RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

8.6.2017 - (COM(2016)0605 – C8-0372/2016 – 2016/0282(COD)) - ***I

Kumitat għall-Baġit
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteurs: Ingeborg Gräßle, Richard Ashworth
(Laqgħat konġunti ta' kumitati – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporteurs għall-opinjoni (*):
Jérôme Lavrilleux, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Jerzy Buzek, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Wim van de Camp, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Constanze Krehl, Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Paolo De Castro, Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2016/0282A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0211/2017

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0605 – C8-0372/2016 – 2016/0282(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0605),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42, 43(2), 46(d), 149, 153(2)(a), 164, 168(4)(b), 172, 175, 177, 178, 189(2), 212(2), 322(1) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0372/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2017 tas-26 ta' Jannar 2017[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għas-Sajd, u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0211/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Peress li wara tliet snin ta' implimentazzjoni jridu jsiru aktar emendi għar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jitneħħew il-konġestjonijiet fl-implimentazzjoni billi tiżdied il-flessibbiltà, sabiex tiġi ssimplifikata l-kunsinna għall-partijiet ikkonċernati u għas-servizzi u sabiex jinxteħet fokus akbar fuq ir-riżultati, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/201214 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jitħassar u jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament.

(1)  Peress li wara tliet snin ta' implimentazzjoni jridu jsiru aktar emendi għar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jitneħħew il-konġestjonijiet fl-implimentazzjoni billi tiżdied il-flessibbiltà, sabiex tiġi ssimplifikata l-kunsinna għall-partijiet ikkonċernati u għas-servizzi, jinxteħet fokus akbar fuq ir-riżultati u jittejbu l-aċċessibbiltà, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/201214 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jitħassar u jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament.

_________________

_________________

14 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

14 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Bil-għan li jiġi żgurat dibattitu xieraq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kellhom jiġu previsti skadenzi aktar adegwati għad-diskussjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-iskadenzi previsti għad-dibattitu ta' din il-proposta ma jqisux kif xieraq l-opinjoni tal-koleġiżlatur.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-prinċipji baġitarji fundamentali għandhom jinżammu. Id-derogi mill-prinċipji fundamentali għal oqsma speċifiċi bħar-riċerka, l-azzjonijiet esterni u l-fondi strutturali għandhom jiġu rieżaminati u ssimplifikati sa fejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit u l-piż li jimponu fuq dawk involuti.

(3)  Il-prinċipji baġitarji fundamentali, kif ukoll id-distribuzzjoni tas-setgħat u r-rwol ċentrali tal-Qorti tal-Awdituri fit-twettiq tal-awditjar tal-Unjoni stabbilit fl-Artikoli 285 u 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandhom jinżammu. Id-derogi mill-prinċipji fundamentali għal oqsma speċifiċi bħar-riċerka, l-azzjonijiet esterni u l-fondi strutturali għandhom jiġu rieżaminati u ssimplifikati sa fejn possibbli, filwaqt li titqies ir-relevanza li għad għandhom, il-valur miżjud tagħhom għall-baġit u l-piż li jimponu fuq dawk involuti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sa 10 % tal-fondi tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-istrument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (SKŻ) jistgħu jinżammu mhux allokati fil-bidu tas-sena finanzjarja sabiex jitħalla finanzjament addizzjonali li jwieġeb għal ħtiġijiet kbar imprevisti, sitwazzjonijiet ta' kriżi ġodda jew bidliet politiċi serji f'pajjiżi terzi, minbarra l-ammonti diġà pprogrammati. Dawn il-fondi mhux allokati, jekk ma jiġux impenjati matul is-sena, jinħtieġ li jiġu riportati permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(4)  Sa 10 % tal-fondi tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-istrument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (SKŻ) jistgħu jinżammu mhux allokati fil-bidu tas-sena finanzjarja sabiex jitħalla finanzjament addizzjonali li jwieġeb għal ħtiġijiet kbar imprevisti, sitwazzjonijiet ta' kriżi ġodda jew bidliet politiċi serji f'pajjiżi terzi, minbarra l-ammonti diġà pprogrammati. Dawn il-fondi mhux allokati, jekk ma jiġux impenjati matul is-sena, jinħtieġ li jiġu riportati permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li jiġi żgurat li jintefqu bi qbil mal-objettivi speċifiċi tal-istrument inizjali tagħhom u li jiġu regolati mir-regoli u mill-korpi relatati ma' dak l-istrument.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa suppost tkun konformi mal-Artikolu 12(2)(e) li jitratta biss mar-regoli dwar ir-riporti. Imissu jiġi ggarantit li l-ebda fond mhux allokat li jkun ġie riportat ma jkunx jista' jiġi ddevjat mill-objettivi speċifiċi tal-istrument rispettiv.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-kunċett tal-prestazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE għandu jiġi ċċarat. Il-prestazzjoni għandha tiġi deskritta bħala applikazzjoni diretta tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Għandu jkun hemm rabta bejn il-prestazzjoni, l-iffissar tal-objettivi, l-indikaturi, ir-riżultati u l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. Sabiex jiġu evitati kunflitti ma' oqfsa tal-prestazzjoni eżistenti tal-programmi differenti, ir-referenzi f'termini tat-terminoloġija tal-prestazzjoni għandhom ikunu limitati għal objettivi u l-monitoraġġ tal-progress fil-kisba tagħhom.

(12)  Il-kunċett tal-prestazzjoni fir-rigward tal-baġit tal-UE għandu jiġi ċċarat. Il-prestazzjoni għandha tiġi deskritta abbażi tal-kisba tal-objettivi u tal-applikazzjoni diretta tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Mingħajr ma nfittxu li nippreġudikaw ir-rilevanza tal-programm ikkonċernat, għandu jkun hemm rabta bejn l-objettivi stabbiliti u l-prestazzjoni, l-indikaturi, ir-riżultati, l-addizzjonalità u l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet. Sabiex jiġu evitati kunflitti ma' oqfsa tal-prestazzjoni eżistenti tal-programmi differenti, ir-referenzi f'termini tat-terminoloġija tal-prestazzjoni għandhom ikunu limitati għal objettivi u l-monitoraġġ tal-progress fil-kisba tagħhom.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-prinċipju tat-trasparenza, imnaqqax fl-Artikolu 15 TFUE li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jaħdmu kemm jista' jkun b'mod miftuħ, jimplika li, fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-baġit, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsiru jafu fejn, u għal liema skop, ikunu qed jintefqu il-fondi mill-Unjoni. Informazzjoni bħal din trawwem id-dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-partiċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u ssaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni. Tali objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-pubblikazzjoni, idealment bl-użu ta' għodda moderni ta' komunikazzjoni, ta' informazzjoni rilevanti dwar ir-riċevituri kollha tal-fondi tal-Unjoni, li tqis tali interessi leġittimi ta' kunfidenzjalità u ta' sigurtà tar-riċevituri kollha u, f'dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-dritt tagħhom għall-privatezza u l-ħarsien tad-dejta personali tagħhom. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jadottaw approċċ selettiv fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti.

(14)  Il-prinċipju tat-trasparenza huwa mnaqqax fl-Artikolu 15 TFUE; dan jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jaħdmu kemm jista' jkun b'mod miftuħ u, jimplika li, fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-baġit, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsiru jafu fejn, u għal liema skop, ikunu qed jintefqu il-fondi mill-Unjoni. Informazzjoni bħal din trawwem id-dibattitu demokratiku, tikkontribwixxi għall-partiċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni, issaħħaħ il-kontroll u l-iskrutinju istituzzjonali fuq in-nefqa tal-Unjoni u tagħti kontribut eċċezzjonali biex tqawwilha l-kredibbiltà. Jenħtieġ li l-komunikazzjoni tkun aktar immirata lejn ir-riċevituri, timmira lejn iż-żieda tal-viżibbiltà għaċ-ċittadini, filwaqt li permezz ta' miżuri definiti tiżgura li l-messaġġi jiġu riċevuti mill-benefiċjarji. Tali objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-pubblikazzjoni sħiħa, idealment bl-użu ta' għodod moderni ta' komunikazzjoni, ta' informazzjoni rilevanti dwar ir-riċevituri kollha tal-fondi tal-Unjoni, li tqis dawk l-interessi leġittimi ta' kunfidenzjalità u ta' sigurtà tal-istess riċevituri u, f'dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-dritt tagħhom għall-privatezza u l-ħarsien tad-dejta personali tagħhom. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jadottaw approċċ selettiv fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji rilevanti sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-informazzjoni dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni implimentati b'implimentazzjoni diretta għandha tiġi ppubblikata fuq sit web tal-istituzzjonijiet u għandha tinkludi mill-inqas l-isem, il-post, l-ammont u l-għan tal-fondi. Dik l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-kriterji rilevanti bħall-perjodiċità, it-tip u l-importanza tal-miżura.

(15)  F'kull każ, l-ogħla livell ta' trasparenza fir-rigward tad-dejta dwar il-benefiċjarji jenħtieġ li jiġi mfittex, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. L-informazzjoni dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni implimentati b'implimentazzjoni diretta, indiretta u kondiviża għandha tiġi ppubblikata fis-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja u fuq sit web tal-istituzzjonijiet u għandha tinkludi mill-inqas l-isem, il-post, l-ammont u l-għan tal-fondi. Dik l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-kriterji rilevanti bħall-perjodiċità, it-tip u l-importanza tal-miżura.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-isem u l-post tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni għandhom jiġu ppubblikati għall-premji, għall-għotjiet u għall-kuntratti mogħtija wara l-ftuħ ta' proċedura pubblika għall-kompetizzjoni, kif inhu l-każ b'mod partikolari għall-kompetizzjonijiet, għas-sejħiet għal proposta u għas-sejħiet għall-offerti, fir-rigward tal-prinċipji tat-TFUE u b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u ta' nondiskriminazzjoni. Barra minn hekk, tali pubblikazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-kontroll tal-proċeduri tal-għażla pubblika mill-applikanti mhux magħżula tal-kompetizzjoni.

(16)  Għall-premji, għall-għotjiet u għall-kuntratti mogħtija wara l-ftuħ ta' proċedura pubblika għall-kompetizzjoni, u b'mod partikolari għall-kompetizzjonijiet, għal sejħa għal proposta u/jew għal sejħa għall-offerti, sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tat-TFUE u b'mod partikolari l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni, l-isem u l-lokalità tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni għandhom ikunu ppubblikati. Tali pubblikazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-kontroll tal-proċeduri tal-għażla pubblika mill-applikanti li ma ntgħażlux fil-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Lingwaġġ aktar ċar

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-isem u l-post tar-riċevitur u l-ammont u l-għan tal-fondi ma għandhomx jiġu ppubblikati jekk tali pubblikazzjoni tista' tipperikola l-integrità tar-riċevitur kif protetta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew tkun ta' dannu għall-interessi kummerċjali leġittimi tal-benefiċjarju.

(22)  L-isem u l-post tar-riċevitur u l-ammont u l-għan tal-fondi ma għandhomx jiġu ppubblikati meta jkun hemm riskju li tali pubblikazzjoni tista' tikkomprometti l-integrità tar-riċevitur kif protetta, b'mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew tkun ta' dannu għall-interessi kummerċjali leġittimi tal-benefiċjarju.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'każ ta' implimentazzjoni indiretta u kondiviża, għandu jkun f'idejn il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni li jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-benefiċjarji finali. Fejn applikabbli, il-livell ta' dettall u l-kriterji għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli speċifiċi għas-settur rilevanti u jistgħu jkunu ddefiniti aktar fil-ftehimet qafas finanzjarji ta' sħubija. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni referenza tas-sit web fejn tista' tinstab informazzjoni dwar ir-riċevituri u r-riċevituri finali.

(23)  Apparti mill-elementi stabbiliti fil-Premessa 15, fil-każ ta' implimentazzjoni indiretta u kondiviża, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-persuni, tal-entitajiet jew tal-korpi ddeżinjati li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni li jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-benefiċjarji finali. Fejn applikabbli, il-livell ta' dettall u l-kriterji għandhom jiġu ddefiniti fir-regoli speċifiċi għas-settur rilevanti u jistgħu jkunu ddefiniti aktar fil-ftehimet qafas finanzjarji ta' sħubija. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni referenza tas-sit web fejn tista' tinstab informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-benefiċjarji finali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Ladarba jkunu ġew definiti l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' kull attur finanzjarju, huma jistgħu jinżammu responsabbli biss skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni. Fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni twaqqfu l-bordijiet speċjalizzati dwar l-irregolaritajiet finanzjarji, iżda minħabba n-numru limitat ta' każijiet sottomessi lilhom u għal raġunijiet ta' effiċjenza, xieraq li l-funzjonijiet tagħhom jiġu ttrasferiti għall-bord interistituzzjonali li għadu kemm twaqqaf bil-għan li jivvaluta t-talbiet u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi (esklużjoni u penali finanzjarja) riferiti lilu mill-Kummissjoni jew minn istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni. Dan it-trasferiment għandu wkoll l-għan li jevita xogħol doppju u li jimmitiga r-riskji ta' rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet kontradittorji, f'każijiet li fihom ikunu involuti kemm attur ekonomiku kif ukoll membru tal-persunal tal-UE. Għandha tinżamm il-proċedura li permezz tagħha uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jfittex konferma ta' struzzjoni li dak l-uffiċjali jqis li tkun irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u b'hekk jinħeles minn kull responsabbiltà. Il-kompożizzjoni ta' dan il-bord għandha tiġi mmodifikata meta jaqdi dan ir-rwol.

(40)  Ladarba jkunu ġew definiti l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' kull attur finanzjarju, huma jistgħu jinżammu responsabbli biss skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li jitwaqqaf bord interistituzzjonali separat speċifiku. Peress li l-kwistjoni tal-irregolaritajiet finanzjarji hija marbuta mas-setgħat dixxiplinarji tal-istituzzjoni u għaldaqstant intrinsikament marbuta mal-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjoni, il-karattru interistituzzjonali tal-bord jenħtieġ li jissaħħaħ permezz tal-kompożizzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Għall-fini ta' sigurtà legali, għandhom jiġu ddefiniti r-regoli dwar meta għandha tintbagħat nota ta' debitu.

(47)  Sabiex jiġu ggarantiti s-sigurtà legali u t-trasparenza, għandhom jiġu ddefiniti r-regoli dwar meta għandha tintbagħat nota ta' debitu.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Jinħtieġ li dan ir-Regolament jistipula li l-pagamenti jridu jsiru fi ħdan limitu ta' żmien speċifikat u li f'każ ta' nuqqas ta' rispett ta' dan il-limitu ta' żmien, il-kredituri se jkunu intitolati għal imgħaxijiet ta' inadempjenza li jiġu ddebitati lill-baġit, bl-eċċezzjoni tal-Istati Membri, u l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew tal-Investiment introdotti ġodda.

(54)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula li l-pagamenti jridu jsiru fi ħdan limitu ta' żmien speċifikat u li f'każ ta' nuqqas ta' rispett ta' dan il-limitu ta' żmien, il-kredituri se jkunu intitolati għal imgħaxijiet ta' inadempjenza li jiġu ddebitati lill-baġit, bl-eċċezzjoni tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp tal-BEI ma għandux jiġi ttrattat b'mod differenti f'dan ir-rigward minn entitajiet oħra li jimplimentaw il-fondi baġitarji tal-UE jew il-kredituri tal-Unjoni. F'dan ir-rigward il-Grupp tal-BEI huwa meħtieġ, skont l-Istatut tiegħu, jiżgura li l-kostijiet tiegħu jkunu koperti u li l-inklużjoni tal-BEI/FEI f'din id-dispożizzjoni tista' tipprovoka reazzjonijiet negattivi minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu marbuta ma' strumenti eżistenti bħalma huma l-FEIS, l-ELM (il-Mandat ta' Self Estern) u InnovFin.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  Huwa importanti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li r-riżorsi allokati lilhom permezz ta' implimentazzjoni kondiviża jiġu ttrasferiti fil-livell tal-Unjoni u jiġu implimentati mill-Kummissjoni f'implimentazzjoni diretta jew indiretta, fejn possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. B'hekk jiġi ottimizzat l-użu ta' dawn ir-riżorsi u tal-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont Regolamenti settorjali speċifiċi inkluż ir-Regolament tal-FEIS, li għalihom l-Istati Membri jitolbu t-trasferiment ta' dawn ir-riżorsi. Sabiex tiġi ggarantita implimentazzjoni effiċjenti ta' dawn l-istrumenti, hemm bżonn li jkun previst li meta r-riżorsi jiġu ttrasferiti lil strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont Regolamenti settorjali speċifiċi inkluż ir-Regolament FEIS, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli ta' dawk ir-regolamenti.

imħassar

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Persuna jew entità għandha tiġi eskluża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta tinqata' sentenza finali jew tittieħed deċiżjoni amministrattiva finali f'każ ta' mġiba professjonali ħażina serja, nonkonformità, kemm jekk intenzjonata jew le, mal-obbligi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxi, frodi li jaffettwa l-baġit, korruzzjoni, parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, reati relatati mat-terroriżmu, tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin jew irregolarità. Għandha tiġi eskluża wkoll fil-każ ta' ksur serju ta' impenn legali jew falliment.

(71)  Persuna jew entità għandha tiġi eskluża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli meta tinqata' sentenza finali jew tittieħed deċiżjoni amministrattiva finali f'każ ta' mġiba professjonali ħażina serja, nonkonformità, kemm jekk intenzjonata jew le, mal-obbligi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas tat-taxxi, fejn l-uffiċċju reġistrat tagħha huwa stabbilit f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax, standards ta' governanza tajba tat-taxxa, inkluża l-kompetizzjoni ġusta tat-taxxa, frodi li taffettwa l-baġit, korruzzjoni, parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, reati relatati mat-terroriżmu, tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin jew irregolarità. Għandha tiġi eskluża wkoll fil-każ ta' ksur serju ta' impenn legali jew falliment. Għandha tiġi eskluża wkoll meta ma tikkonformax mat-trasparenza fiskali u meta tiżvela pubblikament informazzjoni ta' rapportar pajjiż b'pajjiż kif previst fid-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72)  Meta jkun qed jiddeċiedi dwar l-esklużjoni jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarja u dwar il-pubblikazzjoni tagħha jew dwar iċ-ċaħda ta' persuna jew ta' entità, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi jqis b'mod partikolari s-serjetà tas-sitwazzjoni, l-impatt baġitarju tagħha, iż-żmien li għadda mill-aġir rilevanti, id-durata tagħha u r-rikorrenza tagħha, l-intenzjoni jew il-livell ta' negliġenza u l-livell ta' kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità mal-awtorità kompetenti rilevanti dwar l-investigazzjoni u l-kontribut tagħha għall-investigazzjoni.

(72)  Meta jkun qed jiddeċiedi dwar l-esklużjoni ta' persuna jew entità, jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarja fuq persuna jew entità, u dwar il-pubblikazzjoni tagħha, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi jqis b'mod partikolari s-serjetà tas-sitwazzjoni, l-impatt baġitarju tagħha, iż-żmien li għadda mill-aġir rilevanti, id-durata tagħha u r-rikorrenza tagħha, l-intenzjoni jew il-livell ta' negliġenza u l-livell ta' kollaborazzjoni tal-persuna jew tal-entità mal-awtorità kompetenti rilevanti dwar l-investigazzjoni u l-kontribut tagħha għall-investigazzjoni.

Emenda17

Proposta għal regolament

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80)  Huwa importanti li jkun jista' jissaħħaħ l-effett ta' deterrent miksub permezz tal-esklużjoni jew tal-penali finanzjarja. F'dak ir-rigward, l-effett ta' deterrent għandu jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta mal-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja, b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Dan għandu jikkontribwixxi sabiex jiżgura li ma jirrepetix ruħu l-istess aġir. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi speċifikat f'liema sitwazzjonijiet ma għandhiex issir pubblikazzjoni. Fl-evalwazzjoni tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkunsidra kull rakkomandazzjoni tal-bord. Sa fejn huma kkonċernati l-persuni fiżiċi, id-dejta personali għandha tiġi ppubblikata biss f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-aġir jew l-impatt tiegħu fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(80)  Huwa importanti li jkun jista' jissaħħaħ l-effett ta' deterrent miksub permezz tal-esklużjoni jew tal-penali finanzjarja. F'dak ir-rigward, l-effett ta' deterrent għandu jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta mal-esklużjoni u/jew il-penali finanzjarja, b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Dan għandu jikkontribwixxi sabiex jiżgura li ma jirrepetix ruħu l-istess aġir. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi speċifikat f'liema sitwazzjonijiet ma għandhiex issir pubblikazzjoni. Fl-evalwazzjoni tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkunsidra kull rakkomandazzjoni tal-bord. Sa fejn huma kkonċernati l-persuni fiżiċi, id-dejta personali għandha tiġi ppubblikata biss f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-aġir jew l-impatt tiegħu fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

________________

 

1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 88

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(88)  Il-progress lejn l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni u s-sottomissjoni elettronika tad-dokumenti, li jikkostitwixxu miżura ewlenija ta' simplifikazzjoni, għandu jkun akkumpanjat minn kundizzjonijiet ċari għall-aċċettazzjoni tas-sistemi li jridu jintużaw, bil-għan li jiġi stabbilit ambjent legalment b'saħħtu filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-parteċipanti, għar-riċevituri u għall-uffiċċji tal-awtorizzazzjoni kif stipulat f'dan ir-Regolament.

(88)  Il-progress lejn l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni u s-sottomissjoni elettronika tad-dokumenti, inkluż l-akkwist-e, fejn meħtieġ li jikkostitwixxu miżura ewlenija ta' simplifikazzjoni, għandu jkun akkumpanjat minn kundizzjonijiet ċari għall-aċċettazzjoni tas-sistemi li jridu jintużaw, bil-għan li jiġi stabbilit ambjent legalment b'saħħtu filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni għall-parteċipanti, għar-riċevituri u għall-uffiċċji tal-awtorizzazzjoni kif stipulat f'dan ir-Regolament.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 96

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(96)  Importanti li tiġi rikonoxxuta n-natura speċifika tal-faċilitajiet ta' tħallit fejn il-Kummissjoni tħallat il-kontribuzzjoni tagħha ma' dik tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji u li tiċċara l-applikazzjoni tat-Titolu X dwar l-Istrumenti Finanzjarji.

(96)  Importanti li jittejbu n-natura u l-użu tal-faċilitajiet ta' tħallit fejn il-Kummissjoni tħallat il-kontribuzzjoni tagħha ma' dik tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji u li tiċċara l-applikazzjoni tat-Titolu X dwar l-Istrumenti Finanzjarji.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 97a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(97a)  Għandha tiġi żgurata l-ikbar trasparenza fir-rigward tal-kuntratturi u s-sottokuntratturi, sabiex id-dejta rilevanti tkun aċċessibbli.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 105

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(105)  Huwa xieraq li każijiet differenti normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess jiġu identifikati u ttrattati b'mod differenti. Il-kunċett ta' “kunflitt ta' interess” għandu jintuża biss għal każijiet li fihom entità jew persuna b'responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit, għall-awditjar jew għall-kontroll jew uffiċjal jew aġent ta' istituzzjoni tal-Unjoni jkun jinsab f'sitwazzjoni bħal din. F'każijiet li fihom attur ekonomiku jipprova jinfluwenza proċedura b'mod mhux xieraq jew jikseb informazzjoni kunfidenzjali, dan l-aġir għandu jiġi ttrattat bħala mġiba professjonali ħażina serja. Barra minn hekk, l-atturi ekonomiċi jistgħu jkunu f'sitwazzjoni fejn m'għandhomx jintgħażlu biex jimplimentaw kuntratt minħabba interess professjonali li joħloq kunflitt. Pereżempju, kumpanija ma għandhiex tevalwa proġett li ħadet sehem fih jew awditur ma għandux ikun f'pożizzjoni li jawditja kontijiet li jkun iċċertifika fl-imgħoddi.

(105)  Huwa xieraq li każijiet differenti normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess jiġu identifikati u ttrattati b'mod differenti. Il-kunċett ta' “kunflitt ta' interess” għandu jintuża biss għal każijiet li fihom entità jew persuna b'responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit, għall-awditjar jew għall-kontroll jew uffiċjal jew aġent ta' istituzzjoni tal-Unjoni jkun jinsab f'sitwazzjoni bħal din. F'każijiet li fihom attur ekonomiku jipprova jinfluwenza proċedura b'mod mhux xieraq jew jikseb informazzjoni kunfidenzjali, dan l-aġir għandu jiġi ttrattat bħala mġiba professjonali ħażina serja, li b'riżultat tagħha dak l-operatur ikun jista' jiġi eskluż mill-proċedura. Barra minn hekk, l-atturi ekonomiċi jistgħu jkunu f'sitwazzjoni fejn m'għandhomx jintgħażlu biex jimplimentaw kuntratt minħabba interess professjonali li joħloq kunflitt. Pereżempju, kumpanija ma għandhiex tevalwa proġett li ħadet sehem fih jew awditur ma għandux ikun f'pożizzjoni li jawditja kontijiet li jkun iċċertifika fl-imgħoddi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 108

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(108)  L-akkwist pubbliku tal-Unjoni għandu jiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod effettiv, trasparenti u adegwat. B'rabta ma' dan, l-akkwist elettroniku għandu jikkontribwixxi għall-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni u jtejjeb l-aċċess għall-kuntratti għall-atturi ekonomiċi kollha.

(108)  L-akkwist pubbliku tal-Unjoni għandu jiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod effettiv, trasparenti u adegwat, filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni u fuq l-awtoritajiet amministrattivi. B'rabta ma' dan, l-akkwist elettroniku għandu jikkontribwixxi għall-użu aħjar tal-fondi tal-Unjoni u jtejjeb l-aċċess għall-kuntratti għall-atturi ekonomiċi kollha. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li jwettqu akkwist pubbliku jippubblikaw regoli ċari fuq is-siti web tagħhom dwar l-akkwist, l-infiq u l-monitoraġġ, kif ukoll il-kuntratti kollha mogħtija, inkluż il-valur tagħhom.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 124

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(124)  Jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu fuq l-għotjiet, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' azzjoni jew entità eliġibbli għal għotja, kif ukoll fir-rigward tal-impenji legali li jistgħu jintużaw biex ikopru l-għotjiet. B'mod partikolari, id-deċiżjonijiet ta' għoti għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali minħabba l-użu limitat tagħhom u l-introduzzjoni progressiva tal-għotjiet elettroniċi. L-istruttura għandha tiġi ssimplifikata billi d-dispożizzjonijiet fuq l-istrumenti li mhumiex għotjiet jitmexxew għal partijiet oħrajn tar-Regolament. In-natura tal-korpi li jistgħu jirċievu għotjiet operazzjonali għandha tiġi ċċarata peress li l-kunċett ta' korpi bi skop ta' interess tal-Unjoni ġenerali huwa kopert mill-kunċett ta' korpi li għandhom objettiv li jagħmel parti minn politika tal-Unjoni u li jsostniha. Barra minn hekk, id-definizzjoni restrittiva ta' korp li għandu skop ta' interessi ġenerali tal-Unjoni għandha titneħħa.

(124)  Jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu fuq l-għotjiet, b'mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' azzjoni jew entità eliġibbli għal għotja, kif ukoll fir-rigward tal-impenji legali li jistgħu jintużaw biex ikopru l-għotjiet. B'mod partikolari, id-deċiżjonijiet ta' għoti għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali minħabba l-użu limitat tagħhom u l-introduzzjoni progressiva tal-għotjiet elettroniċi. L-istruttura għandha tiġi ssimplifikata billi d-dispożizzjonijiet fuq l-istrumenti li mhumiex għotjiet jitmexxew għal partijiet oħrajn tar-Regolament. In-natura tal-korpi li jistgħu jirċievu għotjiet operazzjonali għandha tiġi ċċarata peress li l-kunċett ta' korpi bi skop ta' interess tal-Unjoni ġenerali huwa kopert mill-kunċett ta' korpi li għandhom objettiv li jagħmel parti minn politika tal-Unjoni u li jsostniha.

Emenda     24

Proposta għal regolament

Premessa 130

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(130)  Il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki u tal-kontrolli għall-kuntrarju tal-valutazzjoni perjodika ta' somom f'daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi għandu jiġi ċċarat. Dawk il-verifiki u l-kontrolli għandhom jiffokaw fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jixkattaw il-pagament ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' rati fissi, inkluża, fejn meħtieġa, il-kisba tal-eżiti. Dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jeħtieġu r-rapportar fuq il-kostijiet li fil-fatt iġarrab il-benefiċjarju. Meta l-ammonti ta' finanzjament ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' rata fissa jkunu ġew deċiżi ex ante mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni, dawn ma għandhomx jiġu kkontestati b'kontrolli ex ante. Il-valutazzjoni perjodika tas-somom f'daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi tista' teħtieġ aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjajru għal skopijiet statistiċi u metodoloġiċi. Il-valutazzjoni perjodika tista' twassal għal aġġornamenti tas-somom f'daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal ftehimiet futuri iżda ma għandhiex tintuża sabiex jinxteħet dubju fuq il-valur tas-somom f'daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi diġà miftehmin. L-aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjarju huwa neċessarju wkoll għal skopijiet t'a prevenzjoni u detezzjoni ta' frodi.

(130)  Il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifiki u tal-kontrolli għall-kuntrarju tal-valutazzjoni perjodika ta' somom f'daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi għandu jiġi ċċarat. Dawk il-verifiki u l-kontrolli għandhom jiffokaw fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li jixkattaw il-pagament ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' rati fissi, inkluża, fejn meħtieġa, il-kisba tal-eżiti. Dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jeħtieġu r-rapportar fuq il-kostijiet li fil-fatt iġarrab il-benefiċjarju. Il-frekwenza u l-ambitu ta' dawn il-verifiki u l-kontrolli għandhom jiddependu, inter alia, fuq ir-riskju relatat ma' benefiċjarju fuq il-bażi ta' irregolaritajiet tal-imgħoddi. Meta l-ammonti ta' finanzjament ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' rata fissa jkunu ġew deċiżi ex ante mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni, dawn ma għandhomx jiġu kkontestati b'kontrolli ex post. Il-valutazzjoni perjodika tas-somom f'daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi tista' teħtieġ aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjajru għal skopijiet statistiċi u metodoloġiċi. Il-valutazzjoni perjodika tista' twassal għal aġġornamenti tas-somom f'daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi applikabbli għal ftehimiet futuri iżda ma għandhiex tintuża sabiex jinxteħet dubju fuq il-valur tas-somom f'daqqa, tal-kostijiet unitarji jew tar-rati fissi diġà miftehmin. L-aċċess għall-kontijiet tal-benefiċjarju huwa neċessarju wkoll għal skopijiet ta' prevenzjoni u detezzjoni ta' frodi.

Ġustifikazzjoni

Il-verifiki u l-kontrolli jenħtieġ li jkunu ffukati aktar fuq benefiċjarji li jippreżentaw riskju ogħla lill-baġit tal-Unjoni. Verifiki u kontrolli bbażati fuq ir-riskju jippermettu lill-UE tutilizza aktar ir-riżorsi tagħha għal azzjoni konkreta minflok għal amministrazzjoni.

Emenda     25

Proposta għal regolament

Premessa 131a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(131a)   Sabiex jiġi protett wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-finanzi pubbliċi, għandha tinżamm ir-regola li tipprojbixxi l-qligħ f'dan ir-Regolament. Ir-regola li tipprojbixxi l-qligħ għandha titqies bħala wieħed mill-istrumenti prinċipali biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-flus pubbliċi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 136

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(136)  Fl-aħħar snin l-Unjoni użat dejjem aktar strumenti finanzjarji li jippermettu ingranaġġ akbar tal-baġit tal-UE li jrid jinkiseb, iżda, fl-istess ħin, jiġġeneraw riskju finanzjarju għal dak il-baġit. Fost dawk l-istrumenti finanzjarji ma hemmx biss l-istrumenti finanzjarji diġà koperti mir-Regolament Finanzjarju, iżda anki strumenti oħrajn bħal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja li fl-imgħoddi kienu rregolati biss mir-regoli stabbiliti fl-atti bażiċi rispettivi tagħhom. Importanti li jiġi stabbilit qafas komuni sabiex tiġi żgurata l-omoġenità tal-prinċipji applikabbli għal dak is-sett ta' strumenti u li jerġgħu jiġu raggruppati taħt Titolu ġdid, li jinkludi taqsimiet dwar garanziji baġitarji u dwar l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi minbarra r-regoli eżistenti applikabbli għall-Istrumenti Finanzjarji.

(136)  Fl-aħħar snin l-Unjoni użat dejjem aktar strumenti finanzjarji li għandhom jippermettu ingranaġġ akbar tal-baġit tal-UE li jrid jinkiseb, iżda, fl-istess ħin, jiġġeneraw riskju finanzjarju għal dak il-baġit. Fost dawk l-istrumenti finanzjarji ma hemmx biss l-istrumenti finanzjarji diġà koperti mir-Regolament Finanzjarju, iżda anki strumenti oħrajn bħal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja li fl-imgħoddi kienu rregolati biss mir-regoli stabbiliti fl-atti bażiċi rispettivi tagħhom. Importanti li jiġi stabbilit qafas komuni sabiex tiġi żgurata l-omoġenità tal-prinċipji applikabbli għal dak is-sett ta' strumenti u li jerġgħu jiġu raggruppati taħt Titolu ġdid, li jinkludi taqsimiet dwar garanziji baġitarji u dwar l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi minbarra r-regoli eżistenti applikabbli għall-Istrumenti Finanzjarji.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Premessa 139

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(139)  Strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati permezz ta' att bażiku. Meta l-istrumenti ta' finanzjament jiġu stabbiliti mingħajr att bażiku f'każijiet debitament iġġustifikati, għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-baġit.

(139)  Strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u Fondi Fiduċjarji għandhom jiġu awtorizzati permezz ta' att bażiku.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Premessa 142

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(142)  Xieraq li jiġi rikonoxxut l-allinjament tal-interessi fit-tiftix tal-objettivi ta' politika tal-Unjoni u, b'mod partikolari, li l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment ikollhom il-kompetenza speċifika li jimplimentaw strumenti finanzjarji.

(142)  Xieraq li jiġi rikonoxxut l-allinjament tal-interessi fit-tiftix tal-objettivi ta' politika tal-Unjoni u, b'mod partikolari, li l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) ikollhom il-kompetenza speċifika li jimplimentaw strumenti finanzjarji. u garanziji baġitarji.

Ġustifikazzjoni

Il-BEI huwa l-unika istituzzjoni finanzjarja tal-UE li huwa obbligat mit-TFUE li japplika l-objettivi, ir-regolamenti u l-istandards tal-UE u li għandu sistema ta' awditjar u ta' kontroll stabbilita fit-TFUE.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 164

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(164)  Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata toħloq u timmaniġġja l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet ta' emerġenza, ta' postemerġenza jew tematiċi mhux biss f'azzjonijiet esterni iżda anki f'azzjonijiet interni tal-UE. L-avvenimenti riċenti fl-Unjoni Ewropea juru l-bżonn ta' flessibbiltà akbar għall-finanzjament fi ħdan l-UE. Peress li qiegħed isir dejjem aktar diffiċli li tagħraf fejn tispiċċa l-politika interna u tibda l-politika esterna, dan ikun qiegħed jipprovdi wkoll għodda li twieġeb għall-isfidi transfruntiera. Hemm bżonn li jiġu speċifikati l-prinċipji applikabbli għall-kontribuzzjonijiet għal Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji u tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju. Jeħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti regoli li jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi parteċipanti fil-Bord tal-Fond Fiduċjarju u vot pożittiv obbligatorju tal-Kummissjoni għall-użu tal-fondi.

(164)  Il-fondi fiduċjarji jistgħu jalteraw b'mod serju l-baġits adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u jġorru magħhom ir-riskju li jintużaw fondi mill-istrumenti ta' finanzjament għal finijiet mhux previsti fl-atti bażiċi li jistabbilixxu dawk l-istrumenti. Madankollu huwa minnu li l-fondi fiduċjarji jżidu l-valur permezz tal-akkomunament tar-riżorsi, sakemm tali akkomunament ma jkunx primarjament limitat għar-riżorsi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata toħloq u timmaniġġja l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet ta' emerġenza, ta' postemerġenza jew tematiċi għal azzjonijiet esterni. Hemm bżonn li jiġu speċifikati l-prinċipji applikabbli għall-kontribuzzjonijiet għal dawk il-Fondi Fiduċjarji, sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-atturi finanzjarji u tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju. Jeħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti regoli li jiżguraw rappreżentanza ġusta tad-donaturi parteċipanti u, fejn xieraq, tal-Parlament Ewropew fil-Bord tal-Fond Fiduċjarju u vot pożittiv obbligatorju tal-Kummissjoni għall-użu tal-fondi.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs ma jqisux li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet interni xierqa f'dan iż-żmien. Ara l-ġustifikazzjoni ulterjuri fl-emendi għall-Artikolu 227.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Premessa 167

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(167)  Il-mod li bih l-istituzzjonijiet bħalissa jirrapportaw dwar proġetti ta' bini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jinżamm. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti ta' bini ġodda bl-approprjazzjonijiet li jirċievu għal binjiet diġà mibjugħin, u għalhekk għandha tiddaħħal referenza għal dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat. Dan jippermetti li jintlaħqu l-bidliet li jinbidlu fil-politika ta' bini tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jiġu ffrankati spejjeż u tiddaħħal flessibbiltà akbar.

(167)  Il-mod li bih l-istituzzjonijiet bħalissa jirrapportaw dwar proġetti ta' bini lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jittejjeb. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti ta' bini ġodda bl-approprjazzjonijiet li jirċievu għal binjiet diġà mibjugħin, u għalhekk għandha tiddaħħal referenza għal dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat. Dan jippermetti li jintlaħqu l-bidliet li jinbidlu fil-politika ta' bini tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jiġu ffrankati spejjeż u tiddaħħal flessibbiltà akbar.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Premessa 169

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(169)  Sabiex titjieb l-aġilità tal-implimentazzjoni ta' strumenti speċjali, xieraq li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' mobilizzazzjoni u ta' trasferiment billi jintużaw it-trasferimenti interni tal-Kummissjoni għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda     32

Proposta għal regolament

Premessa 170

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(170)  Sabiex jiġi żgurat li l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) jipprovdi riżorsi adegwati fil-pront sabiex jappoġġja prijoritajiet politiċi li jinbidlu, l-ishma indikattivi għal kull wieħed mit-tliet assi u l-perċentwali minimi għal kull waħda mill-prijoritajiet tematiċi fi ħdan l-assi indiviwali għandhom jipprovdu flessibbiltà akbar. Dan għandu jtejjeb il-ġestjoni tal-Programm u jippermetti li jiġu ffokati riżorsi baġitarji fuq azzjonijiet li jipproduċu riżultati aħjar fil-livell soċjali u ta' impjiegi.

(170)  Sabiex jiġi żgurat li l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) jipprovdi riżorsi adegwati fil-pront sabiex jappoġġja prijoritajiet politiċi li jinbidlu, l-ishma indikattivi għal kull wieħed mit-tliet assi u l-perċentwali minimi għal kull waħda mill-prijoritajiet tematiċi fi ħdan l-assi individwali għandhom jipprovdu flessibbiltà akbar, filwaqt li jżommu rata ta' użu ambizzjuża għal sħubiji transfruntiera EURES. Dan għandu jtejjeb il-ġestjoni tal-Programm u jippermetti li jiġu ffokati riżorsi baġitarji fuq azzjonijiet li jipproduċu riżultati aħjar fil-livell soċjali u ta' impjiegi.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 171

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(171)  Sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fl-infrastruttura għat-turiżmu kulturali u sostenibbli, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, b'mod partikolari d-Direttivi dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika u l-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali kif xieraq, għandhom jitneħħew ċerti restrizzjonijiet rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ għal dawn l-investimenti.

(171)  L-investimenti fl-infrastruttura għat-turiżmu kulturali u sostenibbli fuq skala żgħira għandhom jinżammu, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, b'mod partikolari d-Direttivi dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika u l-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali kif xieraq. F'każijiet ġustifikati, il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ għal dawn l-investimenti jista' jiġi estiż.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 172

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(172)  Bil-għan ta' rispons għall-isfidi imposti mill-flussi akbar ta' migranti u rifuġjati, għandhom jiġu spjegati l-objettivi li għalihom jista' jikkontribwixxi l-FEŻR fl-appoġġ tiegħu tal-migranti u tar-rifuġjati.

(172)  Bil-għan ta' rispons għall-isfidi imposti mill-flussi akbar ta' migranti u rifuġjati, għandhom jiġu spjegati l-objettivi li għalihom jista' jikkontribwixxi l-FEŻR fl-appoġġ tiegħu tal-migranti u tar-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali. Dik il-kontribuzzjoni tista' tkun effikaċi, speċjalment f'pajjiżi li huma partikolarment esposti għall-flussi migratorji, jekk tkun akkumpanjata minn applikazzjoni ġenwina fl-Ewropa kollha tal-prinċipju ta' solidarjetà, u għalhekk minn azzjonijiet immirati lejn il-qsim ġust tal-piżijiet.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 172a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(172a)  Il-prinċipji orizzontali, jiġifieri l-involviment tas-sħubijiet, l-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, iġġeneraw kontribuzzjonijiet importanti għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Fondi SIE u tajjeb li dawn jinżammu bħala anteċedenti għal kwalunkwe tip ta' investiment li jinvolvi l-baġit tal-Unjoni, inklużi l-istrumenti finanzjarji u l-FEIS.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 176

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(176)  Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi kollha tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tal-ażil b'mod effettiv, għandu jiġi żgurat li, meta l-objettivi tematiċi jiġu tradotti fi prijoritajiet fir-regoli speċifiċi għall-Fondi, dawn il-prijoritajiet ikopru l-użu xieraq ta' kull Fond għal dawn l-oqsma.

(176)  Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi kollha tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tal-ażil b'mod effettiv, għandu jiġi żgurat li, meta l-objettivi tematiċi jiġu tradotti fi prijoritajiet fir-regoli speċifiċi għall-Fondi, dawn il-prijoritajiet ikopru l-użu xieraq ta' kull Fond għal dawn l-oqsma. Fejn xieraq, hija rakkomandata l-koordinazzjoni mal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF).

Emenda     37

Proposta għal regolament

Premessa 178

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(178)  Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi finanzjarji allokati lill-Istati Membri skont il-Politika ta' koeżjoni, hemm bżonn li l-Istati Membri jitħallew jittrasferixxu l-allokazzjoni ta' Fondi SIE lil strumenti stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew skont Regolamenti speċifiċi għas-setturi.

imħassar

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 178a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(178a)   Ir-riżorsi finanzjarji tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għandhom ikunu strettament allokati għas-sostenn tal-Politika Komuni tas-Sajd għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot li jisfruttaw dawk ir-riżorsi, għar-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu u l-akkwakultura, kif ukoll għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 199a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(199a)  F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-Premessa 10 tar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 u l-Artikolu 176 ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati u mill-finanzjament permezz ta' "somma waħda f'daqqa" sabiex jagħmlu l-amministrazzjoni assoċjata inqas burokratika u jissimplifikaw ir-regoli li jirregolaw l-allokazzjoni tal-fondi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 199b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(199b)  Fl-interess ta' żieda fl-effiċjenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw b'mod aktar frekwenti l-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati u ta' finanzjament permezz ta' "somma waħda li tingħata f'daqqa" sabiex l-amministrazzjoni relatata ssir anqas ta' piż u r-regoli dwar l-allokazzjoni tal-fondi jiġu simplifikati.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 200

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(202)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar bikrija u aktar immirata tal-għażliet tal-kost issimplifikati, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b'rata f'issa, il-metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli li bih jistgħu jiġu stabbiliti, u l-finanzjament ibbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta' progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba ta' objettivi ta' programmi apparti milli fuq kostijiet. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(200)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar bikrija u aktar immirata tal-għażliet tal-kost issimplifikati, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti li jissupplimentaw dan ir-Regolament skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tat-trattament differenzjat bejn l-investituri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu, tad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b'rata fissa, il-metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli li bih jistgħu jiġu stabbiliti, u l-finanzjament ibbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta' progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba ta' objettivi ta' programmi apparti milli fuq kostijiet. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 239

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(239)  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-intervent, tista' tiġi stabbilita faċilità tat-taħlit jew jistgħu jiġu stabbiliti faċilitajiet tat-taħlit skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Tali faċilitajiet tat-taħlit għandhom jiffinanzjaw operazzjonijiet ta' taħlit li huma azzjonijiet li jgħaqqdu forom mhux rimborżabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, inkluża taħlita ta' ekwità tas-CEF u strumenti finanzjarji tad-dejn tas-CEF, u finanzjament mill-Grupp tal-BEI (inkluż il-finanzjament tal-BEI mill-FEIS), istituzzjonijiet ta' finazjament oħrajn jew ta' żvilupp kif ukoll investituri.

(239)  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-intervent, jistgħu jiġu stabbiliti faċilitajiet tat-taħlit skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Tali faċilitajiet tat-taħlit jistgħu jiffinanzjaw operazzjonijiet ta' taħlit li huma azzjonijiet li jgħaqqdu forom mhux rimborżabbli ta' appoġġ, bħall-baġit tal-Istati Membri, l-għotjiet tas-CEF, u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, inklużi kombinamenti ta' ekwità tas-CEF u strumenti finanzjarji tad-dejn tas-CEF u finanzjament mill-Grupp tal-BEI (inkluż il-finanzjament tal-BEI mill-FEIS), tal-banek nazzjonali ta' promozzjoni, istituzzjonijiet ta' finanzjament oħrajn jew ta' żvilupp kif ukoll investituri u/jew appoġġ finanzjarju privat, inklużi kontribuzzjonijiet finanzjarji kemm diretti kif ukoll indiretti, inkluż permezz ta' Sħubijiet Pubbliċi-Privati.

Ġustifikazzjoni

It-taħlit jenħtieġ li jippromwovi kombinament wiesa' ta' kontribuzzjonijiet minn baġits nazzjonali u tal-UE jew investituri privati, sabiex kemm jista' jkun jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi disponibbli u jiġu attirati l-investimenti privati.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 239a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(239a)  Il-governanza tal-faċilitajiet ta' taħlit jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni ex ante skont ir-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li tirrifletti fuq ir-riżultati tal-lezzjonijiet misluta mill-implimentazzjoni tas-"Sejħa għat-Taħlit" tas-CEF li ssir referenza għaliha fil-Programm ta' Ħidma Pluriennali tas-CEF għall-2017 li ġie ppubblikat fl-20 ta' Jannar 2017. Il-faċilitajiet ta' taħlit tas-CEF jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-programmi ta' ħidma pluriennali u/jew annwali adottati skont l-Artikoli 17 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura rapportar trasparenti u fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe faċilità ta' taħlit.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-istabbiliment u l-użu ta' faċilitajiet ta' taħlit isegwu proċess ta' governanza definit sew u trasparenti u jinkludu lezzjonijiet li għandhom jinsiltu mis-sejħa ta' koordinazzjoni tas-CEF għall-2017 li tinsab għaddejja ("sejħa għat-taħlit"). B'mod partikolari, fir-rigward tal-iskrutinju tas-CEF mill-Parlament, il-faċilitajiet ta' taħlit u l-operazzjoni ta' taħlit jeħtieġ li jiġu stabbiliti skont il-mekkaniżmi stabbiliti ta' ppjanar u teħid ta' deċiżjonijiet fiċ-ċiklu tal-programm ta' ħidma tas-CEF.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 239b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(239b)  L-objettiv tal-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF huwa li jiffaċilitaw u jissimplifikaw applikazzjoni waħda għal kull forma ta' appoġġ, inklużi għotjiet tal-Unjoni mis-CEF u finanzjament mis-settur privat. Dawk il-faċilitajiet ta' taħlit jenħtieġ li jkollhom l-għan li jottimizzaw il-proċess ta' applikazzjoni għal promoturi ta' proġetti billi jipprovdu proċess ta' evalwazzjoni wieħed, mill-perspettivi tekniċi u finanzjarji.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 239c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(239c)  Il-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF jenħtieġ li jżidu l-flessibbiltà fir-rigward tal-iskeda taż-żmien għas-sottomissjoni tal-proġetti, u jissimplifikaw u jiffaċilitaw il-proċess tal-identifikazzjoni u l-finanzjament ta' proġetti. Dawn jenħtieġ li jżidu wkoll is-sjieda u l-impenn tal-istituzzjonijiet finanzjarji involuti u jtaffu r-riskju li l-proġetti li għalihom jkunu ġew impenjati għotjiet jonqsu milli jiksbu għeluq finanzjarju, u b'hekk ma jirnexxilhomx jirċievu pagamenti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 239d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(239d)  Il-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF jenħtieġ li jġibu koordinazzjoni, skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-BEI, il-banek promozzjonali nazzjonali u l-investituri privati bil-għan li jiġġeneraw u jappoġġjaw sensiela sana ta' proġetti li jsegwu l-objettivi tal-politika tas-CEF.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 240

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(240)  Faċilità ta' taħlit skont is-CEF għandu jkollha l-għan li ttejjeb l-effett multiplikatur tal-infiq tal-Unjoni billi tattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati. Barra minn hekk, għandha tiżgura li l-azzjonijiet appoġġjati jsiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(240)  Il-faċilitajiet ta' taħlit tas-CEF jenħtieġ li jkollhom l-għan li jtejbu l-effett multiplikatur tal-infiq tal-Unjoni billi jattiraw riżorsi addizzjonali minn investituri privati, u b'hekk jiżguraw l-ogħla livell ta' involviment mill-investituri privati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġjati jsiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli u jgħinu jevitaw nuqqas ta' ingranaġġ tal-investiment. Jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-kisba tal-miri stabbiliti fil-Konferenza ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21), il-ħolqien tal-impjiegi u l-konnettività transfruntiera. Meta s-CEF u l-FEIS it-tnejn jintużaw biex jiffinanzjaw azzjonijiet, il-Qorti tal-Awdituri jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni sabiex tanalizza jekk dawn jikkontribwixxux għall-kisba ta' dawk l-objettivi.

Emenda   48

Proposta għal regolament

Premessa 240a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(240a)   Il-finanzjament tal-fond ta' garanzija tal-BEI taħt il-FEIS jiġi mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk, il-BEI għandu jkun jista' jintervjeni b'mod sistematiku biex jipprovdi garanziji tal-ewwel telf f'mekkaniżmi konġunti ta' finanzjament għal operazzjonijiet li diġà huma appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni, bħas-CEF u l-FEIS, sabiex jippermettu u jiffaċilitaw l-addizzjonalità u l-parteċipazzjoni ta' koinvestituri privati fil-kuntest tal-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 241

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(241)  Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' proġetti bl-aktar valur miżjud għan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew rigward Kurituri tan-Netwerk Ewlieni, proġetti transfruntiera u proġetti fuq taqsimiet oħrajn tan-Netwerk Ewrliewni, hemm bżonn li tingħata flessibbiltà fl-użu tal-programm ta' ħidma pluriennali li tippermetti li jintlaħqu sa 95 % tar-riżorsi baġitarji finanzjarji indikati fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

imħassar

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 241a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(241a)  Minħabba n-natura differenti tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet tas-CEF meta mqabbel mas-setturi tat-Trasport tas-CEF u tal-Enerġija tas-CEF (daqs medju iżgħar ta' għotjiet, tip ta' kostijiet u tip ta' proġetti), jenħtieġ li jiġi evitat piż bla bżonn fuq il-benefiċjarji u fuq l-Istati Membri li jipparteċipaw f'azzjonijiet relatati, permezz ta' obbligu eħfef tal-kost taċ-ċertifikazzjoni, mingħajr ma jiddgħajjef il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 241b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(241b)  Il-governanza tal-faċilitajiet ta' taħlit jenħtieġ li tkun ibbażata fuq valutazzjoni ex ante skont ir-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li tikkunsidra r-riżultati tal-lezzjonijiet misluta mill-implimentazzjoni tas-"Sejħa għat-Taħlit" tas-CEF li ssir referenza għaliha fil-Programm ta' Ħidma Pluriennali tas-CEF għall-20171a li ġie ppubblikat fl-20 ta' Jannar 2017. Il-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF jenħtieġ li jiġu ffissati mill-programmi ta' ħidma pluriennali u/jew annwali adottati skont l-Artikoli 17 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura rapportar trasparenti u fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe faċilità ta' taħlit.

 

________________

 

1a Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1921 tistabbilixxi Programm ta' Ħidma Pluriennali 2014-2020 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility — CEF) - is-settur tat-Trasport C(2017)0164.

 

1b Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 Test b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129–171).

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 241c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(241c)  L-objettiv tal-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF huwa li jiffaċilitaw u jissimplifikaw applikazzjoni waħda għal kull forma ta' appoġġ, inklużi għotjiet tal-Unjoni mis-CEF u finanzjament mis-settur privat. Dawk il-faċilitajiet ta' taħlit jenħtieġ li jkollhom l-għan li jottimizzaw il-proċess ta' applikazzjoni għal promoturi ta' proġetti billi jipprovdu proċess ta' evalwazzjoni wieħed, mill-perspettivi tekniċi u finanzjarji.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 241d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(241d)  Il-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF jenħtieġ li jżidu l-flessibbiltà fir-rigward tal-iskeda ta' żmien għas-sottomissjoni ta' proġetti, is-simplifikazzjoni u l-iffaċilitar tal-proċess tal-identifikazzjoni u l-finanzjament ta' proġetti. Dawn jenħtieġ li jżidu wkoll is-sjieda u l-impenn tal-istituzzjonijiet finanzjarji involuti u jtaffu r-riskju li l-proġetti li għalihom jkunu ġew impenjati għotjiet jonqsu milli jiksbu għeluq finanzjarju, u b'hekk ma jirnexxilhomx jirċievu pagamenti.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 241e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(241e)  Il-Faċilitajiet ta' Taħlit tas-CEF jenħtieġ li jġibu koordinazzjoni, skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-BEI, il-banek promozzjonali nazzjonali u investituri privati bil-għan li jiġġeneraw u jappoġġjaw sensiela sana ta' proġetti li jsegwu l-objettivi tal-politika tas-CEF.

Emenda     55

Proposta għal regolament

Premessa 242

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(242)  Bħalissa jistgħu jintużaw biss għotjiet u l-akkwist sabiex jappoġġjaw azzjonijiet fil-qasam tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali. Sabiex tiġi żgurata l-akbar effiċjenza possibbli, l-istrumenti finanzjarji għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni wkoll sabiex jappoġġjaw dawn l-azzjonijiet.

(242)  Bħalissa jistgħu jintużaw biss għotjiet u l-akkwist sabiex jappoġġjaw azzjonijiet fil-qasam tal-Infrastrutturi tas-Servizzi Diġitali. Sabiex jiġi żgurat li l-Infrastrutturi tas-Servizz Diġitali jiffunzjonaw b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, strumenti finanzjarji oħra li attwalment jintużaw skont is-CEF, inklużi l-istrumenti finanzjarji innovattivi, jenħtieġ li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni wkoll sabiex jappoġġjaw dawn l-azzjonijiet.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Premessa 252a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(252a)  Qabel ma tipproponi reviżjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjoni tal-impatt, skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a.

 

__________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Skont l-emenda proposta għall-Artikolu 278a (ġdid), ir-rapporteurs jemmnu li l-bidliet sinifikanti proposti f'din ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament Finanzjarju ma kinux soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni, u dan jikser il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Ir-Rapporteurs għaldaqstant jikkunsidraw jagħmlu obbligatorja valutazzjoni tal-impatt għal kwalunkwe reviżjoni futura ta' dan ir-Regolament.

Emenda     57

Proposta għal regolament

Premessa 253a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(253a)  Is-swieq agrikoli għandhom ikunu trasparenti u l-informazzjoni dwar il-prezzijiet għandha tkun aċċessibbli u utli għal dawk kollha involuti. Huwa parti mir-rwol tal-Unjoni li tiffaċilita t-trasparenza fis-suq Ewropew. Għal dan l-għan, ir-riforma li jmiss tal-PAK għandha ssaħħaħ it-trasparenza tas-suq permezz ta' osservatorji tal-prezzijiet agrikoli għal kull settur biex tingħata analiżi dinamika għat-taqsimiet differenti tas-swieq agrikoli, bl-involviment tal-partijiet interessati ekonomiċi, u tagħmel disponibbli data rilevanti kif ukoll previżjonijiet bi frekwenza regolari.

Emenda     58

Proposta għal regolament

Premessa 253b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(253b)  F'konformità mal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, l-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-regoli kollha tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Emenda     59

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, UE Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni teknika.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  “operazzjoni ta' taħlit” tfisser azzjoni mwettqa fi ħdan faċilità ta' taħlit li tgħaqqad forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE u strumenti finanzjarji minn istituzzjonijiet ta' finanzjament pubbliku oħrajn jew ta' żvilupp kif ukoll minn istituzzjonijiet ta' finanzjament kummerċjali u investituri. L-operazzjonijiet ta' taħlit jistgħu jinkludu azzjoni preparatorja li twassal għal investimenti potenzjali minn istituzzjonijiet ta' finanzjament;

6.  “operazzjoni ta' taħlit” tfisser azzjoni mwettqa fi ħdan faċilità ta' taħlit li tgħaqqad forom mhux ripagabbli ta' appoġġ u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE u strumenti finanzjarji minn istituzzjonijiet ta' finanzjament pubbliku oħrajn jew ta' żvilupp kif ukoll minn istituzzjonijiet ta' finanzjament kummerċjali u investituri., minkejja r-regola li tinsab fl-Artikolu 201(4) li tgħid li korpi tal-liġi pubblika jew korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku biss jistgħu jkunu fdati bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. L-operazzjonijiet ta' taħlit jistgħu jinkludu azzjoni preparatorja li twassal għal investimenti potenzjali minn istituzzjonijiet ta' finanzjament;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda taġġorna u tibdel l-emenda 4 oriġinali tar-rapporteur. L-għan huwa li jiġi enfasizzat li huma biss il-banek b'missjoni ta' servizz pubbliku li jistgħu jkunu fdati bil-ġestjoni tal-flus tal-UE.

Emenda     61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  “faċilità ta' taħlit” tfisser faċilità stabbilita bħala qafas ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u istituzzjonijiet pubbliċi ta' finanzjament oħrajn jew ta' finanzjament tal-iżvilupp kif ukoll istituzzjonijiet ta' finanzjament kummerċjali u investituri li għandha l-għan li tikseb ċerti objettivi u politiki ta' prijorità tal-Unjoni bl-użu ta' operazzjonijiet ta' taħlit u azzjonijiet individwali oħrajn;

7.  “faċilità ta' taħlit” tfisser faċilità stabbilita bħala qafas ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u istituzzjonijiet pubbliċi ta' finanzjament oħrajn jew ta' finanzjament tal-iżvilupp kif ukoll istituzzjonijiet ta' finanzjament kummerċjali u investituri li għandha l-għan li tikseb ċerti objettivi u politiki ta' prijorità tal-Unjoni bl-użu ta' operazzjonijiet ta' taħlit u azzjonijiet individwali oħrajn, minkejja r-regola li tinsab fl-Artikolu 201(4) li tgħid li korpi tal-liġi pubblika jew korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku biss għandhom ikunu fdati bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda taġġorna u tissostitwixxi l-emenda 5 oriġinali tar-rapporteurs. L-għan huwa li jiġi enfasizzat li huma biss il-banek b'missjoni ta' servizz pubbliku li jistgħu jkunu fdati bil-ġestjoni tal-flus tal-UE.

Emenda     62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  "implimentazzjoni tal-baġit" tfisser proċess li jinkludi l-istadji ta' ġestjoni, implimentazzjoni, kontroll u awditjar tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni, li jinvolvi lill-Kummissjoni u lil atturi oħra skont metodi differenti ta' implimentazzjoni;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

21a.  "diżimpenn" tfisser l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jħassar ir-riżerva kollha tal-approprjazzjonijiet jew parti mit-tali riżerva li qabel tkun saret permezz ta' impenn baġitarju;

Ġustifikazzjoni

Immexxi mill-Artikolu 109(5) għal raġunijiet ta' konsistenza: id-definizzjonijiet kollha jenħtieġu jkunu fl-Artikolu 2.

Emenda     64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27.  “strumenti finanzjarji” tfisser miżuri tal-Unjoni ta' appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit sabiex jiġi indirizzat, meta meħtieġ u debitament iġġustifikat, objettiv speċifiku ta' politika tal-Unjoni wieħed jew aktar. Tali strumenti jista' jkollhom il-forma ta' self, garanziji, ta' ekwità jew kważi ekwità, ta' investimenti, u ta' strumenti oħrajn ta' qsim tar-riskju, u, fejn ikun xieraq, jistgħu jkunu kkombinati ma' forom oħrajn ta' appoġġ finanzarju jew ma' fondi taħt implimentazzjoni kondiviża jew fondi tal-FEŻ;

27.  “strumenti finanzjarji” tfisser miżuri tal-Unjoni ta' appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit sabiex jiġi indirizzat, meta meħtieġ u debitament iġġustifikat, objettiv speċifiku ta' politika tal-Unjoni wieħed jew aktar. Tali strumenti jista' jkollhom il-forma ta' investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità, self jew garanziji, avvanz rimborżabbli jew strumenti oħrajn ta' qsim tar-riskju, u, fejn ikun xieraq, jistgħu jkunu kkombinati ma' forom oħrajn ta' appoġġ finanzarju jew ma' fondi taħt implimentazzjoni kondiviża jew fondi tal-FEŻ;

Emenda     65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

29a.  "għotja" tfisser kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta' donazzjoni mill-baġit tal-Unjoni skont l-implimentazzjoni diretta, l-implimentazzjoni kondiviża u l-implimentazzjoni indiretta;

Ġustifikazzjoni

Immexxi mill-Artikolu 174(2) għal raġunijiet ta' konsistenza: id-definizzjonijiet kollha jenħtieġu jkunu fl-Artikolu 2.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

31a.  "il-kontribuzzjonijiet in natura" tfisser riżorsi mhux finanzjarji li partijiet terzi jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas għal benefiċjarju, inklużi l-ħidma tal-volontiera, l-użu ta' tagħmir, provvisti, faċilitajiet għal laqgħat u servizzi;

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal l-Artikolu 183(2) tar-regoli ta' applikazzjoni, li kien tħalla barra mill-Kummissjoni.

Emenda     67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

34.  “self” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwant li jqiegħed ammont miftiehem ta' flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu miftiehem ta' żmien u li matulu l-mutwatarju jkun obbligat iħallas dak l-ammont fiż-żmien miftiehem;

34.  “self” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwant li jqiegħed ammont miftiehem ta' flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu miftiehem ta' żmien u li matulu l-mutwatarju jkun obbligat iħallas dak l-ammont fiż-żmien miftiehem; tali self jista' jieħu l-forma ta' avvanz rimborżabbli;

Ġustifikazzjoni

Skont l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 2, paragrafu 1 - punt 46a ġdid.

Emenda     68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

38.  “effett moltiplikatur” tfisser l-investiment mir-riċevituri finali eliġibbli maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

38.  “effett moltiplikatur” tfisser l-ammont ta' kapital privat attirat maqsum bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

Emenda     69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

38a.  "output" tfisser l-eżitu speċifiku, li jista' jitkejjel u li huwa mixtieq ta' proġett, li huwa stabbilit minn qabel u li fuqu jiddependi r-rimborż tal-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju;

Ġustifikazzjoni

Fl-opinjoni tagħha (1/2017) il-QEA tirrakkomanda li definizzjoni għal "output" tiġi inkluża fir-Regoli Finanzjarji (paragrafu 148 tal-opinjoni). Kemm ir-Regoli Finanzjarji kif ukoll ir-regolamenti settorjali għandhom l-għan li jpoġġu enfasi akbar fuq ir-riżultati u l-eżiti. Riżultati riċenti tal-awditjar madankollu enfasizzaw li hemm differenzi sinifikanti fl-użu tat-terminu "output" bejn l-attivitajiet tal-Kummissjoni (Opinjoni tal-QEA 1/2017, paragrafu 147). Għaldaqstant, id-definizzjoni tat-terminu għandha tiġi ssimplifikata.

Emenda     70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 46a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

46a.  "avvanz rimborżabbli" tfisser self għal proġett li jitħallas fi ħlas parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu mir-riżultat tal-proġett;

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni meħuda mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni' 2014/C 198/01. Avvanz rimborżabbli mhuwiex definit fir-Regolament Finanzjarju u dan jista' joħloq lakuna ġuridika minħabba d-definizzjoni tiegħu u l-użu fil-komunikazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE.

Emenda     71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

49a.  "riżultati" tfisser il-kisba ta' prestazzjoni speċifika vvalutata fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti minn qabel jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni li fuqhom jiddependi r-rimborż tal-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju;

Ġustifikazzjoni

Fl-opinjoni tagħha (1/2017) il-QEA tirrakkomanda li tiġi inkluża definizzjoni għal "riżultati" fir-Regoli Finanzjarji (paragrafu 148). Kemm ir-Regoli Finanzjarji kif ukoll ir-regolamenti settorjali għandhom l-għan li jpoġġu enfasi akbar fuq ir-riżultati u l-eżiti. Riżultati riċenti tal-awditjar madankollu enfasizzaw li hemm differenzi sinifikanti fl-użu tat-terminu "riżultati" bejn l-attivitajiet tal-Kummissjoni (Opinjoni tal-QEA 1/2017, paragrafu 147). Għaldaqstant, id-definizzjoni tat-terminu għandha tiġi ssimplifikata.

Emenda     72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 51a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

51a.  "ġestjoni finanzjarja tajba" tfisser prinċipju ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'mod ekonomiku u effiċjenti u li jirrispetta l-legalità u r-regolarità;

Emenda     73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 60a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

60a.  "voluntier" tfisser persuna li tkun qed tagħmel attività mhux obbligatorja u bla ħlas għal organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dejta personali miġbura skont dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata skont id-Direttiva 95/46/KE (28) Kandidat jew offerent fil-proċedura ta' akkwist, applikant fi proċedura ta' għoti ta' għotja, espert fi proċedura għall-għażla tal-esperti, applikant f'kompetizzjoni għal premji jew entità jew persuna li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) kif ukoll benefiċjarju, kuntrattur, espert estern rimunerat jew kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi premji jew timplimenta fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jiġu informati kif xieraq.

Dejta personali miġbura skont dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 u (UE) 2016/679. Kandidat jew offerent fil-proċedura ta' akkwist, applikant fi proċedura ta' għoti ta' għotja, espert fi proċedura għall-għażla tal-esperti, applikant f'kompetizzjoni għal premji jew entità jew persuna li tieħu sehem fi proċedura għall-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) kif ukoll benefiċjarju, kuntrattur, espert estern rimunerat jew kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi premji jew timplimenta fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jiġu informati kif xieraq.

_________________

 

28 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata b'eċċess tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

2.  L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata b'eċċess tal-approprjazzjonijiet awtorizzati, bl-eċċezzjoni tan-nefqa li ġejja mill-obbligazzjoni għal strumenti finanzjarji, nefqa minn dħul assenjat, u nefqa għall-bini.

Ġustifikazzjoni

Id-dokument bi tliet kolonni pprovdut mill-Kummissjoni jsemmi dawn l-eċċezzjonijiet. Ir-rapporteurs iqisu li jekk dawn l-eċċezzjonijiet jeżistu fil-prattika, huma jenħtieġu li jissemmew b'mod espliċitu fir-Regolament għal raġunijiet ta' trasparenza.

Emenda     76

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fir-rigward ta' approprjazzjonijiet mhux differenzjati tista' ssir distinzjoni bejn riporti ppjanati u dawk mhux ppjanati. Id-definizzjoni u r-rapportar ta' dawk il-kategoriji għandhom jiġu stabbiliti f'linji gwida mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill u mal-Qorti tal-Awdituri.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Diżimpenjar tal-approprjazzjonijiet

Tħassir tal-approprjazzjonijiet wara diżimpenn

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tbiddilx il-kontenut, iżda sempliċiment tiċċara t-terminoloġija. Sabiex jagħmel it-test kemm jista' jkun jinftiehem, it-tħassir tal-approprjazzjonijiet għandu dejjem jiddistingwi b'mod ċar mid-diżimpenji, peress li dawn tal-aħħar jirreferu għat-tħassir tar-reservazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet (= treġġigħ lura ta' impenji baġitarji preċedenti). Din il-ġustifikazzjoni tapplika wkoll għall-emendi li ġejjin tar-rapporteurs għall-Artikoli 13 u 14.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jiġu diżimpenjati approprjazzjonijiet fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha ġew impenjati l-approprjazzjonijiet bħala riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom kienu allokati, l-approprjazzjonijiet ikkonċernati għandhom jitħassru, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-paragrafu 3 u fl-Artikolu 14.

1.  Meta jiġu mħassra impenji baġitarji skont l-Artikolu 112 fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha kien sar l-impenn bħala riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom kienu allokati, l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu ma' dawn id-diżimpenji għandhom jitħassru wkoll, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-Artikolu 14.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda tar-rapporteurs għat-titolu ta' dan l-Artikolu. Ir-referenza għall-paragrafu 3 hija żejda għaliex l-Artikolu 14 diġà jsemmi r-Regolament 1303/2013. Hija għaldaqstant imħassra għal raġuni ta' ċarezza.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każ ta' ammonti li ġew impenjati sal-31 ta' Marzu skont l-Artikolu 12(2), meta l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiġu diżimpenjati wara l-31 ta' Marzu, dawn għandhom jitħassru.

2.  Meta ammonti kienu ġew impenjati sal-31 ta' Marzu tas-sena n+1 skont l-Artikolu 12(2)(a), iżda huma diżimpenjati wara dik id-data ta' skadenza, l-approprjazzjonijiet korrispondenti għandhom jitħassru.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda tar-rapporteurs għat-titolu ta' dan l-Artikolu.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-approprjazzjonijiet imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jiġu diżimpenjati b'mod awtomatiku skont dak ir-Regolament.

3.  Fir-rigward tal-operazzjonijiet tan-nefqa rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-diżimpenji għandhom isiru b'mod awtomatiku skont dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda tar-rapporteurs għat-titolu ta' dan l-Artikolu. Jaf ikun aħjar li dan il-paragrafu jitpoġġa fl-Artikolu 112 (Limiti ta' żmien għall-impenji).

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-approprjazzjonijiet imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandhom jiġu diżimpenjati b'mod awtomatiku skont dak ir-Regolament.

4.  Fir-rigward tal-operazzjonijiet tan-nefqa rregolati mir-Regolament (UE) Nru 514/2014, id-diżimpenji għandhom isiru b'mod awtomatiku skont dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda tar-rapporteurs għat-titolu ta' dan l-Artikolu. Jaf ikun aħjar li dan il-paragrafu jitpoġġa fl-Artikolu 112 (Limiti ta' żmien għall-impenji).

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għad-dħul assenjat estern imsemmi fl-Artikolu 20(2).

5.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-dħul assenjat estern imsemmi fl-Artikolu 20(2).

Ġustifikazzjoni

Is-simplifikazzjoni. L-ebda bidla fit-tifsira.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tqegħid tal-approprjazzjonijiet diżimpenjati għad-dispożizzjoni mill-ġdid

It-tqegħid tal-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-diżimpenji għad-dispożizzjoni mill-ġdid

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approprjazzjonijiet diżimpenjati msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/201431 jistgħu jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f'każ ta' żball evidenti attribwibbli biss lill-Kummissjoni.

L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-diżimpenji msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/201431 jistgħu jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f'każ ta' żball evidenti attribwibbli biss lill-Kummissjoni.

__________________

__________________

31Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1)

31Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1)

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-każ ta':

2.  L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-diżimpenji għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-każ ta':

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-diżimpenn tal-approprjazzjonijiet minn programm skont l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(a)  id-diżimpenn minn programm skont l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-riżerva tal-prestazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-diżimpenn tal-approprjazzjonijiet minn programm iddedikat għal strument finanzjarju speċifiku favur l-SMEs wara li Stat Membru ma jkunx kompla l-parteċipazzjoni tiegħu fl-istrument finanzjarju, kif imsemmi fis-seba' subparagrafu tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(b)  id-diżimpenn minn programm iddedikat għal strument finanzjarju speċifiku favur l-SMEs wara li Stat Membru ma jkunx kompla l-parteċipazzjoni tiegħu fl-istrument finanzjarju, kif imsemmi fis-seba' subparagrafu tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-paragrafi (1) u (2), l-approprjazzjonijiet diżimpenjati li jkunu saru fis-sena n-2 għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja għas-sena n.

Bla ħsara għall-paragrafi (1) u (2), l-approprjazzjonijiet mis-sena n-2 li jikkorrispondu mad-diżimpenji li jkunu saru fis-sena n għandhom jerġgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva tal-Unjoni Ewropea għall-Kriżijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja għas-sena n.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont tal-approprjazzjonijiet diżimpenjati bħala riżultat ta' nonimplimentazzjoni parzjali jew totali tal-proġetti ta' riċerka korrispondenti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożijzzoni mill-ġdid għall-benefiċċju tal-programm ta' riċerka li għalih jappartjenu l-proġetti jew is-suċċessur tiegħu fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali.

4.  L-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont tad-diżimpenji magħmula bħala riżultat ta' nonimplimentazzjoni parzjali jew totali tal-proġetti ta' riċerka korrispondenti jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-ġdid għall-benefiċċju tal-programm ta' riċerka li għalih jappartjenu l-proġetti jew is-suċċessur tiegħu fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13 (titolu).

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni titlob dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza nefqa li tkun aktar minn parti waħda minn kull tnax proviżorji iżda li ma taqbiżx it-total ta' erba' partijiet minn kull tnax proviżorji, ħlief dik il-parti minn kull tnax imqiegħda għad-dispożizzjoni b'mod awtomatiku, ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti apparti dawk li jsiru disponibbbli b'mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Huwa għandu jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew.

Jekk il-kontinwità tal-azzjoni mill-Unjoni titlob dan, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza nefqa li tkun aktar minn parti waħda minn kull tnax proviżorji iżda li ma taqbiżx it-total ta' erba' partijiet minn kull tnax proviżorji, ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti apparti dawk li jsiru disponibbbli b'mod awtomatiku skont il-paragrafi 1 u 2. Huwa għandu jippreżenta d-deċiżjoni tiegħu dwar l-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs jirrakkomandaw li jmorru lura għall-formulazzjoni tar-Regolament 966/2012 (li tippermetti biss erba' partijiet minn kull tnax proviżorji).

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand Stati Membri, partijiet terzi u korpi mhux imwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom għal ċerti azzjonijiet jew programmi ffinanzjati mill-Unjoni kif ukoll għal programmi supplimentari ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, u ġestiti mill-Kummissjoni għan-nom tagħhom;

(a)  kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi addizzjonali mingħand Stati Membri, partijiet terzi u korpi mhux imwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom għal ċerti azzjonijiet jew programmi ffinanzjati mill-Unjoni kif ukoll għal programmi supplimentari ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, u ġestiti mill-Kummissjoni għan-nom tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika sabiex tissottolinja li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji "normali" mill-Istati Membri ma jikkostitwixxux dħul assenjat estern.

Emenda     92

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  riżorsi li ġejjin minn Stati Membri li ma jikkonformawx mal-mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq il-bażi tar-regoli interni speċifiċi, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu f'ċerti eċċezzjonijiet jaċċettaw sponsorizzar korporattiv in natura diment li:

2.  Fuq il-bażi tar-regoli interni speċifiċi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-siti web rispettivi tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu f'ċerti eċċezzjonijiet jaċċettaw sponsorizzar korporattiv in natura dment li:

Emenda     94

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fir-rigward tat-trasparenza, id-dejta kollha dwar l-isponsorizzar u l-isponsors hija pubblikata;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista', fit-taqsima tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fi ħdan l-artikoli u fi ħdan kull kapitolu mingħajr ma tinforma minn qabel lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Tista' wkoll tagħmel trasferimenti minn kapitolu wieħed għal ieħor tal-istess titolu għal sa massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fuq il-linja li minnha jsir it-trasferiment bla ma tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel.

4.  Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista', fit-taqsima tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fi ħdan l-artikoli bla ma tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn qabel.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteurs jissuġġerixxu li l-prerogattivi tal-awtorità baġitarja ma jiddgħajfux aktar u b'hekk tinżamm id-dispożizzjoni attwalment fis-seħħ (il-bidliet proposti mill-Kummissjoni ġew imħassra).

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fir-rigward tan-nefqa operazzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu jew bejn titoli differenti koperti mill-istess att bażiku, inklużi l-kapitoli tas-sostenn amministrattiv, sa total massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

(c)  fir-rigward tan-nefqa operazzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu sa total massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-opinjoni favorevoli tal-Qorti tal-Awdituri dwar din il-modifika proposta mill-Kummisjoni, ir-Rapporteurs iqisu li din tkun ta' detriment għat-trasparenza u ma jqisuhiex bħala kwistjoni ta' flessibbiltà. Id-drittijiet tal-awtorità baġitarja jenħtieġ li ma jkomplux jiddgħajfu.

Emenda     97

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fir-rigward tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), l-approprjazzjonijiet ta' trasferiment mir-riżerva għal-linja mal-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-Fond;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-sorveljanza tal-awtorità baġitarja għandha tinżamm.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitħallew isiru trasferimenti awtonomi mil-linji ta' sostenn amministrattivi għal-linji operazzjonali korrispondenti.

imħassar

(Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda għall-Artikolu 28(1)(c))

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tissottometti proposti għal trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-fondi ġestiti b'implimentazzjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta' Jannar tas-sena finanzjarja ta' wara. It-trasferiment tal-approprijazzjonijiet tal-pagament jista' jsir minn kwalunkwe partita tal-baġit. Il-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.

Il-Kummissjoni tista' tissottometti proposti għal trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-fondi ġestiti b'implimentazzjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-FAEG lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-10 ta' Jannar tas-sena finanzjarja ta' wara. It-trasferiment tal-approprijazzjonijiet tal-pagament jista' jsir minn kwalunkwe partita tal-baġit.

Ġustifikazzjoni

It-tqassir tal-perjodu ta' deliberazzjoni propost mill-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-proċeduri interni tal-PE u tal-Kumitat BUDG.

Emenda     100

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jitnaqqas għal tliet ġimgħat.

imħassar

Emenda     101

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-proposta ta' trasferiment għandha tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, iseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn:

6.  Il-proposta ta' trasferiment għandha tiġi approvata, jekk fil-perjodu ta' sitt ġimgħat, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jieħdu deċiżjoni biex jemendaw jew jirrifjutaw il-proposta ta' trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni. L-ebda bidla fis-sustanza.

Emenda     102

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovawha;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni. Ara hawn fuq.

Emenda     103

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  wieħed bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill japprovaha u l-istituzzjoni l-oħra ma tiħux azzjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni. Ara hawn fuq.

Emenda     104

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jiħdux azzjoni jew ma jiħdux deċiżjoni li jemendaw jew jiċħdu l-proposta ta' trasferiment.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni. Ara hawn fuq.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja li minnha jsir it-trasferiment jew ma jaqbiżx il-EUR 5 000 000;

(a)  it-trasferiment jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-approprjazzjonijiet tal-linja li minnha jsir it-trasferiment u ma jaqbiżx il-EUR 5 000 000;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-effett li tnaqqas is-sorveljanza attwali tal-awtorità baġitarja fuq trasferimenti peress li tnaqqas il-perjodu ta' skrutinju disponibbli minn sitt ġimgħat għal tlieta għal ċerti trasferimenti li jaqbżu l-EUR 5 000 000.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dħul assenjat intern f'każ li ma jkun hemm ebda ħtieġa identifikata li tippermetti li t-tali dħul jintuża għall-fini li huwa assenjat għalih.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dħul assenjat intern f'każ li ma jkun hemm ebda ħtieġa identifikata li tippermetti li t-tali dħul jintuża għall-fini li huwa assenjat għalih. F'każ bħal dan, għandha tapplika l-proċedura li hemm fl-Artikolu 29.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs jappoġġjaw il-flessibbilità addizzjonali fir-rigward tad-dħul assenjat intern li għalih ma hemm l-ebda ħtieġa identifikata. Madankollu, f'dawn il-każijiet għandhom japplikaw ir-regoli għal trasferimenti mhux awtonomi.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Trasferimenti mir-riżerva għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill mal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-Fond.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-sorveljanza tal-awtorità baġitarja għandha tinżamm.

Emenda     108

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-approprjazzjonijiet għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u b'hekk għandhom jiġu implimentati skont il-prinċipji li ġejjin:

1.  L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu użati u l-baġit tal-Unjoni għandu jkun implimentat skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u b'hekk jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kisbiet għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-punt (h) tal-Artikolu 39(3) u skont il-punt (ii) tal-Artikolu 239(1)(b).

(c)  il-progress fil-kisba ta' dawk l-objettivi u l-problemi b'din il-kisba għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-punt (h) tal-Artikolu 39(3) u skont il-punt (ii) tal-Artikolu 239(1)(b).

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-objettivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u bi skadenza. L-indikaturi ta' prestazzjoni użati biex jimmonitorjaw il-kisba tagħhom għandhom jiġu definiti sal-livell tal-attività u għandhom ikopru s-setturi kollha.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs iqisu li l-"objettivi intelliġenti" mill-verżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju għadhom rilevanti u għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda     111

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-programmi u l-attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex ante u retrospettiva (“evalwazzjoni”), li għandha tkun proporzjonata għall-objettivi u n-nefqa.

1.  Il-programmi u l-attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti b'riżorsi mobilizzati li jaqbżu l-EUR 5 000 000 għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt u evalwazzjoni ex post (“evalwazzjoni”), li għandha tkun proporzjonata għall-objettivi u n-nefqa.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 32, paragrafu 3.

Emenda     112

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi jew tal-attivitajiet relatati u għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, il-valur miżjud tal-UE, l-objettivi, l-effetti mistennijin tal-alternattivi differenti u l-arranġamenti ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni.

2.  Il-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi jew tal-attivitajiet relatati u għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, il-valur miżjud tal-UE, l-objettivi, l-għażliet tal-politika disponibbli, inklużi r-riskji assoċjati magħhom, l-effetti mistennijin tal-alternattivi differenti b'mod partikolari kwalunkwe impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali, u l-arranġamenti ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni meħtieġa biex jiġu mkejla, l-aktar metodu xieraq ta' implimentazzjoni għall-għażla preferuta jew l-għażliet preferuti, il-koerenza interna u r-relazzjonijiet ma' strumenti rilevanti oħra, il-volum ta' approprjazzjonijiet, riżorsi umani u nfiq amministrattiv ieħor li għandhom jiġu allokati b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kosteffiċjenza, u t-tagħlimiet misluta mill-passat.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 32, paragrafu 3.

Emenda     113

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm jew tal-attività, inklużi aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Dawn għandhom isiru kull ċertu żmien u fi ħdan biżżejjed żmien sabiex is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.

3.  L-evalwazzjonijiet ex post għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm jew tal-attività, inklużi aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, l-ekonomija, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Meta jagħmlu dan, huma għandhom iqisu l-eżitu tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ b'indikaturi tal-prestazzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 31(2). Dawn għandhom isiru kull ċertu żmien, u għall-inqas kull sitt snin għall-programmi u l-attivitajiet li jirrikjedu nfiq sinifikanti, u f'biżżejjed żmien sabiex is-sejbiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fil-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.

Ġustifikazzjoni

Test addizzjonali għal Emenda 34. It-terminoloġija dwar 'l-Evalwazzjonijiet' għandha tiġi allinjata mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil tal-Liġijiet Aħjar u Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar. Barra minn hekk, il-formulazzjoni tal-Art. 18 tar-Regoli ta' Applikazzjoni attwali ġiet introdotta mill-ġdid fir-rigward tal-programmi u l-attivitajiet li jimplikaw infiq sinifikanti.

Emenda     114

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġislattiva mill-Kummissjoni, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jew minn Stat Membru, li jista' jkollha impatt fuq il-baġit, inklużi bidliet fin-numru ta' karigi, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja u minn evalwazzjoni ex ante kif previst fl-Artikolu 32.

Kwalunkwe proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġislattiva mill-Kummissjoni, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jew minn Stat Membru, li jista' jkollha impatt fuq il-baġit, inklużi bidliet fin-numru ta' karigi, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni finanzjarja u minn valutazzjoni tal-impatt kif previst fl-Artikolu 32.

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija konsistenti mal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 32.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' operazzjonijiet pluriennali, id-dikjarazzjoni finanzjarja tinkludi l-iskeda prevedibbli ta' rekwiżiti annwali f'dak li għandu x'jaqsam ma' approprjazzjonijiet u impjiegi, inkluż għall-persunal estern, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tagħhom fuq perjodu ta' żmien medju.

Fil-każ ta' operazzjonijiet pluriennali, id-dikjarazzjoni finanzjarja tinkludi l-iskeda prevedibbli ta' rekwiżiti annwali f'dak li għandu x'jaqsam ma' approprjazzjonijiet u impjiegi, inkluż għall-persunal estern, kif ukoll evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tagħhom fuq perjodu ta' żmien medju u twil.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-kisba tal-objettivi tal-prestazzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 31(2);

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  proċeduri għall-monitoraġġ tal-effikaċja u l-effiċjenza u għas-segwitu ta' dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;

(e)  proċeduri għall-monitoraġġ tal-effikaċja u l-effiċjenza;

Ġustifikazzjoni

Is-segwitu ta' dgħufijiet identifikati fil-kontroll intern huwa aspett importanti u għalhekk għandu jiġi indirizzat f'punt separat - ara l-emendi li ġejjin tar-rapporteurs hawn taħt.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  proċeduri għas-segwitu ta' dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati.

Ġustifikazzjoni

Ara l-punt (e) hawn fuq.

Emenda     119

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu iddikjarat adottat b'mod definittiv.

Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni fi żmien erba' ġimgħat mid-data li fiha jkunu ddikjarati adottati b'mod definittiv, filwaqt li l-verżjonijiet lingwistiċi oħra se jiġu ppubblikati fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-baġits jkunu ddikjarati adottati b'mod definittiv.

Emenda     120

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi tal-Unjoni implimentati b'implimentazzjoni diretta tiġi ppubblikata fuq sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha kienu impenjati legalment dawk il-fondi.

L-informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi tal-Unjoni implimentati b'implimentazzjoni diretta tiġi ppubblikata fuq sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fis-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha kienu impenjati legalment dawk il-fondi.

Emenda     121

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Istati Membri, għandha tagħmel disponibbli, b'mod xieraq u f'waqtu, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji, kif ukoll dwar in-natura u l-iskop tal-miżura ffinanzjata mill-baġit, fejn din tal-aħħar tkun implimentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 61(1).

 

L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal awtoritajiet lokali meta jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni.

 

L-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni implimentati b'implimentazzjoni kondiviża għandha tiġi ppubblikata fuq sit elettroniku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha kienu impenjati legalment dawk il-fondi.

 

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati kif xieraq ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u ta' sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali u għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

 

(a)   l-isem tal-benefiċjarju;

 

(b)   il-post tal-benefiċjarju;

 

(c)   l-ammont impenjat legalment;

 

(d)   in-natura u l-iskop tal-miżura.

 

Għall-finijiet ta' punt b) tar-raba' subparagrafu, it-terminu "post" ifisser:

 

(i)   l-indirizz tal-benefiċjarju meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika

 

(ii)   ir-Reġjun fil-livell NUTS 2 meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika

 

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss għal premji, għal għotjiet u għal kuntratti li ngħataw bħala riżultat ta' kompetizzjonijiet jew proċeduri ta' għoti ta' għotjiet jew proċeduri ta' akkwist pubbliku, u għal esperti li ntgħażlu skont l-Artikolu 230(2). L-informazzjoni ma għandhiex tiġi ppubblikata għal:

 

(i)  ammonti ta' appoġġ għall-edukazzjoni mħallsin lil persuni fiżiċi u appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn kif imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 185(4);

 

(ii)   kuntratti ta' valur baxx ħafna mogħtijin lil esperti magħżulin skont l-Artikolu 230(2) kif ukoll kuntratti ta' valur baxx ħafna anqas mill-ammont imsemmi fil-punt 14.4 tal-Anness.

 

Is-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jinkludi mill-inqas referenza għall-indirizz tas-sit web fejn tista' tinstab l-informazzjoni jew inkella din l-informazzjoni jekk ma tkunx ippubblikata direttament fil-post iddedikat tas-sit web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

 

Meta jkunu kkonċernati persuni fiżiċi, il-pubblikazzjoni għandha tkun limitata għall-isem u għal-lokalità tal-benefiċjarju, l-ammont impenjat legalment u l-iskop tal-miżura. Id-divulgazzjoni ta' dik id-dejta għandha tkun ibbażata fuq kriterji rilevanti bħall-perjodiċità, jew it-tip jew l-importanza tal-miżura. Fir-rigward tad-dejta personali, l-informazzjoni titneħħa sentejn wara l-għeluq tas-sena finanzjarja li matulha ġie impenjat legalment l-ammont. L-istess japplika għad-dejta personali li tirreferi għal persuni ġuridiċi li għalihom it-titolu uffiċjali jidentifika persuna fiżika waħda jew iktar.

 

Ikun hemm eżenzjoni mill-pubblikazzjoni jekk tali divulgazzjoni toħloq ir-riskju li jiġu mhedda d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew jekk tkun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tal-benefiċjarji.

Emenda     122

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-fondi pprovduti permezz ta' strumenti finanzjarji li jirċievu appoġġ mill-baġit tal-Unjoni għal ammont ta' anqas minn EUR 500 000 għandha tkun limitata għal dejta statistika, aggregata skont il-kriterji rilevanti, bħall-pożizzjoni ġeografika, it-tipoloġija ekonomika tar-riċevituri, it-tip ta' appoġġ riċevut u l-qasam tal-politika tal-Unjoni li skont dan ingħata t-tali appoġġ.

L-informazzjoni dwar ir-riċevituri finali tal-fondi pprovduti permezz ta' strumenti finanzjarji li jirċievu appoġġ mill-baġit tal-Unjoni għal ammont ta' anqas minn EUR 200 000 għandha tkun limitata għal dejta statistika, aggregata skont il-kriterji rilevanti, bħall-pożizzjoni ġeografika, it-tipoloġija ekonomika tar-riċevituri, it-tip ta' appoġġ riċevut u l-qasam tal-politika tal-Unjoni li skont dan ingħata t-tali appoġġ.

Emenda     123

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-pubblikazzjonijiet kif imsemmijin f'dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli fuq sit web wieħed taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Emenda     124

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Qabel ma tissottometti l-abbozz tal-baġit, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta liċ-ċittadini.

Ġustifikazzjoni

Il-korapporteurs jilqgħu l-idea ta' aktar involviment taċ-ċittadini, kif propost mill-Kummissjoni fl-Art. 54(3), u tikkunsidra li din għandha tapplika wkoll għat-tfassil tal-baġit annwali.

Emenda     125

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-għadd ta' karigi li jkunu mtlew fil-bidu tas-sena li fiha jkun qed jitressaq l-abbozz tal-baġit, fejn jiġi indikat it-tqassim tagħhom skont il-grad u l-unità amministrattiva;

(iii)  l-għadd ta' karigi li jkunu mtlew fil-bidu tas-sena li fiha jkun qed jitressaq l-abbozz tal-baġit, fejn jiġi indikat it-tqassim tagħhom skont il-grad, mill-unità amministrattiva u skont is-sess;

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt h – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  aġġornamenti fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-programm;

(iii)  aġġornamenti dwar il-kisba tal-objettivi tal-programm, kif stabbilit fl-Artikolu 31;

Emenda     127

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  tabella komparattiva li tinkludi l-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-istimi oriġinali tal-istituzzjonijiet l-oħrajn kif mibgħuta lill-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tobbliga lill-Kummissjoni biex iżżid mal-proposta tagħha għall-baġit il-baġit oriġinali kif adottat mill-istituzzjonijiet differenti b'tali mod li bidliet unilaterali magħmula mill-Kummissjoni jsiru viżibbli u trasparenti.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-ammont totali ta' provvedimenti għal riskji u obbligazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskopertura tal-Unjoni għal riskji finanzjarji;

(i)  l-ammont totali ta' provvedimenti għal riskji u obbligazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskopertura tal-Unjoni għal riskji finanzjarji, inkluż kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-investimenti mwettqin, l-effett ta' ingranaġġ fil-mira u l-effett ta' ingranaġġ miksub;

(k)  il-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-investimenti mwettqin, l-effett ta'ingranaġġ fil-mira, l-effett ta' ingranaġġ miksub u l-ammont ta' kapital privat attirat sa issa;

Emenda     130

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan id-dokument ta' ħidma għandu jinkludi fih ukoll ħarsa ġenerali lejn in-nefqa amministrattiva li tirriżulta mill-miżati maniġerjali u imposti finanzjarji u debiti operatorji mħallsin għall-immaniġġjar tal-istrumenti finanzjarji b'kollox u għal kull parti maniġerjali u għal kull strument finanzjarju mmaniġġjat.

Dan id-dokument ta' ħidma għandu jinkludi fih ukoll informazzjoni speċifika dwar l-għaxar strumenti finanzjarji li għandhom l-agħar prestazzjoni, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn in-nefqa amministrattiva li tirriżulta mill-miżati maniġerjali u imposti finanzjarji u debiti operatorji mħallsin għall-immaniġġjar tal-istrumenti finanzjarji b'kollox u għal kull parti maniġerjali u għal kull strument finanzjarju mmaniġġjat.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta' ħidma dwar l-attivitajiet appoġġjati mill-Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom.

6.  Meta l-Kummissjoni tagħmel użu minn Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni għall-azzjonijiet esterni, għandha tehmeż mal-abbozz tal-baġit dokument ta' ħidma dettaljat dwar l-attivitajiet appoġġjati minn dawk il-Fondi Fiduċjarji, dwar l-implimentazzjoni, il-prestazzjoni, l-ispejjeż tal-ġestjoni tagħhom, il-kontribuzzjonijiet apparti dawk mill-Unjoni, u valutazzjoni preliminari dwar kif huma ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 227(3). Id-dokument ta' ħidma għandu wkoll jelenka kif dawk l-attivitajiet ikkontribwixxew għall-objettivi stabbiliti fl-att bażiku tal-istrument li minnu toħroġ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Fondi Fiduċjarji.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emendi għall-Artikolu 227.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Id-dokument ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 6 għandu wkoll:

9.  Id-dokument ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 8 għandu wkoll:

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-abbozzi tagħha tal-baġits emendatorji b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru ta' kull sena finanzjarja. Hi tista' tehmeż opinjoni mat-talbiet mill-istituzzjonijiet l-oħrajn għal baġits emendatorji.

3.  Ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-abbozzi tagħha tal-baġits emendatorji b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru ta' kull sena finanzjarja. Hi tista' tehmeż opinjoni mat-talbiet mill-istituzzjonijiet l-oħrajn għal baġits emendatorji.

Ġustifikazzjoni

Reġgħet daħlet l-iskadenza preċedenti mill-Artikolu 41(3) tar-Regolament 966/2012.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit tista' tinkludi "riżerva negattiva" limitata għal ammont massimu ta' EUR 400 000 000. Tali riżerva, li tista' tkun irreġistrata f'titolu separat, għandha tinkludi biss approprjazzjonijiet ta' pagament.

It-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit tista' tinkludi "riżerva negattiva" limitata għal ammont massimu ta' EUR 200 000 000. Tali riżerva, li tista' tkun irreġistrata f'titolu separat, għandha tinkludi biss approprjazzjonijiet ta' pagament.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal l-ammont preċedenti mill-Artikolu 47 tar-Regolament 966/2012, kif issuġġeriet il-QEA (ara l-paragrafu 53 tal-Opinjoni Nru 1/2017).

Emenda     135

Proposta għal regolament

Artikolu 50 - paragrafu 1 – punt a – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)  kull dħul u nfiq mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp rispettivi mdaħħal taħt intestatura tal-baġit speċjali fit-taqsima tal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Inklużjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  kummenti xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif stipulat fl-Artikolu 45(1). Il-kummenti tal-baġit għandhom jinkludu r-referenzi tal-att bażiku, fejn tkun teżisti waħda, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet xierqa kollha rigward in-natura u l-iskop tal-approprjazzjonijiet;

(vi)  kummenti xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif stipulat fl-Artikolu 45(1), inklużi kummenti addizzjonali enfasizzati u vvotati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-kummenti tal-baġit għandhom jinkludu r-referenzi tal-att bażiku, fejn tkun teżisti waħda, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet xierqa kollha rigward in-natura u l-iskop tal-approprjazzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tevita sitwazzjonijiet fejn l-eżitu tat-trilogi baġitarji mhuwiex rifless b'mod adegwat fir-rimarki fil-baġit finali, kif kien il-każ fil-passat.

Emenda     137

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont totali ta' appropjazzjonijiet għall-proġetti pilota ma għandux jaqbeż l-EUR 40 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja;

L-ammont totali ta' appropjazzjonijiet għall-proġetti pilota ma għandux jaqbeż l-EUR 40 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, li ma jinkludix il-proġetti pilota proposti mill-Kummissjoni u aċċettati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji proposti mill-Kummissjoni għandhom jaqgħu lil hinn mil-limitu massimu speċifikat fir-Regolament Finanzjarju.

Emenda     138

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont totali ta' approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmija f'dan il-punt ma għandux jaqbeż il-EUR 50 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament impenjati għall-azzjonijiet preparatorji ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000 000.

L-ammont totali ta' approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmija f'dan il-punt ma għandux jaqbeż il-EUR 50 000 000 fi kwalunkwe sena finanzjarja, u l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet effettivament impenjati għall-azzjonijiet preparatorji ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000 000. Dan l-ammont ma għandux jinkludi azzjonijiet preparatorji proposti mill-Kummissjoni u aċċettati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji proposti mill-Kummissjoni għandhom jaqgħu lil hinn mil-limitu massimu speċifikat fir-Regolament Finanzjarju.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-istituzzjonijiet l-oħrajn is-setgħat meħtieġa għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit li huma relatati magħhom.

1.  L-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika - m'hemm l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti dawn il-poteri.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet, b'mod partikolari dawk amministrattivi li jirregolaw il-forniment ta' servizzi, il-provvista ta' prodotti, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet jew l-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' bini.

2.  L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu ftehimiet bejniethom sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet, b'mod partikolari dawk amministrattivi li jirregolaw il-forniment ta' servizzi, il-provvista ta' prodotti, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet jew l-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' bini.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ftehimiet dwar il-livell ta' servizz bħal dawn jistgħu jiġu miftehmin ukoll bejn dipartimenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji tal-Unjoni, korpi jew persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Dawk il-ftehimiet għandhom jippermettu li jiġu rkuprati l-kostijiet imġarrbin minħabba l-implimentazzjoni tagħhom.

3.  Ftehimiet dwar il-livell ta' servizz bħal dawn jistgħu jiġu miftehmin ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi tal-Unjoni, uffiċċji tal-Unjoni, korpi jew persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u l-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Dawk il-ftehimiet għandhom jippermettu li jiġu rkuprati l-kostijiet imġarrbin minħabba l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rapport annwali tal-attività imsemmi fl-Artikolu 73(9) ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih informazzjoni dwar kwalunkwe ftehim bħal dan.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħa u żżid dispożizzjoni dwar ir-rappurtar.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tiddelega s-setgħat tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, sabiex tiżgura l-kontinwità tan-negozju fin-nuqqas tagħhom, lid-deputati Kapijiet tad-Delegazzjonijiet. Meta l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega tal-Kummissjoni u d-deputati tagħhom fin-nuqqas ta' dawn tal-aħħar, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandhom ikunu soġġetti għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b'sottodelega tal-Kummissjoni.

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tiddelega s-setgħat tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet operazzjonali tat-taqsima tagħha stess lill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, sabiex tiżgura l-kontinwità tan-negozju fin-nuqqas tagħhom mill-pajjiż fejn hi bbażata d-Delegazzjoni tagħhom, lid-deputati Kapijiet tad-Delegazzjonijiet. Meta l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega tal-Kummissjoni u d-deputati tagħhom fin-nuqqas ta' dawn tal-aħħar, huma għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandhom ikunu soġġetti għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b'sottodelega tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'ċerti eċċezzjonijiet, is-SEAE jista' jiddelega s-setgħat tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet amministrattivi tat-taqsima tiegħu lill-persunal tal-Kummissjoni meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-amministrazzjoni tad-Delegazzjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti tas-SEAE. F'każijiet eċċezzjonali li fihom il-persunal tal-Kummissjoni tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxi bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega tas-SEAE, dan għandu japplika r-regoli interni tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandu jkun soġġett għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b'sottodelega tas-SEAE.

F'ċerti eċċezzjonijiet, is-SEAE jista' jiddelega s-setgħat tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit rigward l-approprjazzjonijiet amministrattivi tat-taqsima tiegħu lill-persunal tal-Kummissjoni meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-amministrazzjoni tad-Delegazzjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni kompetenti tas-SEAE mill-pajjiż fejn hi bbażata d-Delegazzjoni tiegħu/tagħha. F'każijiet eċċezzjonali li fihom il-persunal tal-Kummissjoni tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jaġixxi bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega tas-SEAE, dan għandu japplika r-regoli interni tas-SEAE għall-implimentazzjoni tal-baġit u għandu jkun soġġett għall-istess dmirijiet, obbligi u responsabbiltà bħal kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ieħor b'sottodelega tas-SEAE.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda     144

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  indirettament ("implimentazzjoni indiretta"), fejn dan ikun previst fl-att bażiku jew fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2), ma':

(c)  indirettament ("implimentazzjoni indiretta"), fejn dan ikun previst fl-att bażiku jew fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2), billi tafda kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lil:

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid mill-Artikolu 58, paragrafu 1 (c) tar-Regolament 966/2012. Jekk il-modifika minn "ġestjoni indiretta" għal "implimentazzjoni indiretta" hija biss lingwistika, skont il-Kummissjoni, id-definizzjoni preżenti ta' metodu indirett ta' implimentazzjoni tal-baġit għandha tinżamm.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  il-Bank Ewropew tal-Investiment jew il-Fond Ewropew tal-Investiment (“il-grupp tal-BEI”);

(iii)  il-Bank Ewropew tal-Investiment ("BEI") jew il- FEI;

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompożizzjoni tal-"grupp BEI" tista' tinbidel fil-ġejjieni, ikun aħjar li ssir referenza għall-BEI u l-FEI separatament.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 317 tat-TFUE u ma għandhiex tiddelega l-implimentazzjoni tal-baġit lil partijiet terzi, meta t-tali kompiti jkunu jinvolvu miżura kbira ta' diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 317 tat-TFUE u ma għandhiex tiddelega l-implimentazzjoni tal-baġit lil partijiet terzi, meta t-tali kompiti jkunu jinvolvu kull diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.

Ġustifikazzjoni

Kompiti li jinvolvu diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi għandhom dejjem jiġu mwettqa minn uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni.

Emenda     147

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-baġit jiġi implimentat b'implimentazzjoni kondiviża, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, ta' trasparenza u ta' nondiskriminazzjoni u għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet komplimentari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-setturi.

1.  Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b'implimentazzjoni kondiviża, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, ta' trasparenza u ta' nondiskriminazzjoni u għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni meta jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom tal-kontroll u l-awditjar u jassumu r-responsabbiltajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dispożizzjonijiet komplementari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-setturi.

Emenda     148

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jikkooperaw mal-Kummissjoni, mal-OLAF, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

Emenda     149

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi fil-livell xieraq sabiex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-korpi jistgħu jwettqu wkoll kompiti relatati mal-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw uħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħrajn, inklużi l-korpi indikati fl-Artikolu 61(1) (c) (ii) u (iii).

Skont il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-settur, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi fil-livell xieraq sabiex ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-korpi jistgħu jwettqu wkoll kompiti relatati mal-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw uħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom, kif ukoll il-Grupp tal-BEI, ikunu fdati bil-kompiti titnaqqas il-possibbiltà li l-Istati Membri jikkontrollaw l-implimentazzjoni tal-Fondi taħt implimentazzjoni kondiviża, speċjalment fir-rigward tal-għotjiet.

Emenda     150

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 5 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq dwar l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet iffirmati fil-livell xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, tal-Fond ta' Koeżjoni, tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-FAEG u l-Fond Ewropew għas-Sajd, il-Kummissjoni tista', għal skopijiet ta' informazzjoni, tqiegħed għad-dispożizzjoni gwida metodoloġika li tispjega l-istrateġija u l-approċċ ta' kontroll tagħha, inklużi l-listi ta' kontroll, u eżempji tal-aħjar prattika għall-korpi pubbliċi responsabbli għall-attivitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll. Dik il-gwida tiġi aġġornata kull meta jkun jeħtieġ li jsir dan.

Sabiex tippromwovi l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, tal-Fond ta' Koeżjoni, tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-FAEG u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Kummissjoni tista', għal skopijiet ta' informazzjoni, tqiegħed għad-dispożizzjoni gwida metodoloġika li tispjega l-istrateġija u l-approċċ ta' kontroll tagħha, inklużi l-listi ta' kontroll, u eżempji tal-aħjar prattika għall-korpi pubbliċi responsabbli għall-attivitajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll. Dik il-gwida tiġi aġġornata kull meta jkun jeħtieġ li jsir dan.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 8 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-affarijiet marittimi u tas-sajd, it-twettiq b'suċċess tal-programmi nazzjonali u sottonazzjonali jirrikjedi Sistema ta' Ġestjoni u Kontroll nazzjonali u sottonazzjonali komprensiva tal-impenji finanzjarji kollha, abbażi ta' kollaborazzjoni mill-qrib bejn, minn naħa l-awtorità ta' ġestjoni nazzjonali u, jekk ikun il-każ l-awtorità ta' ġestjoni sottonazzjonali u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fuq bażi annwali u tippubblika evalwazzjonijiet interim.

Emenda     153

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Bil-għan li jiġu determinati politika u miżuri speċifiċi u xierqa, il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-tħejjija ta' programmi operattivi reġjonali f'konformità mal-prinċipji ta' proporzjonalità u sussidjarjetà u b'kont meħud tal-kompetenzi reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Ir-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom. Għaldaqstant, ir-reġjuni b'kompetenzi fis-settur tas-sajd għandhom ikunu jistgħu jħejju u jimmaniġġjaw il-programmi operattivi reġjonali tagħhom.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b'implimentazzjoni kondiviża jistgħu jintużaw ukoll flimkien ma' operazzjonijiet u ma' strumenti mwettqin skont ir-Regolament 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013.

9.  Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b'implimentazzjoni kondiviża jistgħu, skont regoli speċifiċi għas-settur, jintużaw ukoll flimkien ma' operazzjonijiet u ma' strumenti mwettqin skont ir-Regolament 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013. B'dan il-mod, ir-rata massima ta' kofinanzjament applikabbli għandha dejjem tiġi rispettata.

Emenda     155

Proposta għal regolament

Artikolu 62a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 62a

 

Sett uniku ta' regoli taħt implimentazzjoni kondiviża

 

Meta fond SIE jkun ikkombinat ma' fond SIE wieħed jew aktar jew ma' tip ieħor ta' finanzjament tal-Unjoni fi ħdan miżura unika, Stat Membru jista' jipprevedi regoli ġenerali dwar l-applikazzjoni tal-qafas legali ta' wieħed mill-fondi SIE jew tipi ta' finanzjament mill-Unjoni għal miżura sħiħa. L-Istat Membru għandu jippreżenta dawn ir-regoli ġenerali lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li timplimenta l-prinċipju ta' "sett ta' regoli wieħed" għall-ġestjoni kondiviża, sabiex teħles lill-benefiċjarji u lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri mill-piż amministrattiv, bħal interpretazzjonijiet konfliġġenti tar-regoli minn Direttorati Ġenerali differenti fi ħdan il-Kummissjoni. Approċċ minn isfel għal fuq tidher li hija l-aħjar mod kif isir dan.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-“uffiċċji Ewropej” huma strutturi amministrattivi mwaqqfin mill-Kummissjoni jew mill-Kummissjoni ma' istituzzjoni waħda jew aktar sabiex iwettqu kompiti trażversali speċifiċi, diment li dan ikun jista' jiġi ġġustifikat minn studju tal-kostijiet-benefiċċji u valutazzjoni tar-riskji assoċjati.

1.  L-"uffiċċji Ewropej" huma strutturi amministrattivi mwaqqfin mill-Kummissjoni jew mill-Kummissjoni ma' istituzzjoni waħda jew aktar sabiex iwettqu kompiti trażversali speċifiċi, dment li dan ikun jista' jiġi ġġustifikat minn studju tal-kostijiet-benefiċċji u valutazzjoni tar-riskji assoċjati u suġġett għall-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistgħu jwettqu kompiti mhux obbligatorji awtorizzati mill-Kumitati Maniġerjali tagħhom wara li jikkunsidraw il-kostijiet-benefiċċji u r-riskji assoċjati għall-partijiet involuti. Għat-twettiq ta' dawn il-kompiti, l-uffiċċju jista' jirċievi delegazzjoni ta' setgħat ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni , jew jista' jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ad-hoc ma' istituzzjonijiet tal-Unjoni, ma' korpi tal-Unjoni, ma' uffiċċji Ewropej oħrajn jew ma' partijiet terzi.

(b)  jistgħu jwettqu kompiti mhux obbligatorji awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill wara li l-Kumitati Maniġerjali tagħhom ikunu kkunsidraw il-kostijiet-benefiċċji u r-riskji assoċjati għall-partijiet involuti. Għat-twettiq ta' dawn il-kompiti, l-uffiċċju jista' jirċievi delegazzjoni ta' setgħat ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew jista' jikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz ad-hoc ma' istituzzjonijiet tal-Unjoni, ma' korpi tal-Unjoni, ma' uffiċċji Ewropej oħrajn jew ma' partijiet terzi.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-membri kollha tal-kumitati ta' tmexxija u l-bordijiet tal-aġenziji eżekuttivi jew deċentralizzati tal-Unjoni għandhom jippubblikaw fuq bażi annwali dikjarazzjoni tal-interessi fis-sit web tal-aġenzija tagħhom. Sabiex tiżgura ċ-ċarezza fir-rigward ta' tali dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudell għal tali dikjarazzjonijiet tal-interessi, li jista' jiġi adattat għall-ispeċifiċitajiet ta' kull aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Ikun tajjeb li d-"dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interessi" issir obbligatorja fir-regolament finanzjarju rivedut għall-membri kollha tal-bordijiet maniġerjali u l-kumitati ta' tmexxija tal-aġenziji deċentralizzati u eżekuttivi. Ikun tajjeb kieku d-dikjarazzjonijiet tal-interessi jiġu standardizzati iżda xorta jibqgħu adattati għall-ispeċifiċitajiet ta' kull aġenzija.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-regolament finanzjarju qafas għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  Ir-regolament finanzjarju qafas għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, filwaqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Awditur indipendenti estern għandu jivverifika li l-kontijiet annwali ta' kull korp imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jippreżentaw tajjeb id-dħul, in-nefqa, u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri tħejji Rapport Annwali Speċifiku dwar kull korp b'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE. Hi u tħejji dan ir-rapport, il-Qorti tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li tkun ittieħdet b'rispons għal dak li jkun sab l-awditur.

6.  Awditur indipendenti estern għandu jivverifika li l-kontijiet annwali ta' kull korp imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jippreżentaw tajjeb id-dħul, in-nefqa, u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni. Il-miżati tal-awditur għandhom jitħallsu mill-QEA. L-awditur jista' jivverifika wkoll li d-dħul kollu ġie riċevut u li n-nefqiet kollha ntefqu b'mod regolari u skont il-liġi. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri għandha tirrapporta annwalment dwar ir-riżultati tal-awditjar u toħroġ dikjarazzjoni speċifika ta' assigurazzjoni għal kull korp li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE f'rapport ta' awditjar konsolidat wieħed. Hi u tħejji dan ir-rapport, il-QEA tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li tkun ittieħdet b'rispons għal dak li jkun sab l-awditur.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda tar-rapporteur dwar paragrafu 6a (ġdid).

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-aspetti kollha tal-awditjar estern indipendenti, inklużi s-sejbiet irrapportati tal-awditur, għandhom jibqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-QEA. Il-proċeduri amministrattivi u ta' akkwist kollha meħtieġa għandhom jiġu ġestiti mill-QEA u dawn il-proċeduri, kif ukoll kwalunkwe spejjeż assoċjati oħra, mill-baġit tagħha stess.

Ġustifikazzjoni

L-emendi proposti għal paragrafu 6 tal-Artikolu 69 se jieħdu post ir-rapporti annwali speċifiċi elaborati mill-QEA dwar kull wieħed mill-korpi stabbiliti taħt it-TFUE u t-Trattat Euratom, b'rapport ta' awditjar uniku konsolidat li jinkludi dikjarazzjoni speċifika ta' assigurazzjoni għal kull korp. Il-valutazzjoni tal-QEA dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa tista' tiġi mħejjija mill-awditur indipendenti estern msemmi f'paragrafu 6, taħt il-gwida tal-Qorti fejn meħtieġ.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 69 għandhom japplikaw għal korpi ta' sħubija pubblika-privata.

Il-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu 69 għandhom japplikaw għal korpi ta' sħubija pubblika-privata.

Ġustifikazzjoni

L-istess regoli li japplikaw għal korpi stabbiliti taħt it-TFUE u t-Trattat Euratom fl-Artikolu 69 għandhom japplikaw ukoll għal sħubijiet pubbliċi-privati.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' legalità u regolarità u ta' trattament indaqs tar-riċevituri ta' programm.

1.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex jiżgura l-affidabbiltà, il-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni rappurtata dwar il-prestazzjoni, u sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' legalità u regolarità u ta' trattament indaqs tar-riċevituri ta' programm.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs iqisu li l-Artikolu 73 tal-proposta tal-Kummissjoni ma tikkunsidrax biżżejjed il-prestazzjoni, u għalhekk għandha testendi r-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li tkopri l-affidabbilità, il-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni mogħtija lilu jew lilha. Barra minn hekk, it-test propost fl-Artikolu 73(5) jista' jiġi interpretat li jippermetti rappurtar dwar il-prestazzjoni aktar limitat minn dak li hu attwalment previst.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull operazzjoni għandha tkun soġġetta mill-inqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta' strateġija ta' kontroll pluriennali li tqis ir-riskju. L-iskop tal-kontrolli ex ante huwa li jipprevjenu żbalji u irregolaritajiet qabel ma jiġu awtorizzati l-operazzjonijiet.

Kull operazzjoni għandha tkun soġġetta mill-inqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, sabiex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet qabel l-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet u sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-objettivi tal-operazzjoni.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-firxa f'termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività. F'każ ta' dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli bħala parti mill-kontroll ex ante.

Il-firxa f'termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji, il-kosteffettività u l-prestazzjoni. Abbażi tal-analiżi tar-riskju tiegħu/tagħha stess, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti jitlob informazzjoni komplementari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli bħala parti mill-kontroll ex ante.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jista' jimplimenta kontrolli ex post sabiex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet jew operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta' kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti u kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jista' jimplimenta kontrolli ex post sabiex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet ta' operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta' kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività u l-prestazzjoni.

Emenda     167

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jimplimenta awditjar finanzjarju tal-benefiċjarji bħala kontrolli ex post, ir-regoli tal-awditjar relatati għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, u jirrispettaw id-drittijiet kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-entitajiet awditjati.

Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jimplimenta awditjar finanzjarju tal-benefiċjarji bħala kontrolli ex post, ir-regoli tal-awditjar relatati għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, jinkludu perjodi ta' żmien u għandhom ikunu disponibbli għall-benefiċjarji meta jiffirmaw il-ftehim ta' għotja. Ir-regoli tal-awditjar għandhom jirrispettaw id-drittijiet kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-entitajiet awditjati u jippermettu l-appell.

(Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jesperjenzaw inkonsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji mhux biss minn DĠ wieħed għal ieħor, iżda anke fi ħdan l-istess DĠ. Għandhom ikunu disponibbli linji gwida komuni u taħriġ ċentralizzat għall-persunal involut. Flimkien ma' dan, it-trasparenza dwar id-diversi passi, id-durata u l-perjodu taż-żmien li fih isiru proċeduri tal-awditjar għandhom jittejbu u għandhom jiġu kkomunikati waqt l-iffirmar tal-kuntratt)

Emenda     168

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega u l-persunal tiegħu jirċievu informazzjoni xierqa u aġġornata b'mod regolari dwar l-istandards ta' kontroll u l-metodi u t-tekniki disponibbli għal dak il-għan;

(a)  li l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega u l-persunal tagħhom jirċievu informazzjoni u taħriġ aġġornati u xierqa b'mod regolari dwar l-istandards ta' kontroll u l-metodi u t-tekniki disponibbli għal dak il-għan abbażi tal-linji gwida komuni;

(Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jesperjenzaw inkonsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji mhux biss minn DĠ wieħed għal ieħor, iżda anke fi ħdan l-istess DĠ. Għandhom ikunu disponibbli linji gwida komuni u taħriġ ċentralizzat għall-persunal involut. Flimkien ma' dan, it-trasparenza dwar id-diversi passi, id-durata u l-perjodu taż-żmien li fih isiru proċeduri tal-awditjar għandhom jittejbu u għandhom jiġu kkomunikati waqt l-iffirmar tal-kuntratt)

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk membru tal-persunal, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lis-superjur ġerarkiku tiegħu b'dan. Jekk il-membru tal-persunal jagħmel dan bil-miktub, is-superjur ġerarkiku għandu jwieġeb bil-miktub. Jekk is-superjur ġerarkiku jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega bil-miktub. Jekk dak l-uffiċjal ma jwiġibx fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u, fi kwalunkwe każ, fi żmien mhux aktar minn xahar, il-membru tal-persunal għandu jgħarraf lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 139.

Jekk membru tal-persunal, involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa obbligat josserva, għandu jinforma lis-superjur ġerarkiku tiegħu b'dan. Jekk il-membru tal-persunal jagħmel dan bil-miktub, is-superjur ġerarkiku għandu jwieġeb bil-miktub. Jekk is-superjur ġerarkiku jonqos milli jieħu azzjoni jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwixxix tweġiba raġonevoli għall-problema tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega bil-miktub. Jekk dak l-uffiċjal ma jwiġibx fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u, fi kwalunkwe każ, fi żmien mhux aktar minn xahar, il-membru tal-persunal għandu jgħarraf lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 90.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta;

(a)  l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta, u b'mod partikolari l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni hija affidabbli, kompleta u korretta;

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-emenda għal paragrafu 1 ta' dan l-artikolu.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport annwali tal-attività għandu jinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqin, b'referenza għall-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi, ir-riskji assoċjati ma' dawk l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern. Dan jinkludi valutazzjoni kumplessiva tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u tal-informazzjoni dwar kemm in-nefqa operazzjonali awtorizzata tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-UE u tiġġenera valur miżjud tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju tar-rapporti annwali tal-attività għas-sena preċedenti.

Ir-rapport annwali tal-attività għandu jinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqin, b'referenza għall-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi u informazzjoni dwar il-prestazzjoni ġenerali ta' dawk l-operazzjonijiet, ir-riskji assoċjati ma' dawk l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern. Dan jinkludi valutazzjoni kumplessiva tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u tal-informazzjoni dwar kemm in-nefqa operazzjonali awtorizzata tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-UE u tiġġenera valur miżjud tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju tar-rapporti annwali tal-attività għas-sena preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-emenda għal paragrafu 1 ta' dan l-artikolu.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 9 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rapporti annwali tal-attività tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u, fejn applikabbli, l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega tal-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-istituzzjoni, l-uffiċċju, il-korp jew l-aġenzija rispettiva b'mod faċilment aċċessibbli sal-1 ta' Lulju kull sena għas-sena ta' qabel, soġġett għal kunsiderazzjonijiet ta' kunfidenzjalità u ta' sigurtà ġġustifikati kif meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 66(9) tar-Regolament 966/2012, li kien ġie mħassar mill-Kummissjoni.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsibu rwieħhom f'sitwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 73(8), huma għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-bord imsemmi fl-Artikolu 139. Fil-każ ta' kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati mil-leġislazzjoni applikabbli.

2.  Meta Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jsibu ruħhom f'sitwazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 73(8), huma għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-bord imsemmi fl-Artikolu 90. Fil-każ ta' kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati mil-leġislazzjoni applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-uffiċjal tal-kontabilità jista' jiddevja minn dawk l-istandards jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal preżentazzjoni ġusta tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-miżati, tad-dħul u tal-fluss tal-flus. Meta regola kontabilistika tiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dan il-fatt u r-raġunijiet għal dan.

2.  L-uffiċjal tal-kontabilità jista' jiddevja minn dawk l-istandards jekk iqis li dan ikun meħtieġ għal stampa vera u ġusta tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, tal-miżati, tad-dħul u tal-fluss tal-flus. Meta regola kontabilistika tiddevja materjalment minn dawk l-istandards, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiżvelaw dan il-fatt u r-raġunijiet għal dan.

Ġustifikazzjoni

"Stampa vera u ġusta" hija terminoloġija aċċettata b'mod komuni.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-uffiċjali tal-kontabilità għandu jikseb mingħand l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni li l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta' kontijiet li jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-implimentazzjoni baġitarja. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta' tali informazzjoni.

2.  L-uffiċjali tal-kontabilità għandu jikseb mingħand l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni li l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni ta' kontijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u tal-implimentazzjoni baġitarja. L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għandu jiggarantixxi l-affidabbiltà ta' tali informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

"Stampa vera u ġusta" hija terminoloġija aċċettata b'mod komuni.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni, jew korp imsemmi fl-Artikolu 69, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li huwa għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu preżentazzjoni ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-korp imsemmijin fl-Artikolu 69.

Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni, jew korp imsemmi fl-Artikolu 69, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li huwa għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-korp imsemmijin fl-Artikolu 69.

Ġustifikazzjoni

"Stampa vera u ġusta" hija terminoloġija aċċettata b'mod komuni.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 10 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull istituzzjoni tiddeċiedi f'liema dipartiment għandhom jinżammu d-dokumenti ta' sostenn.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 64 mir-regoli ta' applikazzjoni. Is-sentenza tħalliet barra mill-Kummissjoni.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-uffiċjal tal-kontabilità jista' jagħmel ħlasijiet biss jekk l-ewwel l-entità legali u d-dettalji tal-ħlas tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu f'fajl komuni minn istituzzjoni li huwa responsabbli għaliha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet loġiċi l-ewwel subparagrafu għandu jitpoġġa wara t-tieni: il-ħlas isir wara li jkun ittieħed l-impenn.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma jidħol f'impenn ma' parti terza, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi l-entità legali u d-dettalji tal-ħlas tal-benefiċjarji u jdaħħalhom fil-fajl komuni tal-istituzzjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità huwa responsabbli għaliha sabiex jiġu żgurati trasparenza, responsabbiltà u implimentazzjoni korretta tal-ħlas.

Qabel ma jidħol f'impenn ma' parti terza, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikkonferma l-identità tal-benefiċjarju, jistabbilixxi l-entità legali u d-dettalji tal-ħlas tal-benefiċjarji u jdaħħalhom fil-fajl komuni tal-istituzzjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità huwa responsabbli għaliha sabiex jiġu żgurati trasparenza, responsabbiltà u implimentazzjoni korretta tal-ħlas.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal mill-Artikolu 63 tar-regoli ta' applikazzjoni.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-uffiċjal tal-kontabbiltà jista' jagħmel ħlasijiet biss jekk l-ewwel l-entità legali u d-dettalji tal-ħlas tal-benefiċjarju jkunu ddaħħlu f'fajl komuni mill-istituzzjoni li huwa responsabbli għaliha.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet loġiċi l-ewwel subparagrafu tpoġġa wara t-tieni: il-ħlas isir wara li jkun ittieħed l-impenn.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontijiet tal-bank għall-impest għandhom jinfetħu mill-uffiċjal tal-kontabilità, li għandu jawtorizza wkoll firem delegati fuqhom fuq il-bażi ta' proposta ġġustifikata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

2.  Il-kontijiet tal-bank għall-imprest għandhom jinfetħu u jiġu mmonitorjati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, li għandu jawtorizza wkoll firem delegati fuqhom fuq il-bażi ta' proposta ġġustifikata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Terġa' tiddaħħal id-dispożizzjoni mill-Artikolu 69(1) tar-Regoli ta' Applikazzjoni (RAP).

Emenda     182

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq, jew iqabbad lil membru tal-persunal fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment tal-awtorizzazzjoni mogħti setgħat speċjali għal dak il-għan sabiex iwettaq, kontrolli, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u, fejn xieraq, mingħajr ebda twissija, sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministraturi tal-imprest u ż-żamma tal-kotba u sabiex jiġi vverifikat li t-tranżazzjonijiet tal-imprest ikunu saru saż-żmien stipulat. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jikkomunika s-sejbiet ta' dawk il-kontrolli lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

5.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jwettaq, jew iqabbad lil membru tal-persunal fid-dipartiment tiegħu stess jew fid-dipartiment tal-awtorizzazzjoni mogħti setgħat speċjali għal dak il-għan sabiex iwettaq kontrolli, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u, meta hemm bżonn, mingħajr ebda twissija, sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministraturi tal-imprest u ż-żamma tal-kotba u sabiex jiġi vverifikat li t-tranżazzjonijiet tal-imprest ikunu saru saż-żmien stipulat. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jikkomunika s-sejbiet ta' dawk il-kontrolli lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bla ħsara għas-setgħat tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta' dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet li jirriżulta minn att jew omissjoni ta' membru tal-persunal għandu jiġi riferit lill-bord imsemmi fl-Artikolu 139 ta' dan ir-Regolament għal opinjoni minn kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

1.  Bla ħsara għas-setgħat tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta' dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet li jirriżulta minn att jew omissjoni ta'membru tal-persunal għandu jiġi riferit lil bord konġunt speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji għal opinjoni minn kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk l-informazzjoni tinġieb għall-attenzjoni tal-bord minn informatur, l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata mill-bord f'konformità mar-regoli ta' proċedura għall-għoti ta' informazzjoni f'każ ta' irregolaritajiet serji ("żvelar ta' informazzjoni protetta") fis-seħħ fil-Kummissjoni u/jew fl-istituzzjoni, korp jew uffiċċju li jappartjeni għalih l-informatur.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-bord imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn:

 

(a)   President indipendenti permanenti ta' livell għoli maħtur mill-Kummissjoni;

 

(b)   rappreżentant minn sitt istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni, uffiċċji Ewropej jew korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 69.

 

Il-kompożizzjoni tal-bord għandha tiżgura l-għarfien espert tekniku u legali xieraq. Il-ħatra tal-membri tal-bord għandha ssir fid-dawl tal-bżonn li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi. Il-bord għandu jkun assistit minn segretarjat permanenti, ipprovdut mill-Kummissjoni, li għandu jiżgura l-amministrazzjoni kontinwa tal-bord.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Il-mandat tal-membri tal-bord, imsemmi f'paragrafu 1a(b) għandu jkun ta' tliet snin u għandu jiġi mġedded.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  Il-President tal-bord għandu jintgħażel minn fost persuni li kienu Membri tal-QEA, tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew minn dawk li qabel kienu uffiċjali li jkunu mill-anqas fil-grad ta' Direttur Ġenerali f'istituzzjoni tal-Unjoni li mhijiex il-Kummissjoni. Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu, tal-esperjenza estensiva fi kwistjonijiet ġuridiċi u finanzjarji u tal-kompetenza, tal-indipendenza u tal-integrità murija. Il-mandat tiegħu għandu jkun għal ħames snin u ma għandux ikun jista' jiġġedded. Il-President għandu jinħatar bħala konsulent speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jippresjedi fis-sessjonijiet kollha tal-bord u għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Huwa ma għandux ikollu kunflitt ta' interessi bejn id-dmirijiet tiegħu bħala President u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.  Ir-regoli ta' proċedura tal-bord għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-bord imsemmi fl-Artikolu 139 ta' dan ir-Regolament għandu jkun kompetenti sabiex jiddetermina jekk seħħitx irregolarità finanzjarja. Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 139 għall-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tiddeċiedi jekk tagħtix bidu għal proċedimenti għal azzjoni dixxiplinari jew tal-ħlas ta' kumpens. Jekk il-grupp jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-membru tal-persunal involut, kif ukoll lill-awditur intern.

2.  Il-bord għandu jkun kompetenti sabiex jiddetermina jekk seħħitx irregolarità finanzjarja.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkollu l-kompożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 139(2) u żewġ membri addizzjonali:

imħassar

(a)   rappreżentant tal-awtorità tal-ħatra inkarigata minn kwistjonijiet dixxiplinari tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat, u

 

(b)   membru ieħor maħtur mill-kumitat tal-persunal tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernati. Il-ħatra ta' dawk il-membri addizzjonali għandha ssir fid-dawl tal-bżonn li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interessi.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-bord jagħti l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu, din għandha tkun indirizzata lill-Bord dixxiplinari mwaqqaf minn kull istituzzjoni jew korp skont ir-regoli interni tagħhom.

5.  L-opinjoni tal-bord għandha tkun indirizzata lill-awtorità tal-ħatra inkarigata mill-kwistjonijiet dixxiplinari tal-istituzzjoni, uffiċċju jew korp ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-bord, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tiddeċiedi jekk tagħtix bidu għal proċedimenti għal azzjoni dixxiplinarja jew ħlas ta' kumpens. Jekk il-grupp jintebaħ bi problemi sistemiċi, dan għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-membru tal-persunal involut, kif ukoll lill-awditur intern.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Jekk, meta jkun qed jeżamina kawża, il-bord iqis li l-kwistjoni taqa' taħt il-kompetenza tal-OLAF, huwa għandu immedjatament iressaq il-każ quddiem id-Direttur tal-OLAF u jinforma lill-awtorità tal-ħatra tal-istituzzjoni, uffiċċju jew korp ikkonċernat skont il-każ. Sa minn dakinhar tat-trażmissjoni, il-każ jiġi rtirat mill-kunsiderazzjoni tal-bord.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni biex jingħaqdu l-bord iddedikat għall-identifikazzjoni bikrija u s-sistema tal-esklużjoni mal-bord li jittratta l-irregolaritajiet finanzjarji mhuwiex ġustifikat minħabba l-objettivi differenti tal-bordijiet. Għandu jitwaqqaf bord konġunt speċifiku b'karattru interistituzzjonali msaħħaħ. Barra minn hekk, it-test propost mill-Kummissjoni mhuwiex konformi mad-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri dixxiplinarji stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ebda proċedura dixxiplinari ma tista' tkun imnedija mingħajr rapport tal-OLAF jew inkjesta amministrattiva li tkun seħħet.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega li jirċievi struzzjoni vinkolanti u li huwa jqis bħala irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari minħabba li l-istruzzjoni ma tkunx tista' tiġi eżegwita bir-riżorsi allokati lilu, għandu jinforma b'dan bil-miktub lill-awtorità li mingħandha jkun irċieva d-delega jew is-sottodelega. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fil-ħin u tkun ċara biżżejjed, fis-sens li tkun tirreferi espliċitament għall-punti li jkunu ġew ikkontestati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega ma jkunx jista' jinżamm responsabbli. Huwa jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur tal-istandards tas-sigurtà rilevanti.

1.  Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega li jirċievi struzzjoni vinkolanti u li huwa jqis bħala irregolari jew li tmur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari minħabba li l-istruzzjoni ma tkunx tista' tiġi eżegwita bir-riżorsi allokati lilu, għandu jinforma b'dan bil-miktub lill-awtorità li mingħandha jkun irċieva d-delega jew is-sottodelega. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fil-ħin u tkun ċara biżżejjed, fis-sens li tkun tirreferi espliċitament għall-punti li jkunu ġew ikkontestati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jew b'sottodelega ma jkunx jista' jinżamm responsabbli. Huwa jeżegwixxi l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur tal-istandards tas-sigurtà rilevanti. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jirrapporta dwar kull każ bħal dan taħt l-intestatura "Konferma tal-istruzzjonijiet skont l-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju" fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9) ta' dan ir-Regolament.

Emenda     195

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull istituzzjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu li jinvolvu EUR 100 000 jew aktar. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 73(9).

5.  Kull istituzzjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu. Fil-każ tal-Kummissjoni, dak ir-rapport għandu jkun mehmuż mas-sommarju tar-rapporti annwali tal-attività msemmija fl-Artikolu 73(9).

Emenda     196

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  parametri tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni;

Emenda     197

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji msemmijin fl-Artikolu 227, l-approprjazzjonijiet riżervati għall-fond fiduċjarju għas-sena flimkien mal-ammonti ppjanati matul id-durata tiegħu;

(c)  għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji msemmijin fl-Artikolu 227: l-approprjazzjonijiet riżervati għall-fond fiduċjarju għas-sena flimkien mal-ammonti ppjanati matul id-durata tiegħu, kif ukoll is-sehem ta' finanzjament minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-Unjoni, li r-rata tiegħu għandha tibqa' fissa matul id-durata kollha tal-fond fiduċjarju kif speċifikat fl-Artikolu 227(1);

Ġustifikazzjoni

Aġġornament tal-emenda 91 tar-rapporteur. Il-rata ta' finanzjament mill-baġit tal-UE u sorsi oħra għandha tiġi stabbilita, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-UE teħtieġ li tkopri għal donaturi oħra li ma jissodisfawx l-impenji inizjali tagħhom.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont allokat għall-istrument finanzjarju;

(e)  għall-istrumenti finanzjarji: l-ammont allokat għall-istrument finanzjarju u l-mira għas-sehem ta' kapital privat li għandu jiġi attirat;

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  għall-kontribuzzjonijiet għall-faċilitajiet ta' taħlit: l-ammont allokat għall-faċilità ta' taħlit u l-lista tal-entitajiet li jieħdu sehem fil-faċilità ta' taħlit;

(g)  għall-kontribuzzjonijiet għall-faċilitajiet ta' taħlit: l-ammont allokat għall-faċilità ta' taħlit, il-lista tal-entitajiet li jieħdu sehem fil-faċilità ta'taħlit u l-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tagħhom;

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom huwa dovut il-ħlas.

(c)  jivverifika l-kundizzjonijiet li fihom huwa dovut il-ħlas. L-istimi tal-kostijiet ma jistgħux jimplikaw it-twettiq ta' dawn il-kundizzjonijiet.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 109 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-diżimpenn huwa l-operazzjoni li biha l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jħassar ir-riżerva kollha tal-approprjazzjonijiet jew parti mit-tali riżerva li qabel tkun saret b'impenn baġitarju.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, dan il-paragrafu huwa trasferit għall-Artikolu 2 (definizzjonijiet).

Emenda     202

Proposta għal regolament

Artikolu 110 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-impenji baġitarji proviżorji għandhom jiġu implimentati bil-konklużjoni ta' impenn legali wieħed jew aktar li jwassal għal intitolament għal pagamenti sussegwenti. Madankollu, f'każijiet relatati man-nefqa fuq l-immaniġġjar tal-persunal jew relatati man-nefqiet fuq il-komunikazzjoni li jsiru mill-istituzzjonijiet għall-kopertura ta' avvenimenti tal-Unjoni jew fil-każijiet imsemmijin fil-punt 14.5 tal-Anness għal dan ir-Regolament, dawn jistgħu jiġu implimentati b'mod dirett b'pagamenti.

6.  L-impenji baġitarji proviżorji għandhom jiġu implimentati bil-konklużjoni ta' impenn legali wieħed jew aktar li jwassal għal intitolament għal pagamenti sussegwenti. Madankollu, f'każijiet relatati man-nefqa fuq l-immaniġġjar tal-persunal, Membri jew ex Membri ta' istituzzjoni tal-Unjoni jew relatati man-nefqiet fuq il-komunikazzjoni li jsiru mill-istituzzjonijiet għall-kopertura ta' avvenimenti tal-Unjoni jew fil-każijiet imsemmijin fil-punt 14.5 tal-Anness għal dan ir-Regolament, dawn jistgħu jiġu implimentati b'mod dirett b'pagamenti.

Ġustifikazzjoni

Allowances lill-Membri jitħallsu bl-istess mod tal-allowances lill-persunal u għandhom għalhekk jissemmew ukoll fl-eċċezzjonijiet fejn impenn proviżorju jista' jkun segwit direttament minn pagamenti.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-impenji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitnaqqsu mill-impenn proviżorju globali msemmi fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni teknika (immexxija mill-paragrafu 5).

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 111 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-impenni li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom jitnaqqsu mill-impenn proviżorju globali msemmi fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni teknika (immexxija għall-paragrafu 4).

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 112 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Xi partijiet tal-impenji baġitarji li ma jkunux ġew effettwati bi ħlasijiet fi żmien sitt xhur wara d-data finali għall-implimentazzjoni għandhom ikunu diżimpenjati f'konformità mal-Artikolu 13.

4.  Xi partijiet tal-impenji baġitarji li ma jkunux ġew effettwati bi ħlasijiet fi żmien sitt xhur wara d-data finali għall-implimentazzjoni għandhom ikunu diżimpenjati.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza ma tagħmilx sens minħabba li l-Artikolu 13 jittratta l-kanċellazzjoni ta' approprjazzjonijiet wara diżimpenn, u mhux il-proċedura ta' diżimpenn bħala tali.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 113 – paragrafu 5 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-għotjiet taħt l-implimentazzjoni diretta ta' azzjonijiet esterni ta' finanzjament ta' aktar minn EUR 5 000 000, mhux aktar minn żewġ pagamenti ta' prefinanzjament għandhom jibqgħu mhux approvati matul id-durata tal-azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 184(4) tar-Regolament 966/2012, li kien tħalla barra mill-Kummissjoni.

Emenda     207

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  90 jum kalendarju għall-ftehimiet ta' kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta' għotja li jinvolvu servizzi tekniċi jew azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati u li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta' rapport jew ta' ċertifikat;

(a)  60 jum kalendarju għall-ftehimiet ta' kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta' għotja li jinvolvu servizzi tekniċi jew azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex jiġu evalwati;

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq suġġeriment minn Civil Society Europe.

Emenda     208

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  60 jum kalendarju għall-ftehimiet ta' kontribuzzjoni, għall-kuntratti u għall-ftehimiet ta' għotja kollha l-oħrajn li għalihom il-pagament jiddependi fuq l-approvazzjoni ta' rapport jew ta' ċertifikat;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq suġġeriment minn Civil Society Europe.

Emenda     209

Proposta għal regolament

Artikolu 114 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħlief fil-każ ta' Stati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, malli jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-imgħax skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ħlief fil-każ ta' Stati Membri, malli jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kreditur għandu jkun intitolat għall-imgħax skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp tal-BEI ma għandux jiġi ttrattat b'mod differenti f'dan ir-rigward minn entitajiet oħra li jimplimentaw il-fondi baġitarji tal-UE jew il-kredituri tal-Unjoni. F'dan ir-rigward il-Grupp tal-BEI huwa meħtieġ, skont l-Istatut tiegħu, jiżgura li l-ispejjeż tiegħu jkunu koperti u li l-inklużjoni tal-BEI/FEI f'din id-dispożizzjoni tista' tipprovoka reazzjonijiet negattivi minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu marbuta ma' strumenti eżistenti bħalma huma l-FEIS, l-ELM u InnovFin.

Emenda     210

Proposta għal regolament

Artikolu 115 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi uffiċċju tal-awditjar intern li għandu jaħdem f'konformità man-normi internazzjonali relevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni għandu jwieġeb għal din tal-aħħar dwar il-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabilità.

1.  Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi uffiċċju tal-awditjar intern li għandu jaħdem f'konformità man-normi internazzjonali relevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni għandu jwieġeb għal din tal-aħħar dwar il-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi u l-proċeduri tal-implimentazzjoni tal-baġit. L-awditur intern għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u la jista' jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabilità.

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 116 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak ir-rapport annwali jsemmi wkoll kwalunkwe problema sistemika li tiġi osservata mill-grupp imwaqqaf skont l-Artikolu 139 fejn jagħti l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 90.

Dak ir-rapport annwali jsemmi wkoll kwalunkwe problema sistemika li tiġi osservata mill-bord imwaqqaf skont l-Artikolu 90.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur tal-Artikolu 90, paragrafu 5b (ġdid).

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 116 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awditur intern għandu, matul l-elaborazzjoni tar-rapport tiegħu, jiffoka partikolarment fuq il-konformità globali mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u għandu jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex konsistentement tittejjeb l-applikazzjoni tagħha.

5.  L-awditur intern għandu, matul l-elaborazzjoni tar-rapport tiegħu, jiffoka partikolarment fuq il-konformità globali mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-prestazzjoni, u għandu jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex konsistentement tittejjeb u tissaħħaħ l-applikazzjoni tagħhom.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 116 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Kull sena, l-istituzzjoni għandha tabbozza rapport li fih sommarju tan-numru u tat-tip ta' awditi interni mwettqin, ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif stipulat fl-Artikolu 239.

8.  Kull sena, l-istituzzjoni għandha tabbozza rapport li fih sommarju sinifikattiv tan-numru u tat-tip ta' awditi interni mwettqin, ir-rakkomandazzjonijiet magħmulin u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif stipulat fl-Artikolu 239.

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 120a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 120a

 

Il-kumitati ta' awditjar intern

 

1.   Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi kumitat ta' awditjar intern bil-kompitu li jimmonitorja l-kwalità ta' xogħol ta' awditjar intern u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar jiġu kkunsidrati kif suppost u jsir segwitu mis-servizzi tagħha.

 

2.   Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat ta' awditjar intern għandu jkun indipendenti mill-istituzzjoni.

 

3.   L-attivitajiet tal-kumitati ta' awditjar intern għandhom b'mod partikolari:

 

(a)   jgħinu biex titjieb l-adegwatezza u l-effikaċja tal-ġestjoni tar-riskju u tal-kontroll intern;

 

(b)   jippromwovu l-prinċipji ta' governanza tajba u l-applikazzjoni tagħhom ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

 

(c)   jappoġġjaw il-kwalità tal-awditjar intern;

 

(d)   iqajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa għal ġestjoni tar-riskju u kontroll intern b'saħħithom;

 

(e)   jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern u estern jiġu implimentati; kif ukoll

 

(f)   jgħinu biex jintegraw il-valuri ta' governanza etika, inklużi l-arranġamenti effikaċi għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni.

 

4.   Ir-rapport annwali tal-awditur intern kif imsemmi fl-Artikolu 116(4) għandu jkollu informazzjoni xierqa dwar il-mandat, l-operazzjonijiet, l-attivitajiet u l-eżiti tal-kumitat ta' awditjar intern.

Ġustifikazzjoni

Skont il-QEA (ara l-paragrafi 14–15 tal-Opinjoni Nru 1/2017), l-aħjar prattika internazzjonali fil-qasam tal-korpi governattivi tas-settur pubbliku teħtieġ l-istabbiliment ta' kumitat ta' awditjar intern, li huwa kompost minn maġġoranza ta' membri indipendenti li l-kompetenza tagħhom tkopri r-rappurtar finanzjarju, l-irregolaritajiet u l-ġestjoni tar-riskji.

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  finanzjament mhux marbut ma' kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta':

 

(i)   l-issodsfar tal-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur jew Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew

 

(ii)   il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi integrata "kultura ta' prestazzjoni" fi ħdan dan ir-Regolament, ir-rapporteurs jissuġġerixxu li l-forom ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom l-ewwel iħarsu lejn il-kisba tar-riżultati qabel ma jiġu kkunsidrati kriterji oħra.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  finanzjament mhux marbut ma' kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta':

imħassar

i)   l-issodsfar tal-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur jew Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew

 

ii)   il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni;

 

Ġustifikazzjoni

Trasferit għal paragrafu (-a).

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 121 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jirrapporta dwar il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafu 1 punti (e) u (f) ta' dan l-Artikolu, taħt l-intestatura "kontribuzzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 121(1)(e) u (f) tar-Regolament Finanzjarju" fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9) ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni se ssaħħaħ is-sorveljanza tal-awtorità baġitarja ta' dawn it-tipi ġodda ta' finanzjament.

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 122

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 122

imħassar

Kontrodipendenza fuq il-valutazzjoni

 

Il-Kummissjoni tista' tiddependi bis-sħiħ jew b'mod parzjali fuq valutazzjonijiet magħmulin minnha stess jew minn entitajiet oħrajn, inklużi d-donaturi, diment li dawn il-valutazzjonijiet ikunu saru fir-rigward ta' kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament għall-metodu ta' implimentazzjoni tal-baġit applikabbli. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-rikonoxximent ta' standards aċċettati internazzjonalment jew l-aħjar prattiki internazzjonali.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni l-ġdida tmur kontra l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u, għaldaqstant, għandha titħassar.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur.

Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, u meta dik il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun tammonta għal inqas minn 50 % tat-total ta' finanzjament disponibbli, dak l-awditu jista', suġġett għal deċiżjoni tal-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal istituzzjonijiet ta' riċerka.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali għal kontrodipendenza fuq l-awditi.

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jippromwovu r-rikonoxximent ta' standards aċċettati internazzjonalment jew l-aħjar prattiki internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali għal kontrodipendenza fuq l-awditi.

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 123 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-informazzjoni diġà disponibbli lill-awtorità ta' ġestjoni għandha tintuża sakemm ikun possibbli biex jiġi evitat li l-benefiċjarji jintalbu l-istess informazzjoni iktar minn darba.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali għal kontrodipendenza fuq l-awditi.

Emenda     222

Proposta għal regolament

Artikolu 124 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, bħala kundizzjoni għar-riċevuta tal-fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), u fejn xieraq lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dan għandu jinkludi d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

1.  Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u, bħala kundizzjoni għar-riċevuta tal-fondi, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-UPPE, l-OLAF u l-QEA, u fejn xieraq lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dan għandu jinkludi d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

Emenda     223

Proposta għal regolament

Artikolu 124 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni b'implimentazzjoni diretta u indiretta għandha taqbel bil-miktub li tagħti d-drittijiet neċessarji msemmijin fil-paragrafu 1. Dan jinkludi l-obbligu għal kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni sabiex jiżguraw drittijiet ekwivalenti.

2.  Kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni b'implimentazzjoni diretta, kondiviża u indiretta għandha taqbel bil-miktub li tagħti d-drittijiet neċessarji msemmijin fil-paragrafu 1. Dan jinkludi l-obbligu għal kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni sabiex jiżguraw drittijiet ekwivalenti.

Emenda     224

Proposta għal regolament

Artikolu 125

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 125

imħassar

It-trasferiment ta' riżorsi għal strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur

 

Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b'implimentazzjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lil strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 61(1), fejn possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, riżorsi allokati lill-Istati Membri b'implimentazzjoni kondiviża jistgħu fuq it-talba tagħhom jintużaw sabiex isaħħu l-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS. F'dawn il-każijiet, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli tal-FEIS.

 

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja għandu jispeċifika l-forom ta' kooperazzjoni finanzjarja, l-objettivi komuni tal-kooperazzjoni kif ukoll il-prinċipji li jirregolaw tali kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew benefiċjarji. Dawn il-ftehimiet għandhom jirriflettu wkoll kemm il-Kummissjoni tista' tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew tal-benefiċjarji, inklużi l-proċeduri tal-awditjar.

2.  Il-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja għandu jispeċifika l-forom ta' kooperazzjoni finanzjarja, l-objettivi komuni tal-kooperazzjoni kif ukoll il-prinċipji li jirregolaw tali kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew benefiċjarji. Dawn il-ftehimiet għandhom ukoll:

 

(a)   jiżguraw il-kwalità tal-implimentazzjoni, u li l-objettivi tal-intervent tal-Unjoni jintlaħqu, u

 

(b)   jirriflettu dwar is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew tal-benefiċjarji biex jintlaħqu dawk l-objettivi, inklużi l-proċeduri tal-awditjar.

Ġustifikazzjoni

Dawn is-salvagwardji addizzjonali se jgħinu jiżguraw li s-sħubiji ta' qafas finanzjarju jkollhom valur miżjud għall-UE.

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex jiġu ottimizzati l-kostijiet u l-benefiċċji tal-awditi u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni, jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta' awditjar jew verifika ma' persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew ma' benefiċjarji tal-għotjiet. Fil-każ tal-Bank Ewropew tal-Investiment, għandu jkun japplika l-ftehim tripartitiku konkluż mal-Kummissjoni u mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

3.  Sabiex jiġu ottimizzati l-kostijiet u l-benefiċċji tal-awditi u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni, jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta' awditjar jew verifika ma' persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) jew ma' benefiċjarji tal-għotjiet. Ftehimiet bħal dawn m'għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-QEA għall-informazzjoni meħtieġa għall-awditjar ta' fondi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-ftehim tripartitiku prevista fl-Artikolu 287(3) tat-TFUE hija żejda. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li jkun speċifikat li l-ftehimiet ta' awditjar jew ta' verifika msemmija f'dan il-paragrafu ma jirrestrinġux l-aċċess tal-QEA għall-informazzjoni meħtieġa biex twettaq dmirijietha.

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  id-durata tas-sħubija ma tistax taqbeż l-erba' snin ħlief f'każijiet iġġustifikati kif xieraq;

(c)  id-durata tas-sħubija ma tistax taqbeż l-erba' snin ħlief f'każijiet iġġustifikati kif xieraq li għandha tkun indikata b'mod ċar fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9);

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ is-sorveljanza tal-awtorità baġitarja ta' dawn il-ftehimiet ta' sħubija.

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fil-każ ta' ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja implimentat permezz ta' għotjiet speċifiċi, il-verifika tal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 191 għandha ssir qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja. Il-Kummissjoni tista' tiddependi fuq verifika ekwivalenti tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali mwettqa minn donaturi oħrajn.

6.  Fil-każ ta' ftehimiet qafas ta' sħubija finanzjarja implimentati permezz ta' għotjiet speċifiċi, il-verifika tal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 191 għandha ssir qabel l-iffirmar tal-ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja. Huwa biss meta s-sehem imġarrab mill-baġit tal-Unjoni jammonta għal inqas minn 50 % tal-finanzjament totali li l-Kummissjoni tista' tiddependi fuq verifika ekwivalenti tal-kapaċità finanzjarja u operazzjonali mwettqa minn donaturi oħrajn.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali għal kontrodipendenza fuq il-verifiki. Ara wkoll l-Emendi tar-rapporteurs għall-Artikolu 123(1).

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 126 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-Kummissjoni għandha tieħu impenn li tarmonizza l-obbligi ta' rapportar tagħha ma' dawk ta' donaturi oħrajn.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni l-ġdida għandha r-riskju li timmina r-regoli dwar ir-rappurtar li jinsabu fit-Titolu XIII u għaldaqstant jenħtieġ li titħassar.

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 132 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  l-entità għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha u ċ-ċentru tagħha tal-interessi prinċipali f'ġurisdizzjonijiet differenti, u b'hekk tevita l-obbligi tagħha mid-dritt fiskali jew soċjali, jew kwalunkwe obbligu ġuridiku ieħor applikabbli fil-ġurisdizzjoni taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha (kumpanija tal-isem).

Ġustifikazzjoni

Spiss, kumpaniji tal-isem huma stabbiliti bl-għan li jevitaw l-obbligi fiskali, ġuridiċi jew soċjali applikabbli fl-Istat taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħhom, fatt li jmur kontra l-interessi finanzjarji tal-UE u l-iskop tal-finanzjament tal-UE. Din l-emenda hija bbażata fuq suġġeriment li sar lir-rapporteurs mill-Bundesnotarkammer (il-Kamra Federali tan-Nutara Ġermaniża).

Emenda     231

Proposta għal regolament

Artikolu 132 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  persuna fiżika jew ġuridika li hija membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1), jew li għandha setgħat ta' rappreżentazzjoni, ta' deċiżjoni jew ta' kontroll fir-rigward ta' dawn il-persuni jew l-entitajiet hija f'waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 1;

(a)  persuna fiżika jew ġuridika li hija membru tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-persuna jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 131(1), jew li għandha setgħat ta' rappreżentazzjoni, ta' deċiżjoni jew ta' kontroll fir-rigward ta' dawn il-persuni jew l-entitajiet, inklużi persuni u entitajiet fi ħdan l-istruttura tas-sjieda u l-kontroll, u s-sidien benefiċjarji, hija f'waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 1;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-ambitu fir-rigward ta' persuni li għalihom japplikaw ir-raġunijiet ta' esklużjoni stipulati fl-Artikolu 131(1), u tallinja l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika ta' raġunijiet ta' esklużjoni mal-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika meħtieġ minn istituzzjonijiet finanzjarji u korpi u professjonijiet mhux finanzjarji magħżula oħra taħt id-Direttiva 849/2015 dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

Emenda     232

Proposta għal regolament

Artikolu 133 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta' rappreżentanza, ta' deċiżjoni jew ta' kontroll fir-rigward ta' dak il-parteċipant u evidenza xierqa li persuna waħda jew diversi minn dawk il-persuni ma jkunux f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 132(1).

(b)  informazzjoni dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tal-parteċipant jew li għandhom setgħat ta' rappreżentanza, ta' deċiżjoni jew ta' kontroll fir-rigward ta' dak il-parteċipant, inklużi persuni u entitajiet fi ħdan l-istruttura tas-sjieda u l-kontroll u s-sidien benefiċjarji, u evidenza xierqa li persuna waħda jew diversi minn dawk il-persuni ma jkunux f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 132(1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-ambitu fir-rigward ta' persuni li għalihom japplikaw ir-raġunijiet ta' esklużjoni stipulati fl-Artikolu 131(1), u tallinja l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika ta' raġunijiet ta' esklużjoni mal-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika meħtieġ minn istituzzjonijiet finanzjarji u korpi u professjonijiet mhux finanzjarji magħżula oħra taħt id-Direttiva 849/2015 dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.

Emenda     233

Proposta għal regolament

Artikolu 142 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-kuntest tal-implimentazzjoni kondiviża, kull skambju uffiċjali ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jsir bil-mezzi indikati fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-interoperabbiltà tad-data miġbura jew irċevuta u trażmessa b'mod ieħor fil-ġestjoni tal-baġit.

2.  Fil-kuntest tal-implimentazzjoni kondiviża, kull skambju uffiċjali ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jsir bil-mezzi indikati fir-regoli speċifiċi għas-setturi. Dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-interoperabbiltà tad-data miġbura jew irċevuta u trażmessa fl-implimentazzjoni tal-baġit.

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 142 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Gvern elettroniku.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal it-tielet paragrafu tal-Artikolu 95 tar-Regolament 966/2012, li kien tħassar mill-Kummissjoni.

Emenda    235

Proposta għal regolament

Artikolu 144 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jiddaħħal it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111 tar-Regolament 966/2012, li ġie mħassar mill-Kummissjoni.

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 147 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ħlief għal kuntratti ta' valur baxx u għotjiet ta' valur baxx, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', jekk dan ikun proporzjonat u soġġett għal analiżi tar-riskju, jitlob li tiġi sottomessa garanzija:

1.  Ħlief għal kuntratti ta' valur baxx u għotjiet ta' valur baxx, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', jekk dan ikun proporzjonat u soġġett għal analiżi tar-riskju tiegħu/tagħha, jitlob li tiġi sottomessa garanzija:

Ġustifikazzjoni

L-emenda tikkjarifika li trid tkun l-analiżi tar-riskju tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni stess.

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 148 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-garanzija għandha tkun valida għal perjodu twil biżżejjed biex tkun tista' tiġi attivata.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid mill-Artikolu 206(2) tar-Regoli ta' Applikazzjoni. Is-sentenza tħalliet barra mill-Kummissjoni.

Emenda     238

Proposta għal regolament

Artikolu 149 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għażla tal-entitajiet u tal-persuni li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jew il-garanziji baġitarji tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandha tkun trasparenti, iġġustifikata min-natura tal-azzjoni u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta' interessi. Għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (ii), (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 61(1)(c), l-għażla għandha tqis ukoll il-kapaċità operazzjonali u finanzjarja tagħhom.

L-għażla tal-entitajiet u tal-persuni li għandhom jiġu fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit, inkluża l-implimentazzjoni ta' garanziji baġitarji tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandha tkun trasparenti, iġġustifikata min-natura tal-azzjoni u ma għandhiex twassal għal kunflitt ta' interessi. Għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (ii), (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 61(1)(c), l-għażla għandha tqis ukoll il-kapaċità operazzjonali u finanzjarja tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid mill-Artikolu 60(1) tar-Regolament 966/2012.

Emenda     239

Proposta għal regolament

Artikolu 149 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Entitajiet u persuni li jimplimentaw fondi jew garanziji baġitarji tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u tal-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet ta' sħubija finanzjarja skont l-Artikolu 126, dawk il-prinċipji għandhom ikunu deskritti aktar fit-tali ftehimiet.

2.  Entitajiet u persuni fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit, inkluża l-implimentazzjoni ta' garanziji baġitarji tal-Unjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja tajba, tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni u tal-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi ftehimiet ta' sħubija finanzjarja skont l-Artikolu 126, dawk il-prinċipji għandhom ikunu deskritti aktar fit-tali ftehimiet.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid mill-Artikolu 60(1) tar-Regolament 966/2012.

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 149 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 61(1) għandhom jipprevjenu, jidentifikaw, jikkoreġu u javżaw lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet u frodi meta jkunu qed iwettqu kompiti marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit. Sabiex jagħmlu dan, huma għandhom iwettqu, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kontrolli ex ante u ex post inklużi, kif xieraq, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni ta' tranżazzjonijiet rappreżentattivi u bbażati fuq ir-riskju, biex jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit jitwettqu b'mod effettiv u jiġu implimentati korrettament. Huma għandhom jirkupraw ukoll fondi li tħallsu indebitament, jeskludu mill-aċċess għall-fondi tal-Unjoni jew jimponu penali finanzjarji u jibdew proċedimenti ġuridiċi fejn meħtieġ f'dak ir-rigward.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid l-Artikolu 60(3) tar-Regolament 966/2012, li kien tħassar mill-Kummissjoni.

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 149 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  japplikaw regoli u proċeduri xierqa għall-għoti ta' finanzjament lil partijiet terzi inklużi proċeduri ta' reviżjoni xierqa, regoli għall-irkupru ta' fondi mħallsa indebitament u regoli għall-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament;

(d)  japplikaw regoli u proċeduri xierqa għall-għoti ta' finanzjament lil partijiet terzi inklużi proċeduri ta' reviżjoni trasparenti, nondiskriminatorji, effiċjenti u effikaċi, regoli għall-irkupru ta' fondi mħallsa indebitament u regoli għall-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament;

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 149 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, bi qbil mal-entitajiet jew mal-persuni, il-Kummissjoni tista' tivvaluta regoli u proċeduri oħrajn bħall-prattiki tal-kontabilità tal-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-entitajiet. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibbaża fuq ir-regoli u l-proċeduri.

Barra minn hekk, bi qbil mal-entitajiet jew mal-persuni, il-Kummissjoni tista' tivvaluta regoli u proċeduri oħrajn bħall-prattiki tal-kontabilità tal-kostijiet tal-amministrazzjoni tal-entitajiet. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibbaża fuq ir-regoli u l-proċeduri. Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9) għandu jkun fih informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 149 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta dawn l-entitajiet jew il-persuni jikkonformaw biss b'mod parzjali mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri superviżorji xierqa sabiex tiżgura l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu speċifikati fil-ftehimiet rilevanti.

5.  Meta dawn l-entitajiet jew il-persuni jikkonformaw biss b'mod parzjali mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri superviżorji xierqa sabiex tiżgura l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu speċifikati fil-ftehimiet rilevanti. Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9) għandu jkun fih informazzjoni dwar kwalunkwe miżura bħal din.

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 150 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għall-ftehimiet konklużi mal-BEI, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' pajjiżi terzi. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, it-tali ftehimiet għandhom jinkludu tal-anqas l-obbligu ta' dawk l-entitajiet li kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni b'dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ntużat u ġiet kontabilizzata f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 149 u mal-obbligi stabbiliti fit-tali ftehimiet. It-tali dikjarazzjoni tista' tkun inkorporata fir-rapport finali jekk l-azzjoni implimentata tkun limitata għal 18-il xahar.

L-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu bla ħsara għall-ftehimiet konklużi mal-BEI, il-FEI, organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' pajjiżi terzi. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, it-tali ftehimiet għandhom jinkludu tal-anqas l-obbligu ta' dawk l-entitajiet li kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni b'dikjarazzjoni li, matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ntużat u ġiet kontabilizzata f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 149 u mal-obbligi stabbiliti fit-tali ftehimiet. It-tali dikjarazzjoni tista' tkun inkorporata fir-rapport finali jekk l-azzjoni implimentata tkun limitata għal 18-il xahar.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteurs għall-Artikolu 61(1)(c)(iii).

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 150 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-ftehimiet kollha ta' kontribuzzjoni, ta' finanzjament u ta' garanzija għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq talba tagħhom.

6.  Il-ftehimiet kollha ta' kontribuzzjoni, ta' finanzjament u ta' garanzija għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9).

Emenda     246

Proposta għal regolament

Artikolu 151a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 151a

 

Implimentazzjoni indiretta ma' Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri

 

1.  Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri għandha tfisser l-entitajiet elenkati fil-punti (v) sa (vii) tal-Artikolu 61(1), sakemm:

 

(i)   dawn ikunu ġew fdati mill-Istati Membri b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-qasam tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali u huma stabbiliti skont id-dritt privat jew pubbliku fl-Istati Membri;

 

(ii)  is-sistemi u l-proċeduri tagħhom li jkunu adattati għall-kuntesti ġuridiċi u operattivi speċifiċi tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tkun saritilhom valutazzjoni pożittiva bi qbil mal-Artikolu 149(4).

 

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddependi fuq dawk is-sistemi u l-proċeduri tal-Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri li tkun saritilhom valutazzjoni pożittiva bi qbil mal-Artikolu 149(4) jew kwalunkwe sistema u proċedura addizzjonali lil hinn mill-ambitu ta' valutazzjoni ta' dak l-artikolu li tkun ġiet stabbilita u applikata kif dovut taħt l-iskrutinju tal-Istati Membri rilevanti, bħall-istruttura tal-kostijiet tal-Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri. B'mod partikolari iżda mhux esklużiv, tali kontrodipendenza għandha tapplika għas-sistemi u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 122 u 123.

 

3.   Il-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija Finanzjarja li jiġu konklużi mal-Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 126 għandhom jispeċifikaw ulterjorment il-portata u l-modalitajiet ta' kontrodipendenza fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jipproponi artikolu addizzjonali fit-Titolu dwar l-implimentazzjoni indiretta biex jiġu rikonoxxuti l-partikolaritajiet tal-attivitajiet tal-Organizzazzjonijiet tal-Istat Membri fil-qasam tal-għajnuna esterna tal-UE.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 153 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati fi ħdan faċilità ta' taħlit, japplika t-Titolu X.

2.  Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati fi ħdan faċilità ta' taħlit u jammontaw għal aktar minn 50 % tal-finanzjament totali, għandu japplika t-Titolu X għall-operazzjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li r-rapporteurs jappoġġaw l-objettiv ġenerali ta' simplifikazzjoni wara din id-dispożizzjoni l-ġdida, wieħed jenħtieġ li jevita s-sitwazzjoni fejn operazzjoni ta' taħlit sħiħa hija rregolata minn regoli għal strumenti finanzjarji minkejja li dawn jammontaw biss għal frazzjoni żgħira tal-finanzjament.

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-għotjiet jiġu implimentati fi ħdan faċilità ta' taħlit u jammontaw għal aktar minn 50 % tal-finanzjament totali, għandu japplika t-Titolu VIII għall-operazzjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li r-rapporteurs jappoġġaw l-objettiv ġenerali ta' simplifikazzjoni wara din id-dispożizzjoni l-ġdida, wieħed jenħtieġ li jevita s-sitwazzjoni fejn operazzjoni ta' taħlit sħiħa hija rregolata minn regoli għal strumenti finanzjarji minkejja li dawn jammontaw biss għal frazzjoni żgħira tal-finanzjament.

Emenda     249

Proposta għal regolament

Artikolu 153 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għal strumenti finanzjarji fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit, il-punt (h) tal-Artikolu 202(1) għandu jitqies li huwa rrispettat jekk issir evalwazzjoni ex ante qabel l-istabbiliment tal-faċilità ta' taħlit rilevanti;

3.  Għal strumenti finanzjarji fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit, il-punt (h) tal-Artikolu 202(1) għandu jitqies li huwa rrispettat jekk issir valutazzjoni tal-impatt qabel l-istabbiliment tal-faċilità ta' taħlit rilevanti;

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija konsistenti mal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 32.

Emenda     250

Proposta għal regolament

Artikolu 174 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-baġit sabiex jiffinanzjaw waħda minn dawn li ġejjin:

L-għotjiet jingħataw sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, parti minn dan il-paragrafu ġiet trasferita għall-Artikolu 2 (definizzjonijiet).

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn possibbli u xieraq, is-somom f'daqqa, il-kostijiet unitarji jew ir-rati fissi għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jkunu jistgħu jitħallsu malli jinkisbu riżultati konkreti.

2.  Fejn possibbli u xieraq, is-somom f'daqqa, il-kostijiet unitarji jew ir-rati fissi għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jkunu jistgħu jitħallsu malli jinkisbu riżultati u eżiti konkreti, dment li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-adegwatezza tal-ammonti rispettivi fir-rigward tal-eżiti meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Salvagwardja addizzjonali.

Emenda     252

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kriterji preċiżi għall-eżiti meħtieġa għandhom ikunu nnegozjati bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarju u jkunu speċifikati fil-ftehim tal-għotja, fuq bażi ta' każ b'każ u skont kif jeħtieġu ċ-ċirkostanzi.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku, l-użu ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' finanzjament b'rata fissa għandu jkun awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li għandu jaġixxi skont proċedura predeterminata stabbilita fi ħdan kull istituzzjoni.

3.  Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku, l-użu ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' finanzjament b'rata fissa għandu jkun awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, li għandu jaġixxi skont proċedura predeterminata stabbilita fi ħdan kull istituzzjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta fir-rapport ta' attività annwali tiegħu/tagħha, imsemmi fl-Artikolu 73(9), dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni tali mogħtija.

Emenda     254

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn possibbli, il-kundizzjonijiet essenzjali li jixkattaw il-pagament, inkluża, fejn xierqa, il-kisba tar-riżultati;

(d)  fejn possibbli, il-kundizzjonijiet essenzjali li jixkattaw il-pagament, inkluża, fejn xierqa, il-kisba tal-eżiti u r-riżultati;

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li huwa rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li tinżamm konformità raġonevoli mal-prinċipju ta' kofinanzjament;

(e)  deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li huwa rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li tinżamm konformità raġonevoli mal-prinċipji ta' kofinanzjament u ta' mingħajr skop ta' profitt;

Ġustifikazzjoni

"Il-prinċipju ta' mingħajr skop ta' profitt" jenħtieġ li jerġa' jiddaħħal bħala wieħed mill-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet.

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jawtorizza jew jimponi, fil-forma ta' rati fissi, finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta' 7 % mill-kostijiet diretti totali eliġibbli għall-azzjoni. Rata fissa ogħla tista' tiġi awtorizzata permezz ta' deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni.

6.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jawtorizza jew jimponi, fil-forma ta' rati fissi, finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta' 7 % mill-kostijiet diretti totali eliġibbli għall-azzjoni. Rata fissa ogħla tista' tiġi awtorizzata permezz ta' deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta fir-rapport ta' attività annwali tiegħu/tagħha, imsemmi fl-Artikolu 73(9), fuq kwalunkwe deċiżjoni tali meħuda, ir-rata fissa awtorizzata, l-ammonti involuti, u r-raġunijiet li jwasslu għal din id-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda se tgħin lill-awtorità baġitarja tiskrutinizza l-użu ta' din l-eċċezzjoni mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni.

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 175 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal għax-xogħol imwettaq mill-voluntiera fl-ambitu ta' azzjoni jew ta' programm ta' ħidma, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.

8.  Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet marbuta mal-persunal għax-xogħol imwettaq mill-voluntiera fl-ambitu ta' azzjoni jew ta' programm ta' ħidma bħala partita ta' kontabilità, abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati skont il-paragrafi 1 sa 6.

Ġustifikazzjoni

Huwa parti mill-kunċett ta' volontarjat li l-ħidma mwettqa mill-voluntiera tkun bla ħlas. Għalhekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina possibbli, jenħtieġ li jiġi ċċarat li din id-dikjarazzjoni hija għodda ta' kontabilità u ma twassalx għal remunerazzjoni ta' xogħol volontarju. Din l-emenda hija bbażata fuq suġġeriment li sar lir-rapporteurs mill-Bundesarbeitsgemeinschaft der Freien Wohlfahrtspflege (l-Organizzazzjonijiet Ġermaniżi tal-Assistenza Soċjali).

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 176 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jawtorizza somma f'daqqa waħda, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkonforma mal-Artikolu 175.

3.  Meta jawtorizza somma f'daqqa waħda, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jikkonforma mal-Artikolu 175 u mar-regoli ta' kofinanzjament applikabbli, partikolarment rigward ir-rata massima ta' kofinanzjament għall-azzjoni jew il-programm ta' ħidma ġenerali.

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 177 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammonti ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' finanzajment b'rata fissa ddeterminati ex ante b'applikazzjoni tal-metodu awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 175 ma għandhomx jiġu kkontestati minn kontrolli ex post bla ħsara għad-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jnaqqas l-għotja skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 127. Meta somom f'daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jkunu stabbiliti fuq il-bażi tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju, għandu jkun japplika l-paragrafu 2 tal-Artikolu 179.

L-ammonti ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' finanzajment b'rata fissa ddeterminati ex ante b'applikazzjoni tal-metodu awtorizzat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 175 għandhom jiġu kkontestati biss minn kontrolli ex post f'każ ta' dubju raġonevoli, bla ħsara għad-dritt tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli li jnaqqas l-għotja skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 127. Meta somom f'daqqa, kostijiet unitarji jew rati fissi jkunu stabbiliti fuq il-bażi tal-prattiki kontabilistiċi komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju, għandu jkun japplika l-paragrafu 2 tal-Artikolu 179.

Emenda     260

Proposta għal regolament

Artikolu 177 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-frekwenza u l-ambitu tal-verifiki u l-kontrolli jistgħu jiddependu, fost l-oħrajn, fuq ir-riskju speċifiku maħluq minn benefiċjarju partikolari. Dak ir-riskju għandu jiġi evalwat, fost l-oħrajn, abbażi tal-okkorrenza fil-passat ta' irregolaritajiet attribwibbli lil dak il-benefiċjarju li kellhom impatt materjali fuq l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarju taħt kundizzjonijiet simili.

Ġustifikazzjoni

Il-verifiki u l-kontrolli jenħtieġ li jkunu ffukati aktar fuq benefiċjarji li jippreżentaw riskju ogħla lill-baġit tal-Unjoni. Verifiki u kontrolli bbażati fuq ir-riskju jippermettu lill-UE tutilizza aktar ir-riżorsi tagħha għal azzjoni konkreta minflok għal amministrazzjoni.

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 178 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-metodu għad-determinazzjoni ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' rati fissi, id-dejta sottostanti u l-ammonti li jirriżultaw għandhom jiġu vvalutati b'mod perjodiku u, fejn xieraq, għandhom jiġu aġġustati skont l-Artikolu 175.

Il-metodu għad-determinazzjoni ta' somom f'daqqa, ta' kostijiet unitarji jew ta' rati fissi, id-data sottostanti u l-ammonti li jirriżultaw, kif ukoll l-adegwatezza ta' dawk l-ammonti b'rabta mal-eżitu li jkun ingħata, għandhom jiġu vvalutati b'mod perjodiku u tal-anqas kull sentejn u, fejn xieraq, aġġustati skont l-Artikolu 175.

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 180 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-kostijiet eliġibbli stmati jinkludu kostijiet għall-volontarjat imsemmi fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 175, l-għotja ma għandhiex taqbeż il-kostijiet eliġibbli stmati li mhumiex il-kostijiet għall-volontarjat.

(b)  meta l-kostijiet eliġibbli stmati jinkludu kostijiet għall-volontarjat imsemmi fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 175, l-għotja ma għandhiex taqbeż il-kostijiet eliġibbli stmati li mhumiex il-kostijiet għall-volontarjat jew 75 % tal-kostijiet eliġibbli stmati totali, liema minnhom ikun l-aktar baxx.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tevita sitwazzjoni fejn kontribuzzjoni in natura żgħira ħafna twassal għal rata ta' kofinanzjament de facto ta' kważi 100 %.

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 182 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-ebda profitt.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 182a (ġdid).

Emenda     264

Proposta għal regolament

Artikolu 183 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-għotjiet għandhom ikunu suġġetti għal programm ta' ħidma, li jrid jiġi ppubblikat qabel l-implimentazzjoni tiegħu.

Emenda   265

Proposta għal regolament

Artikolu 183 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għotjiet kollha mogħtija matul is-sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 36.

2.  L-għotjiet kollha mogħtija matul is-sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 36. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni li jwettqu akkwist pubbliku għandhom jippubblikaw fis-siti web tagħhom regoli ċari dwar l-akkwist, l-infiq u l-monitoraġġ, kif ukoll il-kuntratti kollha mogħtija, inkluż il-valur tagħhom.

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 183 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar:

3.  Wara l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħmlu pubbliku dwar:

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 183 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  id-durata medja tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-għoti ta' għotja;

(c)  id-durata medja tal-proċedura mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-proposti sal-għoti ta' għotja, kif ukoll id-durata tal-proċedura l-aktar kajmana u dik l-aktar mgħaġġla rispettivament;

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 183 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  kwalunkwe għotja mogħtija lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 188;

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 183 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  kwalunkwe operazzjoni ta' taħlit skont l-Artikolu 153 li tinvolvi għotja.

Emenda     270

Proposta għal regolament

Artikolu 184 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1, azzjoni tista' tkun iffinanzjata b'mod sħiħ mill-għotja biss jekk dan ikun essenzjali sabiex din titwettaq. F'dan il-każ, ir-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti fid-deċiżjoni ta' għoti.

3.  Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1, azzjoni esterna mwettqa minn sieħeb tal-Unjoni li turi konformità mar-regoli u r-rekwiżiti tal-KE (permezz ta' valutazzjoni ex ante), tista' tkun iffinanzjata bis-sħiħ mill-għotja meta dan ikun essenzjali biex titwettaq l-azzjoni. F'dan il-każ, ir-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti fid-deċiżjoni ta' għoti.

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 185 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prinċipju ta' għoti mhux kumulattiv u ta' ebda finanzjament doppju

Il-prinċipju ta' għoti mhux kumulattiv u l-projbizzjoni ta' finanzjament doppju

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 185 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Azzjoni li għaliha tista' tiġi allokata għotja mill-baġit trid tiġi definita b'mod ċar. Azzjoni ma tistax tinqasam f'azzjonijiet differenti għall-finijiet ta' evażjoni tar-regoli finanzjarji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid mill-Artikolu 176 tar-Regoli ta' Applikazzjoni.

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu 185 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:

4.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

Ġustifikazzjoni

Ma għandu jkun hemm ebda eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta' finanzjament doppju.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 186 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fil-każ ta' urġenza estrema għall-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 188 li fiha involviment bikri mill-Unjoni jkun ta' importanza assoluta. F'dawn il-każijiet, il-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għandha tkun eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(b)  fil-każ ta' urġenza estrema għall-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 188 li fiha involviment bikri mill-Unjoni jkun ta' importanza assoluta. F'dawn il-każijiet, il-kostijiet imġarrba minn benefiċjarju qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għandha tkun eliġibbli għal finanzjament tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Id-deroga mill-prinċipju ta' nonretroattività għandha tkun strettament limitata għall-għajnuna umanitarja u każijiet relatati.

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 186 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jirrapporta dwar kull każ bħal dan taħt it-titolu "Derogi mill-prinċipju ta' nonretroattività skont l-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju" fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 73(9).

Emenda     276

Proposta għal regolament

Artikolu 186 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każ ta' għotjiet operattivi, il-ftehim ta' għotja għandu jkun iffirmat fi żmien sitt xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. Kostijiet eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju.

4.  Fil-każ ta' għotjiet operattivi, il-ftehim ta' għotja għandu jkun iffirmat fi żmien tliet xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. Kostijiet eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. L-ewwel parti tal-pagament għandha titħallas lill-benefiċjarju fi żmien xahrejn mill-iffirmar tal-ftehim ta' għotja.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu tal-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja mill-Kummissjoni għandu jitnaqqas minn 6 għax 3 xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju. Dan jippermetti lill-Kummissjoni żżid l-effiċjenza tagħha fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni. Dan jevita wkoll li tiġi pperikolata l-kapaċità finanzjarja tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment l-iżgħar organizzazzjonijiet. Sitt xhur għall-iffirmar tal-ftehimiet u 3 xhur oħra għall-ħlas tal-ewwel parti tal-pagament jirrikjedu li l-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiddependu fuq self bankarju.

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 186a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 186a

 

Il-prinċipju ta' mingħajr skop ta' profitt

 

1.   L-għotjiet ma għandux ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt fi ħdan il-qafas tal-azzjoni jew tal-programm ta' ħidma tal-benefiċjarju ("prinċipju ta' mingħajr skop ta' profitt").

 

2.   Il-profitt għandu jkun definit bħala bilanċ pożittiv ta' rikavat fuq il-kostijiet eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju, meta ssir it-talba għall-pagament tal-bilanċ.

 

3.   Id-dħul imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun limitat għad-dħul iġġenerat mill-azzjoni jew mill-programm ta' ħidma, kif ukoll għal kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifikament assenjati mid-donaturi għall-finanzjament tal-kostijiet eliġibbli.

 

Fil-każ ta' għotja operattiva, l-ammonti ddedikati għall-kostituzzjoni ta' riżervi ma għandhomx jitqiesu għall-verifika tal-konformità mal-prinċipju ta' mingħajr skop ta' profitt.

 

4.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

 

(a)   azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jsaħħu l-kapaċità finanzjarja ta' benefiċjarju jew azzjonijiet li jiġġeneraw dħul biex jiżguraw il-kontinwità tagħhom wara l-perjodu ta' finanzjament mill-Unjoni, stipulat fid-deċiżjoni jew il-ftehim ta' għotja;

 

(b)   boroż ta' studju, ta' riċerka jew ta' taħriġ imħallsa lil persuni fiżiċi;

 

(c)   appoġġ dirett ieħor imħallas lil persuni fiżiċi li huma l-aktar fil-bżonn, bħal persuni qiegħda u rifuġjati.

 

(d)   għotjiet ibbażati fuq rati fissi u/jew somom ta' darba u/jew kostijiet ta' unità fejn dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 175;

 

(e)   għotjiet b'valur baxx.

 

5.   Fejn isir profitt, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju meta wettaq l-azzjoni jew il-programm ta' ħidma.

 

B'deroga minn dan l-Artikolu, jekk fondazzjoni politika Ewropea skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ikollha bilanċ favorevoli ta' dħul meta mqabbel mal-infiq fi tmiem sena finanzjarja li fiha tkun irċeviet għotja operattiva, il-parti minn dak il-bilanċ favorevoli li tikkorrispondi sa massimu ta' 25 % tad-dħul totali għal dik is-sena tista' tiġi riportata għas-sena ta' wara dment li din tintuża qabel tmiem l-ewwel kwart ta' dik is-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Il-"prinċipju ta' mingħajr skop ta' profitt" għall-għotjiet huwa prinċipju ewlieni fil-ġestjoni finanzjarja pubblika. Il-Kummissjoni stess tqis li l-għażla awtomatika għal finanzjament ta' proġetti li jiġġeneraw dħul jenħtieġ li tkun l-użu ta' strumenti finanzjarji minflok għotjiet. Għaldaqstant iż-żamma ta' dan il-prinċipju fir-rigward tal-għotjiet hija meħtieġa.

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 187 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-arranġamenti għall-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari l-forom tal-għotja;

(c)  l-arranġamenti għall-finanzjament tal-Unjoni, li jispeċifikaw it-tipi kollha ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-forom tal-għotja;

Emenda     279

Proposta għal regolament

Artikolu 187 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  biex jiġu informati l-applikanti kollha dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, massimu ta' sitt xhur li jiddekorru mid-data finali għall-preżentazzjoni tal-proposti kompluti;

(a)  biex jiġu informati l-applikanti kollha dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, massimu ta' tliet xhur li jiddekorru mid-data finali għall-preżentazzjoni tal-proposti kompluti;

Emenda     280

Proposta għal regolament

Artikolu 187 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta' għotja mal-applikanti, massimu ta' tliet xhur mid-data ta' meta l-applikanti ġew infurmati li ntgħażlu.

(b)  biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta' għotja mal-applikanti, massimu ta' xahar mid-data ta' meta l-applikanti ġew infurmati li ntgħażlu.

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 187 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jsemmi l-medja ta' żmien meħud għall-informar tal-applikanti u għall-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja. Fil-każ li jinqabżu l-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jagħti raġunijiet u, meta mhux debitament iġġustifikat skont it-tieni subparagrafu, għandu jipproponi azzjoni ta' rimedju.

Fir-rapport annwali tal-attività tiegħu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jsemmi l-medja ta' żmien meħud għall-informar tal-applikanti u għall-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja, kif ukoll l-itwal u l-iqsar perjodu rispettivament. Fil-każ li jinqabżu l-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega għandu jagħti raġunijiet u, meta mhux debitament iġġustifikat skont it-tieni subparagrafu, għandu jipproponi azzjoni ta' rimedju.

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 188 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  lil korpi b'monopolju de jure jew de facto jew lil korpi nnominati mill-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fejn dawk l-Istati Membri jkunu f'sitwazzjoni ta' monopolju de jure jew de facto;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi l-possibbiltà li jingħataw għotjiet diretti lil entitajiet b'mandat mill-Istati Membri għall-każijiet ta' monopolju de facto jew de jure, jew fejn il-benefiċjarji diretti jkunu ntgħażlu għall-kompetenzi tekniċi tagħhom. Ir-rapporteurs mhumiex konvinti biżżejjed li r-riskju li jiġu estiżi l-għotjiet mingħajr sejħa għal proposti huwa ġustifikat f'dan il-każ.

Emenda     283

Proposta għal regolament

Artikolu 188 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punt (c) u (f) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu interpretati u applikati b'mod restrittiv mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

Emenda     284

Proposta għal regolament

Artikolu 188 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b'mod ċar kemm iż-żmien u kemm l-ambitu ta' applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punt (c) u (f) tal-ewwel subparagrafu.

Emenda     285

Proposta għal regolament

Artikolu 189 – paragrafu 1 – punt d – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korpi pubbliċi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 151.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korpi pubbliċi, Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 151.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 151a (ġdid).

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 189 – paragrafu 1 – punt e – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)   deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta' ħidma u baġit stmat li, fejn possibbli:

(e)   deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta' ħidma u baġit stmat, li:

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 189 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-applikant għandu jindika s-sorsi u l-ammonti ta' finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew applikati għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħha matul l-istess sena finanzjarja kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew applikat għall-istess azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid mill-Artikolu 196(4) tar-Regoli ta' Applikazzjoni.

Emenda     288

Proposta għal regolament

Artikolu 191 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Organizzazzjonijiet tal-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 151a (ġdid).

Emenda     289

Proposta għal regolament

Artikolu 191 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, iwarrab l-obbligu ta' verifika tal-kapaċità operattiva tal-korpi pubbliċi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

6.  L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, jirrinunzja għall-obbligu ta' verifika tal-kapaċità operattiva tal-korpi pubbliċi, tal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 151a (ġdid).

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 192 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  li titħalla ssir evalwazzjoni tagħhom.

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 200 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-pubblikazzjoni, meta tintalab mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tgħaddilhom rapport dwar:

Wara l-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar:

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 201 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Unjoni tista' tistabbilixxi strumenti finanzjarji jew tipprovdi garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja b'appoġġ mill-baġit ġenerali permezz ta' att bażiku.

1.  Sabiex tikseb l-objettivi tagħha, l-Unjoni tista' tistabbilixxi strumenti finanzjarji jew tipprovdi garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja b'appoġġ mill-baġit ġenerali permezz ta' att bażiku meta dawn juru li huma l-aħjar mod biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni. L-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu kumplimentari għall-forma l-oħra ta' intervent baġitarju.

Emenda     293

Proposta għal regolament

Artikolu 201 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha relatata mal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post.

 

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku, il-Qorti tal-Awdituri għandha titqies bħala l-awditur estern responsabbli għall-proġetti u l-programmi appoġġati minn strument finanzjarju, garanzija baġitarja jew għajnuna finanzjarja.

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 202 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-istrumenti finanzjarji għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza, il-proporzjonalità, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali u s-sussidjarjetà, u skont l-objettivi tagħhom, u fejn ikun applikabbli, mad-durata stabbilita fl-att bażiku għal dawk l-istrumenti finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Imdaħħal mill-ġdid l-Artikolu 140(1) tar-Regolament 966/2012, li kien tħassar mill-Kummissjoni.

Emenda     295

Proposta għal regolament

Artikolu 202 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jiksbu effett ta' ingranaġġ jew multiplikatur, billi jimmobilizzaw investiment globali li jisboq id-daqs tal-kontribuzzjoni jew tal-garanzija tal-Unjoni. Il-medda ta' valuri fil-mira għall-effett ta' ingranaġġ u multiplikatur għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ex-ante għall-istrument finanzjarju jew għall-garanzija baġitarja korrispondenti;

(d)  jiksbu effett ta' ingranaġġ jew multiplikatur, billi jimmobilizzaw investiment globali li jisboq id-daqs tal-kontribuzzjoni jew tal-garanzija tal-Unjoni. Il-medda ta' valuri fil-mira għall-effett ta' ingranaġġ u multiplikatur għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt għall-istrument finanzjarju jew għall-garanzija baġitarja korrispondenti;

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija konsistenti mal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 32.

Emenda     296

Proposta għal regolament

Artikolu 202 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jipprovdu sabiex kwalunkwe rimunerazzjoni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta' implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni. It-tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jinkludu tariffi amministrattivi sabiex jirremuneraw lill-entità jew lill-kontroparti għax-xogħol imwettaq fl-implimentazzjoni ta'strument finanzjarju jew ta' garanzija baġitarja u, fejn xieraq, inċentivi relatati mal-politika sabiex jiġi promoss l-ilħuq tal-objettivi finanzjarji jew tiġi inċentivata l-prestazzjoni finanzjarja tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja. Spejjeż eċċezzjonali jistgħu jiġu rimborżati;

(g)  jipprovdu sabiex kwalunkwe rimunerazzjoni tal-entitajiet jew tal-kontropartijiet ta' implimentazzjoni involuti fl-implimentazzjoni tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni. It-tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jinkludu tariffi amministrattivi sabiex jirremuneraw lill-entità jew lill-kontroparti għax-xogħol imwettaq fl-implimentazzjoni ta' strument finanzjarju jew ta' garanzija baġitarja, ikkalkulati fuq il-bażi ta' fondi realment trasferiti u, fejn xieraq, inċentivi relatati mal-politika sabiex jiġi promoss l-ilħuq tal-objettivi finanzjarji jew tiġi inċentivata l-prestazzjoni finanzjarja tal-istrument finanzjarju jew tal-garanzija baġitarja. Spejjeż eċċezzjonali jistgħu jiġu rimborżati f'każijiet debitament ġustifikati;

Emenda     297

Proposta għal regolament

Artikolu 202 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  il-ftehimiet u l-miżuri ta' prestazzjoni hemm bżonn li jkunu mfassla tajjeb u implimentati bir-reqqa; il-Kummissjoni m'għandhiex tippermetti l-kalkolu tat-tariffi amministrattivi bħala perċentwal tat-total kumulattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni impenjata, inklużi impenji baġitarji mhux neċessarji.

Emenda     298

Proposta għal regolament

Artikolu 202 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  ikunu bbażati fuq evalwazzjonijiet ex ante, b'mod individwali jew bħala parti minn programm, skont l-Artikolu 32. L-evalwazzjoni ex ante għandu jkun fiha spjegazzjonijiet dwar l-għażla tat-tip ta' operazzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-objettivi tal-politika segwiti u r-riskji finanzjarji assoċjati u l-flus iffrankati għall-baġit tal-Unjoni.

(h)  ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet tal-impatt, b'mod individwali jew bħala parti minn programm, skont l-Artikolu 32. Il-valutazzjoni tal-impatt għandu jkun fiha spjegazzjonijiet dwar l-għażla tat-tip ta' operazzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-objettivi tal-politika segwiti u r-riskji finanzjarji assoċjati u l-flus iffrankati għall-baġit tal-Unjoni. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jiġu riveduti u aġġornati sabiex jieħdu kont tal-effett ta' bidliet soċjoekonomiċi kbar fuq il-prinċipji ġustifikattivi tal-istrument jew garanzija.

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija konsistenti mal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 32.

Emenda     299

Proposta għal regolament

Artikolu 202 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  wara tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' strument finanzjarju jew ta' garanzija baġitarja, kwalunkwe ammont pendenti li joriġina mill-baġit tal-Unjoni għandu jitreġġa' lura għall-baġit;

(b)  wara tmiem il-perjodu ta' implimentazzjoni ta' strument finanzjarju jew ta' garanzija baġitarja, u filwaqt li jittieħed kont tan-natura ta' dak l-istrument finanzjarju jew garanzija baġitarja, kwalunkwe ammont pendenti li joriġina mill-baġit tal-Unjoni għandu jitreġġa' lura għall-baġit;

Ġustifikazzjoni

Fi skemi ta' kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll, jenħtieġ li jitqies ukoll it-tul ta' ħajja tal-portafoll qabel mal-fondi jingħataw lura lill-baġit tal-UE.

Emenda     300

Proposta għal regolament

Artikolu 203 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja jistgħu jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li taqbeż l-assi finanzajrji pprovduti sabiex ikopru l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

2.  Garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja jistgħu jiġġeneraw obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni li tista' taqbeż l-assi finanzjarji pprovduti sabiex ikopru l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Unjoni biss jekk dan ikun previst f'att bażiku li jistabbilixxi garanzija u taħt kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda taġġorna u tibdel l-emenda 159 oriġinali tar-rapporteur.

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 204 – paragrafu 8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  minħabba sejħiet fuq garanzija baġitarja, il-livell ta' provvedimenti għal dik il-garanzija baġitarja jaqa' taħt it-30 % tar-rata ta' proviżjonament ipprovduta fil-paragrafu 1, jew jista' jaqa' taħt dik ir-rata fi żmien sena skont il-valutazzjoni tar-riskju mill-Kummissjoni;

(a)  minħabba sejħiet fuq garanzija baġitarja, il-livell ta' provvedimenti għal dik il-garanzija baġitarja jaqa' taħt il-50 % tar-rata ta' proviżjonament ipprovduta fil-paragrafu 1, u għal darb'oħra meta jaqa' taħt it-30 %, jew meta jista' jaqa' taħt waħda minn dawk ir-rati fi żmien sena skont il-valutazzjoni tar-riskju mill-Kummissjoni;

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 204 – paragrafu 8 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-ammont ta' kapital privat ingranat huwa inqas mill-ammont tal-kontribuzzjonijiet minn sorsi pubbliċi.

Emenda     303

Proposta għal regolament

Artikolu 205 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-provvedimenti magħmulin sabiex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, minn garanziji baġitarji jew minn assistenza finanzjarja għandhom jinżammu f'fond ta' proviżjonament komuni implimentat b'mod dirett mill-Kummissjoni.

1.  Il-provvedimenti magħmulin sabiex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, minn garanziji baġitarji jew minn assistenza finanzjarja għandhom jinżammu f'fond ta' proviżjonament komuni implimentat b'mod dirett mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma u tikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar l-operat tal-fond ta' proviżjonament komuni u l-kalkolu tar-rata ta' proviżjonament tiegħu.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 206 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull tliet snin għandha ssir evalwazzjoni indipendenti tal-adegwatezza tal-linji gwida.

Kull tliet snin għandha ssir evalwazzjoni indipendenti tal-adegwatezza tal-linji gwida u tiġi trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 207 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod annwali dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza fiannzajrja, l-obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta' proviżjonament komuni skont l-Artikolu 242.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod annwali dwar l-istrumenti finanzjarji, inkluż dwar l-istrumenti finanzjarji rregolati mill-Artikolu 210, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja, l-obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta' proviżjonament komuni skont l-Artikolu 242.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-istrumenti finanzjarji taħt implimentazzjoni kondiviża għandhom ikunu l-istess bħal dawk taħt implimentazzjoni diretta u indiretta.

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 208 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minkejja l-Artikolu 201(1), l-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti, f'każijiet debitament iġġustifikati, mingħajr ma jkunu awtorizzati permezz ta' att bażiku, basta tali strumenti jkunu inklużi fil-baġit skont il-punt (e) tal-Artikolu 50(1).

imħassar

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 208 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-istrumenti finanzjarji jkunu kombinati fi ħdan ftehim wieħed b'appoġġ komplimentari mill-baġit tal-Unjoni, inklużi għotjiet, dan it-Titolu għandu japplika għall-miżura sħiħa. Ir-rapportar għandu jitwettaq skont l-Artikolu 242.

2. Meta l-istrumenti finanzjarji jkunu kombinati fi ħdan ftehim wieħed b'appoġġ komplimentari mill-baġit tal-Unjoni, inklużi għotjiet, ir-regoli applikabbli għall-metodu ta' finanzjament li jammonta għal aktar minn 50 % tat-total ta' finanzjament għandu japplika għall-miżura sħiħa. Ir-rapportar dwar il-parti tal-istrument finanzjarju tal-finanzjament għandu jitwettaq skont l-Artikolu 242.

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 208 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni tiżgura ġestjoni armonizzata tal-istrumenti finanzjarji b'mod partikolari fil-qasam tal-kontabiltià, tar-rapportar, tal-monitoraġġ u tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura ġestjoni armonizzata u semplifikata tal-istrumenti finanzjarji b'mod partikolari fil-qasam tal-kontabilità, tar-rapportar, tal-monitoraġġ u tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 208 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-Unjoni tieħu sehem fi strument finanzjarju bħala azzjonist ta' minoranza, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità ma' dan it-Titolu skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, fuq il-bażi tad-daqs u tal-valur tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istrument. Minkejja dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mal-Artikolu 124.

imħassar

Emenda     310

Proposta għal regolament

Artikolu 208 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi annwali, tagħti tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istrumenti finanzjarji taħt il-modi ta' ġestjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 61(1). Dwar ir-rapport annwali tagħha, il-Kummissjoni għandha turi biċ-ċar il-valur miżjud tal-istrumenti finanzjarji, għandha tkun tista' tidentifika l-benefiċjarji finali tal-fondi u għandha tkun tista' telenka l-proġetti ffinanzjati mill-istrumenti finanzjarji.

Emenda     311

Proposta għal regolament

Artikolu 210 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Rigward il-kontribuzzjonijiet minn fondi b'implimentazzjoni kondiviża għal strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli speċifiċi għas-settur. Minkejja dan li ntqal hawn fuq, l-Awtoritajiet Maniġerjali jistgħu jiddependu fuq evalwazzjoni ex ante eżistenti, imwettqa skont il-punt (h) tal-Artikolu 202(1), qabel ma jikkontribwixxu għal strument finanzjarju eżistenti.

3.  Rigward il-kontribuzzjonijiet minn fondi b'implimentazzjoni kondiviża għal strumenti finanzjarji stabbiliti skont din it-Taqsima, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli speċifiċi għas-settur. Minkejja dan li ntqal hawn fuq, l-Awtoritajiet Maniġerjali jistgħu jiddependu fuq valutazzjoni tal-impatt eżistenti, imwettqa skont il-punt (h) tal-Artikolu 202(1), qabel ma jikkontribwixxu għal strument finanzjarju eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija konsistenti mal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 32.

Emenda    312

Proposta għal regolament

Artikolu 213 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi għandha tieħu l-forma ta' selfa jew ta' linja ta' kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, fl-att bażiku rilevanti, li tieħu b'self il-fondi neċessarji f'isem l-Unjoni fis-swieq kapitali jew mingħand istituzzjonijiet finanzjarji.

1.  L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet definiti minn qabel u tieħu l-forma ta' selfa jew ta' linja ta' kreditu jew kwalunkwe strument ieħor meqjus xieraq sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, fl-att bażiku rilevanti, li tieħu b'self il-fondi neċessarji f'isem l-Unjoni fis-swieq kapitali jew mingħand istituzzjonijiet finanzjarji.

Emenda    313

Proposta għal regolament

Artikolu 213 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-assistenza finanzjarja għandha tiġi implimentata b'mod dirett mill-Kummissjoni.

4.  L-assistenza finanzjarja għandha tiġi implimentata b'mod dirett mill-Kummissjoni, li għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-twettiq tal-kundizzjonijiet u l-evoluzzjoni tal-assistenza finanzjarja.

Emenda    314

Proposta għal regolament

Artikolu 213 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jiżguraw li l-pajjiż benefiċjarju jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost, jieħu miżuri xierqa biex jipprevjeni irregolaritajiet u frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħu azzjoni legali sabiex jirkupra kwalunkwe fond ipprovdut bl-assistenza finanzjarja tal-Unjoni li jkun miżapproprjat;

(a)  li jiżguraw li l-pajjiż benefiċjarju jivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost u li l-kundizzjonijiet ġew issodisfati, jieħu miżuri xierqa biex jipprevjeni irregolaritajiet u frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħu azzjoni legali sabiex jirkupra kwalunkwe fond ipprovdut bl-assistenza finanzjarja tal-Unjoni li jkun miżapproprjat;

Emenda     315

Proposta għal regolament

Artikolu 215 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi membru individwali jew membru tal-persunal ta' partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw sabiex direttament jew indirettament jiffinanzjaw l-attivitajiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari ta' partiti politiċi nazzjonali jew ta' fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta' għotjiet, ta' donazzjonijiet, ta' self jew ta' kwalunkwe ftehim simili ieħor. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw għal xi wieħed mill-iskopijiet esklużi mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

3.  Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi membru individwali jew membru tal-persunal ta' partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw sabiex direttament jew indirettament jiffinanzjaw l-attivitajiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari ta' partiti politiċi nazzjonali jew ta' fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta' għotjiet, ta' donazzjonijiet, ta' self jew ta' kwalunkwe ftehim simili ieħor. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, entitajiet assoċjati tal-partiti politiċi Ewropej fil-livell Ewropew, bħal organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u n-nisa ta' dawn il-partiti, ma għandhomx jitqiesu bħala partijiet terzi. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw għal xi wieħed mill-iskopijiet esklużi mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara li l-partiti politiċi Ewropej taħt l-istatut il-ġdid xorta waħda jitħallew ikunu ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, in-nisa, eċċ. tagħhom.

Emenda     316

Proposta għal regolament

Artikolu 215 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-partiti politiċi Ewropej jistgħu jakkumulaw riżervi bl-ammont ta' riżorsi proprji tagħhom li jaqbżu 15 % tan-nefqa rimborżabbli annwali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara li l-partiti politiċi Ewropej taħt l-istatut il-ġdid xorta waħda jitħallew jakkumulaw riżervi mir-riżorsi proprji tagħhom.

Emenda     317

Proposta għal regolament

Artikolu 215 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk partit politiku Ewropew skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ikollu bilanċ favorevoli fuq in-nefqa fit-tmiem ta' sena finanzjarja li fiha jkun irċieva għotja operattiva, il-parti minn dak il-bilanċ favorevoli sa 25 % tad-dħul totali għal dik is-sena tista' tiġi riportata għas-sena ta' wara diment li din tintuża qabel tmiem l-ewwel kwart ta' dik is-sena ta' wara.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Verżjoni aġġornata tal-emenda 170. Ir-rapporteurs iqisu li l-Artikolu 215(7) jenħtieġ li jiġi trasferit għall-Artikolu 186a(6) ġdid.

Emenda    318

Proposta għal regolament

Artikolu 219 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  finanzjament mhux marbut ma' kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta' wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

 

i)   l-issodisfar ta' ċerti kundizzjonijiet ex ante;

 

ii)   il-kisba ta' riżultati mkejla b'referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emendi għall-Artikolu 121.

Emenda    319

Proposta għal regolament

Artikolu 219 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  finanzjament mhux marbut ma' kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta' wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

imħassar

i)   l-issodisfar ta' ċerti kundizzjonijiet ex ante;

 

ii)   il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għat-tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emendi għall-Artikolu 121.

Emenda    320

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fondi Fiduċjarji

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu.

Emenda    321

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-azzjonijiet ta' emerġenza, ta' wara l-emerġenzi jew tematiċi, il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tista' toħloq fondi fiduċjarji skont ftehim konkluż ma' donaturi oħra. L-att kostituttiv ta' kull fond fiduċjarju għandu jiddefinixxi l-għanijiet tal-fond fiduċjarju. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-fond fiduċjarju għandha tinkludi deskrizzjoni tal-objettivi tal-fond, il-ġustifikazzjoni għall-ħolqien tiegħu skont il-paragrafu 3, indikazzjoni tad-durata tiegħu u l-ftehimiet preliminari ma' donaturi oħrajn.

1.  Biss f'każijiet debitament iġġustifikati u għal azzjonijiet ta' emerġenza, ta' wara l-emerġenzi jew tematiċi, il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill il-ħolqien, permezz ta' att bażiku u skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta' fondi fiduċjarji għal azzjonijiet esterni skont ftehim konkluż ma' donaturi oħra. L-att bażiku li jistabbilixxi kull fond fiduċjarju għandu jinkludi deskrizzjoni tal-objettivi tal-fond, il-ġustifikazzjoni għall-ħolqien tiegħu skont il-paragrafu 3, is-sehem ta' finanzjament minn sorsi oħra minbarra l-baġit tal-Unjoni, li l-proporzjon tiegħu għandu jibqa' fiss matul id-durata tal-fond fiduċjarju, indikazzjoni tad-durata tiegħu u l-ftehimiet preliminari ma' donaturi oħrajn.

 

Fl-ebda ċirkustanza ma għandu jinħoloq fond fiduċjarju fi ħdan l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni operattivi huma kkaratterizzati minn nuqqas ta' sorveljanza mill-PE u kwistjonijiet rigward l-impenji mill-baġit tal-Unjoni li qed jintlaħqu minn donaturi oħrajn. Sakemm dawn il-kwistjonijiet jiġu solvuti r-rapporteurs jikkunsidraw li huwa prematur li jiġi estiż l-użu tagħhom għal politiki interni. Barra minn hekk, organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti jesperjenzaw problemi f'fondi fiduċjarji bil-kofinanzjament ta' proġetti, u għaldaqstant jopponu l-użu tagħhom fi ħdan l-Unjoni. Din l-emenda tqis is-suġġerimenti mill-Bundesarbeitsgemeinschaft der Freien Wohlfahrtspflege (l-Organizzazzjonijiet Ġermaniżi tal-Assistenza Soċjali).

Emenda    322

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' deċiżjonijiet tagħha dwar l-istabbiliment, l-estensjoni u l-likwidazzjoni tal-fond fiduċjarju tal-UE lill-kumitat kompetenti fejn stipulat fl-att bażiku li skont it-termini tiegħu tingħata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond fiduċjarju tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta' proposti tagħha dwar l-istabbiliment, l-estensjoni u l-likwidazzjoni ta' fond fiduċjarju tal-UE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-emenda tar-rapporteurs għall-paragrafu 1.

Emenda     323

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  hemm valur miżjud għall-intervent tal-Unjoni: il-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu u jiġu implimentati biss fil-livell tal-Unjoni fejn l-objettivi tagħhom, partikolarment minħabba l-iskala jew l-effetti potenzjali tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli f'dak nazzjonali;

(a)  ġie stabbilit minn valutazzjoni tal-impatt li hemm valur miżjud għall-intervent tal-Unjoni: il-fondi fiduċjarji għandhom jinħolqu u jiġu implimentati biss fil-livell tal-Unjoni fejn l-objettivi tagħhom, partikolarment minħabba l-iskala jew l-effetti potenzjali tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli f'dak nazzjonali u ma jistgħux jintlaħqu sal-istess livell permezz ta' kwalunkwe strument finanzjarju eżistenti ieħor;

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq suġġeriment minn Civil Society Europe.

Emenda     324

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-objettivi ta' fondi fiduċjarji tal-Unjoni għall-azzjoni esterna għandhom ikunu allinjati mal-objettivi tal-istrument tal-Unjoni jew tal-partita baġitarja minn fejn huma ffinanzjati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq suġġeriment minn Civil Society Europe.

Emenda     325

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għal kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jkun stabbilit bord ippresedut mill-Kummissjoni sabiex jiżgura r-rappreżentanza tad-donaturi, u tal-Istati Membri mhux kontributuri bħala osservaturi u biex jiddeċiedi dwar l-użu tal-fondi. Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fl-att ta' stabbiliment tal-fond fiduċjarju adottat mill-Kummissjoni u d-donaturi jridu jirrispettawhom. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu r-rekwiżit li jkollhom il-vot pożittiv tal-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali dwar l-użu tal-fondi.

4.  Għal kull fond fiduċjarju tal-Unjoni għandu jkun stabbilit bord ippresedut mill-Kummissjoni sabiex jiżgura r-rappreżentanza ekwa bħala osservaturi tad-donaturi, u tal-Istati Membri mhux kontributuri u, fejn xieraq, tal-Parlament Ewropew, u biex jiddeċiedi dwar l-użu tal-fondi. Ir-regoli għall-kompożizzjoni tal-bord u r-regoli interni tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fl-att ta' stabbiliment tal-fond fiduċjarju adottat mill-Kummissjoni u d-donaturi jridu jirrispettawhom. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu r-rekwiżit li jkollhom il-vot pożittiv tal-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali dwar l-użu tal-fondi.

Emenda     326

Proposta għal regolament

Artikolu 227 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jinħolqu għal durata limitata ddeterminata fl-att kostituttiv tagħhom. Din id-durata tista' jiġi mtawla b'deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq talba tal-bord tal-fond fiduċjarju kkonċernat.

Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jinħolqu għal durata limitata ddeterminata fl-att kostituttiv tagħhom. Din id-durata tista' jiġi mtawla mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja wara proposta tal-Kummissjoni, fuq talba tal-bord tal-fond fiduċjarju kkonċernat.

Emenda    327

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Implimentazzjoni tal-fondi fiduċjarji

Implimentazzjoni tal-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

Emenda     328

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jiġu implementati skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarju tajba, tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs u skont l-objettivi speċifiċi kif definiti f'kull att kostituttiv.

1.  Il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom jiġu implementati skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett totali tal-mekkaniżmu ta' skrutinju u ta' kontroll baġitarju tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u skont l-objettivi speċifiċi kif definiti f'kull att kostituttiv.

Emenda    329

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tintuża bi qbil mal-objettivi stabbiliti fl-att bażiku li skontu għandha tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fond fiduċjarju tal-Unjoni.

Emenda     330

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Azzjonijiet iffinanzjati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu implimentati b'mod dirett mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 61(1) u b'implimentazzjoni diretta mal-entitajiet skont il-punti (i), (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 61(1)(c).

2.  Azzjonijiet iffinanzjati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu implimentati b'mod dirett mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 61(1) u b'implimentazzjoni diretta mal-entitajiet skont il-punti (i), (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 61(1)(c) u għandhom jikkonformaw mar-regoli finanzjarji.

Emenda     331

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju jrid jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni .

Ir-rapportar finanzjarju fuq l-operazzjonijiet imwettqa minn kull fond fiduċjarju jrid jiġi stabbilit darbtejn fis-sena mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni . Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta minn tal-anqas kull sitt xhur fuq l-implimentazzjoni ta' kull fond fiduċjarju skont kriterji kwalitattivi, bħan-natura tal-proġetti u l-programmi appoġġati, il-proċeduri tal-għażla, il-prijoritajiet ġeografiċi u tematiċi, is-superviżjoni tal-intermedjarji u kif il-fond fiduċjarju jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-att bażiku tal-istrumenti tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-finanzjament tiegħu.

Emenda     332

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fondi fiduċjarji għandhom ikunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena.

Il-fondi fiduċjarji għandhom ikunu soġġetti għal awditjar estern indipendenti kull sena. Il-QEA għandu jkollha dritt ta' skrutinju.

Emenda     333

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 5 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fondi fiduċjarji għandhom ikunu parti mill-proċedura ta' kwittanza skont l-Artikolu 319 tat-TFUE.

Emenda    334

Proposta għal regolament

Artikolu 228 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dettaljat dwar l-attivitajiet appoġġati mill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni u dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, permezz ta' dokument ta' ħidma mehmuż mal-abbozz ta' baġit kull sena, skont l-Artikolu 39(6).

Emenda     335

Proposta għal regolament

Artikolu 229 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-pajjiż terz jikkonforma mal-prinċipji fundamentali tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

Emenda     336

Proposta għal regolament

Artikolu 229 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-pajjiż terz ikun ippreveda liġijiet kontra l-korruzzjoni.

Emenda    337

Proposta għal regolament

Artikolu 230 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal valuri anqas mil-limti stabbiliti fl-Artikolu 169(1), esperti esterni bi ħlas, talli jassistu lill-isituzzjonijiet fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet għal għotjiet, ta' proġetti u ta' offerti, u talli jipprovdu opinjonijiet u pariri f'każijiet speċifiċi, jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.

1.  Għal valuri anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 169(1), esperti esterni bi ħlas, talli jassistu lill-isituzzjonijiet fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet għal għotjiet, ta' proġetti u ta' offerti, u talli jipprovdu opinjonijiet u pariri f'każijiet speċifiċi, jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3. Huma għandhom ikunu suġġetti għal taxxa tal-Unjoni.

Emenda    338

Proposta għal regolament

Artikolu 234 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontijiet annwali għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Dawn il-kontijiet għandhom ikunu jinkludu:

Il-kontijiet annwali għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Dawn il-kontijiet għandhom jinkludu:

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 234, paragrafu 1a (ġdid).

Emenda    339

Proposta għal regolament

Artikolu 234 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, li jippreżentaw informazzjoni finanzjarja skont ir-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79;

(a)  id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, li jippreżentaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet iffinanzjati mill-baġit, dawk tal-korpi msemmija fl-Artikolu 69 u ta' korpi oħra li l-kontijiet tagħhom jeħtieġu li jiġu kkonsolidati f'konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 234, paragrafu 1a (ġdid).

Emenda    340

Proposta għal regolament

Artikolu 234 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-kontijiet baġitarji li jippreżentaw l-informazzjoni li hemm fil-kontijiet baġitarji tal-istituzzjonijiet;

(b)  il-kontijiet baġitarji aggregati li jippreżentaw l-informazzjoni li hemm fil-kontijiet baġitarji tal-istituzzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 234, paragrafu 1a (ġdid).

Emenda    341

Proposta għal regolament

Artikolu 234 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontijiet annwali konsolidati li jippreżentaw, skont ir-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 79 u b'mod partikolari skont il-prinċipju tal-materjalità, il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni finaznjarja li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u fil-kontijiet baġitarji tal-korpi msemmijin fl-Artikolu 69 u ta' korpi oħrajn li jissodisfaw il-kriterji ta' konsolidazzjoni kontabilistika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 234, paragrafu 1a (ġdid).

Emenda    342

Proposta għal regolament

Artikolu 234 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika kull sena previżjoni fuq żmien twil tal-fluss tal-flus, li tkun tkopri perjodu bejn seba' u għaxar snin, inkluża informazzjoni dwar limiti massimi tal-baġit, ħtiġijiet ta' pagament, restrizzjonijiet ta' kapaċità u, fejn applikabbli, diżimpenji potenzjali.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mas-suġġerimenti tal-QEA (ara l-Opinjoni Nru 1/2017), ir-rapporteurs jissuġġerixxu r-"ristrutturar" tal-kontijiet, bl-inklużjoni ta' previżjoni fuq żmien twil tal-fluss tal-flus biex tgħin lill-partijiet interessati fil-valutazzjoni tar-rekwiżiti futuri ta' pagament u tal-prijoritajiet baġitarji. Id-definizzjoni eżistenti tal-kontijiet annwali tinżamm ukoll.

Emenda    343

Proposta għal regolament

Artikolu 235 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi żborż jew ġbir fir-rigward ta' dik is-sena, ikun meħtieġ għal preżentazzjoni ġusta ta' dawk il-kontijiet. Tali aġġustamenti jikkonformaw mar-regoli tal-kontabilità li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 79.

3.  Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi żborż jew ġbir fir-rigward ta' dik is-sena, ikun meħtieġ għal stampa vera u ġusta ta' dawk il-kontijiet. Tali aġġustamenti jikkonformaw mar-regoli tal-kontabilità li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 79.

Ġustifikazzjoni

"Stampa vera u ġusta" hija terminoloġija aċċettata b'mod komuni.

Emenda    344

Proposta għal regolament

Artikolu 237 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jibagħtu l-kontijiet proviżorji tagħhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

1.  L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kollha tal-Unjoni għandhom jibagħtu l-kontijiet proviżorji tagħhom lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 237, paragrafu 3a (ġdid).

Emenda    345

Proposta għal regolament

Artikolu 237 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawk il-kontijiet proviżorji mal-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat, b'mezzi elettroniċi, lill-Qorti tal-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u il-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.

3.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawk il-kontijiet proviżorji mal-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat, b'mezzi elettroniċi, lill-Qorti tal-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, il-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 237, paragrafu 3a (ġdid).

Emenda    346

Proposta għal regolament

Artikolu 237 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-kontijiet proviżorji konsolidati tal-Unjoni għandhom jinkludu wkoll stima tal-livell ta' żball fin-nefqa tal-Unjoni abbażi ta' metodoloġija konsistenti.

Ġustifikazzjoni

Skont suġġerimenti li saru mill-QEA (ara l-paragrafi 13 u 108 tal-Opinjoni Nru 1/2017), ir-rapporteurs jikkunsidraw li l-QEA jenħtieġ li tkopri wkoll il-kontijiet proviżorji tal-Unjoni.

Emenda    347

Proposta għal regolament

Artikolu 238 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal- 1 ta' Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet li mhumiex il-Kummissjoni u ta' kull korp imsemmi fl-Artikolu 234, u sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji konsolidati tal-Unjoni.

1.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Mejju tas-sena n+1, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u ta' kull korp imsemmi fl-Artikolu 234, u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju tas-sena n+ 1, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji konsolidati tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 238, paragrafu 2 - subparagrafu.2.

Emenda    348

Proposta għal regolament

Artikolu 238 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jibagħtu, sal-15 ta' Ġunju, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.

L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet u tal-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 234 għandhom jibagħtu, sal-1 ta' Ġunju, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 238, paragrafu 2 - subparagrafu.2.

Emenda    349

Proposta għal regolament

Artikolu 238 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 234, għandhom jibagħtu l-kontijiet finali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju.

L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 234, għandhom jibagħtu l-kontijiet finali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju. Sal-istess data, wara li tapprova l-kontijiet finali tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tgħaddihom b'mod elettroniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-QEA.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs iqisu li hemm lok biex titqassar l-iskeda ta' żmien proposta fir-rigward tal-approvazzjoni u t-trażmissjoni tal-kontijiet finali.

Emenda    350

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sett integrat ta' rapporti finanzjarji u akkontabilistiċi li jinkludi:

1.  Sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sett integrat ta' rapporti finanzjarji u ta' responsabbiltà li jinkludi:

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li titressaq id-data għat-trażmissjoni ta' dawn ir-rapporti mit-30 ta' Ġunju għall-31 ta' Lulju, b'hekk wara l-bidu tal-vaganzi tas-sajf, huwa inkompatibbli mal-proċeduri interni tal-PE u tal-Kumitat CONT. Għall-kuntrarju ta' dan, ir-rapporteurs jissuġġerixxu li titmexxa ‘l quddiem id-data ta' skadenza għall-31 ta' Marzu.

Emenda    351

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  il-kontijiet annwali konoslidati kif imsemmijin fl-Artikolu 238;

a)  il-kontijiet annwali konsolidati kif imsemmijin fl-Artikolu 238, bi previżjoni fuq żmien twil tal-fluss tal-flus;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 239, paragrafu 1 - punt c.

Emenda    352

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni li jipprovdi għal:

b)  rapport kontabilistiku uniku li jipprovdi għal:

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 239, paragrafu 1 - punt c.

Emenda    353

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt b – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  dikjarazzjoni ta' governanza, li tipprovdi informazzjoni dwar is-sistemi prinċipali ta' governanza tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 239, paragrafu 1 - punt c.

Emenda    354

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt b – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)  evalwazzjoni tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-politika li kienu ġew immonitorjati b'indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 31;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 239, paragrafu 1 - punt c.

Emenda    355

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt b – punt ic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ic)  valutazzjoni tal-punt safejn l-infiq huwa milqut minn irregolaritajiet, bl-istima proprja tagħha tal-livell ta' żball u, separatament, l-ammont tan-nefqa tal-Unjoni li tipprevedi li tirkupra bħala rkupri jew korrezzjonijiet finanzjarji marbuta mas-sena finanzjarja kkonċernata;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 239, paragrafu 1 - punt c.

Emenda    356

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt b – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  rapport dwar ir-rwol u l-konklużjonijiet tal-kumitat tal-awditjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 120a.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 239, paragrafu 1 - punt c.

Emenda    357

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  ir-rapport dwar l-azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit tal-UE, li għandhom jippreżentaw l-impatt finanzjarju tal-azzjonijiet meħudin għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE kontra nefqa li tikser il-liġi;

c)  ir-rapport dwar l-azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit tal-UE, li għandu jipprevedi stima tal-livell ta' irregolarità preżenti fit-talbiet inizjali jew approvati għar-rimborż u jippreżenta l-impatt finanzjarju tal-azzjonijiet meħudin għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE kontra nefqa li tikser il-liġi;

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs jemmnu li l-kontijiet konsolidati jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn rapport kontabilistiku uniku li jipprovdi informazzjoni dwar il-kontabilità, dikjarazzjoni ta' governanza, ħarsa ġenerali wiesgħa tal-infiq u l-attivitajiet tal-Unjoni, evalwazzjoni tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti, valutazzjoni tal-punt safejn l-infiq huwa milqut minn irregolaritajiet, kif ukoll rapport dwar ir-rwol u l-konklużjonijiet tal-kumitat intern tal-awditjar.

Emenda    358

Proposta għal regolament

Artikolu 239 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)  ir-rapport dwar l-awditi interni kif imsemmijin fl-Artikolu 116(7);

e)  ir-rapport dwar l-awditi interni kif imsemmijin fl-Artikolu 116(4);

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni.

Emenda    359

Proposta għal regolament

Artikolu 241 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta' Marzu ta' wara s-sena finanzjarja.

Huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Allinjament konsistenti ta' dmirijiet ta' rappurtar.

Emenda     360

Proposta għal regolament

Artikolu 242 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja, obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta' proviżjonament komuni skont il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 39 u skont il-punt (d) tal-Artikolu 50(1). Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fl-istess ħin.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja, obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta' proviżjonament komuni fit-30 ta' Ġunju tas-sena tal-pubblikazzjoni skont il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 39 u skont il-punt (d) tal-Artikolu 50(1). Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fl-istess ħin.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tamalgama r-rekwiżiti kollha ta' rappurtar f'dokument wieħed mehmuż mal-abbozz ta' baġit. Id-dokument jenħtieġ li jipprovdi l-istess livell ta' informazzjoni bħar-rapporti attwali, u jipprovdi stampa ċara tas-sitwazzjoni fit-30 ta' Ġunju tas-sena tal-pubblikazzjoni.

Emenda    361

Proposta għal regolament

Artikolu 244 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapportar dwar Fondi Fiduċjarji

Rapportar dwar Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 227.

Emenda    362

Proposta għal regolament

Artikolu 244 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 39(5), il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena għand il-Parlament Ewropew u għand il-Kunsill dwar l-attivitajiet appoġġati minn Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kontijiet tagħhom.

Skont l-Artikolu 39(6), il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena għand il-Parlament Ewropew u għand il-Kunsill dwar l-attivitajiet appoġġati mill-Fondi Fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjonijiet esterni, dwar l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kontijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 227.

Emenda    363

Proposta għal regolament

Artikolu 247 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha ntefqitx b'manjiera legali u xierqa, għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-baġit, ta' dan ir-Regolament, tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u tal-atti kollha l-oħrajn adottati skont it-Trattati. Din l-eżaminazzjoni għandha tqis il-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi superviżorji u ta' kontroll relatati.

1.  L-eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha ntefqitx b'manjiera legali u xierqa, għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-baġit, ta' dan ir-Regolament, tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u tal-atti kollha l-oħrajn adottati skont it-Trattati. Din l-eżaminazzjoni tista' tqis il-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi superviżorji u ta' kontroll relatati.

Ġustifikazzjoni

Kif irrimarkat mill-QEA (ara paragrafi 106-108 tal-Opinjoni Nru 1/2017), il-formulazzjoni li għadha kif ġiet introdotta mill-Kummissjoni taffettwa l-metodoloġija tal-awditjar tal-Qorti, li hija kwistjoni li għandha tiġi deċiża mill-Qorti.

Emenda    364

Proposta għal regolament

Artikolu 249 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, l-istituzzjoniet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw id-dħul u n-nefqa f'isem l-Unjoni u r-riċevituri finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha. Għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri d-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u l-eżekuzzjoni ta' kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-reġistri kollha tal-kontijiet jew id-dokumenti ta' sostenn, kif ukoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u man-nefqa, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tar-rapport tal-eżitu baġitarju u finanzjarju fuq il-bażi tar-rekords jew tal-awditjar fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq mezzi elettroniċi.

Il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw id-dħul u n-nefqa f'isem l-Unjoni u r-riċevituri finali tal-pagamenti mill-baġit għandhom jagħtu lill-Qorti tal-Awdituri l-faċilitajiet kollha u jagħtuha l-informazzjoni kollha li l-Qorti tal-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha. Għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, fuq talba tagħha, id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u l-eżekuzzjoni ta' kuntratti ffinanzjati mill-baġit u l-kontijiet kollha tal-flus u materjali, ir-reġistri kollha tal-kontijiet jew id-dokumenti ta' sostenn, kif ukoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati mad-dħul u man-nefqa, l-inventarji kollha, l-organigrammi kollha tad-dipartimenti, li l-Qorti tal-Awdituri tħoss li jkunu meħtieġa għall-awditjar tar-rapport tal-eżitu baġitarju u finanzjarju fuq il-bażi tar-rekords jew tal-awditjar fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq mezzi elettroniċi. Id-dritt tal-aċċess tal-QEA għandu jinkludi aċċess għas-sistema tal-IT użata għall-ġestjoni tad-dħul u tan-nefqa suġġetta għall-awditjar tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 249, paragrafu 7.

Emenda    365

Proposta għal regolament

Artikolu 249 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-użu ta' sistemi integrati tal-kompjuter ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas l-aċċess mill-Qorti tal-Awdituri għad-dokumenti ta' sostenn.

7.  L-użu ta' sistemi integrati tal-kompjuter ma għandux ikollu l-effett li jnaqqas l-aċċess mill-Qorti tal-Awdituri għad-dokumenti ta' sostenn. Meta jkun teknikament possibbli, għandu jingħata aċċess elettroniku għad-data u għad-dokumenti meħtieġa għall-awditjar lill-QEA għall-użu fil-bini tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteurs jipproponu emendi għall-Artikolu 249 sabiex jiżguraw li l-QEA jkollha dritt ċar ta' aċċess għas-sistema tal-IT biex twettaq l-awditjar tagħha.

Emenda     366

Proposta għal regolament

Artikolu 250 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, hija tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

1.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, hija tali li għandha tidher fir-rapport annwali sabiex tippermetti lill-istituzzjonijiet ikkonċernati jikkummentaw dwarhom. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Lulju. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-emenda 205. Fid-dawl tal-esperjenza tal-2016, jekk l-iskadenza għall-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra biex jipprovdu l-kontijiet annwali tagħhom u informazzjoni relatata tkun aġġustata b'mod xieraq, tista' tinkiseb produzzjoni aktar effiċjenti u f'waqtha tar-rapport annwali tal-QEA fuq bażi regolari.

Emenda    367

Proposta għal regolament

Artikolu 250 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta' kull istituzzjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati ħdejn jew wara kull osservazzjoni li jirreferu għaliha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-prerogattivi tal-QEA fir-rigward ta' kif tabbozza u tippreżenta r-rapporti speċjali tagħha jenħtieġ li jinżammu aktar milli jkunu determinati minn qabel minn din il-proposta.

Emenda    368

Proposta għal regolament

Artikolu 251 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, għandha tidher f'rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tibgħat lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjoni li, fl-opinjoni tagħha, għandha tidher f'rapport speċjali sabiex tippermetti lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernati jikkummentaw dwarhom. Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali.

Emenda    369

Proposta għal regolament

Artikolu 251 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fuq talba tal-QEA jew l-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati, it-tweġibiet jistgħu jiġu eżaminati mill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiżdied it-trasparenza tal-proċedura, b'mod partikolari f'każ ta' dewmien, it-tweġibiet tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernati jistgħu jkunu suġġetti għal kunsiderazzjoni mill-Parlament Ewropew.

Emenda    370

Proposta għal regolament

Artikolu 251 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati jiġu ppubblikati qrib jew wara kull osservazzjoni li huma relatati magħha, u tippubblika l-iskeda ta' żmien għat-tfassil tar-rapport speċjali.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati jiġu ppubblikati flimkien mar-rapport speċjali.

Ġustifikazzjoni

Il-prerogattivi tal-QEA fir-rigward ta' kif tabbozza u tippreżenta r-rapporti speċjali tagħha jenħtieġ li jinżammu aktar milli jkunu determinati minn qabel f'din il-proposta.

Emenda     371

Proposta għal regolament

Artikolu 256 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appropjazzjonijiet amministrattivi li jaqgħu taħt dan it-Titolu għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 45(3).

L-approprjazzjonijiet amministrattivi li jaqgħu taħt dan it-Titolu għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 45(3) u dawk tal-istituzzjonijiet l-oħra.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' approprjazzjonijiet amministrattivi jenħtieġ li ma tirreferixxix biss għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni (l-Artikolu 45(3)), iżda tinkludi dik ta' istituzzjonijiet oħra wkoll.

Emenda     372

Proposta għal regolament

Artikolu 258 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill iqanqlu tħassib debitament iġġustifikat f'dak it-terminu ta' erba' ġimgħat, dak it-terminu jiġi estiż darba b'ġimagħtejn.

Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill iqanqlu tħassib f'dak it-terminu ta' erba' ġimgħat, dak it-terminu jiġi estiż darba b'ġimagħtejn.

Emenda     373

Proposta għal regolament

Artikolu 258 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  kwalunkwe skambju ta' art jew bini;

Emenda     374

Proposta għal regolament

Artikolu 258 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-akkwist, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta' bini jew kull proġett li jħallat dawn l-elementi li jrid jiġi implimentat fl-istess perjodu ta' żmien, li jaqbeż il-EUR 1 000 000 fil-każ li l-prezz ikun jirrappreżenta aktar minn 110 % tal-prezz jew l-indiċi tal-kera lokali ta' proprjetajiet komparabbli;

Emenda     375

Proposta għal regolament

Artikolu 258 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  il-bejgħ ta' art jew bini fil-każ li l-prezz jirrappreżenta anqas minn 90 % tal-indiċi tal-prezzijiet lokali ta' proprjetajiet komparabbli;

Emenda     376

Proposta għal regolament

Artikolu 259 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proċedura ta' informazzjoni bikrija u ta' approvazzjoni minn qabel stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 258 ma għandhomx japplikaw għal binjiet residenzjali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu mill-istituzzjoni inkarigata kwalunkwe informazzjoni relatata mal-bini residenzjali.

2.  Il-proċedura ta' informazzjoni bikrija u ta' approvazzjoni minn qabel stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 258 għandhom japplikaw ukoll għal binjiet residenzjali jekk l-akkwist, ir-rinnovazzjoni strutturali, il-kostruzzjoni ta' bini jew kull proġett li jħallat dawn l-elementi jaqbeż il-EUR 1 000 000 u l-prezz huwa aktar minn 110 % tal-prezz jew l-indiċi tal-kera lokali ta' proprjetajiet komparabbli. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu mill-istituzzjoni inkarigata kwalunkwe informazzjoni relatata mal-bini residenzjali.

Emenda     377

Proposta għal regolament

Artikolu 261 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma dak il-perjodu jiskadi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma dak il-perjodu jiskadi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    378

Proposta għal regolament

Artikolu 262 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2012/2002

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mal-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u għandha tħallas dik il-kontribuzzjoni finanzjarja minnufih u fi ħlas parzjali wieħed lill-Istat benefiċjarju. Jekk ikun tħallas avvanz skont l-Artikolu 4a, il-bilanċ biss għandu jitħallas.”

4.  Fl-istess waqt li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond, u għandha tħallas dik il-kontribuzzjoni finanzjarja minnufih u fi ħlas parzjali wieħed lill-Istat benefiċjarju. Jekk ikun tħallas avvanz skont l-Artikolu 4a, il-bilanċ biss għandu jitħallas.”

Emenda    379

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

‘2. Il-perċentwali indikattivi li ġejjin għandhom japplikaw bħala medja tul il-perjodu sħiħ tal-Progrmam għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3(1):

 

(a) tal-anqas 18 % għall-assi tal-Progress;

 

(b) tal-anqas 18 % għall-assi tal-EURES;

 

(c) tal-anqas 18 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u tal-Intraprenditorija Soċjali.”

 

Emenda    380

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

''2a.  Approprjazzjonijiet li ma jintużawx sa tmiem is-sena għal kwalunkwe wieħed mit-tliet assi – Progress, EURES jew Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali – jew għall-prijoritajiet tematiċi tagħhom, għandhom jiġu riportati għas-sena finanzjarja suċċessiva. Il-valuri minimi indikattivi stabbiliti fil-paragrafu 2 punti (a), (b) u (c) m'għandhomx japplikaw għal dawn l-approprjazzjonijiet."

Emenda    381

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-assi Progress għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c).

"1.  L-assi Progress għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c). Matul il-perjodu kollu tal-Programm, it-tqassim indikattiv tal-allokazzjoni stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin:

(a)  impjieg, partikolarment biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ;

(a)  impjieg, partikolarment biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; 20 %;

(b)  il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-faqar;

(b)  il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-faqar; 45 %;

(c)  il-kundizzjonijiet tax-xogħol.”

(c)  il-kundizzjonijiet tax-xogħol.” 7 %;

 

Il-bqija li jista' jkun fadal għandha tiġi allokata lil waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) jew taħlita minnhom.''

Emenda    382

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

''Artikolu 19

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

L-assi tal-EURES għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c):

L-assi tal-EURES għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c): Matul il-perjodu kollu tal-Programm, it-tqassim indikattiv tal-allokazzjoni stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin:

(a)  it-trasparenza tal-postijiet tax-xogħol vakanti, tal-applikazzjonijiet u ta' kull informazzjoni relatata oħra għall-applikanti u għal min iħaddem;

(a)  it-trasparenza tal-postijiet tax-xogħol vakanti, tal-applikazzjonijiet u ta' kull informazzjoni relatata oħra għall-applikanti u għal min iħaddem; 15 %;

(b)  żvilupp ta' servizzi għar-reklutaġġ u għall-kollokament ta' ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta' postijiet tax-xogħol vakanti u ta' applikazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, partikolarment skemi ta' mobilità mmirati;

(b)  żvilupp ta' servizzi għar-reklutaġġ u għall-kollokament ta' ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta' postijiet tax-xogħol vakanti u ta' applikazzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, partikolarment skemi ta' mobilità mmirati; 15 %;

(c)  sħubijiet transfruntiera.”

(c)  sħubijiet transfruntiera.” 18 %;

 

Il-bqija li jista' jkun fadal għandha tiġi allokata lil waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) jew taħlita minnhom.''

Emenda    383

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

''Artikolu 25

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

Taqsimiet tematiċi u finanzjament

L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a) u (b):

L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a) u (b): Matul il-perjodu kollu tal-Programm, it-tqassim indikattiv tal-allokazzjoni stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 5(2) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin:

(a)  mikrofinanzjament għall-gruppi vulnerabbli u għall-mikrointrapriżi;

(a)  mikrofinanzjament għall-gruppi vulnerabbli u għall-mikrointrapriżi; 35 %;

(b)  intraprenditorija soċjali.

(b)  intraprenditorija soċjali: 35 %.

 

Il-bqija li jista' jkun fadal għandha tiġi allokata lil waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi msemmija fil-punti (a), jew (b) jew taħlita minnhom.''

Emenda    384

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 32

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a.  L-Artikolu 32 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 32

''Artikolu 32

Programmi ta' Ħidma

Programmi ta' Ħidma

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implementazzjoni li jistipulaw programmi ta' ħidma li jkopru t-tlett assi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 36(3).”

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 34, li jistipulaw programmi ta' ħidma li jkopru t-tlett assi.

Il-programmi ta' ħidma għandhom fejn rilevanti, ikopru perjodu kontinwu ta' tliet snin u għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, il-proċeduri għall-għażla tal-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni, il-kopertura ġeografika, l-udjenza fil-mira u qafas ta' żmien indikattiv għall-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu wkollj indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull objettiv speċifiku u għandhom jirriflettu l-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi skont l-Artikolu 33. Il-programmi ta' ħidma għandhom isaħħu l-koerenza tal-Programm billi jiġu indikati r-rabtiet bejn it-tlett assi.

Il-programmi ta' ħidma għandhom fejn rilevanti, ikopru perjodu kontinwu ta' tliet snin u għandu jkollhom deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, il-proċeduri għall-għażla tal-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni, il-kopertura ġeografika, l-udjenza fil-mira u qafas ta' żmien indikattiv għall-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu wkoll indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull objettiv speċifiku, kif ukoll l-allokazzjonijiet annwali għat-tliet assi tal-Programm u għat-taqsimiet tagħhom, u għandhom jirriflettu l-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi skont l-Artikolu 33. Il-programmi ta' ħidma għandhom isaħħu l-koerenza tal-Programm billi jiġu indikati r-rabtiet bejn it-tlett assi.

 

2.  Sabiex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni tidher quddiem il-kumitat biex jiddiskutu l-abbozz ta' programm ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 qabel mal-Kummissjoni tadotta l-att delegat li jistabbilixxi l-programm ta' ħidma."

Emenda    385

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Jitħassar l-Artikolu 33.

5.  L-Artikolu 33 jinbidel b'dan li ġej:

 

''Artikolu 33

 

L-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi bejn l-assi u għat-taqsimiet tematiċi individwali fi ħdan l-assi

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 34, għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi bejn l-assi u għat-taqsimiet tematiċi individwali fi ħdan kull wieħed mill-assi fejn l-iżviluppi fil-kuntest soċjoekonomiku jkunu jirrikjedu dan. L-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi għat-taqsimiet tematiċi fi ħdan kull wieħed mill-assi għandha tiġi riflessa fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 32."

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija intenzjonata biex iżżomm il-possibbiltajiet għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi pprovduti mir-regolament eżistenti u l-kontrolli li jipprovdi l-użu tal-atti delegati. Din sempliċiment tħassar il-perċentwali u r-referenza għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. L-Artikolu 13(1) jirrikjedi li din l-evalwazzjoni ssir sal-1 ta' Lulju 2017.

Emenda    386

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 34 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

5a.  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 33 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014.

"2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 32 u 33 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014.''

Emenda    387

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 34 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

5b.  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 33 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 32 u 33 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda    388

Proposta għal regolament

Artikolu 263 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1296/2013

Artikolu 34 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

5c.  Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 33 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 32 u 33 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    389

Proposta għal regolament

Artikolu 264 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 1301/2013

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  investiment fl-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu permezz tal-investiment fiss f'tagħmir u f'infrastruttura; inklużi infrastruttura kulturali u tat-turiżmu sostenibbli, servizzi għall-impriżi, appoġġ lill-korpi tar-riċerka u tal-innovazzjoni u investiment fit-teknoloġija u fir-riċerka applikata fl-impriżi;

(e)  investiment fl-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu permezz tal-investiment fiss f'tagħmir u f'infrastruttura fuq skala żgħira,inklużi infrastruttura kulturali u tat-turiżmu sostenibbli fuq skala żgħira, servizzi għall-impriżi, appoġġ lill-korpi tar-riċerka u tal-innovazzjoni u investiment fit-teknoloġija u fir-riċerka applikata fl-impriżi; f'każijiet ġustifikati, il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ jista' jiġi estiż;

Emenda    390

Proposta għal regolament

Artikolu 264 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1301/2013

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"L-investiment imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkunsidrat li huwa fuq skala żgħira jekk il-kofinanzjament tal-FEŻR tiegħu ma jaqbiżx l-EUR 10 000 000; dak il-limitu massimu għandu jiżdied għal EUR 20 000 000 fil-każ li l-infrastruttura titqies li hija wirt kulturali dinji fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1972 dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji."

Emenda    391

Proposta għal regolament

Artikolu 264 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 1301/2013

Artikolu 5 – paragrafu 9 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  “(e) appoġġ għall-akkoljenza u għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti u tar-rifuġjati

(e)  appoġġ għall-akkoljenza u għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-migranti u tar-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali

Emenda    392

Proposta għal regolament

Artikolu 264 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1301/2013

Anness I – Tabella dwar l-infrastruttura soċjali

 

Test propost mill-Kummissjoni

Indukrar tat-tfal u edukazzjoni

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura appoġġjata tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

Saħħa

persuni

Popolazzjoni koperta minn servizzi mtejba tas-saħħa

Akkomodazzjoni

unitajiet ta' abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati

 

unitajiet ta' abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati, li minnhom huma għal migranti u rifuġjati (esklużi ċentri ta' akkoljenza)

Migranti u rifuġjati

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura li tappoġġja lill-migranti u lir-rifuġjati (mhux akkomodazzjoni)

Emenda

Indukrar tat-tfal u edukazzjoni

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura appoġġjata tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

Saħħa

persuni

Popolazzjoni koperta minn servizzi mtejba tas-saħħa

Akkomodazzjoni

unitajiet ta' abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati

 

unitajiet ta' abitazzjoni

Abitazzjonijiet riabilitati, li minnhom huma għal migranti u rifuġjati li jinsabu taħt protezzjoni internazzjonali (esklużi ċentri ta' akkoljenza)

Migranti u rifuġjati li jinsabu taħt protezzjoni internazzjonali

persuni

Kapaċità tal-infrastruttura li tappoġġja lill-migranti u lir-rifuġjati li jinsabu taħt protezzjoni internazzjonali (mhux akkomodazzjoni)

Emenda    393

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 2 – punt 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

''(11a)  "avvanz rimborżabbli" tfisser self għal proġett li jitħallas fi ħlas parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu mir-riżultat tal-proġett;''

Ġustifikazzjoni

Avvanzi rimborżabbli (“avances récupérables”) huwa strument li jintuża ħafna f'diversi Stati Membri biex jappoġġa proġetti fi stadju bikri prinċipalment fis-settur tal-innovazzjoni, u għandhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji. Madankollu dawn la għadhom definiti u lanqas inklużi fid-definizzjoni ta' strumenti finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-regolamenti finanzjarji. Din il-lakuna ġuridika jenħtieġ li tiġi indirizzata b'urġenza, aktar u aktar billi l-avvanzi rimborżabbli huma definiti b'mod espliċitu bħala self u għaldaqstant strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju fir-regolament tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Emenda    394

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 2 – punt 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  “(31) “strateġija makroreġjonali” tfisser qafas integrat, li jista' jiġi appoġġat mill-Fondi SIE fost oħrajn, biex jiġu indirizzati sfidi komuni li qed tiffaċċja żona ġeografika definita relatata ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b'hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(31)  “strateġija makroreġjonali” tfisser qafas integrat f'konformità mal-gwida mogħtija mill-Kunsill Ewropew, li jista' jiġi appoġġat mill-Fondi SIE fost oħrajn, biex jiġu indirizzati sfidi komuni li qed tiffaċċja żona ġeografika definita relatata ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b'hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Emenda    395

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 9 – subparagrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Il-prijoritajiet stabbiliti għal kull wieħed mill-Fondi SIE fir-regoli speċifiċi għall-Fond għandhom b'mod partikolari jkopru l-użu xieraq ta' kull Fond fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-ażil.”

''Il-prijoritajiet stabbiliti għal kull wieħed mill-Fondi SIE fir-regoli speċifiċi għall-Fond għandhom b'mod partikolari jkopru l-użu xieraq ta' kull Fond fl-oqsma tal-migrazzjoni u tal-ażil u, fejn xieraq, jiżguraw il-koordinazzjoni mal-AMIF.''

Emenda    396

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 30a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

imħassar

“Artikolu 30a

 

1.   Parti minn allokazzjoni tal-Fondi SIE tal-Istat Membru tista', fuq it-talba ta' dak l-Istat Membru u bi qbil mal-Kummissjoni, tiġi ttrasferita lil strument wieħed jew diversi strumenti stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew skont Regolamenti speċifiċi għas-settur jew sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FSIE skont l-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju. It-talba għal trasferiment tal-allokazzjoni tal-Fondi SIE għandha tiġi sottomessa sat-30 ta' Settembru.

 

2.   Jistgħu jiġu ttrasferiti biss approprjazzjonijiet finanzjarji tas-snin futuri fil-pjan finanzjarju ta' programm.

 

3.   It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Emendi korrispondenti għall-programm u għall-ftehim ta' sħubija għandhom isiru skont l-Artikolu 30(2) li għandhom jistabbilixxu l-ammont totali ttrasferit għal kull sena rilevanti lill-Kummissjoni.” ’

 

Emenda    397

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bini tal-kapaċità ta' atturi lokali li jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet inkluż it-trawwim tal-kapaċitajiet tagħhom ta' ġestjoni tal-proġetti;

(a)  il-bini tal-kapaċità ta' atturi lokali li jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet inkluż it-trawwim tal-kapaċitajiet tagħhom ta' ġestjoni tal-proġetti, u ta' benefiċjarji finali potenzjali biex iħejju u jimplimentaw il-proġetti;

Emenda    398

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-iżgurar tal-viżibilità tal-istrateġija, l-operazzjonijiet u l-proġetti;

Emenda    399

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-għażla tal-operazzjonijiet u l-iffissar tal-ammonti tas-sostenn u l-preżentazzjoni tal-proposti lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel l-approvazzjoni;

(f)  l-għażla tal-operazzjonijiet u l-iffissar tal-ammonti tas-sostenn u, fejn rilevanti, il-preżentazzjoni tal-proposti lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel l-approvazzjoni;

Emenda    400

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  “(c) stima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li potenzjalment għandhom jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta' ingranaġġ mistenni), inkluża, jekk ikun il-każ, valutazzjoni tal-ħtieġa, u l-livell, ta' trattament differenzjat biex jiġu attirati riżorsi tal-kontroparti minn investituri privati u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li se jintużaw biex tiġi stabbilita l-ħtieġa, u l-firxa, ta' trattament differenzjat bħal dan, bħal proċess ta' valutazzjoni kompetittiv jew indipendenti kif xieraq;

(c)  stima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li potenzjalment għandhom jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta' ingranaġġ mistenni);

Emenda    401

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 37 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  il-paragrafu 8 jinbidel b'dan li ġej:

“8.  Ir-riċevituri finali appoġġati permezz ta' strument finanzjarju tal-Fondi ESI jistgħu jirċievu wkoll assistenza minn prijorità jew programm ieħor tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jew minn xi strument ieħor sostnut mill-baġit tal-Unjoni f'konformità mar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. F'dak il-każ għandhom jinżammu rekords separati għal kull sors ta' assistenza filwaqt li s-sostenn mill-istrument finanzjarju tal-Fondi ESI għandu jkun parti minn operazzjoni b'nefqa eliġibbli distinta mis-sorsi l-oħra ta' għajnuna.

“8.  Ir-riċevituri finali appoġġati permezz ta' strument finanzjarju tal-Fondi SIE jistgħu jirċievu wkoll assistenza minn prijorità jew programm ieħor tal-Fondi SIE jew minn xi strument ieħor sostnut mill-baġit tal-Unjoni jew mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, f'konformità mar-regoli tal-Unjoni applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif xieraq. F'dak il-każ għandhom jinżammu rekords separati għal kull sors ta' assistenza filwaqt li s-sostenn mill-istrument finanzjarju tal-Fondi SIE għandu jagħti lok għal nefqa eliġibbli distinta mis-sorsi l-oħra ta' għajnuna.

Emenda    402

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  “(c) strumenti finanzjarji li jippermettu t-taħlit tat-tali kontribuzzjoni ma' prodotti finanzjarji tal-BEI skont il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.

(c)  strumenti finanzjarji li jippermettu t-taħlit ta' tali kontribuzzjoni ma' prodotti finanzjarji tal-BEI skont il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u dawk ta' istituzzjonijiet oħra msemmija fl-Artikolu 38(4), u f'konfomità mal-Artikolu 39a.

Emenda    403

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  bank bi sjieda pubblika jew istituzzjoni finanzjarja, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(iii)  bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Emenda    404

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  joperaw b'mandat tal-politika pubblika mogħti mill-awtorità rilevanti ta' Stat Membru f'livell nazzjonali jew reġjonali, sabiex iwettqu attivitajiet ta' żvilupp ekonomiku li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi SIE;

–  joperaw b'mandat tal-politika pubblika mogħti mill-awtorità rilevanti ta' Stat Membru f'livell nazzjonali jew reġjonali, li għandu jinkludi t-twettiq, bħala parti mill-operazzjonijiet tagħhom, ta' attivitajiet ta' żvilupp ekonomiku li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Fondi SIE;

Emenda    405

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  iwettqu l-attivitajiet ta' żvilupp tagħhom f'reġjuni, f'oqsma politiċi u f'setturi li għalihom l-aċċess għal finanzjament minn sorsi pubbliċi ġeneralment ma jkunx disponibbli jew biżżejjed;

–  iwettqu, fost l-operazzjonijiet tagħhom, l-attivitajiet ta' żvilupp ekonomiku tagħhom li jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi tal-Fondi SIE f'reġjuni, f'oqsma politiċi u f'setturi li għalihom l-aċċess għal finanzjament minn sorsi pubbliċi ġeneralment ma jkunx disponibbli jew biżżejjed;

Emenda    406

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  joperaw mingħajr skop ta' massimizzazzjoni tal-profitt sabiex jiżguraw sostenibbiltà finanzjarja fit-tul;

–  joperaw mingħajr ma jiffokaw primarjament fuq il-massimizzazzjoni tal-profitti sabiex jiżguraw sostenibbiltà finanzjarja fit-tul għall-operazzjonijiet tagħhom;

Emenda    407

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii – inċiż 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

–  jiżguraw li dan l-involviment dirett ma jipprovdi l-ebda benefiċċju dirett jew indirett għall-attivitajiet kummerċjali permezz taż-żamma ta' kontijiet separati, amministrazzjoni separata għall-attivitajiet kummerċjali, jew kwalunkwe miżura oħra f'konformità mal-liġi applikabbli;

Emenda    408

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b – punt iii – inċiż 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  huma soġġetti għas-superviżjoni ta' awtorità indipendenti skont il-liġi nazzjonali.

–  huma soġġetti għas-superviżjoni ta' awtorità indipendenti skont il-liġi applikabbli.

Emenda    409

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b – punt ii

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, il-korpi msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta' ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza tajba, kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe avviż formali minn din tal-aħħar. Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma' entitajiet f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f'livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f'dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

“Fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, il-korpi msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta' ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza tajba kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma' entitajiet f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f'livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f'dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

Emenda    410

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jużaw Fondi SIE sabiex jipprovdu kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) sabiex jattiraw investiment addizzjonali mis-settur privat.

1.  L-awtoritajiet ta' ġestjoni fl-Istati Membri rispettivi jistgħu jużaw Fondi SIE sabiex jipprovdu kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1), jekk dan għandu l-għan li jattira investiment addizzjonali mis-settur privat u jkompli jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Fondi SIE u għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Emenda    411

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' taqbeż il-25 % fejn tkun iġġustifikata kif xieraq mill-valutazzjoni ex ante, iżda ma għandhiex taqbeż il-50 %. L-appoġġ totali msemmi f'dan il-paragrafu għandu jinvolvi l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta' ekwità u ta' kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self iggarantit imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss Sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi SIE jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta' self ġdid.

2.  Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati u dawk fi tranżizzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' taqbeż il-15 % fejn tkun iġġustifikata kif xieraq mill-valutazzjoni ex ante jew mill-valutazzjoni preparatorja li saru mill-BEI skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, iżda ma għandhiex taqbeż it-30%. L-appoġġ totali msemmi f'dan il-paragrafu għandu jinvolvi l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta' ekwità u ta' kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self iggarantit imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss Sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi SIE jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta' self ġdid.

Emenda    412

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-rapportar mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 46 dwar operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji skont dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miżmuma mill-BEI għall-finijiet tar-rapportar tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament dwar il-FEIS, supplimentat mill-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Artikolu 46(2).

4.  Ir-rapportar mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 46 dwar operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji skont dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miżmuma mill-BEI għall-finijiet tar-rapportar tiegħu skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament dwar il-FEIS, supplimentat mill-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Artikolu 46(2). Ir-rekwiżiti skont dan il-paragrafu għandhom jippermettu li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta' rappurtar f'konformità mal-Artikolu 46(3) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    413

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tinkariga l-kompiti ta' implimentazzjoni lil istituzzjoni finanzjarja, li għandha tiftaħ kont fiduċjarju f'isimha jew f'isem l-awtorità ta' ġestjoni jew twaqqaf blokka ta' finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja għal kontribuzzjoni tal-programm. Fil-każ ta' blokka ta' finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta' programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni finanzjarja. L-assi miżmuma f'kontijiet fiduċjarji u blokok ta' finanzjament separati bħal dawn għandhom jiġu ġestiti skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali xierqa u għandu jkollhom il-likwidità xierqa.

(b)  tinkariga l-kompiti ta' implimentazzjoni lil korp, li għandu jew jiftaħ kont fiduċjarju f'ismu jew f'isem l-awtorità ta' ġestjoni jew iwaqqaf blokka ta' finanzjament separata fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja għal kontribuzzjoni tal-programm. Fil-każ ta' blokka ta' finanzjament separata, għandha ssir distinzjoni kontabilistika bejn ir-riżorsi ta' programm investiti fl-istrument finanzjarju u r-riżorsi l-oħrajn disponibbli fl-istituzzjoni finanzjarja. L-assi miżmuma f'kontijiet fiduċjarji u blokok ta' finanzjament separati bħal dawn għandhom jiġu ġestiti skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, skont regoli prudenzjali xierqa u għandu jkollhom il-likwidità xierqa.

Emenda    414

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), il-korpi msemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta' ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza tajba, kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe avviż formali minn din tal-aħħar. Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma' entitajiet f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f'livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f'dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

6.  Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), il-korpi msemmijin fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta' ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza tajba kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma' entitajiet f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f'livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f'dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

Emenda    415

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta jimplimentaw fondi ta' fondi, jistgħu jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji diment li dawk il-korpi jiżguraw taħt ir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 201(4) u 202(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta' proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta' interess.

7.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, meta jimplimentaw fondi ta' fondi, jistgħu jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji diment li dawk il-korpi jiżguraw taħt ir-responsabbiltà tagħhom li l-intermedjarji finanzjarji jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 201(4) u 202(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta' proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex jiġi evitat kunflitt ta' interess.

Emenda    416

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Meta l-awtoritajiet maniġerjali jikkontribwixxu riżorsi minn programm ta' Fondi SIE għal strument eżistenti skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), li l-maniġer tal-fond tiegħu diġà jkun intgħażel mill-BEI, mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li fihom huwa azzjonist Stat Membru, jew minn bank bi sjieda pubblika jew istituzzjoni finanzjarja, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 38(4)(b)(iii), għandhom jinkarigaw il-kompiti ta' implimentazzjoni lil dan il-maniġer tal-fond permezz tal-għoti ta' kuntratt dirett.

8.  Meta l-awtoritajiet maniġerjali jikkontribwixxu riżorsi minn programm ta' Fondi SIE għal strument eżistenti skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), li l-maniġer tal-fond jew l-intermedjarju finanzjarju tiegħu diġà jkun intgħażel mill-BEI, mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li fihom huwa azzjonist Stat Membru, jew minn bank bi sjieda pubblika jew istituzzjoni finanzjarja, stabbiliti bħala entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 38(4)(b)(iii), għandhom jinkarigaw il-kompiti ta' implimentazzjoni lil dan il-maniġer tal-fond jew intermedjarju finanzjarju permezz tal-għoti ta' kuntratt dirett.

Emenda    417

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  Fil-każ ta' strumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) li jieħdu l-forma ta' strument ta' garanziji, il-Fondi SIE jistgħu jikkontribwixxu għal segmenti subordinati u/jew intermedji tal-portafolli ta' self koperti wkoll mill-garanzija tal-Unjoni tal-FEIS.

12.  Fil-każ ta' strumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) li jieħdu l-forma ta' strument ta' garanziji, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Fondi SIE jikkontribwixxu, kif xieraq, għal segmenti differenti tal-portafolli ta' self koperti wkoll mill-garanzija tal-Unjoni tal-FEIS. Ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji minn investimenti jew mir-rilaxx ta' riżorsi impenjati għall-kuntratti ta' garanzija, inklużi ħlasijiet lura u dħul kapitali u qligħ jew rendimenti oħra, bħal imgħax, tariffi ta' garanzija, dividendi, qligħ kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat mill-investimenti, li jistgħu jiġu attribwiti lill-kontribuzzjoni mill-Fondi SIE, għandhom jerġgħu jintużaw b'konformità mal-objettivi tal-Fondi SIE rispettivi biex isostnu l-azzjonijiet u r-riċevituri finali b'mod konsistenti mal-programm(i) li minnu/minnhom isiru tali kontribuzzjonijiet.

Emenda    418

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 39a – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.  Għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, jistgħu jiġu stabbiliti prijorità separata u, għall-FAŻER, tip separat ta' operazzjoni, b'rata ta' kofinanzjament li tasal sa 100 %, fi ħdan programm sabiex jappoġġjaw l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

13.  Għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, jistgħu jiġu stabbiliti prijorità separata u, għall-FAEŻR, tip separat ta' operazzjoni, b'rata ta' kofinanzjament skont id-determinazzjoni tar-rati ta' kofinanzjament fl-Artikolu 120(3) b'żieda li tasal sa 15 %, fi programm sabiex jappoġġjaw l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-istrumenti finanzjarji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1).

Emenda    419

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet innominati rapporti ta' kontroll ma' kull applikazzjoni għal pagament. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet innominati wkoll b'rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni ta' dawn il-korpi.

Il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet innominati, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja, rapporti ta' kontroll u ta' prestazzjoni fir-rigward ta' kull applikazzjoni għal pagament u livell ta' rimborż lir-riċevituri finali tas-sena kalendarja preċedenti. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet innominati wkoll b'rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni ta' dawn il-korpi.

Ġustifikazzjoni

Il-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jenħtieġ li jkollhom responsabbiltajiet rigward il-kisba tar-riżultati u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FSIE, li jmexxuhom kif inhu mitlub mill-benefiċjarji ta' għotjiet jew minn maniġers oħra tal-istrumenti finanzjarji tal-FSIE.

Emenda    420

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni li jikkonċerna l-mudelli għar-rapporti ta' kontroll u r-rapporti annwali tal-awditjar tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni li jikkonċerna l-mudelli għar-rapporti ta' kontroll u r-rapporti annwali tal-awditjar tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Emenda    421

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-QEA għandha twettaq awditi tal-prestazzjoni tal-BEI jew ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra li fihom Stat Membru jkun azzjonist għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom u li jinvolvu r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni.

Emenda    422

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

15a.  Fl-Artikolu 41, il-punt c tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

(c)  applikazzjonijiet sussegwenti għal pagament interim ippreżentati waqt il-perjodu ta' eliġibbiltà għandhom isiru biss:

(c)  it-tieni applikazzjoni u applikazzjonijiet sussegwenti għal pagamenti interim ippreżentati waqt il-perjodu ta' eliġibbiltà għandhom isiru biss, meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagamenti interim ikun intefaq bħala nefqa eliġibbli skont it-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1)."

(i)  għat-tieni applikazzjoni għal pagament interim, meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagamenti interim intefaq bħala nefqa eliġibbli skont it-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1);

 

(ii)  għat-tielet applikazzjoni u dawk sussegwenti għal pagament interim, meta mill-inqas 85 % tal-ammonti inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagamenti interim intefaq bħala nefqa eliġibbli skont it-tifsira tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 42(1);

 

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-limitu jitnaqqas minn 85 % għal 60 % għat-tielet segment u dawk sussegwenti, peress li dan huwa wieħed mill-fatturi li jinfluwenzaw in-nuqqas ta' fondi f'nofs l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji nazzjonali. Tali emenda għandha żżid l-effiċjenza tal-Fond mil-lat ta' operat, ittaffi l-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali (peress li l-pagamenti għal dawn il-fondi jsiru ex ante mill-awtorità ta' ġestjoni) u tiżgura l-proċess bla xkiel tal-implimentazzjoni b'inqas riskju ta' waqfiet f'nofs il-proċess.

Emenda    423

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 42 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

15b.  Fl-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

Fil-każ ta' strumenti bbażati fuq l-ekwità mmirati lejn impriżi msemmija fl-Artikolu 37(4) li għalihom ġie ffirmat il-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 38(7) qabel il-31 ta' Diċembru 2017, li sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà investew tal-anqas 55 % tar-riżorsi tal-programmi impenjati fil-ftehim ta' finanzjament relevanti, ammont limitat ta' pagamenti għal investimenti f'riċevituri finali għandu jsir għal perjodu li ma jaqbiżx erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà jista' jitqies bħala infiq eliġibbli, meta jitħallas f'escrow account li ġie stabbilit speċifikament għal dak il-għan, sakemm ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati jiġu osservati u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti aktar 'l isfel.

''Fil-każ ta' strumenti bbażati fuq l-ekwità mmirati lejn impriżi msemmija fl-Artikolu 37(4) li għalihom ġie ffirmat il-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 38(7) qabel il-31 ta' Diċembru 2018, li sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà investew tal-anqas 55 % tar-riżorsi tal-programmi impenjati fil-ftehim ta' finanzjament relevanti, ammont limitat ta' pagamenti għal investimenti f'riċevituri finali għandu jsir għal perjodu li ma jaqbiżx erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà jista' jitqies bħala infiq eliġibbli, meta jitħallas f'escrow account li ġie stabbilit speċifikament għal dak il-għan, sakemm ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati jiġu osservati u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti aktar 'l isfel.''

Emenda    424

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 42 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Meta l-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 38(1) u mal-punti (a) u (b) tal-Artikol 38(4), dawn ma għandhomx jaqbżu l-livelli limitu ddefiniti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Filwaqt li l-kostijiet tal-ġestjoni għandhom jinkludu partiti tan-nefqa diretti jew indiretti rimborżati fejn tingħata evidenza ta' nefqa, it-tariffi tal-ġestjoni għandhom jirreferu għal prezz maqbul għas-servizzi pprovduti, stabbilit permezz ta' proċess tas-suq kompetittiv, fejn applikabbli. Il-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġija ta' kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni.;

Meta l-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni kif imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 38(1) u mal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4), dawn ma għandhomx jaqbżu l-livelli limitu ddefiniti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Filwaqt li l-kostijiet tal-ġestjoni għandhom jinkludu partiti tan-nefqa diretti jew indiretti rimborżati fejn tingħata evidenza ta' nefqa, it-tariffi tal-ġestjoni għandhom jirreferu għal prezz maqbul għas-servizzi pprovduti, stabbilit permezz ta' proċess tas-suq kompetittiv, fejn applikabbli. Il-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġija ta' kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni.;

Emenda    425

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 43a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-appoġġ mill-Fondi SIE għal strumenti finanzjarji investiti f'benefiċjarji finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta' garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi SIE, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta' investituri privati, kif ukoll mill-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati.

1.  L-appoġġ mill-Fondi SIE għal strumenti finanzjarji investiti f'benefiċjarji finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta' garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi SIE, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, kif ukoll mill-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati jew għal ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku.

Emenda    426

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 43a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ħtieġa u l-livell ta' trattament differenzjat kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fil-valutazzjoni ex ante.

imħassar

Emenda    427

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 43a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-inċentivi sabiex jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati. Ma għandux jikkumpensa b'mod eċċessiv lil investituri privati u lill-BEI meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017. L-allinjament tal-interess għandu jkun żgurat permezz ta' qsim xieraq tar-riskju u tal-profitt.

3.  It-trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ sabiex jinħolqu l-inċentivi sabiex jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati. Ma għandux jikkumpensa b'mod eċċessiv lil investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u lill-BEI meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017. L-allinjament tal-interess għandu jkun żgurat permezz ta' qsim xieraq tar-riskju u tal-profitt.

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali li anke l-banek promozzjonali nazzjonali u reġjonali jkunu koperti minn dan ir-regolament. Fil-Ġermanja pereżempju, l-istrumenti finanzjarji jiġu pproċessati kważi esklużivament permezz ta' banek promozzjonali. Il-proposta tal-Kummissjoni semmiet biss "investituri privati" (b'referenza għall-kunċett il-ġdid ta' għajnuna mill-Istat), filwaqt li r-regolament preċedenti semma' wkoll b'mod espliċitu "investituri pubbliċi skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq".

Emenda    428

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 43a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-trattament differenzjat ta' investituri privati għandu jkun bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.”

4.  It-trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq għandu jkun bla ħsara għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.”

Emenda    429

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 43a – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 149 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-definizzjoni ta' trattament differenzjat tal-investituri u kundizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni tat-trattament differenzjat tal-investituri.

Emenda    430

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn applikabbli, sabiex ikun kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi SIE għall-istrument finanzjarju li tirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk it-tali telf iseħħ minkejja l-immaniġġjar attiv ta' flus mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji.

(b)  fejn applikabbli, sabiex ikun kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi SIE għall-istrument finanzjarju li jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk it-tali telf iseħħ minkejja l-immaniġġjar attiv ta' flus.

Emenda    431

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 57 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21.  fl-Artikolu 57, jitħassar il-paragrafu 3;

imħassar

Emenda    432

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 22 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 58 – paragrafu 1 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

(f)  azzjonijiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni, isostnu n-networking, iwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni, iżidu l-għarfien u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' esperjenza, inkluż ma' pajjiżi terzi,

"(f)  azzjonijiet għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni, li jsostnu n-networking, iwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni dwar ir-riżultati u s-suċċessi li nkisbu bl-appoġġ tal-Fondi SIE, iqajmu kuxjenza u jippromwovu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma' pajjiżi terzi;"

Emenda    433

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 23 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 59 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1b.  0,25 % tal-flus disponibbli għall-assistenza teknika għandhom jintużaw biex jitwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni biex titqajjem kuxjenza u biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar ir-riżultati u s-suċċessi tal-proġetti appoġġati mill-Fondi SIE; tali attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom ikomplu sa erba' snin wara l-għeluq tal-proġett meta r-riżultati ta' proġett ikunu viżibbli b'mod ċar."

Emenda    434

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 61 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

23a.  Fl-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Dan l-Artikolu għandu japplika għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara li jitlestew. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, ‘dħul nett' ifisser moviment ta' flus 'il ġewwa mħallsa direttament mill-utenti għall-oġġetti jew servizzi provduti mill-operazzjoni, bħal pagamenti imġarrba direttament mill-utenti għall-użu tal-infrastruttura, il-bejgħ jew il-kiri ta' art jew bini, jew pagamenti għal servizzi mingħajr spejjeż operattivi u spejjeż tas-sostituzzjoni ta' tagħmir għal perijodu qasir imġarrba waqt il-perjodu korrispondenti. Iffrankar tal-ispejjeż operattivi ġġenerati mill-operazzjoni għandhom jiġu trattati bħala dħul nett sakemm ma jiġux ibbilanċjati bi tnaqqis ugwali f'sussidji operattivi.

"Dan l-Artikolu għandu japplika għal operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara li jitlestew. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, ‘dħul nett' ifisser moviment ta' flus 'il ġewwa mħallsa direttament mill-utenti għall-oġġetti jew servizzi provduti mill-operazzjoni, bħal pagamenti imġarrba direttament mill-utenti għall-użu tal-infrastruttura, il-bejgħ jew il-kiri ta' art jew bini, jew pagamenti għal servizzi mingħajr spejjeż operattivi u spejjeż tas-sostituzzjoni ta' tagħmir għal perjodu qasir imġarrba waqt il-perjodu korrispondenti. Iffrankar tal-ispejjeż operattivi ġġenerat mill-operazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' iffrankar tal-ispejjeż li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika, għandu jiġi trattat bħala dħul nett sakemm ma jiġix ibbilanċjat bi tnaqqis ugwali f'sussidji operattivi."

(CELEX:32013R1303)

Emenda    435

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 25 – punt b

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 65 – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Operazzjoni tista' tirċievi l-appoġġ minn wieħed jew aktar mill-Fondi SIE jew minn wieħed jew aktar mill-programmi u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, diment li n-nefqa ddikjarata f'applikazzjoni għal pagament għal wieħed mill-Fondi SIE ma tirċevix appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor, jew appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f'applikazzjoni għal pagament ta' Fond SIE jista' jiġi kkalkolat għal kull Fond SIE fuq bażi pro rata skont id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.”

11.  Operazzjoni tista' tirċievi l-appoġġ minn wieħed jew aktar mill-Fondi SIE jew minn wieħed jew aktar mill-programmi u minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, diment li n-nefqa ddikjarata f'applikazzjoni għal pagament għal wieħed mill-Fondi SIE tkun relatata ma' appoġġ differenti mill-appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor, jew appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor. L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f'applikazzjoni għal pagament ta' Fond SIE jista' jiġi kkalkolat għal kull Fond SIE fuq bażi pro rata skont id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.”

Emenda    436

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 26 – punt a – punt ii

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 67 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)   il-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż tal-operazzjonijiet rilevanti iżda li huwa bbażat fuq it-twettiq tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq tal-progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba tal-objettivi tal-programmi. Il-modalitajiet dettaljati dwar il-kundizzjonijiet ta' finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont is-setgħa pprovduta fil-paragrafu 5.

(e)   il-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż tal-operazzjonijiet rilevanti iżda li huwa bbażat fuq it-twettiq tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq tal-progress fl-implimentazzjoni jew il-kisba tal-objettivi tal-programmi. Il-modalitajiet dettaljati dwar il-kundizzjonijiet ta' finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont is-setgħa pprovduta fil-paragrafu 5a.

Emenda    437

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 26 – punt b

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 67 – paragrafu 2a – subparagrafu a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan il-paragrafu għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 152.

Emenda    438

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 26 – punt c – punt ii

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 67 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:

(ii)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 dwar id-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b'rata fissa msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-metodi relatati msemmijin fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u l-forma ta' appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

5a.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji jew tal-finanzjament b'rata fissa msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-metodi relatati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 5 u l-forma ta' appoġġ imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

Emenda    439

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 29 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 70 – paragrafu 1a – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi lil ċittadini jew negozji li jkopru t-territorju sħiħ ta' Stat Membru għandhom jitqiesu li jinsabu fiż-żoni tal-programm kollha fi ħdan Stat Membru. F'dawn il-każijiet, in-nefqa għandha tkun allokata liż-żoni tal-programm ikkonċernati fuq bażi prorata, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li mhumiex l-allokazzjoni tal-baġit għaż-żoni tal-programm.

1a.  L-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-forniment ta' servizzi lil ċittadini jew negozji li jkopru t-territorju sħiħ ta' Stat Membru għandhom jitqiesu li jinsabu fiż-żoni tal-programm kollha fi ħdan Stat Membru. F'dawn il-każijiet, in-nefqa għandha tkun allokata liż-żoni tal-programm ikkonċernati fuq bażi prorata, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi.

Emenda    440

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 29 – punt c

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 70 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  “2a. Għall-Fondi u għall-FEMS, meta l-operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm skont il-paragrafu 2 ikollhom benefiċċji kemm barra kif ukoll fi ħdan iż-żona tal-programm, in-nefqa għandha tiġi allokata għal dawn iż-żoni fuq bażi prorata abbażi ta' kriterji oġġettivi apparti l-allokazzjoni tal-baġit għaż-żoni tal-programm.”;

2a.  Għall-Fondi u għall-FEMS, meta l-operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm skont il-paragrafu 2 ikollhom benefiċċji kemm barra kif ukoll fi ħdan iż-żona tal-programm, in-nefqa għandha tiġi allokata għal dawn iż-żoni fuq bażi prorata abbażi ta' kriterji oġġettivi.

Emenda    441

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 36

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 98 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġetti għal limitu ta' 10 % tal-finanzjament tal-Unjoni għal kull assi ta' prijorità ta' programm operazzjonali, parti minn operazzjoni li għaliha l-kostijiet huma eliġibbli għal sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli applikati lil dak il-Fond, diment li t-tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u jkunu marbutin direttament magħha.”

Il-FEŻR u l-FSE jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġetti għal limitu ta' 10 % tal-finanzjament tal-Unjoni għal kull assi ta' prijorità ta' programm operazzjonali, parti minn operazzjoni li għaliha l-kostijiet huma eliġibbli għal sostenn mill-Fond l-ieħor abbażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati lil dak il-Fond, diment li t-tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-operazzjoni u jkunu marbutin direttament magħha.”

Emenda    442

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 37 – punt b

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 102 – paragrafu 6a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta r-reviżjoni tal-kwalità indipendenti ma tkunx innotifikat lill-Kummissjoni fi żmien 6 xhur mis-sottomissjoni ta' dik l-informazzjoni lill-esperti indipendenti jew meta l-valutazzjoni rilevanti tkun negattiva, in-nefqa korrispondenti għandha tiġi rtirata u d-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tiġi rettifikata kif xieraq.”;

Reviżjoni indipendenti tal-kwalità għandha tingħata fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' dik l-informazzjoni lill-esperti indipendenti. Meta tali reviżjoni ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tagħha jew meta l-valutazzjoni rilevanti tkun negattiva, in-nefqa korrispondenti għandha tiġi rtirata u d-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tiġi rettifikata kif xieraq.

Emenda    443

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 39

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 105 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

39.  fl-Artikolu 105(2), titħassar it-tieni sentenza;

39.  Fl-Artikolu 105(2), it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

 

"L-eżiti u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni konġunt jistgħu jwasslu għal rimborż biss jekk jinkisbu wara d-data tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunt imsemmi fl-Artikolu 107 u qabel it-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni definit f'dik id-deċiżjoni."

Emenda    444

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 40 – punt c

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 106 – subparagrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “(3) deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta' proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni skont l-assi ta' prijorità, fejn rilevanti.;

(3)  deskrizzjoni tal-proġetti jew tat-tipi ta' proġetti previsti, flimkien mat-tragwardi, fejn rilevanti, u l-miri għall-eżiti u r-riżultati marbutin mal-indikaturi komuni u speċifiċi skont l-assi ta' prijorità, fejn rilevanti.;

Emenda    445

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 40 – punt d

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 106 – subparagrafu 1 – punti 6 u 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-punti 6 u 7 jitħassru.

imħassar

Emenda    446

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 40 –punt ea (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 106 – subparagrafu 1 – punt 8 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jiżdied il-punt li ġej:

 

''(ca)  l-arranġamenti li jiżguraw it-tixrid ta' informazzjoni u komunikazzjoni fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni konġunt u l-Fondi."

Emenda    447

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 46

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 115 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Regoli dettaljati li jikkonċernaw il-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness XII.;

3.  Regoli dettaljati li jikkonċernaw l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-miżuri pubbliċi u tal-informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness XII.;

Emenda    448

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 47 – punt a

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 119 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“L-ammont tal-Fondi allokati għal għajnuna teknika għandu jiġi limitat għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati għal programmi operazzjonali fi żmien l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali fi Stat Membru tal-għan ta' Investiment għall-impjiegi u għat-tkabbir.

“L-ammont tal-Fondi allokati għal għajnuna teknika għandu jiġi limitat għal 4 % tal-ammont totali tal-Fondi allokati għal programmi operazzjonali fi żmien l-adozzjoni tal-programmi operazzjonali fi Stat Membru tal-għan ta' Investiment għall-impjiegi u għat-tkabbir. 0,25 % minnhom għandhom ikunu ddedikati għal attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, fil-livell tal-programm u tal-proġett u, fejn xieraq, kif definit fl-Artikolu 59.

Emenda    449

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 59a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 148 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

59a.  Fl-Artikolu 148, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Operazzjonijiet li fir-rigward tagħhom in-nefqa totali eliġibbli ma taqbiżx EUR 200000 għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, EUR 150000 għall-FSE jew EUR 100000 għall-FEMS, m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa finali tal-operazzjoni kompluta. Operazzjonijiet oħra m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed f'kull sena ta' kontabbiltà, mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa finali tal-operazzjoni kompluta. L-operazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal awditjar mill-Kummissjoni jew l-awtorità tal-awditjar f'ebda sena jekk diġà kien hemm awditjar f'dik is-sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, sakemm ir-riżultati tax-xogħol ta' awditjar imwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni għall-iskop li jaqdu l-kompiti rispettivi tagħhom."

“1.   Operazzjonijiet li fir-rigward tagħhom in-nefqa totali eliġibbli ma taqbiżx EUR 300 000 għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, EUR 200 000 għall-FSE jew EUR 150 000 għall-FEMS, m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa finali tal-operazzjoni kompluta. Operazzjonijiet oħra m'għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed f'kull sena ta' kontabbiltà, mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa finali tal-operazzjoni kompluta. L-operazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal awditjar mill-Kummissjoni jew l-awtorità tal-awditjar f'ebda sena jekk diġà kien hemm awditjar f'dik is-sena mill-QEA, sakemm ir-riżultati tax-xogħol ta' awditjar imwettaq mill-QEA għal dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni għall-iskop li jaqdu l-kompiti rispettivi tagħhom."

(CELEX:32013R1303)

Ġustifikazzjoni

Dan jinvolvi li jiżdiedu l-limiti li taħthom operazzjoni ma tkunx suġġetta għal aktar minn awditu wieħed (awditu uniku), qabel ma jiġu ppreżentati l-kontijiet tan-nefqa finali.

Emenda    450

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 59b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 149 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(59b)  Fl-Artikolu 149, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7), l-Artikolu 37(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(6), it-tieni, it-tielet, ir-raba' u s-seba' subparagrafi tal-Artikolu 61(3), l-Artikoli 63(4) u 64(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1), ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), l-Artikolu 127(7) u (8), u l-Artikolu 144(6) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni minn 21 ta’ Diċembru 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020."

“2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7), l-Artikolu 37(13), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikolu 42(6), l-Artikolu 43a(4a), it-tieni, it-tielet, ir-raba' u s-seba' subparagrafi tal-Artikolu 61(3), l-Artikoli 63(4), 64(4) u 67(5a), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1), ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8), l-Artikolu 125(9), l-Artikolu 127(7) u (8), u l-Artikolu 144(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni mill-21 ta' Diċembru 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020."

Emenda    451

Proposta għal regolament

Artikolu 265 – paragrafu 1 – punt 60

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 152 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta sejħa għal proposta titnieda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS li jemenda dan ir-Regolament, l-awtorità maniġerjali (jew il-kumitat tal-monitoraġġ għall-programmi skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea) tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 67(2a) għal massimu ta’ 6 xhur