RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

22.6.2017 - (06182/1/2017 – C8-0150/2017 – 2012/0193(COD)) - ***II

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs
Rapporteur: Ingeborg Gräßle, Juan Fernando López Aguilar
(Proċedura b'kumitati konġunti – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2012/0193(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0230/2017

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

(06182/1/2017 – C8-0150/2017 – 2012/0193(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06182/1/2017 – C8-0150/2017),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0363),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 67a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0230/2017),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-konklużjoni tan-negozjati rigward id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ("id-Direttiva PIF") hija mument storiku għall-UE. Dan huwa l-ewwel pass lejn l-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali fl-Ewropa meta jitwettqu reati kontra l-baġit tal-UE. Ir-rapporteurs mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ħadmu fuq din il-kwistjoni għal aktar minn erba' snin, u nnegozjaw flimkien mal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri.

Il-Parlament issa stabbilixxa l-bażi ġuridika għall-ħidma tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew billi ddefinixxa l-kompetenzi tiegħu/tagħha. Inkiseb żvilupp ġdid importanti fir-rigward tal-frodi transkonfinali fil-qasam tal-VAT:

  il-frodi fil-qasam tal-VAT hija inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għall-każijiet li jinvolvu telf ta' EUR 10 miljun minn tal-inqas f'żewġt Istati Membri jew aktar. Dan il-limitu minimu huwa inkluż fil-klawżola ta' reviżjoni biex jiġi vvalutat f'reviżjoni ġejjiena tad-Direttiva.

  il-frodi fl-akkwist pubbliku huwa inkluż ukoll fil-klawżola ta' reviżjoni, peress li huwa previst li, fi żmien tliet snin, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk id-Direttiva tindirizzax b'mod effikaċi dawn il-każijiet u, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel proposta leġiżlattiva b'dispożizzjoni speċifika dwar il-frodi fl-akkwist.

  Il-piena massima għall-persuni naturali se tkun minn tal-anqas erba' snin ħabs madwar l-Ewropa meta d-danni jew il-vantaġġi involuti jkunu minn tal-anqas ta' EUR 100 000. Il-Parlament għamilha ċara li kemm il-pieni massimi u kemm il-limitu minimu għar-reati kollha huma vinkolanti fuq l-Istati Membri kollha kemm huma.

  Il-perjodi ta' preskrizzjoni u l-iskadenzi għall-infurzar tas-sentenzi se jkunu ta' ħames snin. It-tul tal-iskadenza għall-infurzar huwa inkluż ukoll fil-klawżola ta' reviżjoni taħt l-istess termini bħall-frodi fl-akkwist pubbliku.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim milħuq matul in-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteurs qed jirrakkomandaw li tiġi approvata mingħajr emendi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

Referenzi

06182/1/2017 – C8-0150/2017 – 2012/0193(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

16.4.2014                     T7-0427/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2012)0363 - C7-0192/2012

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

18.5.2017

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

18.5.2017

LIBE

18.5.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

9.12.2013

Juan Fernando López Aguilar

9.12.2013

 

 

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

10.6.2013

Eżami fil-kumitat

30.5.2017

15.6.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

15.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

56

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ryszard Czarnecki, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Luke Ming Flanagan, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Ana Gomes, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Jean-François Jalkh, Eva Joly, Arndt Kohn, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Bogusław Liberadzki, Juan Fernando López Aguilar, Louis Michel, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Georgi Pirinski, Judith Sargentini, Claudia Schmidt, Birgit Sippel, Helga Stevens, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marco Valli, Derek Vaughan, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Maria Grapini, Brian Hayes, Benedek Jávor, Andrejs Mamikins, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Julia Pitera, Salvatore Domenico Pogliese, John Procter, Barbara Spinelli

Data tat-tressiq

22.6.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

56

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Louis Michel, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Hannu Takkula, Sophia in 't Veld

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Marco Valli

ENF

Harald Vilimsky

GUE/NGL

Barbara Spinelli

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Carlos Coelho, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Marian-Jean Marinescu, Alessandra Mussolini, Andrey Novakov, Julia Pitera, Salvatore Domenico Pogliese, Claudia Schmidt, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Maria Grapini, Arndt Kohn, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Bogusław Liberadzki, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Georgi Pirinski, Birgit Sippel, Derek Vaughan, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Benedek Jávor, Judith Sargentini, Indrek Tarand, Bodil Valero

12

-

ECR

Richard Ashworth, Ryszard Czarnecki, John Procter, Helga Stevens

EFDD

Jonathan Arnott, Gerard Batten, Kristina Winberg

ENF

Jean-François Jalkh, Auke Zijlstra

GUE/NGL

Malin Björk, Luke Ming Flanagan

PPE

Kinga Gál

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni