involvement of all actors worldwide is imperative.

•  Insufficient definition of impact in H2020 projects

There are some concerns about the fact that the underlying definition of impact for H2020 projects poses problems for both project evaluators and researchers carrying out the project. In the long run, a fuzzy definition of impact will also disappoint research funders who will not be satisfied with the research outcomes. Collectively and especially when addressing societal challenges, the Commission and national governments will need to improve tracking outcomes and impact as well as broaden the definition of what constitutes impact. Different types of research produce different types of impact and evaluation processes need to reflect this. This discussion is connected with the need to better determine the place of innovation and the corresponding TRLs in research programme and project formulation. An overhaul of the H2020 indicators measured by DG RTD is needed.

It is to be noted that the legal base of H2020 states that it should support all stages of the research and innovation chain, so a concentration only on higher TRL levels is not a legal obligation but a political choice. The currently required high TRLs in Pillar 3 make it hard for vast sectors of the research landscape, such as universities, to compete. Focusing only on higher TRLs, while important to boost European industrial competitiveness, may limit the future absorption of disruptive innovations that are still in the pipeline of research projects with lower TRLs.

Generally, TRLs are based on a narrow perception of innovation as a linear model. TRLs thus do not capture the full complexity and bandwidth of innovation and exclude non-technological forms of innovation generated by fundamental or applied research, particularly from SSH research.

To a considerable extent, whole areas of research are being excluded from Horizon 2020 simply because the value they bring to society is not reflected well in the current impact and innovation definitions.

•  Lost focus on the European Research Area

It seems that current policymakers both in Member States and the Commission have lost interest in ERA. ERA progress reports have been launched since 2013 and one would as a consequence assume that a better database for ERA monitoring would also lead to common targets or corrective measures which would make the realisation of ERA successful. This is still not the case.

There are some concerns about this Commission’s reluctance to continue with the European Research Area project which is even anchored in the Treaty of Lisbon. H2020 should not come on top of what Member States are doing nationally and operate in isolation from them, but should be intrinsically linked, coordinated and aligned with Member States’ activities (as also laid down in the TFEU). H2020 should act as a pull factor for ERA to work better and should demonstrate clear EU added value. The overall poor progress made by Member States in reaching the 3% goal for GDP allocation to R&D by 2020 is intrinsically linked to this lost focus on ERA. In this respect joint programming, in which Council began to play a bigger role, is essential for ERA because it incentivises countries to prioritise nationally and enhances capacity building by collaborating across borders. Council should play a stronger role in defining common grand societal challenges that are then reflected in the Joint Programming Initiatives and in Horizon 2020.

The introduction of the 3 O’s(16) by Commissioner Moedas, after having declared that ERA was completed, reduced the potential of European research policy to marginal operational details within the much wider scope of ERA.

Taking ERA seriously would also improve the discussion on cohesion versus excellence within Europe. ERA is about capacity building, about national and regional coordination across borders, fostering mutual learning, avoiding redundancies and acting in a more strategic and efficient manner. Transnational cooperation has always been a good test bed to gather experience in order – at a later stage – to compete better when participating in H2020.

•  Addressing the innovation valley of death

The innovation process is characterised by the existence of a hard step between the development of an innovative product and its commercialisation. This gap is known as the innovation ‘valley of death’. SMEs are specifically vulnerable to this issue. They therefore need support to overcome this gap. A potential European Innovation Council (EIC), as proposed by Commissioner Moedas, should try to analyse the gaps and take action where needed.

A lot has been done already with the introduction of the Fast Track to Innovation and the SME Instrument which focuses on very high TRLs. However these had very low success rates (7%). One possibility, rather than investing even more, could be to decomplexify the EU funding landscape. There might be enough out there, but information on it is lacking.

This should not be the sole task of H2020 and other programmes should play a bigger role. H2020 cannot be overburdened to solve everything.

•  Widening participation

Despite the Sharing Excellence and Widening Participation instruments launched in the Horizon 2020 programme with its total budget of 816 million euro, there has been no significant increase in the share of low-performing European countries and regions in the framework programme.

Europe needs cohesion in terms of excellence and competitiveness and Horizon 2020, together with efforts by each Member State, are instruments to achieve that goal.

(1)

See Title XIX, Research and technological development and space, Articles 179 to 190 TFEU.

(2)

Article 182(5) TFEU.

(3)

GBAORD: Government budget appropriations or outlays for research and development.

(4)

Numbers have not significantly changed since 2009.

(5)

Arnold, Erik et alia: ‘Understanding the Long Term Impact of the Framework Programme’ Final report, December 2011.

(6)

The European Semester provides a framework for the coordination of economic policies between the countries of the European Union. It allows the EU Member States to discuss their economic and budget plans and to monitor progress at specific times throughout the year. Having assessed the EU governments’ plans (which detail the specific policies each country will implement to boost jobs and growth and prevent/correct imbalances, and their concrete plans to comply with the EU’s country-specific recommendations and general fiscal rules), the Commission presents each country with a set of country-specific recommendations, along with an overarching Communication.

(7)

‘Horizon 2020, the EU framework programme for research and innovation. European Implementation Assessment’. European Parliament Research Service.

(8)

http://ec.europa.eu/research/innovation-union/index_en.cfm?pg=key.

(9)

e.g. EPRS Briefings, H2020 Participant Portal, National Contact Point websites, etc.

(10)

Commitment and Coherence: Ex‐Post‐Evaluation of the 7th EU Framework Programme (2007-2013), November 2015: https://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/fp7_final_evaluation_expert_group_report.pdf#view=fit&pagemode=none

(11)

Horizon 2020 Monitoring Report 2015:

http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/h2020_monitoring_reports/second_h2020_annual_monitoring_report.pdf

(12)

Newcomers are defined as not having participated in FP7.

(13)

Seventh FP7 Monitoring Report 2013, see page 10: http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/fp7_monitoring_reports/7th_fp7_monitoring_report.pdf

(14)

Horizon 2020 Monitoring Report 2015: http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/h2020_monitoring_reports/second_h2020_annual_monitoring_report.pdf

(15)

Same source as for footnote 15.

(16)

Open Science, Open Innovation, Open to the World. Speech by Carlos Moedas, Commissioner for Research, Science and Innovation at the conference ‘A new start for Europe: Opening up to an ERA of Innovation’ in Brussels, 22 June 2015.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (26.4.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas

(2016/2147(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nils Torvalds

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-istrateġija Ewropa 2020 għandha l-għan li tiddedika 3 % tal-PDG tal-UE għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp;

B.  billi l-abilitazzjoni tal-eċċellenza xjentifika għadha l-pilastru ewlieni tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020;

C.  billi huwa stmat li kull euro li jintefaq fuq ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) tal-UE jiġġenera madwar EUR 11 f'effetti ekonomiċi diretti jew indiretti permezz ta' innovazzjonijiet, teknoloġiji u prodotti ġodda(1);

D.  billi l-investiment tal-UE f'riċerka u innovazzjoni pijunieri huwa ta' importanza ewlenija, hekk kif l-attivitajiet fir-R&I jġibu magħhom valur miżjud sostanzjali fil-livell tal-UE, iżidu l-kompetittività tal-UE kollha kemm hi u jwittu t-triq lejn tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi;

1.  Jenfasizza l-implimentazzjoni b'suċċess ta' Orizzont 2020, kif juri l-għadd dejjem jiżdied ta' proposti mressqa, fosthom għadd kbir minnhom ta' kwalità eċċellenti; jissottolinja li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri, l-ottimizzazzjoni tal-proċessi interni, kif ukoll it-tnaqqis fiż-żmien biex jingħataw l-għotjiet tjiebu b'mod sinifikanti taħt Orizzont 2020, kif ukoll il-prattiki ta' bbaġittjar tajbin għall-parteċipanti u aġenziji; jappella għal titjib ulterjuri f'din id-direzzjoni fil-qafas tal-FP9 biex tkun żgurata struttura sempliċi u ċara li tkun aċċessibbli għall-applikanti kollha; jitlob il-kontinwazzjoni tal-iskema ta' finanzjament ta' suċċess kbir ibbażata fuq għotjiet u strumenti finanzjarji sabiex tinżamm il-kompetittività tal-istituzzjonijiet ta' riċerka u l-kumpaniji Ewropej f'ambjent globali dejjem aktar aħrax;

2.  Jilqa' l-enfasi tal-programm fuq l-SMEs, iż-żieda fil-parteċipazzjoni tagħhom, u l-assorbiment eċċellenti tal-baġit tal-programm iddedikat lill-SMEs; iqis, madankollu, li l-għan stabbilit mill-Kummissjoni ta' EUR 8,65 biljun għall-involviment tal-SMEs mhuwiex biżżejjed; jitlob li jkun hemm miri kwantitattivi u kwalitattivi aktar ambizzjużi; jitlob lill-Kummissjoni tesplora ulterjorment u tipproponi metodi ġodda għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' COSME, l-EIC il-ġdid, u Orizzont 2020 bil-għan li jitneħħew l-ostakli li fadal għall-parteċipazzjoni tal-SMEs, u l-programm jiġi promoss aħjar fost l-SMEs;

3.  Ifakkar li sabiex jinħolqu prodotti u servizzi kompetittivi li jirriżultaw mill-ideat u r-riċerka, huwa vitali li jsir investiment fil-progress u l-modernizzazzjoni tax-xjenza, it-teknoloġija u l-ambjent intraprenditorjali, jiġu żviluppati sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u s-settur privat, u li tkun involuta l-komunità akkademika fi proċessi ta' żvilupp sabiex is-sejbiet tar-riċerka xjentifika jkunu diretti lejn l-ilħuq tal-ħtiġijiet tas-soċjetà;

4.  Jenfasizza li l-finanzjament tal-UE ma jistax jieħu post l-isforzi nazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri jbiddlu t-tendenza li jnaqqsu r-riżorsi għal attivitajiet tar-R&I; jemmen li dan wassal għal għadd ogħla ta' applikazzjonijiet u kkontribwixxa lejn ir-rati ta' suċċess aktar baxxi tal-proposti;

5.  Jinnota bi tħassib kbir li r-rata ta' suċċess ta' Orizzont 2020 naqset b'mod sinifikanti mil-livell tal-predeċessur tiegħu (FP7) fil-perjodu ta' qabel, b'madwar wieħed minn kull erba' proposti ta' kwalità għolja jirċievu finanzjament; ifakkar illi kieku kellhom jiġu ffinanzjati l-25 000 proposta ta' kwalità għolja kollha, kien ikun hemm bżonn ta' EUR 41,6 biljun oħra fl-ewwel sentejn ta' Orizzont 2020(2); jiddispjaċih li l-UE tilfet dawn l-opportunitajiet biex ikollha tkabbir ekonomiku bbażat fuq l-għarfien, sostenibbli u inklużiv, kif previst fl-istrateġija Ewropa 2020;

6.  Josserva li jenħtieġ li l-Fondi SIE u Orizzont 2020 jiġu ppjanati b'mod aktar effikaċi sabiex dawn jikkomplementaw lil xulxin bl-aħjar mod possibbli;

7.  Jenfasizza l-pressjonijiet baġitarji li qed jiffaċċjaw il-Programmi Qafas tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; jesprimi dispjaċir minħabba l-effett negattiv li kellha l-kriżi tal-pagamenti fil-baġit tal-UE fuq l-implimentazzjoni tal-programm matul l-ewwel snin tal-QFP attwali; jinnota, fost l-oħrajn, dewmien artifiċjali li jammonta għal EUR 1 biljun f'sejħiet fl-2014 u t-tnaqqis sinifikanti fil-livell ta' prefinanzjament għall-programmi l-ġodda; jenfasizza f'dan il-kuntest li, f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-QFP, ġiet implimentata konċentrazzjoni fil-bidu ta' riżorsi fl-2014-2015 għal Orizzont 2020; jissottolinja li din il-konċentrazzjoni fil-bidu ġiet assorbita bis-sħiħ mill-programm, u li dan juri l-prestazzjoni qawwija tiegħu u l-kapaċità li jassorbi anke iżjed; jenfasizza li din il-konċentrazzjoni fil-bidu ma tibdilx il-pakkett finanzjarju ġenerali tal-programmi, u li dan iwassal rispettivament għal inqas approprjazzjonijiet għat-tieni nofs tal-QFP; jistieden liż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit u lill-Kummissjoni jiżguraw livell adegwat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fis-snin li ġejjin, u biex jagħmlu kull sforz biex tiġi evitata kriżi ġdida tal-pagamenti lejn l-aħħar snin tal-QFP attwali;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li jintlaħqu l-ishma fil-mira tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE relatati mal-klima u s-sostenibilità f'Orizzont 2020;

9.  Jesprimi dispjaċir minħabba t-tnaqqis ta' EUR 2,2 biljun minn Orizzont 2020 favur il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi; jenfasizza l-impenn tal-Parlament biex itaffi l-impatt negattiv ta' dan it-tnaqqis fil-proċedura baġitarja annwali; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li programmi ġodda jenħtieġ li jiġu ffinanzjati bi flus ġodda għall-baġit; jitlob li tingħata kunsiderazzjoni fil-QFP li jmiss għaż-żieda fir-riżorsi tal-FP9, bil-fondi riallokati lill-FEIS sabiex jindirizza parzjalment dawn il-kwistjonijiet;

10.  Jinnota li Orizzont 2020 u l-FP li jmiss se jkollhom iqisu l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, u li r-Renju Unit se jsir pajjiż terz u jkollu kundizzjonijiet marbuta mat-tkomplija tal-parteċipazzjoni tiegħu; jesprimi x-xewqa li jinstabu soluzzjonijiet malajr minħabba l-pożizzjoni ewlenija tar-Renju Unit fir-riċerka u l-innovazzjoni u r-rwol sinifikanti tiegħu f'kollaborazzjoni xjentifika madwar l-UE;

11.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal kbir mhux sfruttat tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, u l-ħtieġa li jinżamm it-talent xjentifiku; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ il-finanzjament għal riċerka fundamentali fil-qasam tal-eċċellenza fix-xjenza u t-tmexxija industrijali; jiddispjaċih li programmi eżistenti bħal Teknoloġiji Futuri u Emerġenti, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jew Innovazzjoni fl-SMEs huma sottoskritti b'mod eċċessiv; jitlob li jiġu stabbiliti inkubaturi tan-negozju fl-universitajiet bil-għan li jiġu żviluppati negozji ġodda u impjiegi indipendenti; iħeġġeġ lill-Unjoni tkompli taħdem fil-futur favur programmi ta' finanzjament ambizzjużi ħafna; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi finanzjarji għall-programmi kollha li huma sottoskritti b'mod eċċessiv;

12.  Jilqa' l-introduzzjoni tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni (EIC) u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi ta' kif l-EIC se jikkomplementa programmi ta' riċerka eżistenti aktar milli jimminimizzahom;

13.  Jenfasizza li l-baġit tal-UE jenħtieġ li jirrifletti l-għan ambizzjuż ta' Orizzont 2020 sabiex l-UE ssir ekonomija minn ta' quddiem fil-livell dinji u soċjetà bbażata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Pier Antonio Panzeri, Nils Torvalds, Marco Valli, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Gérard Deprez, Nils Torvalds

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

EFDD

Marco Valli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Ramón Luis Valcárcel Siso, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský, Patricija Šulin

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Karin Kadenbach, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

2

-

ENF

Marco Zanni, Stanisław Żółtek

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Kummissjoni Ewropea, 2015, Impenn u Koerenza – Evalwazzjoni Ex-Post tas-Seba' Programm Kwadru tal-UE, p. 5.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea, 2016, Rapport ta' Monitoraġġ 2015 dwar Orizzont 2020, p. 11.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (30.3.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas

(2016/2147(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Matthijs Van Miltenburg

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Huwa tal-fehma li l-eċċellenza fir-riċerka u l-kompetittività għandhom jibqgħu prinċipji fundamentali tal-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, filwaqt li l-Fondi SIE għandhom ikunu mmirati lejn it-tkabbir reġjonali u l-koeżjoni; huwa għalhekk kontra kwalunkwe kriterju jew kwoti fil-Programm Qafas il-ġdid bl-għan li jinfluwenzaw id-distribuzzjoni ġeografika jew il-koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-istrument ta' appoġġ ta' Orizzont 2020 intitolat "It-Tixrid tal-Eċċellenza u ż-Żieda fil-Parteċipazzjoni" u, fil-każ li dan ikollu suċċess, biex iżżomm ukoll dan l-istrument skont id-9 Programm Qafas sabiex jinkiseb żvilupp ibbilanċjat tal-attivitajiet ta' riċerka fl-UE kollha;

2.  Jinnota li l-Programm Qafas u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għandhom differenzi u similaritajiet, kemm f'termini ta' miri kif ukoll ta' fokus; jinnota li l-introduzzjoni fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni tal-objettiv tematiku 1 dwar it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp tekniku u l-innovazzjoni żiedet b'mod qawwi l-użu tar-riżultati tar-riċerka; huwa tal-fehma li jridu jsiru aktar sforzi biex jiġu massimizzati s-sinerġiji fil-livell tal-programmi u tal-proġetti; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tanalizza x-xejriet territorjali ta' Orizzont 2020 u l-infiq tal-Fondi SIE sabiex jiġu identifikati oqsma partikolari fejn għandhom jiżdiedu s-sinerġiji fl-allokazzjoni ta' finanzjament u sabiex titwaqqaf bażi tad-data dwar l-aħjar prattiki għall-proġetti u sabiex jiġu indikati mogħdijiet lejn sinerġiji futuri possibbli;

3.  Ifakkar fil-proġett pilota ffinanzjat mill-baġit tal-UE bl-isem 'Triq lejn l-Eċċellenza' (S2E - Stairway to Excellence), li jkompli jappoġġa r-reġjuni fit-13-il Stat Membru għall-iżvilupp u l-isfruttar tas-sinerġiji bejn il-Fondi SIE, Orizzont 2020 u programmi oħra ta' finanzjament tal-UE;

4.  Huwa tal-fehma li l-Istrateġija ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3 – Research and Innovation Strategy for Smart Specialisation) hija mezz xieraq biex jibnew, jiġu riformati u jissaħħu l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali; jirrimarka li abbażi tal-prijoritajiet identifikati fl-RIS3, il-kooperazzjoni interreġjonali għandha tiġi żviluppata għax tippermetti l-ħolqien ta' ktajjen ta' valur madwar l-UE; jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iżvilupp ulterjuri tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (EIT KKI) ma' ċentri tal-RIS3; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex itejbu l-kwalità tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġiji tagħhom;

5.  Huwa tal-fehma li l-Fondi SIE jistgħu jintużaw biex tinbena u jissaħħu l-infrastruttura u l-kapaċitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), u b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-eċċellenza fir-R&I; jirrimarka li l-Fondi SIE jistgħu jintużaw għat-trasferiment tal-innovazzjoni, il-promozzjoni tal-investiment pubbliku u privat fir-R&I u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet u sinerġiji bejn l-intrapriżi, ċentri ta' riċerka u żvilupp u s-settur tal-edukazzjoni ogħla; jesprimi x-xewqa tiegħu li l-Fondi SIE jiġu użati għall-promozzjoni ta' ċentri ta' kompetenza u ta' innovazzjoni, b'mod partikolari dawk li huma ta' interess Ewropew;

6.  Huwa tal-fehma li l-investiment effettiv fir-riċerka u l-iżvilupp mill-Fondi SIE jistgħu jseħħu biss jekk l-Istati Membri jkollhom kondizzjonijiet tal-qafas f'posthom; ifakkar fl-importanza li jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex-ante rilevanti fil-politika ta' koeżjoni, bħal dawk dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, sabiex ikun żgurat li l-Fondi SIE jkollhom impatt sinifikanti fuq l-innovazzjoni; jitlob, għalhekk, li jkun hemm rabta b'saħħitha u bbilanċjata bejn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal riformi strutturali b'rabta mar-R&I, u investimenti f'dan il-qasam;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, b'mod partikolari bil-għan li l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) jiżdiedu għal 3 % tal-PGD sal-2020 u biex tingħata spinta lill-attivitajiet ta' R&I b'mod partikolari fir-reġjuni anqas żviluppati; josserva li hemm rabta ċara bejn l-investimenti nazzjonali fir-R&Ż u l-ammont ta' applikazzjonijiet b'suċċess għal proġetti taħt il-Programmi Qafas;

8.  Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu inklużi inċentivi għall-użu tal-Fondi SIE għall-investimenti fir-R&I fejn hemm rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal dak l-għan jew fejn jiġu identifikati dgħjufijiet; jikkonkludi li l-Fondi SIE għal investimenti fir-R&I se jiġġeneraw EUR 65 biljun fil-perjodu 2014–2020; jipproponi, għalhekk, li r-riżerva ta' prestazzjoni għall-Fondi SIE stabbilita fl-Istati Membri tiġi użata biex jiġi investit proporzjon sostanzjali tad-dħul mill-Fondi Strutturali fir-R&I;

9.  Jilqa' l-prinċipju u l-potenzjal tas-Siġill ta' Eċċellenza, bħala tikketta ta' kwalità għal sinerġiji bejn il-Fondi SIE u Orizzont 2020, iżda jinnota li dan ma jiġix applikat biżżejjed fil-prattika, minħabba n-nuqqas ta' finanzjament fl-Istati Membri; jemmen li l-proġetti – li ġew sottomessi għall-iffinanzjar taħt Orizzont 2020, għaddew kriterji stretti ta' selezzjoni u aġġudikazzjoni b'eżitu pożittiv, iżda li ma setgħux jiġu ffinanzjati minħabba limitazzjonijiet tal-baġit – għandhom jiġu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Fondi SIE, jekk dawn ir-riżorsi jkunu disponibbli għal dak l-għan; jirrimarka li mekkaniżmu simili għandu jiġi definit ukoll għall-proġetti ta' riċerka kollaborattivi;

10.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-baġit tal-programm Orizzont 2020 tnaqqas b'EUR 2,2 biljun sabiex jiġi ffinanzjat il-fond ta' garanzija tal-FEIS; huwa tal-fehma li l-UE trid tibqa' kompetittiva fil-livell internazzjonali u m'għandhiex titlef il-potenzjal tagħha fir-R&I; jenfasizza li l-FP9 u l-Fondi SIE għandhom jiġu bbaġitjati kif xieraq taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2020 sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-appoġġ xieraq għar-riċerka; Jipproponi għalhekk li l-baġit tal-FP9 jiżdied għal ammont totali ta' EUR 100 biljun, inkluż baġit akbar iddedikat għall-Istrument tal-SMEs, li għandu jkun garantit għat-tul kollu tal-programm;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tfassal id-9 Programm Qafas u r-regolamenti tal-Fondi SIE futuri, tiżgura li l-kondizzjonijiet ta' qafas jittejbu u jiġu simplifikati biex jagħtu spinta lis-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn il-politiki dwar ir-R&Ż speċifiċi għas-settur, il-Fondi Strutturali, u l-fondi u l-programmi tar-R&I; jirrimarka li l-FP9 għandu jkompli jiffoka primarjament fuq proġetti li jinsabu fil-livell baxx u f'dak medju-għoli ta' preparazzjoni teknoloġika (TLRs), filwaqt li l-proġetti fuq il-livelli għolja tat-TRLs għandhom jibqgħu primarjament fil-qasam tal-Fondi SIE;

12.  Jinnota li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw għall-Fondi SIE, iżda mhux għal Orizzont 2020, filwaqt li t-tnejn li huma jistgħu jiffinanzjaw proġetti simili b'għanijiet simili; jenfasizza li dan jikkawża problemi mhux neċessarji f'dak li għandu x'jaqsam mas-sinerġija bejn dawn il-fondi; jenfasizza li l-approċċ ta' "trattament ugwali" f'termini ta' proċeduri, eż. dwar l-għajnuna mill-Istat u l-eliġibilità tal-ispejjeż għall-Fondi SIE u l-FP, għandu jsir il-prinċipju ewlieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta reviżjoni tar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat, speċjalment rigward proġetti tas-Siġill ta' Eċċellenza, u tiddefinixxi liema proġetti ma jaqgħux aktar fl-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, Josu Juaristi Abaunz, Ivana Maletić, Demetris Papadakis, Tomasz Piotr Poręba, Julia Reid, Davor Škrlec, Damiano Zoffoli, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Morgano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Andrew Lewer, Mirosław Piotrowski, Tomasz Piotr Poręba, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Andrea Cozzolino, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Luigi Morgano, Jens Nilsson, Demetris Papadakis, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Damiano Zoffoli

 

Davor Škrlec

1

-

EFDD Group

Julia Reid

2

0

GUE/NGL Group

Josu Juaristi Abaunz, Martina Michels

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (3.5.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas

(2016/2147(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Vilija Blinkevičiūtė

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 14(1) u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE(1),

A.  billi l-programm Orizzont 2020, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16 tar-Regolament tiegħu, jintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka u l-innovazzjoni bħala kwistjoni trasversali f'kull waħda mill-partijiet differenti tal-programm ta' ħidma;

B.  billi hemm tliet objettivi ta' integrazzjoni taħt Orizzont 2020, jiġifieri: it-trawwim ta' opportunitajiet indaqs u bilanċ bejn is-sessi fit-timijiet ta' proġetti, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni, li jenħtieġ li tkun kwalitattiva;

C.  billi l-UE hija impenjata li tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiżgura l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-azzjonijiet kollha tagħha; billi r-riċerka u l-innovazzjoni huma forzi mexxejja ewlenin għat-tkabbir ekonomiku Ewropew u r-rappreżentazzjoni akbar tan-nisa fir-riċerka tikkontribwixxi għat-tixrid ta' innovazzjonijiet; billi l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-ħiliet, l-għarfien u l-kwalifiki tan-nisa se jikkontribwixxi biex tingħata spinta lit-tkabbir, liż-żieda fl-impjiegi u lill-kompetittività Ewropea;

D.  billi s-sehem ta' nisa fi gruppi konsultattivi matul il-perjodu 2014-2015 kien ta' 51,9 %(2); billi dan kien l-uniku indikatur ta' parteċipazzjoni tan-nisa li laħaq il-mira stabbilita tiegħu, li f'dan il-każ kienet ta' 50 %; billi s-sehem ta' nisa esperti rreġistrati f'bażijiet ta' data tal-esperti kien ta' 31,1 % u s-sehem ta' nisa li qed jipparteċipaw f'bordijiet ta' evalwazzjoni kien ta' 36,7 %(3); billi dawn iż-żewġ ċifri ma kinux laħqu l-miri rispettivi tagħhom ta' 40 %;

E.  billi d-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni kien viżibbli f'36,2 % tal-proġetti mogħtija(4); billi matul il-perjodu 2014-2015, is-sehem tan-nisa parteċipanti fi proġetti ta' Orizzont 2020 kien ta' 35,8 % tat-total tal-forza tax-xogħol, inklużi dawk li mhumiex riċerkaturi(5);

F.  billi Orizzont 2020, bħall-programmi kollha tal-UE, għandu l-għan li jikseb impenji tal-Ewropa 2020 u impenji internazzjonali oħra, bħal COP21 u l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, inkluż l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 5 tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi; billi dawn l-għanijiet mhux se jintlaħqu mingħajr innovazzjoni, riċerka u żvilupp ġodda; jenfasizza, madankollu, li dan il-programm huwa komplementari għall-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Istati Membri stess;

1.  Jinnota l-bidliet pożittivi li saru f'dawn l-aħħar snin f'termini ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, iżda jiġbed l-attenzjoni għas-segregazzjoni vertikali u orizzontali qawwija li tolqot lin-nisa fid-dinja akkademika u l-preżenza ta' ostakoli kulturali u istituzzjonali;

2.  Jilqa' l-fatt li Orizzont 2020 jipprovdi appoġġ għal korpi ta' riċerka fl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi; jilqa' wkoll il-proġett konġunt tal-Kummissjoni u tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi mmirat biex joħloq għodda online għal pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, bħala mezz biex jiġu identifikati u kondiviżi l-aħjar prattiki mal-partijiet interessati rilevanti;

3.  Jenfasizza l-importanza li jinżammu relazzjonijiet mill-qrib kemm jista' jkun ma' xjenzati mir-Renju Unit sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni jew telf ta' għarfien fil-qasam tar-riċerka medika;

4.  Jilqa' l-fatt li l-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal huwa wieħed mill-fatturi ta' klassifika fil-kriterji tal-evalwazzjoni ta' Orizzont 2020, peress li n-nisa jirrappreżentaw biss 35,8 % tal-forza tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi rekwiżit ta' parteċipazzjoni minima ta' 40 % għas-sess sottorappreżentat fil-Programm Qafas li jmiss; jilqa', madankollu, il-fatt li l-applikanti għandhom l-opportunità li jinkludu taħriġ u studji speċifiċi dwar il-ġeneru bħala spejjeż eliġibbli fil-proposti tagħhom;

5.  Jilqa' l-indikaturi speċifiċi użati biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi f'Orizzont 2020, iżda jiddispjaċih mill-fatt li 36,2 % biss tal-għotjiet iffirmati matul l-istess perjodu kkunsidraw id-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni(6); jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tinkludi t-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala kondizzjonalità ex ante li tapplika għall-għotjiet kollha taħt il-Programm Qafas 9;

6.  Jinnota li bħalissa m'hemm l-ebda indikatur biex jiġi valutat il-perċentwal ta' proġetti li jindirizzaw speċifikament kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u kwistjonijiet marbutin mill-qrib mal-ugwaljanza bejn is-sessi, bħal: is-saħħa (b'mod partikolari s-saħħa tal-ommijiet u tat-trabi tat-twelid), il-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat, li jaffettwaw b'mod sproporzjonat lin-nisa u lit-tfal, l-ikel u n-nutrizzjoni, l-ilma u s-sanitazzjoni, u l-aċċess għar-riżorsi; jinnota, f'dan ir-rigward, li hemm nuqqas ta' indikaturi biex jitkejjel il-perċentwal ta' sejħiet għal proposti li jfittxu tali proġetti; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi indikaturi dwar dawn il-kwistjonijiet kollha fir-rapporti ta' monitoraġġ annwali ta' Orizzont 2020 tal-futur, u fil-Programm Qafas il-ġdid;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-bilanċ bejn is-sessi milħuq fi gruppi konsultattivi ta' Orizzont 2020, fejn il-parteċipazzjoni tan-nisa kienet ta' 52 % fl-2014 u fl-2015; jiddispjaċih, madankollu, li s-sehem ta' nisa esperti rreġistrati f'bażijiet ta' data tal-esperti u s-sehem ta' nisa f'bordijiet ta' evalwazzjoni ma laħqux il-mira ta' 40 % ta' parteċipazzjoni tas-sess sottorappreżentat; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ġodda biex tindirizza din is-sitwazzjoni;

8.  Jilqa' l-fatt li wieħed mill-objettivi fi "Xjenza mas-Soċjetà u għaliha" huwa li jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi, kemm fil-proċess tar-riċerka kif ukoll fil-kontenut tar-riċerka; jilqa', barra minn hekk, l-għotjiet għal "Appoġġ lil organizzazzjonijiet ta' riċerka biex jimplimentaw pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi" u "Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'Orizzont 2020 u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka"; jiddeplora, madankollu, li m'hemmx linji speċifiċi fil-baġit għall-għanijiet deskritti f'Orizzont 2020;

9.  Iqis li huwa meħtieġ rieżami ulterjuri sabiex jiġu vvalutati r-riżultati ta' Orizzont 2020, ibbażati fuq indikaturi affidabbli u komparabbli bħall-perċentwali ta' nisa fost il-parteċipanti u fost il-koordinaturi ta' proġetti fil-programm, u sabiex jiġu proposti aġġustamenti għall-azzjonijiet speċifiċi fejn meħtieġ bl-għan li jinkisbu riżultati aħjar;

10.  Jitlob li l-Kummissjoni żżid il-baġit għal Orizzont 2020 sabiex jiżdied in-numru ta' universitajiet u istituzzjonijiet ta' riċerka parteċipanti, u jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għal għotjiet speċifiċi għal riċerkaturi u xjenzati nisa, sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza fil-karrieri xjentifiċi u tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE;

11.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu aktar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'Orizzont 2020 u fil-Programm ta' Qafas 9 futur, u li jappoġġjaw u jsaħħu d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka, in-negozji u s-sħab soċjali relatati; jitlob l-iżvilupp ta' miri għall-ugwaljanza bejn is-sessi fi strateġiji, programmi u proġetti fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jegħlbu l-inugwaljanzi strutturali li fadal bejn is-sessi fost ir-riċerkaturi, partikolarment fil-kundizzjonijiet tax-xogħol – bħalma huma d-differenzi fil-paga u l-arranġamenti kuntrattwali diskriminatorji – u fir-rappreżentanza tan-nisa fil-bordijiet ta' tmexxija ta' istituzzjonijiet ta' riċerka u universitajiet(7);

13.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi promossa l-intraprenditorija tan-nisa permezz tal-istrument tal-SMEs, sabiex in-nisa jitħeġġu sabiex jikkunsidraw l-intraprenditorija bħala alternattiva ta' karriera rilevanti, billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kreditu, titnaqqas il-burokrazija u ostakoli oħra għal negozji ġodda tan-nisa, bl-għan li jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza ta' programmi ta' appoġġ għal intraprendituri nisa u għal nisa fix-xjenza u fid-dinja akkademika u jħeġġeġ lill-UE tappoġġja dawn il-programmi b'mod aktar konkret, inkluż permezz ta' azzjonijiet pożittivi bħal programmi ta' netwerking u ta' mentoring, kif ukoll billi jinħolqu kundizzjonijiet adegwati u jiġu żgurati opportunitajiet indaqs mal-irġiel fl-etajiet kollha għat-taħriġ, l-avvanz, il-ksib mill-ġdid ta' ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-għadd u l-impatt ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni pertinenti għal Orizzont 2020 bl-għan li jattiraw aktar tfajliet lejn l-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika u biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fi proġetti ta' riċerka; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-immirar u s-suċċess ta' kampanji ta' informazzjoni sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fi proġetti ta' riċerka;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu miżuri u azzjonijiet li jrawmu l-potenzjal tat-tmexxija tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, bl-użu ta' għodod speċifiċi bħal, pereżempju l-mentoring, in-netwerking u mudelli eżemplari għall-avvanz fil-karriera tan-nisa;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ kwalitattiv fir-rapport ta' evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 u tuża r-rapport ta' evalwazzjoni interim biex tiżviluppa parteċipazzjoni ta' ġeneru speċifiku u l-inklużjoni ta' kejl għall-użu fl-evalwazzjoni ex post ta' Orizzont 2020;

17.  Jitlob iż-żamma ta' linja indipendenti ta' finanzjament għal proġetti ta' tibdil strutturali speċifiċi għall-ġeneru (bħal GERI għall-2014-2016), kif ukoll suġġetti oħra ta' ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka u l-innovazzjoni;

18.  Jitlob l-inklużjoni ta' strateġija għall-ugwaljanza bejn is-sessi b'saħħitha u miri li jistgħu jitkejlu fil-proposta tal-Programm Qafas 9 u għal rekwiżiti aktar żviluppati u konkreti dwar l-inklużjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-regolament bażiku li se jiġi propost għall-Programm Qafas ġdid; iqis li huwa importanti li jkompli jappoġġja l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala objettiv trasversali u bħala qasam speċifiku eliġibbli għall-finanzjament f'kull waħda mill-partijiet differenti tal-programm ta' ħidma.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Viorica Dăncilă, Arne Gericke, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck, Rosa Estaràs Ferragut, Mariya Gabriel, Ildikó Gáll-Pelcz, Kostadinka Kuneva, Marc Tarabella, Monika Vana

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(2)

Ir-Rapport ta' Monitoraġġ tal-2015 dwar Orizzont 2020, http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/h2020_monitoring_reports/second_h2020_annual_monitoring_report.pdf.

(3)

Ibid

(4)

Il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020, studju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS), Frar 2017.

(5)

Ibid

(6)

Ir-Rapport ta' Monitoraġġ tal-2015 dwar Orizzont 2020. pp. 53-217. http://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/h2020_monitoring_reports/second_h2020_annual_monitoring_report.pdf

(7)

She Figures 2015. https://ec.europa.eu/research/swafs/pdf/pub_gender_equality/she_figures_2015-final.pdf#view=fit&pagemode=none


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Soledad Cabezón Ruiz, Jude Kirton-Darling, Constanze Krehl, Barbara Kudrycka, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Marian-Jean Marinescu, Marisa Matias, Markus Pieper, Sofia Sakorafa, Anne Sander, Pavel Telička, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio Massimo Castaldo, Nicola Danti, Gabriele Preuß


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Pavel Telicka, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský, Anneleen Van Bossuyt

GUE

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlícek, Marisa Matias, Sofia Sakorafa

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Christian Ehler, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Angelika Niebler, Markus Pieper, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

José Blanco López, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Danti, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Gabriele Preuβ, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

2

-

ENF

Angelo Ciocca, Jean-Luc Schaffhauser

5

0

Verts/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Claude Turmes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza