RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2016

22.6.2017 - (09437/2017 – C8-0190/2017 – 2017/2061(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jens Geier


Proċedura : 2017/2061(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0229/2017
Testi mressqa :
A8-0229/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017: Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2016

(09437/2017 – C8-0190/2017 – 2017/2061(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016[2],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-12 ta' April 2017 (COM(2017)0188),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Ġunju 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Ġunju 2017 (09437/2017 – C8-0190/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0229/2017),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2017 l-eċċess li rriżulta mis-sena finanzjarja 2016, li jammonta għal EUR 6 405 miljun;

B.   billi l-komponenti ewlenin ta' dan l-eċċess jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 1 688 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 4 889 miljun u differenzi fir-rata tal-kambju li jammontaw għal EUR 173 miljun;

C.   billi mil-lat ta' introjtu, iż-żewġ komponenti ewlenin huma l-interessi fuq il-pagamenti tard u l-multi (EUR 3 052 miljun) u eżitu negattiv fuq ir-riżorsi proprji (EUR 1 511 miljun);

D.   billi mil-lat tan-nefqa, in-nuqqas ta' implimentazzjoni jilħaq EUR 4 825 miljun għall-2016 u EUR 28 miljun għar-riporti tal-2015 taħt it-Taqsima III (il-Kummissjoni), u EUR 35 miljun għal istituzzjonijiet oħra;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tal-eċċess tal-2016, għal ammont ta' EUR 6 405 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan;

2.   Jinnota, bi tħassib konsiderevoli, in-nuqqas ta' implimentazzjoni sinifikanti ta' EUR 4 889 miljun fl-2016, minkejja l-fatt li l-baġit emendatorju Nru 4/2016 diġà kien naqqas il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 284,3 miljun; jirrimarka li l-implimentazzjoni baxxa ħafna tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-qasam tal-koeżjoni (Intestatura 1b) hija parzjalment dovuta għall-previżjonijiet impreċiżi mill-Istati Membri u għad-dewmien fil-ħatra ta' awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni fil-livell nazzjonali;

3.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-impatt negattiv tad-deprezzament tal-lira sterlina kontra l-euro, li huwa l-kawża prinċipali tan-nuqqas fid-dħul ta' EUR 1 511 miljun taħt ir-riżorsi proprji; jinnota li dan it-tnaqqis seta' ħoloq problemi serji għall-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni; jirrimarka li dan in-nuqqas ta' dħul huwa minħabba d-deċiżjoni unilaterali Britannika li tħalli l-Unjoni, iżda li l-korrezzjoni trid tiġi mġarrba mill-Unjoni kollha kemm hi; jinsisti li dawn l-ispejjeż jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġi nnegozjat is-saldu tal-obbligi finanzjarji bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni;

4.   Jinnota, b'mod partikolari, il-livell relattivament għoli ta' multi fl-2016, li ammonta għal EUR 4 159 miljun, li minnhom EUR 2 861 miljun huma magħduda mal-eċċess tal-2016;

5.  Jinsisti li, minflok aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-ING, il-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkun jista' jerġa' juża kull eċċess li jirriżulta minn nuqqas ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet jew minn multi imposti fuq kumpaniji għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji tal-Unjoni;

6.  Josserva li l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni fl-2017 b'EUR 6 405 miljun; iħeġġeġ għal darb'oħra lill-Istati Membri jużaw l-opportunità ta' tali rimborż biex jonoraw il-wegħdiet tagħhom fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u biex isiru l-kontributi korrispondenti għal dawk tal-Unjoni lill-fondi fiduċjarji tal-Unjoni u lill-Fond il-ġdid Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli[6];

7.  Jistieden lill-istituzzjonijiet jipproċessaw mingħajr dewmien l-abbozzi ta' baġit emendatorji pendenti u dawk li jmiss għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, f'konformità mal-impenji meħuda bħala parti mir-riżultat tal-konċiljazzjoni dwar il-baġit 2017;

8.   Jiddeplora fil-kuntest ta' dan l-abbozz ta' baġit emendatorju li l-Kunsill għadu ma approvax ir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP); ifakkar lill-Kunsill li l-Parlament ħa l-passi kollha meħtieġa biex jiżgura adozzjoni rapida tar-reviżjoni tal-QFP; jitlob lill-gvern Britanniku tneħħi l-imblokk tagħha fuq il-votazzjoni fil-Kunsill mill-aktar fis possibbli; jittama li r-rimborż ta' riżorsi finanzjarji lill-Istati Membri se jiffaċilita n-negozjati futuri dwar is-saldu tal-obbligi finanzjarji bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni;

9.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2017;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kkonċernati u lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.
  • [3]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
  • [4]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [5]  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.
  • [6]  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (COM(2016) 586 finali).

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Nicola Caputo, Ivana Maletić, Ivan Štefanec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Tania González Peñas, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Inese Vaidere, Ivan Štefanec, Patricija Šulin

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Vladimír Maňka, Daniele Viotti

Verts/ALE

Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ECR

Richard Ashworth

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni