Proċedura : 2016/2250(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0226/2017

Testi mressqa :

A8-0226/2017

Dibattiti :

PV 05/07/2017 - 16
CRE 05/07/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2017 - 11.11
CRE 06/07/2017 - 11.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0316

RAPPORT     
PDF 682kWORD 76k
14.6.2017
PE 597.418v01-00 A8-0226/2017

dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE

(2016/2250(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Younous Omarjee

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Ir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jibqgħu parti integrali tal-UE, ġew rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE bħala dawk li għandhom status speċjali li jagħtu lill-UE l-kapaċità legali biex tadatta għalihom il-politiki, il-programmi u l-liġijiet tagħha. Hija l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat ukoll lil dan l-Artikolu permezz tas-sentenza tagħha tal-5 ta' Diċembru 2015 billi kkonfermat il-legalità sħiħa tal-approċċ għar-reġjuni ultraperiferiċi (RUP).

B'dan ir-rapport, il-Parlament Ewropew kellu jirrevedi l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349, janalizza kif l-adattament tal-politiki u l-leġiżlazzjonijiet Ewropej għar-RUP jista' jkun approfondit, u jpinġi perspettiva għal integrazzjoni aħjar u l-kunsiderazzjoni tar-RUP mill-Unjoni Ewropea.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Filwaqt li r-RUP huma kkunsidrati mill-Unjoni Ewropea, din il-kunsiderazzjoni tibqa' mhux kompluta, b'varjazzjonijiet kbar ħafna skont il-kunsiderazzjonijiet li joħorġu mid-Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni Ewropea, u għadha nieqsa ħafna mill-konsistenza. Il-bżonn tal-armonizzazzjoni u t-trasversalità tal-approċċ tar-RUP jidher meħtieġ fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Din l-armonizzazzjoni u din it-trasversalità huma għar-rapporteur u l-Parlament Ewropew aktar u aktar rilevanti li minnhom jiddependu kemm il-possibbiltajiet ta' suċċess kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-investimenti Ewropej fir-RUP.

Għall-Parlament Ewropew, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet kollha tagħha kif ukoll l-Istati Membri bil-pjattaformi neċessarji u l-bażi legali biex ikunu jistgħu jiftħu kapitolu ġdid Ewropew u ambizzjoni ġdida Ewropea biex jippromovu l-iżvilupp tar-Reġjuni Ultraperiferiċi.

L-analiżi reċenti mwettqa f'isem il-Kummissjoni Ewropea tal-POSEI (Programm ta' Opzjonijiet Speċifiċi għan-Natura Remota u Insulari) fil-qasam tal-agrikoltura, tikkumplimenta dan il-qari u min-naħa tagħha tibbaża r-rilevanza li jista' jkollu l-adattament ta' programm Ewropew għar-RUP u l-kapaċità tiegħu li finalment jilħaq l-objettivi stabbiliti mill-Politika Agrikola Komuni billi jgħaddi minn triq differenti.

Dan ir-rapport għalhekk jitlob lill-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Istati Membri kkonċernati u lir-Reġjuni Ultraperiferiċi biex jaġixxu flimkien biex jiżguraw li r-RUP ikunu integrati aħjar fl-Unjoni b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet proprji tagħhom. U biex jiżguraw ukoll li jinstabu soluzzjonijiet konkreti u l-adattamenti neċessarji sabiex jiġi żgurat l-aċċess tar-RUP għat-totalità tal-programmi orizzontali Ewropej, fuq l-eżempju ta' dak li huwa ddefinit b'mod ċar fl-Artikolu 349. Mhux aktar, mhux anqas.

L-assi tematiċi u l-proposti tar-rapport

Bosta assi u proġetti prijoritarji ta' azzjonijiet konkreti u immedjati li jridu jiġu implimentati, huma mressqa mill-Parlament Ewropew.

Billi jibda bil-politika agrikola, ir-rapport jissuġġerixxi li, filwaqt li jinżamm l-approċċ tar-RUP li jsib għeruqu fil-POSEI, jinstabu soluzzjonijiet li jippromwovuh aktar u aktar: (1) id-diversifikazzjoni agrikola bżonnjuża, (2) l-aħjar kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-setturi agrikoli msejħa tradizzjonali, b'mod partikolari mill-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, (3) il-promozzjoni ta' tikketti ta' oriġini u ta' kwalità, (4) il-kunsiderazzjoni tal-kwistjoni tat-tropikalità b'mod partikolari għall-materji kollha relatati mal-prodotti organiċi. Il-Parlament Ewropew jitlob ukoll għall-koerenza tal-politiki sabiex l-isforzi li jsiru mis-setturi agrikoli tar-RUP għall-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività ma jsibux ruħhom aktar mhedda mill-ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi;

Rigward il-politika kummerċjali u l-politika esterna tal-Unjoni, ir-rapport jinnota li għadd ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles dgħajfu s-setturi agrikoli tar-RUP. Il-Parlament Ewropew jitlob f'dan is-sens li, minn issa 'l quddiem, l-Unjoni trid tqis l-ispeċifiċitajiet u l-produzzjonijiet sensittivi tar-RUP qabel in-negozjati, u jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta wkoll l-impenn tagħha li twettaq studji tal-impatt.

Fir-rigward tas-sajd, it-tkabbir blu u d-dimensjoni marittima tal-UE, ir-rapport ifakkar fil-kontribut fundamentali li jirrappreżentaw ir-RUP. Iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) tar-RUP fil-fatt jirrappreżentaw 2 507 537 km² jew l-ekwivalenti tat-total taż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi kontinentali tal-Unjoni Ewropea; Wasal iż-żmien li l-Unjoni tirrikonoxxi d-dimensjoni marittima tagħha u tbiddel il-viżjoni li għandha tagħha nnifisha bħala entità kontinentali, biex tqis lilha nnifisha bħala l-qawwa marittima li hija tirrappreżenta, jiġifieri bħala l-qawwa marittima prinċipali fid-dinja. Għal dan l-għan, il-Parlament iqis li hu neċessarju li jaħdem favur l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd lokali u artiġjanali billi jimplimenta d-dispożizzjonijiet kollha rrakkomandati mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi, huwa jqis li huwa fl-istess ħin neċessarju li jmur lil hinn u joffri lill-Unjoni programm reali għat-tkabbir blu, għall-ġestjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra.

Fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni, filwaqt li jilqa' l-kontribut kruċjali li toffri din il-politika għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli tar-RUP u filwaqt li jikkonsolida din il-politika fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Parlament Ewropew fakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi aċċess speċifiku tar-RUP għall-Fondi Strutturali u li, f'dan ir-rigward, ir-RUP kollha għandhom jitqiesu bħala "r-reġjuni l-anqas żviluppati". Konxju tar-rwol fundamentali, u li għalih ma tapplikax is-sussidjarjetà, tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew jappella wkoll lil dawn tal-aħħar sabiex jimplimentaw bis-sħiħ minn qabel, b'mod partikolari f'termini ta' investiment fl-oqsma relevanti li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom, biex jassigura l-aqwa rendiment tal-fondi u l-politiki Ewropej fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Fir-rigward tal-politika fiskali, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat u s-suq komuni, ir-rapport ifakkar li l-Artikolu 107(3) tat-TFUE jistipula li għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tal-RUP minħabba s-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom, tista' titqies kompatibbli mas-suq intern, u li, minħabba d-distanza u ċ-ċokon tas-swieq, it-tisħiħ ta' eżenzjonijiet fil-qafas tal-liġi tal-kompetizzjoni miksuba abbażi ta' dan jew fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE u tal-Artikolu 42 tat-TFUE mhuwiex f'pożizzjoni li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u lanqas li jfixkel is-suq intern.

Fir-rigward tal-aċċess u l-parteċipazzjoni effettiva tar-RUP għall-programmi orizzontali li jkopru b'mod partikolari r-riċerka, l-ambjent, l-edukazzjoni, il-kultura, it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet, il-Parlament jikkunsidra li l-marġni ta' progress għadhom kbar wisq. Ir-rapport jitlob li l-kundizzjonijiet ta' aċċess speċifiċi għar-RUP ikunu definiti, sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom, u jitlob li l-Kummissjoni tibbaża dan fuq l-Artikolu 349. Ir-rapport jitlob ukoll l-integrazzjoni effettiva tar-RUP fin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni, integrazzjoni li sal-lum hija biss marġinali. Fir-rigward tal-ambjent, il-Parlament jikkunsidra li issa wasal iż-żmien biex jissaħħu l-programmi preparatorji implimentati u jiġu integrati b'mod effettiv ir-RUP Franċiżi fil-programmi Ewropej ta' protezzjoni tan-natura u li jiġu vvalutati b'mod konkret il-possibbiltajiet ta' applikazzjoni tal-programm Natura 2000 għar-RUP Franċiżi. Ir-rapporteur jinnota wkoll u jissottolinja li t-tipi kollha ta' RUP huma artijiet vulkaniċi u li f'dan is-sens jeżisti, flimkien ma' territorji vulkaniċi oħrajn tal-Ewropa, potenzjal Ewropew li jrid jitwettaq.

L-ispinta tal-ekonomija l-ġdida tar-RUP għandha tkun ħadra bħall-bijodiversità straordinarja tagħha, u blu bħall-oċeani tagħha.


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-Unjoni: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE

(2016/2250(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  Wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li t-Trattati għandhom japplikaw għall-Istati Membri u, fit-tieni paragrafu tiegħu, li l-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dawn it-trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 355, l-ewwel paragrafu, punt 1, tat-TFUE, kif emendat mid-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2010 li immodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (2010/718/UE) u dik tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (2012/419), li jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-Artikolu 349 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-TFUE, li jirrikonoxxi status partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi, jipprevedi l-adozzjoni ta' "miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni" u jiddisponi li jenħtieġ li dawn jikkonċernaw b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament "il-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta' materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet tal-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi oriżżontali tal-Unjoni",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE, li jipprevedi li l-għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-RUP tista' tkun kompatibbli mas-suq intern,

–  wara li kkunsidra t-Titolu XVIII tat-TFUE, li jassenja objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiddefinixxi l-istrumenti finanzjarji strutturali sabiex dan jintlaħaq,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-TFUE, li jiddisponi li l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha u skont il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-RUP,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha tiegħu dwar ir-RUP, u b'mod partikolari r-Rapport Nuno Teixeira tad-29 ta' Marzu 2012 dwar ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE fil-kuntest tal-Istrateġija "Ewropa 2020", u r-rapport ta' Younous Omarjee tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-Reġjuni Ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fondi strutturali tal-UE u programmi oħra tal-UE(1),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (POSEI) tal-15 ta' Diċembru 2016 (COM(2016)0797),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)(COM(2012) 0209),

  wara li kkunsidra l-Memorandum tal-5 ta' Marzu 1999 iffirmat f'Cayenne mir-reġjuni ultraperiferiċi, komplut mill-Memorandum Konġunt ta' Spanja, Franza, il-Portugall u r-reġjuni ultraperiferiċi, iffirmat f'Mejju 2010, li jipprevedi li l-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni ultraperiferiċi billi jittieħed vantaġġ minn diversi vantaġġi naturali u kulturali ta' dawn ir-reġjuni filwaqt li tippromwovi l-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs, tal-isħubija, tal-proporzjonalità u tal-koerenza tal-politiki Ewropej,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-XXI Konferenza tal-Presidenti tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, u l-memorandum konġunt tar-reġjuni ultraperiferiċi ffirmat fl-okkażjoni fl-okkażjoni tar-raba' forum tal-RUP tal-Unjoni mit-30 sal-31 ta' Marzu 2017 fi Brussell,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0226/2017),

A.  billi l-Artikolu 349 tat-TFUE jirrikonoxxi s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali partikolari tar-RUP, li tinsab strutturalment agħar minħabba fatturi (insularità, bogħod, superfiċje dgħajfa, żona u klima diffiċli, dipendenza fir-rigward ta' numru żgħir ta' produzzjonijiet...), li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bil-kbir l-iżvilupp tagħhom;

B.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja, li ltaqgħet fl-Awla Manja, fis-sentenza tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015 tat interpretazzjoni komprensiva lill-Artikolu 349 tat-TFUE;

C.  billi, f'din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma, b'mod partikolari, li l-atti li kellhom l-objettiv li jistabbilixxu miżuri speċifiċi għar-RUP jistgħu jiġu adottati fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349, li din il-bażi legali tippermetti l-eżenzjoni kemm mid-dritt primarju kif ukoll id-dritt sekondarju, u li l-lista ta' oqsma koperti mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 mhijiex eżawrjenti peress li "l-awturi tat-Trattat FUE ma kellhomx l-intenzjoni li jistabbilixxu lista eżawrjenti tat-tipi ta' miżuri li jistgħu jiġu adottati abbażi ta' dan l-Artikolu";

D.  billi fejn tidħol l-applikazzjoni tat-Trattati Ewropej għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-Artikoli 52 tat-TUE u l-Artikoli 349 u 355 tat-TFUE huma interkonnessi, u billi skont l-Artikolu 355, l-ewwel paragrafu, punt 1, tat-TFUE, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati huma applikabbli għar-reġjuni ultraperiferiċi, skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, u billi din ir-referenza "għat-Trattati" tinkludi l-leġiżlazzjoni sekondarja;

E.  billi l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jinqara flimkien ma' artikoli oħra tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 7, li jiddikjara li "l-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politiki u l-azzjonijiet differenti tagħha, filwaqt li titqies it-totalità tal-objettivi tagħha";

F.  billi l-prinċipju tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni jiġġustifikaw trattament differenti f'każ ta' sitwazzjonijiet differenti, sabiex fl-aħħar tiġi permessa l-ugwaljanza fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;

G.  billi l-objettiv tal-Artikolu 349 tat-TFUE huwa li jippermetti l-iżvilupp tar-RUP, l-inklużjoni tagħhom kemm fl-ispazju Ewropew kif ukoll fl-ispazju ġeografiku tagħhom stess, filwaqt li jiżgura li dawn jibbenefikaw minn politiki u, jekk ikun xieraq, miżuri speċifiċi adattati għar-realtajiet u l-ħtiġijiet tagħhom;

H.  billi r-RUP huma fil-pożizzjonijiet privileġġjati fil-qasam tal-ġeostrateġija u tar-riċerka marbuta mat-tibdil fil-klima u l-bijodiversità;

I.  billi skont l-istimi tal-Kummissjoni Ewropea, l-ekonomija blu tal-Unjoni tirrappreżenta madwar 5,4 miljun impjieg u valur miżjud gross ta' madwar EUR 500 biljun fis-sena;

1.  Ifakkar li l-Artikolu 7 tat-TUE jagħti lill-Kummissjoni r-rwol ta' gwardjan tat-Trattati; jenfasizza li r-RUP huma integrati għal kollox fl-Unjoni Ewropea u inkorporati fl-ordinament ġuridiku tagħha, billi s-sitwazzjoni speċifika tagħhom hija rikonoxxuta mit-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tat-TFUE li stabbilixxa prinċipju u dritt ta' adattament rilevanti tal-politiki differenti tal-Unjoni;

2.  Jenfasizza li, minkejja li tikkostitwixxi inkonvenjent serju minħabba l-periferiċità ġeografika tal-Unjoni tagħhom, ir-reġjuni ultraperiferiċi jibbenefikaw ukoll minn diversi vantaġġi kbar bħall-potenzjal ta' żvilupp tal-attivitajiet relatati mat-turiżmu, it-tkabbir blu, l-isfruttament ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli sinifikanti, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari, kif ukoll il-valorizzazzjoni tal-wirt rikk naturali tagħhom u l-bijodiversità konsiderevoli tagħhom;

3.  Iqis li l-Artikolu 349 tat-TFUE ntuża b'mod limitat u jista' jkun interpretat b'mod aktar innovattiv u pożittiv, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinħolqu programmi ad hoc u politiki ġodda speċifiċi, billi jiġu bbażati fuq il-vantaġġi tar-RUP, bl-għan li jingħataw il-mezzi biex jiġu sfruttati, b'mod partikolari fl-oqsma bħalma huma dawk tal-enerġija rinnovabbli, it-tkabbir blu, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-turiżmu sostenibbli, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-adattament għat-tibdil fil-klima; ifakkar, f'dan il-kuntest, ir-rwol li għandha l-Unjoni sabiex tippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi li jegħelbu d-diffikultajiet tagħhom u jisfruttaw il-vantaġġi tagħhom, iżda fl-istess ħin jenfasizza li huwa neċessarju li l-Istati Membri kkonċernati għandhom jassumu aktar responsabbiltajiet fir-rigward tal-użu tal-istrumenti Ewropej li jistgħu jgħinuhom jiggarantixxu l-iżvilupp sostenibbli tar-RUP;

Is-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE

4.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li s'issa l-artikoli tat-Trattati dwar ir-RUP ma ġewx implimentati għal kollox, u dan jillimita l-kapaċità ta' dawn ir-reġjuni li jisfruttaw il-potenzjal kollu tal-appartenenza tagħhom għall-Unjoni u jkunu aktar kompetittivi fiż-żona ġeografika tagħhom;

5.  Iqis li implimentazzjoni usa' tal-Artikolu 349 tat-TFUE twassal għal integrazzjoni aħjar tar-RUP fl-Unjoni kif ukoll għall-iżvilupp tagħhom u l-potenzjali proprja tagħhom fil-kunsiderazzjoni sħiħa tal-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet strutturali tagħhom imma wkoll tal-vantaġġi tagħhom;

6.  Ifakkar fil-volontà politika tal-leġiżlaturi waqt l-abbozzar tal-Artikolu 299, it-tieni subparagrafu, u mbagħad tal-Artikolu 349 tat-TFUE, li jistabbilixxu strateġija komprensiva bbażata fuq miżuri rilevanti ta' politiki u strumenti differenti;

7.  Ifakkar li l-Programm ta' Opzjonijiet Speċifiċi għan-Natura Remota u Insulari (POSEI) huwa programm li jqis għal kollox l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi grazzi għal regolament proprju, ibbażat fuq l-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 43(2), li jagħraf il-prinċipju doppju tal-appartenenza tar-RUP għall-Unjoni u tal-adattament sħiħ ta' politika Ewropea komuni għar-realtajiet tar-RUP u li, għalhekk, huwa kruċjali li tali programm jitkompla u li programmi POSEI ġodda li jfittxu politiki oħra tal-Unjoni jiġu previsti;

8.  Iqis li s-suċċess ta' POSEI huwa favur iż-żamma ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għar-RUP aktar milli d-dilwizzjoni tagħhom f'programmi Ewropej orizzontali;

9.  Jinnota li ħafna komunikazzjonijiet dwar ir-RUP ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea; jiddispjaċih għall-fatt li dawn l-istrateġiji differenti Ewropej għar-RUP, s'issa, ġew implimentati u konkretizzati biss b'mod parzjali;

10.  Jitlob li l-Kummissjoni tipproponi pjan ta' azzjoni, akkumpanjat, fejn xieraq, minn inizjattivi leġiżlattivi li jippermettu l-implimentazzjoni ta' strateġija koerenti u effikaċi fir-rigward tar-RUP, billi jsir użu sħiħ tal-possibbiltajiet offruti mill-Artikolu 349 tat-TFUE, speċjalment fir-rigward tal-ħolqien ta' programmi u politiki speċifiċi, partikolarment f'termini ta' innovazzjoni u investiment fit-tul, adattati għall-bżonnijiet tagħhom ta' żvilupp sostenibbli; jinsisti fuq il-bżonn li ssir ħidma f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali tar-RUP u l-partijiet ikkonċernati; jappella għaldaqstant lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet reġjonali tar-RUP, ħalli jiftħu kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet UE-RUP;

11.  Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni dwar strateġija mġedda għar-RUP, li għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn tmiem l-2017; jappella lill-Kummissjoni biex fl-istrateġija tagħha tinkludi approċċ dettaljat tar-RUP kif ukoll oqfsa strateġiċi mmirati lejn il-ħtiġijiet tal-investiment, flimkien ma' numru ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jinkisbu u jiġu evalwati; iħeġġeġ lil Franza, Spanja u l-Portugall biex jappoġġjaw aktar ir-RUP tagħhom;

12.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jippermetti lir-RUP jużaw għajnuna operatorja mhux limitata fiż-żmien, mhux digressiva u abbażi ta' proċeduri aktar flessibbli, sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali li jridu jaffaċċjaw; ifakkar li l-eżenzjonijiet japplikaw kemm għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll għall-għajnuna tal-Istat;

13.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-lonġevità tal-istrumenti, id-dispożizzjonijiet u l-eżenzjonijiet adottati biex tiġi żgurata l-istabbiltà li twassal għall-iżvilupp strutturali tar-RUP b'kunsiderazzjoni tal-evalwazzjonijiet imwettqa;

14.  Jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel rendikont preċiż tal-approċċ għar-RUP u teżamina s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' kull RUP biex tiggarantixxi twettiq aħjar tal-objettivi tal-politika ta' żvilupp reġjonali Ewropea, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mal-aġġustament tad-dewmien u l-iżvilupp sostenibbli, u dan bil-għan li r-RUP ikunu jistgħu joqorbu lejn il-livelli ta' żvilupp medju Ewropej;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tad-diversi direttorati ġenerali tagħha dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-RUP sabiex ikollhom trattament idoneu tal-problematika tar-RUP fil-politiki u l-istrateġiji Ewropej; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol kruċjali tas-Segretarjat Ġenerali biex jiżgura applikazzjoni korretta tal-Artikolu 349 tat-TFUE billi l-adattamenti tal-politiki tal-Unjoni Ewropea għall-karatteristiċi tar-RUP jeħtieġu li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-ogħla livell politiku;Il-politika agrikola

16.  Jilqa' r-rapport reċenti tal-Kummissjoni(4), li jikkonkludi li l-prestazzjoni globali tal-programmi POSEI (2006-2014) hija waħda pożittiva, iqis li dak il-programm jidher essenzjali għall-fini taż-żamma tal-produzzjonijiet tar-RUP u li huwa konformi mal-objettivi l-ġodda tal-politika agrikola komuni (PAK), u jirrakkomanda li jinżamm ir-regolament ta' bażi attwali filwaqt li madankollu wieħed iżomm f'moħħu li jistgħu jkunu meħtieġa attamenti baġitarji wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw b'mod serju l-produzzjonijiet tar-RUP;

17.  Iqis li l-POSEI kellha suċċess kbir mill-bidu tagħha;

18.  Jappoġġja l-konklużjoni tar-rapport li titlob li l-elementi bażiċi tal-POSEI jiġi konsolidati b'fokus partikolari fuq l-appoġġ speċifiku għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, sabiex jiġi evitat kull riskju li l-produzzjoni agrikola tiġi abbandunata, bil-konsegwenzi negattivi li dan jista' jkollu fuq tiegħu fuq l-impjiegi, l-ambjent u d-dimensjoni territorjali tar-RUP;

19.  Jikkunsidra li jenħtieġ li jingħata appoġġ aħjar għad-diversifikazzjoni tal-produzzjonijiet fir-RUP u li jiġu introdotti miżuri biex jiġu indirizzati kriżijiet tas-suq li jiltaqgħu magħhom setturi partikolari, partikolarment tat-tadam u tal-bhejjem, u li jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' produzzjonijiet żgħar bħal dawk relatati mal-prodotti tal-ħalib;

20.  Ifakkar li r-riformi suċċessivi tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (OKS) ma kkunsidrawx biżżejjed l-ispeċifiċitajiet tar-RUP, u jitlob li dawn jittieħed kont aħjar tagħhom fil-ġejjieni;

21.  Josserva li l-għajbien tal-kwoti u tal-prezzijiet iggarantiti li beda permezz tar-riforma tal-OKS taz-zokkor tal-2005 jdgħajjef lill-produtturi taz-zokkor tal-kannamieli tar-RUP; jinsisti dwar il-bżonn li jinżamm is-sett ta' mezzi speċifiċi stabbiliti taħt l-Artikolu 349 tat-TFUE sabiex jippermetti l-kompetittività sostenibbli ta' din l-industrija; jappella għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' appoġġ lil min ikabbar il-kannamieli f'każ li jaqgħu l-prezzijiet dinjija taz-zokkor;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont tal-importanza kbira tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores, iżżomm l-appoġġ għall-produtturi u tipprovdi miżuri addizzjonali f'każ ta' kriżi tas-suq;

23.  Ifakkar li l-produzzjoni tal-banana għandha rwol importanti fin-nisġa soċjoekonomika ta' ċerti RUP; jitlob għalhekk li jinżamm u, fejn meħtieġ jiżdied, l-appoġġ għall-produtturi;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi strumenti ta' ġestjoni u ta' identifikazzjoni tal-kriżijiet tas-suq fid-diversi setturi agrikoli bħall-banana, iz-zokkor, ir-rum, is-sajd u l-ħalib mal-Osservatorju tal-ħalib – definizzjoni ċara ta' kriżi tas-suq fir-RUP u tadatta l-indikaturi għar-realtà ta' dawn ir-reġjuni;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra allokazzjoni finanzjarja speċifika għar-RUP, fejn l-appoġġ eċċezzjonali u ta' emerġenza huwa mogħti lis-settur agrikolu minħabba kriżijiet severi tas-suq;

26.  Jiddispjaċih li d-differenza fis-sistema applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni "organika" bejn pajjiż terz u Stat Membru tal-Unjoni toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni f'dan is-suq, u tagħmel ħsara kemm lill-produtturi Ewropej li jaħdmu fir-RUP kif ukoll lill-konsumaturi Ewropej imqarrqa dwar il-kundizzjonijiet reali ta' produzzjoni ta' dawn il-prodotti; jitlob għalhekk, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar l-istandards futuri Ewropej dwar il-produzzjoni u t-tikkettar tal-prodotti organiċi, li tiġi sostitwita l-konformità mas-sistema ta' ekwivalenza attwalment fis-seħħ, sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn ir-RUP u pajjiżi terzi;

27.  Iqis li jeħtieġ li jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE qafas legali għal produzzjonijiet taħt it-tikketta organika u qafas legali fil-qasam sanitarju u fitosanitarju li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-agrikoltura fir-RUP f'kuntest tropikali;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ il-bdiewa tar-RUP biex jippromwovu l-prodotti tagħhom ta' kwalità għolja billi tappoġġja l-użu tal-logo RUP kif ukoll forom oħra ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità;

29.  Jenfasizza li d-differenzjar tal-prodotti u l-ispeċjalizzazzjoni jistgħu jistimulaw u jippromwovu aktar il-produzzjoni lokali, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel u b'hekk inaqqsu d-differenzi eżistenti bejn ir-reġuni ultraperiferiċi u reġjuni oħra tal-UE;

30.  Jenfasizza, f'isem il-koerenza tal-politiki, li l-isforzi mwettqa fir-RUP għall-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kompetittività tas-seturi tradizzjonali tagħhom m'għandhomx isibu ruħhom mhedda ulterjorment mill-ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

Il-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea

31.  Ifakkar li l-Artikolu 207(3) tat-TFUE jimponi "li l-ftehimiet negozjati (mal-pajjiżi terzi) jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Unjoni";

32.  Jinnota li l-għadd dejjem jiżdied ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, u fosthom mal-ikbar prodotturi dinjija tal-banana u taz-zokkor, jimmodifika t-tqassim tas-suq, joħloq pressjoni fuq il-prezzijiet u jhedded il-kompetittività tal-produtturi tal-Komunità ta' dawn il-prodotti;

33.  Jemmen, għaldaqstant, li l-politika kummerċjali tal-UE m'għandhiex tipperikola s-setturi tar-RUP, peress li dawn għandhom rwol ewlieni fil-livell ekonomiku, soċjali u ambjentali;

34.  Iħeġġeġ li n-negozjati kummerċjali tal-UE issa għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet u l-produzzjonijiet sensittivi tar-RUP, b'mod partikolari l-banana, iz-zokkor, ir-rum, it-tadam u l-prodotti tas-sajd;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu konxji u viġilanti b'rabta mad-difiża tal-interessi tar-RUP fil-qafas tan-negozjati dwar il-Brexit;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-impenji li għamlet fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Ġunju 2012, "tehmeż ma' kull proposta ta' ftehimiet kummerċjali, bħall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, valutazzjonijiet tal-impatt, fejn ikun rilevanti, għandhom jindirizzaw id-dimensjoni tar-RUP", u tinkludi l-impatti fil-livell ambjentali, soċjali, ekonomiku u territorjali fuq ir-RUP; jitlob li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt ikejlu wkoll l-impatt kumulattiv tal-ftehimiet kummerċjali fuq ir-RUP;

37.  Jiddispjaċih li s'issa ma sar l-ebda studju dwar il-konsegwenzi tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles fis-setturi agrikoli tar-RUP; jiddispjaċih ukoll li r-RUP ma ġewx ikkunsidrati fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatti kumulattivi tal-ftehimiet kummerċjali, tal-15 ta' Diċembru 2016, u dan kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet regolatorji previsti fil-POSEI;

38.  Jitlob li fil-politiki kummerċjali tal-UE jitqiesu l-iżvantaġġi kompetittivi tar-RUP; jitlob biex meta dawn ikunu meħtieġa sabiex jipproteġu produzzjonijiet tar-RUP, ikun hemm il-preservazzjoni tal-ostakoli tariffarji u mhux tariffarji, u l-attivazzjoni effettiva tal-klawsoli ta' salvagwardja u tal-mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni f'każ ta' assenjazzjoni jew ta' riskju ta' effett serju tal-produzzjonijiet tar-RUP;

39.  Jenfasizza l-limiti tal-prinċipju ta' ekwivalenza, b'mod partikolari għall-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, li jippermetti d-dħul fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha Ewropej; jitlob l-applikazzjoni immedjata tal-prinċipju ta' konformità u t-tisħiħ tal-miżuri ta' kontroll;

40.  Iħeġġeġ il-promozzjoni tar-rwol tar-RUP fil-politika esterna tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi ġirien sabiex tissaħħaħ il-politika esterna fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-faqar, is-sostenibilità ambjentali, it-tisħiħ tad-demokrazija, l-iskambji kulturali u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Il-politika marittima, is-sajd u t-tkabbir blu sostenibbli

41.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, li jikkonċernaw ukoll il-politiki fil-qasam tas-sajd;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis it-twaqqif ta' sistema ta' appoġġ għas-sajd sostenibbli fir-RUP abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, fid-dawl ta' dak li qed iseħħ fis-settur agrikolu taħt il-Programm POSEI;

43.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew jimplimentaw b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd fir-RUP;

44.  Jistieden lill-Unjoni tibni flimkien mar-RUP setgħa marittima dinjija;

45.  Jenfasizza li kemm il-ġid li jirrappreżentaw l-oċeani, kif ukoll l-avvanzi teknoloġiċi attwali u futuri huma kapaċi jiftħu opportunitajiet ġodda ta' tkabbir għar-RUP; iqis li t-tkabbir blu sostenibbli jikkostitwixxi opportunità biex jittaffew l-inugwaljanzi strutturali li jeżistu bejn ir-RUP u l-Ewropa kontinentali, u li jista' għalhekk jikkontribwixxi biex ir-RUP isiru l-epiċentru ta' politika Ewropea futura;

46.  Ifakkar li, minħabba l-pożizzjoni tagħhom, ir-RUP għandhom pożizzjoni importanti fil-governanza marittima integrata, il-ġestjoni tal-ilmijiet kostali, il-ġlieda kontra s-sajd illegali u t-titjib tas-sikurezza tat-trasport;

47.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri kkonċernati jinvestu aktar l-ambitu tal-baħar u l-oċeani, speċifikament għar-RUP, bl-għan li jiġi garantit żvilupp ekonomiku sostenibbli u effiċjenti fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom;

48.  Jilqa' l-istudju varat mill-Kummissjoni dwar il-potenzjal għal tkabbir blu sostenibbli fir-RUP u jappella min-naħa tiegħu għall-varar ta' programm reali Ewropew maħsub għar-RUP, bl-għan ukoll li jikkunsidra l-isfidi fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, tar-riċerka tal-baħar u marittima u tal-bijoekonomija; jenfasizza madankollu li ċerti attivitajiet bħall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fiż-żona submarina u l-esplorazzjoni ta' depożiti minerali sottomarini jista' jkollhom konsegwenzi serji fuq iż-żoni marittimi sensittivi u jiddisturbaw l-ispeċijiet u l-ekosistemi vulnerabbli;

49.  Itenni l-importanza taż-żoni tal-baħar protetti fir-RUP;

Il-politika ta' koeżjoni

50.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi aċċess speċifiku tar-RUP għall-fondi strutturali u li, f'dan ir-rigward, ir-RUP kollha għandhom jitqiesu bħala "r-reġjuni l-anqas żviluppati"; jilqa' u japprezza l-miżuri favur ir-RUP mfassla mill-Kummissjoni bħala parti minn sett ta' erba' komunikazzjonijiet dwar ir-RUP (2004, 2007, 2008 u 2012); jenfasizza l-importanza tal-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-Unjoni lir-RUP kollha, li jammonta għal EUR 13 biljun għall-perjodu 2014–2020;

51.  Itenni li l-politika ta' koeżjoni trid tibqa' wieħed mill-istrumenti ewlenin ta' azzjoni Ewropea wara l-2020, b'mod partikolari fir-rigward tar-RUP, fejn id-differenzi reġjonali għadhom kbar;

52.  Jistieden lill-Istati Membri biex, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tar-responsabbiltajiet tagħhom, jimplimentaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet minn qabel, b'mod partikolari f'termini ta' investiment fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom, biex jassiguraw l-aqwa rendiment tal-fondi u l-politiki Ewropej fir-RUP;

53.  Huwa tal-fehma li fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, aktar flessibilità tista' tiġi prevista fi ħdan il-konċentrazzjoni tematika fil-każ ta' RUP b'rabta mad-definizzjoni ta' wħud mill-assi prijoritarji tagħhom għall-użu tal-fondi strutturali, safejn ikun ikkonċernat l-iżvilupp sostenibbli; jitlob il-kontinwazzjoni tal-allokazzjonijiet baġitarji allokati lir-RUP, il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali, kif ukoll it-totalità tal-miżuri derogatorji ġustifikati kif xieraq intiżi sabiex jikkumpensaw l-iżvantaġġi strutturali tagħhom;

54.  Jitlob, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-applikazzjoni stretta tal-kriterji stabbiliti mir-Regolament ġenerali tal-fondi għad-determinazzjoni tal-pakketti finanzjarji;

55.  Ifakkar fl-objettiv komuni tal-integrazzjoni doppja tar-RUP; jitlob li jiġu approfonditi u li jsiru operattivi l-mekkaniżmi kollha dedikati għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-RUP, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u l-pajjiżi terzi li jappartjenu għall-baċin ġeografiku tagħhom, b'mod partikolari permezz taż-żamma u t-titjib tas-sinerġiji tal-arranġamenti ġuridiċi u finanzjarji tar-regoli tal-EDF u tal-ERDF;

56.  Jenfasizza l-importanza li jiġu adattati l-istrateġiji ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea sabiex jittaffew l-impatti negattivi fuq ir-reġjuni minħabba n-natura ultraperiferika tagħhom, u tiġi promossa l-kooperazzjoni;

57.  Jirrakkomanda attenzjoni akbar fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) b'rabta mar-RUP, ir-reġjuni l-anqas żviluppati u dawk l-aktar mbiegħda;

58.  Ifakkar, fir-rigward tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-RUP, fil-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ u t-taħriġ taż-żgħażagħ fir-RUP, b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

59.  Ifakkar li l-aktar fond importanti għat-taħriġ u l-impjieg huwa l-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jistieden lill-Kummissjoni, minħabba n-natura strutturali u l-livelli kritiċi ta' qgħad fir-RUP, u fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, tirrikonoxxi għar-RUP id-dritt għal aċċess speċifiku għall-fondi strutturali, tistabbilixxi allokazzjoni addizzjonali fil-qafas tal-FSE biex tappoġġja l-impjegabilità, il-mobilità u t-taħriġ fir-RUP;

60.  Jenfasizza l-importanza ta' Strateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) fi ħdan ir-RUP, peress li dawn huma komponent ewlieni fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni;

61.  Ifakkar fl-importanza tal-istrumenti ta' żvilupp lokali bħalma huma l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-investiment territorjali integrat (ITI), li jippermettu approċċi minn isfel għal fuq għall-isfidi strutturali lokali filwaqt li jippromwovu sjieda mill-awtoritajiet lokali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati jesploraw modi biex isaħħu l-użu tas-CLLD, bħala rispons flessibbli u innovattiv għall-ħtieġa ta' adattament espressa mir-RUP;

62.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati d-differenzi demografiċi fir-RUP bħala fattur determinanti fit-tfassil tal-politiki tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;

Il-politika dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat

63.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, b'mod partikolari rigward il-politiki doganali u kummerċjali, il-politika fiskali, iż-żoni ħielsa, il-kondizzjonijiet għall-forniment ta' materja prima u ta' prodotti essenzjali tal-konsumatur u l-għajnuna mill-Istat;

64.  Ifakkar, barra minn hekk, li l-Artikolu 107(3) tat-TFUE jistipula li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuniet maħsuba sabiex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku tar-RUP, b'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tistrieħ aktar fuq l-Artkoli 107(3)(a) u 349 tat-TFUE, fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Reġjuni u l-GBER (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) sabiex jingħata kontribut lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-RUP u biex dawn jittieħed kont aħjar tagħhom;

66.  Jenfasizza li, minħabba d-distanza u ċ-ċokon tas-swieq tagħhom, it-tisħiħ tal-eżenzjonijiet għad-dritt dwar il-kompetizzjoni miksuba fuq il-bażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 42 tat-TFUE mhuwiex f'pożizzjoni li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jfixkel is-suq intern;

67.  Jiddispjaċih li l-proposti inizjali, bil-ħsieb li jiġu ssimplifikati l-GBER u l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Reġjuni, sa mill-bidu u anke wara ma kkunsidrawx l-adattament tar-regoli bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-RUP;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-azzjoni biex jiġu miġġielda monopolji ewlenin fir-RUP li jikkontribwixxu għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja għall-popolazzjonijiet lokali, partikolarment fis-setturi tal-importazzjonijiet li jmorru kontra l-iżvilupp tal-ekonomija lokali, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni;

69.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, wara l-2020, tkompli l-iskemi fiskali ta' eżenzjonijiet għar-RUP abbażi ta' evalwazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tagħhom, filwaqt li tiżgura progress lejn sistemi fiskali ġusti u effiċjenti u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi;

70.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-prattiki kummerċjali bħalma huma dawk tas-swieq fejn il-provvista tinżamm daqs id-domanda (clearance market), li jistgħu jiddestabilizzaw is-swieq mikro tal-ekonomiji lokali;

Ir-riċerka, l-ambjent, l-edukazzjoni, it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet

71.  Ifakkar li l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri speċifiċi għar-RUP, li jikkonċernaw ukoll il-kundizzjonijiet ta' aċċess tagħhom għall-programmi orizzontali tal-Unjoni;

72.  Iqis li programmi orizzontali tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' aċċess speċifiċi għar-RUP sabiex jiżguraw parteċipazzjoni effettiva u biex il-vantaġġi ta' dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu, b'mod partikolari fil-qafas tal-programm Orizzont 2020, LIFE, COSME, Ewropa Kreattiva, eċċ.;

73.  Jitlob lill-Kummissjoni tintegra lir-RUP fin-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet;

74.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-awtonomija enerġetika sostenibbli tar-RUP ssir prijorità; jenfasizza li r-RUP jibbenefikaw minn bosta vantaġġi fir-rigward tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari;

75.  Jinnota l-potenzjal sinifikanti li jġib miegħu l-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni bil-ħsieb li jkun żgurat żvilupp sod u sostenibbli; jitlob l-ottimizzazzjoni tal-aċċess tar-RUP għall-Fondi SIE u Orizzont 2020, biex jingħaqdu aħjar universitajiet, ċentri ta' riċerka u negozji innovattivi, u biex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jsiru territorji attraenti u jkunu kapaċi jippromwovu skambju aħjar bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, mhux biss fi ħdan ir-RUP, iżda wkoll mal-kontinent Ewropew, il-PTEE u l-pajjiżi terzi;

76.  Ifakkar fir-rwol importanti ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fir-RUP f'termini ta' żvilupp ekonomiku u soċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu kont aħjar tas-sitwazzjoni tar-RUP fil-qafas tal-programmi COSME u l-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI);

77.  Jikkunsidra li l-iskambji u l-kooperazzjoni bejn ir-RUP u l-pajjiżi terzi ġirien fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kultura u l-edukazzjoni, għandhom jiġu promossi biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni reġjonali tagħhom;

78.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-programm il-ġdid Erasmus + jappoġġja l-mobilità ta' studenti u intraprendituri żgħażagħ mir-RUP billi jipprovdi l-ammont massimu ta' għajnuna; jitlob li dispożizzjonijiet identiċi jiddaħħlu fil-programm Ewropa Kreattiva; madankollu jixtieq li jitqiesu aħjar fil-qafas tal-programm ERASMUS il-karatteristiċi komuni tar-RUP, permezz b'mod partikolari tal-promozzjoni ta' skambji fost ir-RUP; jiddispjaċih li minkejja l-premessa 37 tar-Regolament ERASMUS +, li tipprovdi li "l-limitazzjonijiet imposti mid-distanza tar-RUP u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej għandhom jiġu kkunsidrati matul l-implimentazzjoni tal-programm", l-ammonti tal-allokazzjonijiet ta' mobilità tal-ERASMUS huma ta' spiss insuffiċjenti meta mqabbla mal-ispejjeż attwali ta' spostament fil-metropoli tal-istudenti benefiċjarji mir-RUP;

79.  Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-iskema ġdida ta' mobilità għaż-żgħażagħ, "Move2Learn, Learn2Move", għaċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fir-RUP kif ukoll tadatta l-ammonti ta' rimborż tal-mezz tat-trasport li huwa offert għall-ispejjeż reali li timplika bidla bejn ir-RUP u l-Ewropa kontinentali; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tillimitax din l-iskema biss għat-trasport ferrovjarju, fatt li jwassal għall-marġinalizzazzjoni taż-żgħażagħ mit-territorji ultramarittimi;

80.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm Natura 2000 mhux applikabbli għar-RUP Franċiżi filwaqt li dawn għandhom bijodiversità straordinarja iżda fraġli b'mod partikolari mill-effetti tat-tibdil fil-klima; Jitlob għalhekk l-implimentazzjoni ta' sistemi speċifiċi ta' protezzjoni kif ukoll is-sostenibilità tal-azzjoni preparatorja BEST bil-ħolqien ta' mekkaniżmu sostenibbli għall-iffinanzjar tal-proġetti ta' bijodiversità, valorizzazzjoni tas-servizzi ekosistemiċi, u adattament għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni ekstra-Ewropej;

81.  Jipproponi li jsir studju tal-impatt dwar il-possibilitajiet ta' applikazzjoni tal-programm Natura 2000 għar-RUP Franċiżi biex jiġu definiti l-għodod l-aktar adattati għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ambjent ta' dawn ir-reġjuni;

82.  Ifakkar li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, ippubblikata mill-Kummissjoni f'Ottubru 2015 u msemmija mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 01/2017, sabet li, minkejja l-progress sinifikanti miksub mill-2011 'l hawn fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri koperti bl-Objettiv Nru 1, l-isfidi ewlenin għadhom it-twettiq tal-komponent marittimu tan-netwerk Natura 2000 u l-garanzija ta' ġestjoni effettiva tas-siti u tal-finanzjament meħtieġ għall-appoġġ tan-Netwerk Natura 2000, li t-tnejn huma fatturi importanti għar-RUP;

83.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali Nru 1/2017, qieset li progress sinifikanti min-naħa tal-Istati Membri u sforzi addizzjonali min-naħa tal-Kummissjoni kienu meħtieġa sabiex jikkontribwixxu aktar għall-għanijiet ambizzjużi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2020;

84.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali ta' Jannar 2017, qieset li jinħtieġu aktar sforzi sabiex jistabbilixxu n-netwerk Natura 2000 sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu;

85.  Itenni li t-titjib tal-aċċess għall-internet irid jiżvolġi rwol ta' koeżjoni territorjali, il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs, il-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popli tar-RUP;

86.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi speċifiċi tar-RUP meta tittratta kwistjonijiet marbuta l-kopertura tan-netwerk diġitali;

87.  Jitlob għall-ħolqien ta' programm "POSEI" speċifiku għat-trasport sabiex jippromwovi l-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika ta' dawn ir-reġjuni u biex titnaqqas l-insularità u l-insularità doppja ta' ċerti RUP; jenfasizza li programm bħal dan għandu jipprevedi l-appoġġ għat-trasport ta' persuni u ta' merkanzija bejn ir-RUP u l-kontinent, fir-RUP nnifishom u bejn ir-RUP fil-qrib, bħall-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji; jenfasizza li jenħtieġ li dan il-programm jippromwovi wkoll il-kummerċ bejn dawn ir-reġjuni;

88.  Jenfasizza li r-RUP huma fost ir-reġjuni turistiċi pprivileġġjati u li huwa indispensabbli li jsir investiment f'netwerk tat-trasport ta' kwalità għolja u bi prezzijiet aċċessibbli, speċjalment fir-rigward tas-suq intern;

89.  Jistieden lill-UE timpenja ruħha b'mod deċiżiv fl-internazzjonalizzazzjoni tal-aċċess għar-RUP permezz tal-ħolqien ta' infrastrutturi u rotot ta' trasport sabiex jgħaqqdu dawn ir-reġjuni mal-kontinent Ewropew, il-pajjiżi terzi ġirien u l-bqija tad-dinja;

90.  Jitlob l-iskjerament fir-RUP ta' strateġija ġenwina industrijali Ewropea li twassal għall-ħolqien ta' impjiegi li ma jistgħux jiġu rilokati u bbażata fuq il-kapaċità tal-kumpaniji li jikkonsolidaw ir-rabtiet lokali tagħhom;

91.  Iqis li r-RUP jistgħu jikkostitwixxu postijiet privileġġjati għall-iżvilupp ta' proġetti pilota li l-miżuri tgaħhom għandhom jiġu applikati b'mod trażversali fl-Istati Membri differenti;

92.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1)

Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0133.

(2)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2015, Il-Parlament u l-Kummissjoni/Il-Kunsill, C-132/14 sa C-136/14, ECLI:EU:C:2015:813.

(3)

ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.

(4)

Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur irRUP tal-Unjoni (POSEI) tal-15 ta' Diċembru 2016 (COM(2016)0797)


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (4.5.2017)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE

( (2016/2250(INI)) ))

Rapporteur għal opinjoni: Ricardo Serrão Santos

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jistabbilixxi miżuri speċifiċi bl-għan li jiġu adottati ċerti dispożizzjonijiet legali u tal-politika tal-Unjoni għall-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi u r-restrizzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom (b'mod partikolari l-kostijiet addizzjonali) minħabba, fost l-oħrajn, il-pożizzjoni remota tagħhom, l-insularità tagħhom, il-klima tagħhom, is-superfiċje żgħira tagħhom u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ftit prodotti;

B.  billi l-Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) huwa għodda ewlenija għall-applikazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE u jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ilħuq tal-objettivi globali tal-PAK, jiġifieri l-iżgurar u ż-żamma ta' produzzjoni alimentari vijabbli, appoġġ għal żvilupp territorjali bbilanċjat u kontribut għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali;

C.  billi l-għajnuna disponibbli taħt il-POSEI, b'mod partikolari, tirrappreżenta sehem importanti mid-dħul tal-bdiewa, li juri l-importanza ta' tali għodod għall-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u għad-dħul tal-produtturi;

D.  billi jeżistu diversi forom ta' sinerġija bejn il-programm POSEI, il-politika tal-iżvilupp rurali tal-Unjoni u l-iskemi nazzjonali biex ikun imħeġġeġ it-taħriġ, il-bdiewa żgħażagħ jiġu megħjuna jibdew, biex ikun promoss l-investiment u biex jingħata appoġġ lill-produzzjoni;

E.  billi hemm komplementarjetà kbira bejn il-POSEI, l-iskemi ta' għajnuna nazzjonali u miżuri oħra tal-PAK, b'mod partikolari permezz tal-arranġamenti ta' organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS) unika għas-setturi tal-inbid u tal-frott u l-ħxejjex, u jenħtieġ li dan jiġi enfasizzat;

F.  billi l-prodotti agrikoli tropikali, speċjalment il-banana, mir-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw kompetizzjoni bi prezz baxx fil-forma ta' prodotti mkabbra b'mod organiku minn pajjiżi terzi taħt is-sistema ta' rikonoxximent ta' ekwivalenza mal-istandards tal-UE; billi l-produtturi Ewropej huma kapaċi jiżviluppaw produzzjoni organika skont id-dispożizzjonijiet leġislattivi rilevanti li huma fis-seħħ bħalissa;

G.  billi s-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi mhux kbir biżżejjed biex jinkoraġġixxi l-impriżi jippreżentaw applikazzjonijiet biex iqiegħdu fis-suq ta' prodotti speċifiċi ta' kontroll kontra l-orġaniżmi dannużi u prodotti oħra li jipproteġu l-għelejjel;

1.  Jenfasizza l-importanza tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Diċembru 2015, li skontha l-Artikolu 349 TFUE huwa l-bażi ġuridika adatta għall-adozzjoni u l-adattament tal-miżuri leġiżlattivi tal-Unjoni, biex b'hekk jissaħħaħ l-istatus tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri speċifiċi u differenzjati fir-rigward tal-politiki tal-UE, bl-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet permanenti jew temporanji, intrinsiċi jew ċikliċi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn ir-reġjuni, u b'hekk jippermettu l-ekonomiji tagħhom biex jikkompetu b'kundizzjonijiet simili għal dawk tal-bqija tal-Unjoni;

2.  Jinnota li l-agrikoltura jeħtieġ tiġi appoġġjata fil-livell Ewropew biex jiġi stimulati l-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi u jinħolqu l-impjiegi, jinżammu l-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-okkupazzjoni tal-art f'dawn ir-reġjuni, filwaqt li jiġu salvagwardjati l-ambjent, il-bijodiversità u l-valuri ekoloġiċi u kulturali; jinnota, madankollu, li s-setturi tradizzjonali tal-esportazzjoni (il-banana u z-zokkor minn xi reġjuni ultraperiferiċi u l-ħalib u l-laħam għall-Azores) huma fil-parti l-kbira appoġġati tajjeb, filwaqt li l-hekk imsejħa setturi ta' diversifikazzjoni, bħall-frott u l-ħaxix kif ukoll il-produzzjoni tal-annimali, għadhom lura minkejja l-potenzjal tagħhom;

3.  Jisħaq li l-POSEI jippermetti li l-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tiżviluppa, tiddiversifika u tissopravvivi; ifakkar fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-POSEI, ippubblikat fil-15 ta' Diċembru 2016, li jindika li dan il-programm jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-PAK u li l-potenzjal tal-miżuri u l-istrumenti attwali tal-PAK li jaqdu l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi ma ntwerietx; jappoġġja l-konklużjoni tar-rapport li titlob li l-elementi bażiċi tal-POSEI jiġi konsolidati b'fokus partikolari fuq l-appoġġ speċifiku għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, sabiex jiġi evitat kull riskju li l-produzzjoni agrikola tiġi abbandunata, bil-konsegwenzi negattivi li dan jista' jkollu fuq tiegħu fuq l-impjiegi, l-ambjent u d-dimensjoni territorjali tar-reġjuni ultraperiferiċi;

4.  Iħeġġeġ li jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta' POSEI speċifiku maħsub biex jappoġġa t-trasport bejn il-gżejjer kif ukoll bejn il-gżejjer u l-kontinent, peress li l-insularità doppja tikkostitwixxi l-ostaklu prinċipali għall-iżvilupp;

5.  Jenfasizza l-importanza, fi ħdan il-programm POSEI, tal-flessibbiltà għall-Istati Membri fil-proċess ta' definizzjoni tal-programmi tagħhom, filwaqt li jitlob li jkun hemm strateġiji aktar ċari li, min-naħa l-waħda jqisu l-bżonnijiet speċifiċi tal-Istati Membri u min-naħa l-oħra jikkonformaw mal-għanijiet komprensivi tal-UE;

6.  Jenfasizza li l-programmi ta' żvilupp rurali (PŻR) u l-POSEI huma għodod essenzjali biex jipprovdu rispons f'waqtu għall-isfidi ekonomiċi, soċjali u territorjali li kulma jmur qed isiru aktar serji u aktar imprevedibbli, u li f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, dawn il-programmi jridu jkomplu jiġu ppreżentati, definiti u ġestiti mill-korpi rappreżentattivi tar-reġjuni nfushom;

7.  Isostni li t-tmiem tas-sistema ta' kwoti fis-settur tal-ħalib, it-telf ta' opportunitajiet tan-negozju minħabba l-embargo Russu, il-volatilità dejjem akbar fil-prezzijiet, il-globalizzazzjoni tal-provvista tal-ikel, it-tnaqqis qawwi fir-rata tat-tkabbir taċ-Ċina u l-kriżi prevalenti kollha jikkontribwixxu biex ixekklu s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores, li hi waħda mill-forzi ewlenin tan-nisġa soċjoekonomika tar-reġjun; jindika, għalhekk, il-ħtieġa li jittieħdu miżuri straordinarji - sostnuti bir-riżorsi meħtieġa - biex jiġi appoġġjat u żviluppat dan is-settur, sabiex jgħinu l-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores tkompli u jpattu għall-effetti tad-deregolamentazzjoni, il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet li jirriżultaw minn bidliet fis-suq u mid-diffikultà tal-bejgħ tal-produzzjoni;

8.  Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ jużaw il-programm POSEI sabiex jiżdied l-appoġġ għas-settur tal-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' pagamenti diretti u azzjonijiet tas-suq, flimkien ma' azzjonijiet komplementari ta' miżuri għall-iżvilupp rurali;

9.  Jitlob b'mod urġenti li jkun hemm mekkaniżmi li jissalvagwardjaw id-dritt tal-produzzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati;

10.  Iwissi kontra l-impatt potenzjalment negattiv tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles fuq il-prodotti tradizzjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi (il-ħalib, il-laħam, il-ħawħ, iz-zokkor, il-banana u r-rum) u jinnota li, peress li l-UE żarmat b'mod progressiv ħafna miżuri ta' protezzjoni tas-suq għall-prodotti agrikoli u tal-ikel u ffirmat għadd ta' ftehimiet ta' aċċess preferenzjali mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-vantaġġ ipprovdut mill-eżenzjoni mid-dazju qed jonqos; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrispetta l-impenn, fl-ambitu tar-Regolament POSEI, li tanalizza l-impatt tan-negozjati kummerċjali fuq il-kwistjonijiet li jikkonċernaw lir-reġjuni ultraperiferiċi u li tinkludi lil dawn ir-reġjuni fil-proċessi ta' negozjati; itenni, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' mekkaniżmi ta' appoġġ għas-setturi tal-ħalib, il-banana u z-zokkor; jenfasizza l-importanza ta' miżuri ta' monitoraġġ trasparenti u klawżoli ta' salvagwardja effettivi u attivati faċilment; isostni li z-zokkor speċjali jrid jiġi eskluż min-negozjati kummerċjali u jħeġġeġ l-introduzzjoni ta' klawżoli ta' salvagwardja kummerċjali għall-ħalib mir-reġjuni ultraperifieriċi;

11.  Huwa tal-fehma li fil-QFP li jmiss il-POSEI jeħtieġ jingħata allokazzjoni finanzjarja akbar sabiex jiġu indirizzati l-kriżijiet fis-suq, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-Artikolu 349 TFUE meta tattiva miżuri straordinarji biex tindirizza kriżijiet bħal dawn u tippromwovi azzjonijiet speċifiċi u finanzjament għar-reġjuni ultraperiferiċi, speċjalment għall-kriżijiet fis-suq fis-setturi tradizzjonali tagħhom, bħall-ħalib, it-tadam, il-bhejjem u ċ-ċanga;

12.  Iħeġġeġ lill-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib tal-UE jinkludi r-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod indipendenti u awtonomu, fil-valutazzjoni tiegħu tal-prezzijiet tas-suq għall-ħalib u jistabbilixxi kriterji ċar li jiddefinixxu kriżi f'dan is-settur f'dawn ir-reġjuni, flimkien mal-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-Istati Membri kkonċernati;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżijiet regolari tas-swieq tar-reġjuni ultraperiferiċi milquta minn ftehimiet kummerċjali u tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u l-produtturi fir-reġjuni ultraperiferiċi u tiddeċiedi dwar miżuri ta' appoġġ xierqa, inkluż kumpens finanzjarju, fil-każ li s-sitwazzjoni tal-produtturi jew tas-swieq teħżien drastikament, jew fil-każ li jkun possibbli ħafna li din teħżien drastikament, minħabba konċessjonijiet kummerċjali li saru lil pajjiżi terzi;

14.  Jenfasizza li l-programmi POSEI regolarment ikollhom rati ta' eżekuzzjoni annwali ta' madwar 100 %, peress li l-pakkett baġitarju allokat għall-maġġoranza tal-miżuri huwa manifestament insuffiċjenti biex ikopri l-ħtiġijiet tas-settur tal-biedja f'dawn ir-reġjuni;

15.  Jemmen li l-baġit tal-POSEI jrid jiżdied sabiex jipprovdi aktar appoġġ għal miżuri ta' diversifikazzjoni agrikola u għal prodotti oħra mkabbra jew magħmula fuq skala żgħira, bħal prodotti tal-ħalib min-nagħaġ u l-mogħoż, l-għasel, il-fjuri, il-pitravi taz-zokkor, it-te, l-ananas, il-frott tal-passjoni u oħrajn;

16.  Jisħaq li l-POSEI għandu jissaħħaħ u li għandu jiġi allokat lilu l-finanzjament meħtieġ fin-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur, u jindika li tnaqqis tal-pakkett finanzjarju attwali m'għandux jiġi aċċettat, taħt l-ebda ċirkostanza;

17.  Jenfasizza r-rwol tal-iskemi ta' kwalità tal-UE, u b'mod partikolari l-ittikkettar ġeografiku tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) u tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u l-opportunitajiet li jipprovdu fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali; ifakkar fir-rwol ta' dawn l-iskemi ta' tikkettar biex jippermettu lin-nies ikunu jistgħu jistabbilixxu u jżommu mezzi ta' għajxien, u biex jiżviluppaw u jżommu forza ta' ħidma, mhux biss fir-reġjuni ultraperiferiċi iżda wkoll f'dawk muntanjużi u dawk inqas vantaġġati; jitlob, f'dan ir-rigward, li jingħataw aktar fondi mmirati biex il-programmi ta' promozzjoni tal-jippromwovu l-prodotti protetti permezz ta' indikazzjonijiet ġeografiċi;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi miżuri ta' adattament tar-regoli Ewropej fis-seħħ, skont l-Artikolu 349 TFUE, sabiex tippermetti l-iżvilupp ta' settur tal-agrikoltura organika għall-prodotti tropikali mill-UE;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tinnegozja klawżoli ta' salvagwardja u mekkaniżmi ta' stabbilizzazzjoni effiċjenti u operazzjonali għas-settur tal-banana, u biex tapplikahom b'mod effettiv;

20.  Jenfasizza l-importanza kbira tal-produzzjoni tal-banana fit-tessut soċjoekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, u, għalhekk, huwa favur żieda fl-appoġġ għall-produtturi;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies li n-nuqqas ta' art u l-problemi relatati mal-konsolidazzjoni tal-art jirrappreżentaw ostaklu għad-dħul ta' bdiewa ġodda fir-reġjuni ultraperiferiċi, tappoġġa skemi ta' rtirar kmieni akkumpanjati minn inċentivi mfassla biex jinkoraġġixxu lil bdiewa żgħażagħ biex jaqbdu x-xogħol tal-biedja;

22.  Jenfasizza li t-titjib fl-għarfien u l-avvanzi teknoloġiċi, il-produzzjoni organika u l-miżuri li jirrispettaw l-ambjent li jikkontribwixxu għat-titjib ta' prattiki tal-biedja sostenibbli, biex b'hekk jiġu indirizzati l-problemi soċjoekonomiċi, tingħata spinta lill-kompetittività fi ħdan is-suq uniku u jissaħħu l-attivitajiet agrikoli tradizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi;

23.  Jenfasizza li d-divrenzjar tal-prodotti u l-ispeċjalizzazzjoni jistgħu jistimulaw u jippromwovu aktar il-produzzjoni lokali, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel u b'hekk inaqqsu d-differenzi eżistenti bejn ir-reġuni ultraperiferiċi u reġjuni oħra tal-UE;

24.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li dan ir-rapport mhuwiex akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd, peress li l-agrikoltura u s-sajd huma parti mis-settur primarju f'dawn ir-reġjuni, u anke meta niftakru fl-importanza tal-baħar u r-riżorsi tal-baħar fil-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-reġjuni ultraperiferiċi u fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, f'dan ir-rigward, tirrispetta l-Artikolu 349 TFUE, anke fil-qasam tas-sajd, billi tintroduċi mill-ġdid, b'mod komplut, il-programm POSEI-Pescas indipendenti, li kien ġie abolit bħala parti mir-riforma tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) attwali.

25.  Jissottolinja li d-distanza kbira bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u s-swieq tal-prodotti għall-ikkunsmar toħloq il-ħtieġa li jkun hemm ħżin doppju minħabba l-mod kif hi organizzata l-loġistika moderna; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tqis l-ammissibilità ta' dan il-ħżin barra mit-territorju tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-qafas tar-regolamenti dwar l-investiment f'dan it-tip ta' reġjuni;

26.  Jenfasizza l-importanza ta' programmi ta' żvilupp rurali fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-ewwel u qabel kollox bħala riżultat tar-rwol tagħhom li jikkumplimenta l-appoġġ dirett u fl-implimentazzjoni tal-linji gwida ddefiniti mill-UE, jiġifieri: (1) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali (2) il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari, il-benessri tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura; (3) it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni r-rurali; (4) it-tisħiħ tal-vijabilità u tal-kompetittività tat-tipi kollha ta' agrikoltura u l-promozzjoni ta' teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti; u (5) il-promozzjoni tal-effikaċja fl-użu tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Stefan Eck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

James Carver

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Ulrike Müller

ECR

Richard Ashworth, Jørn Dohrmann, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson

ENF

Edouard Ferrand, Philippe Loiseau, Laurenţiu Rebega

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

NI

Diane Dodds

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

4

-

ALDE

Jan Huitema

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp

3

0

Verts/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Constanze Krehl, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Dimitrios Papadimoulis, Davor Škrlec, Milan Zver


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Younous Omarjee, Dimitrios Papadimoulis, Ángela Vallina

PPE

Krzysztof Hetman, Ivana Maletić, Stanislav Polčák, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Jens Nilsson, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Davor Škrlec

2

-

ECR

Mirosław Piotrowski

NI

Konstantinos Papadakis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza