RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra
22.6.2017 - (12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE)) - ***
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Elena Valenciano
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra
(12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12502/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12504/2016),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0517/2016),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni non-leġiżlattiva tiegħu ta' ...[1] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0232/2017),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Kuba.
- [1] Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(0000)0000.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba kienu rregolati mill-Pożizzjoni Komuni unilaterali tal-UE 96/697/PESK tat-2 ta' Diċembru 1996. L-Artikolu 4 tal-pożizzjoni komuni ppreveda negozjati possibbli ta' ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba.
Il-Kunsill adotta direttivi ta' negozjar fi Frar 2014 li jawtorizzaw lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jiftħu negozjati għal Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra. In-negozjati bdew f'April 2014 u ġew konklużi fil-11 ta' Marzu 2016.
Il-pożizzjoni Komuni 96/697/PESK ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233, tas-6 ta' Diċembru 2016.
Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jiddefinixxi l-prinċipji u l-objettivi ġenerali tar-relazzjoni bejn l-UE u Kuba u joħloq struttura istituzzjonali għall-ġestjoni tal-ftehim. Dan jibbaża essenzjalment fuq tliet kapitoli ewlenin, dwar id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u d-djalogu fil-politika settorjali, kif ukoll il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali.
Il-kapitolu dwar id-djalogu politiku jipprevedi li l-partijiet se jinvolvu ruħhom fi djalogu dwar kwistjonijiet bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, l-armi żgħar u d-diżarm, il-migrazzjoni, id-drogi, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, u l-iżvilupp sostenibbli.
Il-kapitolu dwar il-kooperazzjoni u d-djalogu fil-politika settorjali, jinkludi fost oħrajn oqsma bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza, il-ġustizzja, is-soċjetà ċivili, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-ambjent kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali, u f'kull każ jispeċifika lista dettaljata ta' oqsma ta' kooperazzjoni.
Il-parti dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali tittratta l-prinċipji ġenerali tal-kummerċ internazzjonali u tkopri l-kooperazzjoni dwar id-dwana, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, in-normi u l-istandards tekniċi, il-kummerċ sostenibbli u l-investiment. Il-ftehim ma jinkludix kapitolu dwar il-preferenzi kummerċjali
Il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jistabbilixxi wkoll qafas istituzzjonali magħmul minn Kunsill Konġunt u Kumitat Konġunt u jinkludi dispożizzjoni dwar l-issodisfar tal-obbligi.
**
Ġustifikazzjoni tar-Rapporteur
Dan il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, li l-UE ffirmat ma' Kuba f'Diċembru 2016, huwa strument ferm sofistikat, neċessarju u xieraq li se jipprovdi qafas għar-relazzjonijiet li l-UE u l-Istati Membri tagħha diġà għandhom mar-Repubblika ta' Kuba.
Il-forma proprja, il-kontinwità u l-iskala ta' dawn ir-relazzjonijiet diġà marru lil hinn mil-limitazzjonijiet tal-'Pożizzjoni Komuni' tagħna stess tal-1996, u l-ostakli imposti mil-leġiżlazzjoni extraterritorjali li bihom l-Istati Uniti tal-Amerika fittxet li tostakola l-awtonomija ekonomika ta' Kuba. Kien hemm kunsens dinji dwar il-ħtieġa li jitneħħew dawn ir-restrizzjonijiet, b'mod partikolari fost il-pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew li magħhom l-UE għandha rabtiet b'saħħithom. F'dawn l-aħħar snin l-Istati Uniti nnifisha saret parti minn din ix-xejra lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet ma' Kuba.
Matul dan iż-żmien, 20 Stat Membru tal-UE ffirmaw ftehimiet bilaterali ma' Kuba. Minkejja r-restrizzjonijiet awtoimposti tagħha, l-UE b'mod ġenerali saret il-klijent prinċipali u l-fornitur prinċipali ta' Kuba.
Dan il-ftehim jirrappreżenta impenn kuraġġuż fuq iż-żewġ naħat. Bħala strument legali internazzjonali, dan joffri mudell għal ftehim ta' ġenerazzjoni ġdida li jistabbilixxi djalogu politiku ċar ħafna u impenji favur id-drittijiet tal-bniedem. Il-valuri li l-UE tixtieq tippromovi fid-dinja huma riflessi b'mod aktar b'saħħtu hawnhekk milli fi strumenti oħra li jirregolaw ir-relazzjonijiet tagħna.
Ir-riżultati diġà miksuba permezz tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem sa mill-bidu tan-negozjati jipprovdu garanzija u raġuni għall-ottimiżmu fir-rigward tal-benefiċċji ta' dan il-ftehim.
Aħna fl-Unjoni Ewropea jenħtieġ li naraw dan il-ftehim bħala mod kif Kuba tesprimi l-preferenza tagħha għall-Unjoni Ewropea bħala sieħeb. Il-pożizzjoni ġeografika ta' Kuba u s-sitwazzjoni ġeopolitika tagħha jagħmluha pajjiż b'valur strateġiku. Dan il-ftehim jibgħat messaġġ qawwi ta' preżenza politika lil atturi globali oħra li qed jikkompetu fil-Karibew u madwar il-kontinent Latin-Amerikan.
Permezz ta' dan il-ftehim, l-UE qed twiegħed li takkumpanja lil Kuba fl-evoluzzjoni tagħha filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ l-awtonomija, is-sovranità u l-indipendenza tagħha. Kuba min-naħa tagħha qiegħda turi l-interess tagħha li jkollha l-UE bħala referenza, fi ħdan qafas ta' rispett reċiproku.
Il-ftehim ser jagħmilha possibbli li jkomplu jiġu żviluppati l-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta' Kuba fil-programmi speċifiċi tal-UE.
Għal dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi b'mod ġenerali, il-ftehim se jipprovdi qafas aktar b'saħħtu biex jaqbel mal-iskala li dawn ir-relazzjonijiet diġà laħqu.
Dan huwa l-ewwel ftehim politiku bilaterali li ffirmaw l-UE u Kuba. Il-Parlament jenħtieġ li jkun konsistenti, japprova l-ftehim u jagħti din ir-relazzjoni l-opportunità li tibda tipproduċi r-riżultati li qed nittamaw li niksbu, skont ir-regoli li qed nistabbilixxu. Bħal dejjem, l-appoġġ tal-Parlament jenħtieġ li jkun kritiku u viġilanti, filwaqt li japplika l-istess aspettativi u l-istess livell ta' rispett li napplikaw għall-Unjoni tagħna u għal sħab oħrajn li wiegħdu li jikkondividu valuri u aspirazzjonijiet tal-UE.
**
Ir-rapporteur tipproponi li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jirrakkomanda l-approvazzjoni ta' dan il-Ftehim.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (31.5.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra
(12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Frank Engel
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
In-negozjati dwar Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni UE-Kuba ġew iffinalizzati fil-11 ta' Marzu 2016. Dan it-test jirrappreżenta l-impenn l-aktar strutturat li sar s'issa bejn l-UE u Kuba. Jikkonsisti fi tliet kapitoli prinċipali ffokati fuq id-djalogu politiku, fuq il-kooperazzjoni u d-djalogu dwar il-politika settorjali, kif ukoll fuq il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali.
L-UE hija s-sieħba ewlenija ta' Kuba fil-qasam tal-esportazzjoni, u l-akbar investitur barrani fiha. Terz tal-viżitaturi barranin f'Kuba joriġinaw minn pajjiżi tal-UE. Kuba ilha membru tal-Grupp AKP mis-sena 2000, minkejja li ma kinitx firmatarja tal-Ftehim ta' Cotonou.
Il-kooperazzjoni tal-UE ma' Kuba hija koperta mill-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI). Il-Programm Indikattiv Pluriennali għal Kuba 2014–2020 jalloka EUR 50 miljun għall-kooperazzjoni ma' Kuba fi tliet setturi ta' prijorità:
– Il-produzzjoni sostenibbli u s-sigurtà alimentari: 42 %
Fil-preżent, il-provvista tal-ikel fil-gżira mhijiex biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni, u wisq inqas dawk tal-influss dejjem jikber ta' turisti. Peress li t-turiżmu huwa l-fattur ta' żvilupp ewlieni, huwa essenzjali li tiżdied il-produzzjoni tal-ikel fuq il-gżira.
– Appoġġ għal użu aħjar tar-riżorsi naturali kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli: 36 %
L-investiment fil-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli huwa kruċjali u jirrappreżenta ass strateġiku ta' żvilupp kemm għall-UE u kemm għal Kuba.
– Appoġġ għall-modernizzazzjoni ekonomika u soċjali: 20 %
Is-setturi magħżula jissodisfaw il-prijoritajiet nazzjonali identifikati fil-"Linji gwida Kubani fil-qasam tal-politika ekonomika u soċjali", strateġija fuq żmien medju li ġiet approvata fl-2011 biex tippromwovi r-riformi fil-pajjiż.
Għalkemm hija pajjiż bi dħul ta' livell medju għoli, Kuba xorta għadha tista' tibbenefika mill-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp sal-2020 taħt il-"klawżola ta' eċċezzjoni" li hemm fid-DCI.
Il-Ftehim propost jiftaħ possibbiltajiet ġodda biex jingħata appoġġ lill-proċess ta' modernizzazzjoni ekonomika u soċjali ta' Kuba, biex jitrawmu l-iżvilupp sostenibbli, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll biex jinstabu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi kbar fuq livell globali. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur jipproponi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għar-ratifika tal-Ftehim.
******
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
|
Titolu |
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra |
||||
|
Referenzi |
12502/2016 – C8-0517/2016 – JOIN(2016)0043 – 2016/0298(NLE) |
||||
|
Kumitat responsabbli
|
AFET
|
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 15.12.2016 |
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Frank Engel 6.3.2017 |
||||
|
Eżami fil-kumitat |
25.4.2017 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
30.5.2017 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Ádám Kósa, Cécile Kashetu Kyenge, Judith Sargentini |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
|
21 |
+ |
|
|
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea, Paavo Väyrynen |
|
|
ECR |
Eleni Theocharous |
|
|
EFDD |
Ignazio Corrao |
|
|
GUE/NGL |
Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey |
|
|
PPE |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ádám Kósa, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská |
|
|
S&D |
Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Elly Schlein |
|
|
Verts/ALE |
Maria Heubuch, Judith Sargentini |
|
|
0 |
- |
|
|
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (31.5.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra
(12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Reimer Böge
******
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
|
Titolu |
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra |
||||
|
Referenzi |
12502/2016 – C8-0517/2016 – JOIN(2016)0043 – 2016/0298(NLE) |
||||
|
Kumitat responsabbli
|
AFET
|
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 15.12.2016 |
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Reimer Böge 9.11.2016 |
||||
|
Eżami fil-kumitat |
23.1.2017 |
3.5.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
30.5.2017 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Seán Kelly, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
|
32 |
+ |
|
|
ALDE |
Dita Charanzová, Hannu Takkula, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells |
|
|
ECR |
David Campbell Bannerman, Joachim Starbatty, Sajjad Karim |
|
|
EFDD |
Tiziana Beghin |
|
|
GUE/NGL |
Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz |
|
|
PPE |
Adam Szejnfeld, Artis Pabriks, Christofer Fjellner, Daniel Caspary, Fernando Ruas, Franck Proust, Jarosław Wałęsa, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Reimer Böge, Santiago Fisas Ayxelà, Seán Kelly, Viviane Reding |
|
|
S&D |
Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, Karoline Graswander-Hainz, Sorin Moisă |
|
|
VERTS/ALE |
Heidi Hautala, Yannick Jadot |
|
|
0 |
- |
|
|
|
|
|
|
2 |
0 |
|
|
GUE/NGL |
Edouard Ferrand, Franz Obermayr |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kuba, min-naħa l-oħra |
||||
|
Referenzi |
12502/2016 – C8-0517/2016 – JOIN(2016)0043 – 2016/0298(NLE) |
||||
|
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
12.12.2016 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 15.12.2016 |
|
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 15.12.2016 |
INTA 15.12.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Elena Valenciano 1.2.2017 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
29.5.2017 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.6.2017 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
57 9 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, James Carver, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Reinhard Bütikofer, Luis de Grandes Pascual, Neena Gill, María Teresa Giménez Barbat, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Patricia Lalonde, Javi López, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Igor Šoltes, Renate Sommer, Ernest Urtasun, Marie-Christine Vergiat |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pál Csáky, Dietmar Köster, Costas Mavrides |
||||
|
Data tat-tressiq |
22.6.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
57 |
+ |
|
|
ALDE |
Petras Auštrevičius, María Teresa Giménez Barbat, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Patricia Lalonde, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl |
|
|
ECR |
Bas Belder, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen |
|
|
GUE/NGL |
Takis Hadjigeorgiou, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat |
|
|
PPE |
Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Andrzej Grzyb, Sandra Kalniete, Francisco José Millán Mon, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Renate Sommer, Luis de Grandes Pascual, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica |
|
|
S&D |
Nikos Androulakis, Francisco Assis, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Dietmar Köster, Javi López, Andrejs Mamikins, Costas Mavrides, Alex Mayer, Clare Moody, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Elena Valenciano |
|
|
Verts/ALE |
Reinhard Bütikofer, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Igor Šoltes |
|
|
9 |
- |
|
|
ECR |
Marek Jurek |
|
|
EFDD |
James Carver |
|
|
ENF |
Mario Borghezio |
|
|
NI |
Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke |
|
|
PPE |
Lars Adaktusson, Pál Csáky, Tunne Kelam, Cristian Dan Preda |
|
|
2 |
0 |
|
|
PPE |
Andrey Kovatchev, Ramona Nicole Mănescu |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni