Proċedura : 2016/0338(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0225/2017

Testi mressqa :

A8-0225/2017

Dibattiti :

PV 05/07/2017 - 19
CRE 05/07/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2017 - 11.9
CRE 06/07/2017 - 11.9

Testi adottati :

P8_TA(2017)0314

RAPPORT     *
PDF 915kWORD 96k
14.6.2017
PE 599.632v01-00 A8-0225/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0686 – C8-0035/2017 – 2016/0338(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Michael Theurer

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0686 – C8-0035/2017 – 2016/0338(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0686),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0035/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015(1) u tas-6 ta' Lulju 2016(2) dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0225/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill iqis il-possibbiltà ta' tneħħija gradwali tal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati(3) wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva proposta u b'hekk jissaħħaħ l-approċċ ikkoordinat tal-Unjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sitwazzjonijiet, li fihom Stati Membri differenti jintaxxaw l-istess introjtu jew kapital darbtejn jistgħu joħolqu ostakoli tat-taxxa serji għan-negozji li joperaw bejn il-fruntieri. Minbarra li joħolqu piż tat-taxxa eċċessiv għan-negozji, x'aktarx jikkawżaw distorsjonijiet u ineffiċjenzi ekonomiċi kif ukoll impatt negattiv fuq l-investiment u t-tkabbir transfruntiera.

(1)  Abbażi tal-prinċipju ta' tassazzjoni ġusta u effettiva, il-kumpaniji kollha jridu jħallsu s-sehem tagħhom f'dak li jirrigwarda taxxi fejn huma ġġenerati profitti u qligħ, iżda t-tassazzjoni doppja u n-nontassazzjoni doppja jridu jiġu evitati. Sitwazzjonijiet, li fihom Stati Membri differenti jintaxxaw l-istess introjtu jew kapital darbtejn jistgħu joħolqu ostakoli tat-taxxa serji, b'mod speċjali għan-negozji żgħar u ta' daqs medju li joperaw bejn il-fruntieri bir-riżultat li jkollhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Minbarra li joħolqu piż tat-taxxa eċċessiv, nuqqas ta' ċertezza tad-dritt u spejjeż bla bżonn għan-negozji, x'aktarx jikkawżaw distorsjonijiet u ineffiċjenzi ekonomiċi. Barra minn hekk, huma għandhom impatt negattiv fuq l-investiment u t-tkabbir transfruntiera.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fil-25 ta' Novembru 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, fejn huwa kkontesta l-utilità tal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati1a ("il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni") u kkunsidra li dan l-istrument jenħtieġ li jkun riorganizzat u jsir aktar effiċjenti, jew sostitwit b'mekkaniżmu tal-UE għas-soluzzjoni tat-tilwim bi proċeduri ta' ftehim reċiproku aktar effettiv. Fis-6 ta' Lulju 2016, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, li fiha enfasizza li l-istabbiliment ta' qafas ta' żmien ċar għall-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim huwa essenzjali għat-titjib tal-effettività tas-sistemi.

 

___________

 

1a ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Fis-16 ta' Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa korporattiva fi ħdan l-Unjoni, fejn stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni għat-titjib tat-tilwim transfruntier dwar it-tassazzjoni fl-Unjoni, b'attenzjoni mhux biss għal każijiet ta' tassazzjoni doppja iżda wkoll għan-nontassazzjoni doppja. Huwa talab ukoll li jkun hemm regoli aktar ċari, skedi ta' żmien aktar stretti u aktar trasparenza.

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  It-tentattivi għall-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja spiss wasslu għal "nontassazzjoni doppja", fejn permezz tal-prattika tal-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, il-kumpaniji rnexxielhom ikollhom il-profitti tagħhom intaxxati f'dawk l-Istati Membri li għandhom it-taxxi korporattivi qrib iż-żero. Dik il-prattika kontinwa xxekkel il-kompetizzjoni, tagħmel ħsara lill-intrapriżi domestiċi u ddgħajjef it-tassazzjoni, għad-detriment tat-tkabbir u l-impjiegi.

Emenda     5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li l-mekkaniżmi disponibbli fl-Unjoni jassiguraw is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja u l-eliminazzjoni effettiva tat-tassazzjoni doppja involuta.

(2)  Il-proċeduri attwali għas-soluzzjoni tat-tilwim huma twal wisq, għaljin u spiss ma jwasslux għal ftehim, b'xi każijiet ma jirċievu l-ebda rikonoxximent. Xi negozji attwalment jaċċettaw it-tassazzjoni doppja minflok ma jonfqu l-flus u jinvestu l-ħin fi proċeduri ta' piż biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li l-mekkaniżmi disponibbli fl-Unjoni jassiguraw soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja li hija effettiva, rapida u infurzabbli u l-eliminazzjoni effettiva u fil-ħin tat-tassazzjoni doppja involuta, b'komunikazzjoni regolari u effettiva lill-kontribwenti.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-mekkaniżmi attwalment eżistenti previsti fi trattati bilaterali dwar it-taxxa, ma jiksbux il-provvediment ta' ħelsien sħiħ mit-tassazzjoni doppja fil-ħin fil-każijiet kollha. Il-Konvenzjoni eżistenti dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (90/436/KEE)7("il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni") għandha kamp ta' applikazzjoni limitat billi tapplika biss għat-tilwim dwar l-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni tal-profitt lil stabbilimenti permanenti. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ imwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni żvela xi nuqqasijiet importanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura u t-tul u l-konklużjoni effettiva tal-proċedura.

(3)  Il-mekkaniżmi attwalment eżistenti previsti fi trattati bilaterali dwar it-tassazzjoni doppja, ma jiksbux il-provvediment ta' ħelsien sħiħ mit-tassazzjoni doppja fil-ħin fil-każijiet kollha. Il-mekkaniżmi previsti f'dawk it-trattati huma, fil-maġġoranza tal-każijiet, twal, għaljin, diffiċli biex jiġu aċċessati u mhux dejjem iwasslu għal ftehim. Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni għandha kamp ta' applikazzjoni limitat billi tapplika biss għat-tilwim dwar l-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni tal-profitt lil stabbilimenti permanenti. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ imwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni żvela xi nuqqasijiet importanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura, nuqqas ta' rimedji ġuridiċi, it-tul u n-nuqqas ta' konklużjoni finali vinkolanti effettiva tal-proċedura. Dawn in-nuqqasijiet jirrappreżentaw ostaklu għall-investiment u jenħtieġ li jiġu eliminati.

_________________

 

7 ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.

 

Emenda     7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex jiġi ffurmat ambjent tat-taxxa ġust, ċar u stabbli u biex jitnaqqas it-tilwim dwar it-tassazzjoni fi ħdan is-suq intern, tal-inqas, hija meħtieġa xi konverġenza minima fil-politiki dwar it-taxxa korporattiva. L-introduzzjoni ta' bażi komuni kkonsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) kif proposta mill-Kummissjoni1a hija l-aktar mod effettiv biex jiġi eliminat ir-riskju ta' tassazzjoni korporattiva doppja.

 

______________

 

1a Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683).

Emenda     8

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar ġust, jeħtieġ li jittejbu r-regoli dwar it-trasparenza u li jissaħħu l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa. Fl-istess ħin fl-ispirtu ta' sistema ta' tassazzjoni ġusta, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-kontribwenti ma jiġux intaxxati darbtejn fuq l-istess introjtu u li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu komprensivi, effettivi u sostenibbli. Huwa neċessarju wkoll it-titjib fil-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja sabiex iwieġeb għar-riskju ta' żieda fl-għadd ta' tilwim dwar it-tassazzjoni doppja jew it-tassazzjoni multipla fir-rigward ta' ammonti kbar potenzjali minħabba prattiki ta' awditjar aktar regolari u ffukati stabbiliti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

(4)  Sabiex jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar ġust għall-intrapriżi attivi fl-Unjoni, jeħtieġ li jittejbu r-regoli dwar it-trasparenza u li jissaħħu l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa kemm fil-livell nazzjonali, dak tal-Unjoni u globalment. L-evitar tan-nontassazzjoni doppja jrid jibqa' prijorità tal-Unjoni. Fl-istess ħin fl-ispirtu ta' sistema ta' tassazzjoni ġusta, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-kontribwenti ma jiġux intaxxati darbtejn fuq l-istess introjtu u li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu komprensivi, effettivi u sostenibbli. Huwa vitali wkoll it-titjib fil-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja sabiex iwieġeb għar-riskju ta' żieda fl-għadd ta' tilwim dwar it-tassazzjoni doppja jew it-tassazzjoni multipla fir-rigward ta' ammonti kbar potenzjali minħabba prattiki ta' awditjar aktar regolari u ffukati stabbiliti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għalhekk, -introduzzjoni ta' qafas effettiv u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa, li jassigura ċ-ċertezza tad-dritt u ambjent favorevoli għan-negozju u għall-investimenti, hija azzjoni kruċjali sabiex tinkiseb sistema tat-taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-Unjoni. Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja għandhom joħolqu wkoll qafas armonizzat u trasparenti għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet dwar it-tassazzjoni doppja u b'hekk jipprovdu benefiċċji għall-kontribwenti kollha.

(5)  Għalhekk, introduzzjoni ta' qafas effettiv u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa, li jassigura ċ-ċertezza tad-dritt u li jappoġġja l-investimenti, hija azzjoni kruċjali sabiex tinkiseb sistema tat-taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddedikaw livell adegwat ta' riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji lill-awtoritajiet kompetenti għal dan il-għan.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-Unjoni għandha l-potenzjal li ssir mudell u mexxej globali f'termini ta' trasparenza u koordinazzjoni fiskali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja joħolqu wkoll qafas armonizzat u trasparenti għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet dwar it-tassazzjoni doppja u b'hekk jipprovdu benefiċċji lill-kontribwenti kollha. Sakemm ma jkunx ippruvat mill-kontribwenti kkonċernati li xi informazzjoni sensittiva kummerċjali, industrijali jew professjonali fid-deċiżjoni jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata, id-deċiżjonijiet kollha finali jenħtieġ li jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom u jkunu disponibbli mill-Kummissjoni f'format ta' dejta komuni anke fuq paġna web amministrata b'mod ċentrali. Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet finali hija fl-interess pubbliku peress li ttejjeb il-fehim ta' kif ir-regoli jenħtieġ li jiġu interpretati u applikati. Din id-Direttiva tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha biss meta regoli simili jiġu implimentati wkoll f'pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ ukoll it-twaqqif ta' mekkaniżmi vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwim anke fil-livell internazzjonali.

Emenda     11

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jenħtieġ li qafas aktar effettiv u effiċjenti jinkludi l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jipproponu mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim li jqisu aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs") u li jistgħu jirriżultaw f'inqas spejjeż, inqas burokrazija, aktar effiċjenza u l-eliminazzjoni aktar rapida tat-tassazzjoni doppja.

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja għandha tinkiseb permezz ta' proċedura li bħala l-ewwel pass, il-każ jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li t-tilwima tiġi solvuta permezz tal-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku. Jekk ma jintlaħaqx ftehim f'perjodu ta' żmien speċifiku, , il-każ għandu jiġi ppreżentat lil Kummissjoni Konsultattiva jew lil Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, magħmula kemm minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati kif ukoll minn persuni indipendenti ta' reputazzjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jieħdu deċiżjoni vinkolanti finali b'referenza għall-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

(6)  L-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja għandha tinkiseb permezz ta' proċedura li hija sempliċi biex tużaha. Bħala l-ewwel pass, il-każ jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li t-tilwima tiġi solvuta permezz tal-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku. Jekk ma jintlaħaqx ftehim f'perjodu ta' żmien speċifiku, , il-każ għandu jiġi ppreżentat lil Kummissjoni Konsultattiva jew lil Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, magħmula kemm minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati kif ukoll minn persuni indipendenti ta' reputazzjoni li isimhom ser jidher fuq lista ta' persuni indipendenti ta' reputazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jieħdu deċiżjoni vinkolanti finali b'referenza għall-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-proċedura prevista f'din id-Direttiva għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja tikkonsisti minn, fost possibilitajiet oħra, soluzzjoni tat-tilwim għall-kontribwent. Dan jinkludi proċeduri ta' ftehim reċiproku skont konvenzjonijiet ta' ftehim bilaterali dwar it-taxxa doppja jew skont il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim stipulata f'din id-Direttiva tingħata prijorità fuq il-possibilitajiet l-oħra, peress li din tipprovdi approċċ ikkoordinat madwar l-Unjoni kollha, li jinkludi regoli ċari u infurzabbli, obbligu li tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja u perjodu ta' żmien speċifiku.

Emenda     14

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Fil-preżent, mhuwiex ċar kif din id-Direttiva tirrelata ma' dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-arbitraġġ fi ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa u l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tal-Unjoni eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkjarifika dawk ir-relazzjonijiet sabiex il-kontribwenti jkunu jistgħu, jekk applikabbli, jagħżlu l-proċedura l-aktar adatta għall-iskop tagħhom.

Emenda     15

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Numru kbir ta' każijiet ta' tassazzjoni doppja jinvolvu pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timpenja ruħha sabiex toħloq qafas globali, preferibbilment fil-kuntest tal-OECD. Sakemm dan il-qafas tal-OECD ikun twettaq, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmira għal proċedura ta' ftehim vinkolanti obbligatorja, minflok dik volontarja attwali, għall-każijiet kollha ta' tassazzjoni doppja transfruntiera potenzjali.

Emenda     16

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi estiż mill-aktar fis possibbli. Id-Direttiva tipprovdi biss qafas għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar it-tassazzjoni doppja tal-profitti tan-negozju. It-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja fuq l-introjtu, bħal pensjonijiet u salarji, ma tressaqx taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, filwaqt li l-impatt fuq individwi jista' jkun sinifikanti. Interpretazzjoni differenti ta' ftehim dwar it-taxxa mill-Istati Membri tista' twassal għal tassazzjoni doppja ekonomika, pereżempju jekk Stat Membru wieħed jinterpreta sors ta' introjtu bħala salarju filwaqt li l-Istat Membru l-ieħor jinterpreta l-istess sors ta' introjtu bħala profitt. Għalhekk, id-differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tassazzjoni fuq l-introjtu jenħtieġ li jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda     17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva wara perjodu ta' ħames snin u l-Istati Membri għandhom jipprovdu input xieraq lill-Kummissjoni biex jappoġġaw din ir-reviżjoni,

(11)  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva wara perjodu ta' ħames snin, inkluża valutazzjoni dwar jekk id-Direttiva jenħtieġ li tkompli tiġi applikata jew emendata. L-Istati Membri għandhom jipprovdu input xieraq lill-Kummissjoni biex jappoġġaw din ir-reviżjoni. Fit-tmiem tar-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża valutazzjoni tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, biex jiġu koperti s-sitwazzjonijiet ta' tassazzjoni doppja transfruntiera kollha u n-nontassazzjoni doppja u, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva ta' emenda.

Emenda     18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.

Emenda     19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f'tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati.

1.  Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f'tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jissottometti l-ilment liż-żewġ awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fl-istess waqt u jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tospita punt ċentrali ta' kuntatt fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b'informazzjoni ta' kuntatt aġġornata għal kull awtorità kompetenti u ħarsa ġenerali sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u t-trattati dwar it-taxxa applikabbli.

Emenda     20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonfermaw ir-riċevuta tal-ilment fi żmien xahar minn meta jirċievu l-ilment. Huma għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar ir-riċevuta tal-ilment.

2.  Kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma r-riċevuta tal-ilment bil-miktub u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien ġimagħtejn mir-riċevuta tal-ilment.

Emenda     21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem, l-indirizz, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa u informazzjoni oħra neċessarja għall-identifikazzjoni tal-kontribwent(i) li jkun(u) ippreżenta(w) l-ilment lill-awtoritajiet kompetenti u ta' kwalunkwe kontribwent ieħor direttament affettwat;

(a)  l-isem, l-indirizz, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa u informazzjoni oħra neċessarja għall-identifikazzjoni tal-kontribwent(i) li jkun(u) ippreżenta(w) l-ilment lill-awtoritajiet kompetenti u ta' kwalunkwe kontribwent ieħor direttament affettwat skont l-aħjar għarfien tal-ilmentatur;

Emenda     22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli;

imħassar

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt e – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  impenn mill-kontribwent li jwieġeb bl-aktar mod sħiħ u malajr possibbli għat-talbiet xierqa kollha li jsiru minn awtorità kompetenti u li jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti;

(iii)  impenn mill-kontribwent li jwieġeb bl-aktar mod sħiħ u malajr possibbli għat-talbiet xierqa kollha li jsiru minn awtorità kompetenti u li jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti bl-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta għal kwalunkwe restrizzjoni ta' aċċess għad-dokumenti mitluba u kwalunkwe dewmien ta' żmien estern;

Emenda     24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika mitluba mill-awtoritajiet kompetenti.

(f)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika mitluba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għat-tilwim dwar it-tassazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta' kontribwent fi żmien sitt xhur minn meta jirċevuh. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom.

5.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta' kontribwent fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-ilment u jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bil-miktub bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien xahrejn.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fi żmien sentejn, li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta' wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fi żmien sena, li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta' wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sitt xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Il-perjodu ta' sena msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Emenda     28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.

3.  Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha, fi żmien ħamest ijiem, tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata immedjatament irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda     29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim.

4.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fi żmien xaharejn fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim u tinforma lill-kontribwenti bl-għażliet tagħhom għall-appell, bl-informazzjoni ta' kuntatt rilevanti għall-korpi tal-appell.

Emenda     30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta' tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1).

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta' tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-ilment.

Emenda     31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien sitt xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud.

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien tliet xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud u l-kontribwent għandu jkun innotifikat fi żmien xahar minn dak il-perjodu ta' tliet xhur.

Emenda     32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'każ ta' ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali.

3.  F'każ ta' ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali. Il-kontribwent huwa intitolat iressaq ilment quddiem kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti li lilha jsir l-appell għandha tinforma lill-awtorità kompetenti l-oħra dwar l-eżistenza tal-appell u ż-żewġ awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw meta jipproċessaw l-appell. Fil-każ ta' SMEs, jekk l-appell jintlaqa', il-piż finanzjarju għandu jitħallas mill-awtorità kompetenti li inizjalment ċaħdet l-ilment.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien sitt xhur mid-data ta' notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B'inadempjenza ta' kwalunkwe deċiżjoni notifikata fil-perjodu ta' sitt xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud.

2. Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B'inadempjenza ta' kwalunkwe deċiżjoni notifikata fi ħdan il-perjodu ta' tliet xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta' ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta' sentejn previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment.

Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta' ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta' sena previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment.

Emenda     35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati meta dawn ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 4(1).

3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tressaq opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13(1).

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu ta' sitt xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1.

4. Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-perjodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2.

Emenda     38

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta' reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista' jitlob lill-qorti kompetenti f'dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4).

Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta' reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista' jitlob lill-qorti kompetenti f'dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4) fi żmien tliet xhur.

Emenda     39

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista' jitlob lill-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi. Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni maħtura b'dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4).

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista' jitlob lill-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dettalji tal-qrati kompetenti ta' kull Stat Membru disponibbli b'mod ċar f'punt ta' informazzjoni ċentrali fuq is-sit web tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni maħtura b'dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4).

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta' Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' ħamsin jum imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.

2.  Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta' Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta' dak il-perjodu.

Emenda     41

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant. Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f'każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f'dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.

3.  Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant fi żmien xahar. Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta' arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f'każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f'dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F'każ ta' ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.

Emenda     42

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna jew żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni li għandhom jinħatru minn kull awtorità kompetenti mil-lista ta' persuni msemmija fil-paragrafu 4.

(c)  persuna jew żewġ persuni indipendenti ta' reputazzjoni li għandhom jinħatru minn kull awtorità kompetenti mil-lista ta' persuni msemmija fil-paragrafu 4, esklużi l-persuni proposti mill-Istati Membri tagħhom stess.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jaħtru r-rappreżentanti kif imsemmi fil-punt (b) fuq bażi permanenti.

Emenda     44

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta dik il-persuna jkollha jew ikun kellha parteċipazzjoni importanti f'wieħed jew f'kull wieħed mill-kontribwenti, jew tkun jew kienet impjegata jew konsulenta ta' wieħed jew ta' kull wieħed mill-kontribwenti;

(b)  meta dik il-persuna jew xi ħadd fil-familja ta' dik il-persuna jkollha jew ikun kellha parteċipazzjoni importanti f'wieħed jew f'kull wieħed mill-kontribwenti, jew tkun jew kienet impjegata jew konsulenta ta' wieħed jew ta' kull wieħed mill-kontribwenti;

Emenda     45

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni. Huma jridu jkunu kompetenti u indipendenti.

Il-persuni indipendenti ta' reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta' Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni, preferibbilment uffiċjali u impjegati taċ-ċivil li jaħdmu fil-qasam tal-liġi tat-taxxa jew membri ta' Qorti Amministrattiva. Huma jridu jkunu kompetenti, indipendenti, imparzjali u ta' integrità għolja.

Emenda     46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista' jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta' interess tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista' jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta' interess tagħhom. Tali informazzjoni għandha tiġi aġġornata f'każ ta' bidliet fil-curriculum vitae tal-persuni indipendenti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti.

Emenda     47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tivverifika l-informazzjoni riferuta fit-tielet subparagrafu li tikkonċerna l-persuni indipendenti ta' reputazzjoni nnominati mill-Istati Membri. Kontrolli bħal dawn għandhom isiru fi żmien tliet xhur minn meta tiġi riċevuta l-informazzjoni mingħand l-Istat Membru. Fejn il-Kummissjoni jkollha dubji dwar l-indipendenza tal-persuni nnominati, hi tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali u, jekk id-dubji jippersistu, tista' titlob lill-Istat Membru biex ineħħi lil dik il-persuna mil-lista u jaħtar lil xi ħadd ieħor.

Emenda     48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-lista ta' persuni indipendenti ta' reputazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda     49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13.

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13. Madankollu, l-użu tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandu jibqa' kemm jista' jkun eċċezzjonali.

Emenda     50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista' tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor ta' soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima.

2.  Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista' tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor effettiv u rikonoxxut ta' soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima.

Emenda     51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta' Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

4.  L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta' Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, dment li l-indipendenza tal-persuni maħtura biex isolvu t-tilwim u n-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess huma żgurati.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta' ħamsin jum kalendarju kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej:

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta' xahar kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej:

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta' Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta' Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' skadenza tal-ħamsin jum kalendarju prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta' Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta' Funzjonament.

3.  Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta' Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta' Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' skadenza tal-perjodu ta' xahar prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta' Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta' residenza jew ta' stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta' Funzjonament.

Emenda     55

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

1.  Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita.

1.  Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita.

Emenda     57

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta' trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD.

2.  Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta' trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD u l-aktar Konvenzjoni Mudell reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tassazzjoni.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi żmien sitt xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja.

1.  Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja.

Emenda     59

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta ma jiġix innotifikat bid-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta' tletin jum kalendarju, il-kontribwent jista' jappella fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta kontribwent ma jiġix innotifikat b'dik id-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta' tletin jum, dak il-kontribwent jista' jappella fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta' ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim ma għandhiex twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet.

2.  Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta' ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim għanda twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-ebda sanzjoni ma tiġi imposta fuq il-kontribwent fil-kuntest tal-istess kwistjonijiet sakemm tittieħed deċiżjoni vinkolanti.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 3(5);

(a)  it-tliet xhur imsemmija fl-Artikolu 3(5);

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-sentejn imsemmija fl-Artikolu 4(1);

(b)  is-sena msemmija fl-Artikolu 4(1);

Emenda     63

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim f'każijiet ta' frodi tat-taxxa, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi.

6.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim f'każijiet ta' frodi tat-taxxa stabbiliti minn sentenza legalment valida fi proċeduri kriminali jew amministrattivi, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi fl-istess kwistjoni.

Emenda     64

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 soġġett għall-kunsens ta' kull wieħed mill-kontribwenti kkonċernati.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 b'mod komplet. Madankollu, f'każ li wieħed mill-kontribwenti jilmenta li xi punti speċifiċi fid-deċiżjoni huma informazzjoni sensittiva kummerċjali, industrijali jew professjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn l-argumenti u għandhom jippubblikaw kemm jistgħu mid-deċiżjoni filwaqt li jħassru l-partijiet sensittivi. Filwaqt li jħarsu d-drittijiet kostituzzjonali tal-kontribwenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni, li l-pubblikazzjoni tagħha tkun se tiżvela b'mod ċar u evidenti informazzjoni sensittiva industrijali u kummerċjali lill-kompetituri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-akbar trasparenza possibbli permezz tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali.

Emenda     65

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta kontribwent ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali fl-intier tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw astratt tad-deċiżjoni finali b'deskrizzjoni tal-kwistjoni u s-suġġett, id-data, il-perjodi tat-taxxa involuti, il-bażi legali, is-settur tal-industrija u deskrizzjoni fil-qosor tal-eżitu finali.

imħassar

Emenda     66

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tiġi ppubblikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-kontribwenti l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata skont l-ewwel subparagrafu. Fuq talba ta' kontribwent, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jippubblikaw informazzjoni li tirrigwarda kwalunkwe sigriet kummerċjali, tan-negozju, industrijali jew professjonali jew proċess kummerċjali, jew li tmur kontra l-ordni pubbliku.

imħassar

Emenda     67

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3.

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli f'format ta' dejta użat komunement fuq paġna web amministrata b'mod ċentrali.

Emenda     69

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi biss l-ismijiet ta' dawk il-persuni.

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn f'format ta' dejta miftuħa u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta' reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi l-ismijiet, l-affiljazzjonijiet u l-curriculum vitae ta' dawk il-persuni u l-informazzjoni relatata mal-kwalifiki u l-esperjenza prattika tagħhom, akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet rigward kwalunkwe kunflitt ta' interess.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 21a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21a

 

Reviżjoni

 

Sa ... [tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti, twettaq reviżjoni tal-applikazzjoni u l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza jekk Kumitat Konsultattiv ta' natura permanenti ("Kummissjoni Konsultattiva Permanenti") jżidx l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' riżoluzzjoni tat-tilwim.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva ta' emenda.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima 5 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Gewerbesteuer

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Anness I – taqsima 12 – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Imposta regionale sulle attività produttive

(1)

Testi adottati, P8_TA(2015)0408.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0310.

(3)

ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jenfasizza li n-negozji jridu jħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxa fejn huma jagħmlu l-profitti tagħhom, iżda li għandhom iħallsu t-taxxa darba biss. Attwalment, it-tassazzjoni doppja tirrappreżenta wieħed mill-ikbar ostakoli għas-Suq Uniku peress li toħloq ostakoli għal investimenti transfruntiera u għandha effett ħażin fit-tul fuq it-tkabbir. Madankollu, il-proċeduri attwali għas-soluzzjoni tat-tilwim fl-UE mhumiex effiċjenti biżżejjed. Uħud mill-kontribwenti jippreferu jaċċettaw it-tassazzjoni doppja milli jonfqu l-flus u jinvestu l-ħin fi proċeduri kkumplikati li ma jiggarantux deċiżjoni vinkolanti aħħarija li telimina t-tassazzjoni doppja. Il-Kummissjoni tindika li attwalment hemm madwar 900 tilwima dwar tassazzjoni doppja fl-UE b'EUR 10,5 biljuni f'riskju.

Ir-rapporteur ifakkar li, il-Parlament Ewropew, diġà fir-riżoluzzjoni tiegħu f'Novembru 2015, ikkunsidra li l-konvenzjoni ta' arbitraġġ għandha tiġi sostitwita b'mekkaniżmu tal-UE ta' soluzzjoni tat-tilwim bi proċeduri ta' ftehim reċiproku aktar effettivi. Barra minn hekk, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Lulju 2016, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-istabbiliment ta' qafas ta' żmien ċar għall-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim huwa fundamentali għat-titjib tal-effettività tas-sistemi. Għal dan il-għan, ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tindirizza t-talbiet preċedenti tal-Parlament Ewropew.

Ir-rapporteur jipproponi t-titjib ewlieni li ġej lit-test tal-Kummissjoni:

•  Ħafna drabi, l-awtoritajiet nazzjonali ma jkollhomx inċentivi biex jaġixxu malajr u jsolvu tilwim dwar it-tassazzjoni doppja kif muri minn numru ta' każijiet li damu għaddejjin għal sentejn jew saħansitra aktar minn hekk. B'hekk, ir-rapporteur jemmen li hemm lok konsiderevoli għal titjib fil-prestazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti u għalhekk jipproponi li jħaffef diversi stadji proċedurali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddedikaw livell adegwat ta' riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji.

•  Ir-rapporteur jenfasizza wkoll li persuni indipendenti maħtura bħala membri f'kummissjonijiet konsultattivi u kummissjonijiet għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, minbarra li jkunu kompetenti u indipendenti, iridu jkunu wkoll imparzjali u ta' integrità għolja.

•  Meta kontribwent jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja, ir-rapporteur iqis li hu importanti li ma jiġux imposti sanzjonijiet fuq il-kontribwent fir-rigward tal-istess kwistjonijiet sakemm tittieħed deċiżjoni vinkolanti.

•  Ir-rapporteur jenfasizza li l-Unjoni għandha l-potenzjal issir mudell u jkollha rwol ta' tmexxija fuq livell dinji f'termini ta' trasparenza fiskali. Sabiex jinħoloq qafas armonizzat u trasparenti tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim fir-rigward tat-tassazzjoni doppja huwa jipproponi li, minbarra l-pubblikazzjoni ta' mill-inqas sintesi tad-deċiżjonijiet aħħarin mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli wkoll fuq paġna web amministrata b'mod ċentrali għall-benefiċċju tal-kontribwenti kollha. Ir-rapporteur jemmen li dan jista' jwassal għal tnaqqis fin-numru totali ta' tilwim futur li jirriżulta mill-istess kwistjonijiet bejn l-istess Stati Membri.

•  Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva wara ħames snin fir-rigward tal-estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha sabiex tkopri s-sitwazzjonijiet kollha tat-tassazzjoni doppja (bħal taxxi indiretti, taxxi fuq id-dħul personali, taxxi fuq il-wirt, tassazzjoni tal-pensjonijiet okkupazzjonali). Fit-tmiem tar-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluża proposta leġiżlattiva li temenda.

•  Fl-istadju attwali, ir-rapporteur jipproponi li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-Gewerbesteuer Ġermaniża u għall-Imposta regionale sulle attività produttive Taljana li jistgħu jikkawżaw ukoll każijiet ta' tassazzjoni doppja.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur jixtieq jissottolinja l-importanza ta' sistema ta' tassazzjoni korporattiva ġusta u effettiva biex tħeġġeġ lin-negozji jaħsdu l-benefiċċji sħaħ tas-Suq Uniku.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2016)0686 – C8-0035/2017 – 2016/0338(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

16.2.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

1.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

1.3.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

6.12.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Michael Theurer

24.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.3.2017

3.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

8.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Philippe Lamberts, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel dos Santos, Bas Eickhout, Eva Kaili, Thomas Mann, Siegfried Mureşan, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Geier, Jens Gieseke, Seán Kelly, Arndt Kohn, Isabelle Thomas, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Data tat-tressiq

14.6.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck, Cora van Nieuwenhuizen

ECR

Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner

EFDD

Marco Valli

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Jens Gieseke, Danuta Maria Hübner, Esther de Lange, Othmar Karas, Seán Kelly, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Thomas Mann, Gabriel Mato, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Udo Bullmann, Manuel dos Santos, Jonás Fernández, Jens Geier, Roberto Gualtieri, Eva Kaili, Arndt Kohn, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Pedro Silva Pereira, Isabelle Thomas, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Philippe Lamberts, Ernest Urtasun

1

-

ENF

Marco Zanni

1

0

ENF

Bernard Monot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza