Proċedura : 2017/2036(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0233/2017

Testi mressqa :

A8-0233/2017

Dibattiti :

PV 04/07/2017 - 18
CRE 04/07/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2017 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0297

RAPPORT     
PDF 639kWORD 73k
23.6.2017
PE 601.171v01-00 A8-0233/2017

li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra

(12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE) – 2017/2036(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Elena Valenciano

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra

(12502/2016 – C8-0517/2016 – 2016/0298(NLE)2017/2036(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-istabbiliment ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba fl-1988,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12502/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra (12504/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0517/2016),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra t-TFUE, u b'mod partikolari l-Ħames Parti, it-Titoli I sa III u V, tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tat-2 ta' Diċembru 1996, definita mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar Kuba(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233 tas-6 ta' Diċembru 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK dwar Kuba(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu "L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija" (COM(2009)0495),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea li saru s'issa u, b'mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tat-tieni Summit bejn l-UE u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), li sar fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju 2015 bit-tema "Insawru l-futur komuni tagħna: naħdmu flimkien biex ikollna soċjetajiet prosperi, koeżivi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna", li adottat id-Dikjarazzjoni Politika bit-titolu: "Sħubija għall-Ġenerazzjoni li jmiss",

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Karibew tad-19 ta' Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-preżenza tar-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sessjoni konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament fit-12 ta' Ottubru 2016 biex jispjega r-riżultati tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn Kuba u l-UE,

–  wara li kkunsidra r-rapporti mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Kubana,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu ta' ... dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Kuba, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Novembru 2004 dwar Kuba(3), tat-2 ta' Frar 2006 dwar il-politika tal-UE lejn il-Gvern Kuban(4), tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar Kuba(5), u tal-11 ta' Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u tal-kuxjenza f'Kuba(6),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0233/2017),

A.  billi jeżistu rabtiet storiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-Ewropa u Kuba;

B.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew huma varjati u jkopru kamp ta' applikazzjoni wiesa';

C.  billi l-UE żżomm relazzjonijiet mal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC); billi CELAC tilqa' l-possibbiltà li tespandi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba,

D.  billi Kuba kienet l-uniku pajjiż fl-Amerika Latina u l-Karibew li magħhom l-UE ma ffirmat l-ebda tip ta' ftehim; billi 20 mill-Istati Membri tagħha ffirmaw diversi tipi ta' ftehimiet bilaterali u żammew relazzjonijiet tajba mal-gżira;

E.  billi l-Pożizzjoni Komuni 96/697/PESK ġiet revokata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2233, tas-6 ta' Diċembru 2016;

F.  billi fl-2008 d-djalogu ta' livell għoli bejn l-UE u Kuba tnieda mill-ġdid u l-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp reġgħet bdiet; billi l-Kunsill fl-2010 nieda deliberazzjoni dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, u fi Frar 2014 adotta direttivi ta' negozjar, u wara dan f'April 2014 tnedew negozjati uffiċjali għal Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u fil-11 ta' Marzu 2016 dawn ġew konklużi;

G.  billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jiddefinixxi l-prinċipji u l-objettivi ġenerali għar-relazzjoni bejn l-UE u Kuba, li jinkludu tliet kapitoli ewlenin dwar id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u d-djalogu dwar il-politika settorjali, kif ukoll il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali;

H.  billi d-drittijiet tal-bniedem jidhru kemm fil-kapitolu dwar id-djalogu politiku kif ukoll f'dak dwar il-kooperazzjoni; billi bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rispett għad-drittijiet universali tal-bniedem kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex isaħħu r-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll għall-prinċipji u l-finijiet kollha mnaqqxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; billi skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-azzjoni esterna tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem – inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali – u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; billi f'dan is-sens, ikun tajjeb li l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u d-difiża tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ikunu l-aspirazzjoni essenzjali tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

I.  billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi l-hekk imsejħa 'klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem', li tikkostitwixxi element fundamentali standard tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE li jippermetti li dan il-Ftehim jiġi sospiż f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem;

J.  billi ż-żewġ partijiet ftiehmu dwar il-modalitajiet ġenerali u l-oqsma għall-kooperazzjoni wiesa' fil-kapitolu dwar il-kooperazzjoni, inkluż dwar kwistjonijiet bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza, il-ġustizzja u s-soċjetà ċivili;

K.  billi Kuba tinsab lesta li taċċetta l-kooperazzjoni mal-UE fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); billi l-objettivi ewlenin tal-EIDHR huma l-appoġġ, l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija f'pajjiżi terzi, u t-tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi, bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, iż-żewġ partijiet jirrikonoxxu li d-demokrazija hija msejsa fuq ir-rieda tal-poplu espressa b'mod ħieles biex jiddetermina s-sistemi politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali tiegħu stess u l-parteċipazzjoni tal-poplu b'mod sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja;

L.  billi d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba, immexxi mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, ġie stabbilit fl-2015; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għadha tanqal tħassib;

M.  billi l-kwistjonijiet diskussi fit-tieni laqgħa tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, li saret f'Kuba f'Ġunju 2016 bil-parteċipazzjoni tal-ministeri u l-aġenziji kkonċernati, inkludew il-libertà ta' assoċjazzjoni u kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem f'kuntest multilaterali, bħall-piena tal-mewt; billi t-tielet laqgħa tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem saret fi Brussell fit-22 ta' Mejju 2017;

N.  billi fi tliet okkażjonijiet separati l-Parlament ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil attivisti Kubani: Oswaldo Payá fl-2002, in-Nisa Libsin l-Abjad (Damas de Blanco) fl-2005 u Guillermo Fariñas fl-2010;

O.  billi l-UE saret l-akbar investitur barrani f'Kuba u s-sieħba prinċipali tagħha għall-esportazzjoni u l-kummerċ globali, billi l-kummerċ globali u l-esportazzjonijiet mill-UE lejn Kuba rduppjaw bejn l-2009 u l-2015;

P.  billi l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi kapitolu dwar il-prinċipji tal-kummerċ internazzjonali u jindirizza l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ, l-istandards u r-regoli tekniċi, il-kummerċ sostenibbli u l-promozzjoni ta' reġim kummerċjali u ta' investiment stabbli, trasparenti u nondiskriminatorju; billi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, l-investimenti ekonomiċi u finanzjarji, l-innovazzjoni teknoloġika u, b'mod ġenerali, il-libertajiet ġenerali tas-suq jippermettu lill-gżira timmodernizza l-ekonomija tagħha;

Q.  billi l-"Linji gwida għall-politika ekonomika u soċjali" għal Kuba, adottati wara proċedura ta' dibattitu pubbliku fl-2011, kienu jinkludu proposti għal riforma, aġġornament u modernizzazzjoni;

R.  billi fl-2016 f'Kuba bdew żewġ dibattiti pubbliċi ġodda dwar "Il-Ħolqien tal-Mudell Ekonomiku u Soċjali" u dwar "Il-Pjan Nazzjonali ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali sal-2030: Ħarsa ġenerali tan-Nazzjon, l-Assi u s-Setturi Strateġiċi";

S.  billi l-UE u Kuba qablu li jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni tagħhom u li jagħtu attenzjoni partikolari biex jipprevjenu u jindirizzaw il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa;

T.  billi Kuba hi firmatarja ta' ħdax mit-tmintax-il konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u rratifikat tmienja minnhom; billi Kuba ma rratifikatx l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

U.  billi Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

V.  billi l-Assemblea Nazzjonali ta' Kuba ilha tagħmel parti mill-Unjoni Interparlamentari mill-1977;

W.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat sitta u għoxrin riżoluzzjoni konsekuttiva li jappellaw għat-tmiem tal-embargo tal-Istati Uniti fuq Kuba u billi, għall-ewwel darba, ir-riżoluzzjoni ġiet approvata f'Ottubru 2016 b'mod unanimu;

X.  billi l-embargo msemmi fuq Kuba, kif ukoll il-liġijiet tal-Istati Uniti imposti fuq il-pajjiż għal aktar minn 50 sena li fihom elementi ta' extraterritorjalità, bħall-Att Helms-Burton, jippersistu minkejja n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi; billi dawn jikkostitwixxu ostaklu għall-iżvilupp ekonomiku u joħolqu telf ekonomiku enormi għall-gżira u jaffettwaw ukoll l-attivitajiet tal-impriżi Ewropej hemmhekk;

Y.  billi Kuba żvolġiet rwol importanti u kostruttiv bħala medjatur fis-soluzzjoni tal-kunflitti bejn il-pajjiżi u fil-pajjiżi stess, kif seħħ reċentement fil-każ tan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim ta' paċi bejn il-Gvern Kolombjan u l-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC);

1.  Jilqa' l-iffirmar fi Brussell, fit-12 ta' Diċembru 2016, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba, u jiddikjara li dan huwa strument li jippermetti qafas ġdid ta' relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba filwaqt li jinżammu l-interessi tal-UE, li jissostitwixxi l-Pożizzjoni Komuni tal-1996; jenfasizza li s-suċċess ta' dan il-ftehim jiddependi fuq l-implimentazzjoni tiegħu u l-konformità miegħu;

2.  Jagħti valur strateġiku għoli lir-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba;

3.  Jemmen li l-istruttura, il-kontenut u d-dinamika tal-Ftehim huma adattati għall-prinċipji u l-valuri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE għar-relazzjonijiet esterni tagħha;

4.  Jissottolinja l-fatt li l-Kunsill tal-UE qabel li jiġi stabbilit qafas ġdid ta' relazzjonijiet ma' Kuba u ħa d-deċiżjoni li jibda n-negozjati u jikkonkludihom fi żmien sinifikattivament qasir;

5.  Jenfasizza l-impenn li Kuba qiegħda tieħu mal-UE u r-responsabbiltà taż-żewġ partijiet biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-ftehim, inkluż permezz tad-djalogu politiku;

6.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, bħala l-ewwel ftehim bejn l-UE u Kuba, se jirrappreżenta mument ta' bidla deċiżiva fir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ partijiet; jilqa' l-fatt li ż-żewġ partijiet qablu li jiżviluppaw din ir-relazzjoni b'mod strutturat, billi ntrabtu reċiprokament b'aġenda u b'obbligi li huma vinkolanti għaż-żewġ firmatarji;

7.  Jissottolinja r-rilevanza tal-inklużjoni tal-kapitolu dwar id-djalogu politiku u t-twaqqif ta' djalogu istituzzjonalizzat dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba; jitlob li l-UE tapprova l-fehmiet tal-Parlament dwar id-demokrazija, id-drittijiet universali tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni, tal-assemblea u tal-assoċjazzjoni politika, il-libertà ta' informazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll il-politika globali tagħha ta' appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem matul dan id-djalogu; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex, f'dan id-djalogu, jistabbilixxu garanziji għax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-parteċipazzjoni attiva tal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika, mingħajr restrizzjonijiet;

8.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u Kuba u jilqa' l-fatt li tnieda qabel il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni; itenni li l-objettivi tal-politika tal-UE fir-rigward ta' Kuba jinkludu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-iffaċilitar għall-modernizzazzjoni ekonomika u soċjali bl-għan li jittejjeb il-livell tal-għajxien tal-popolazzjoni Kubana;

9.  Jinnota l-isforzi ta' Kuba biex tinkorpora fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha l-prinċipji fundamentali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti, u jistieden lil Kuba tirratifika l-konvenzjonijiet pendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod aktar speċifiku l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; jieħu nota tal-ħidma taċ-Ċentru Nazzjonali Kuban għall-Edukazzjoni dwar is-Sess; jistieden lill-Gvern Kuban ikompli bl-isforzi tiegħu biex itemm il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u emarġinazzjoni fil-konfront tal-komunità LGBTI;

10.  Iħeġġeġ lill-Gvern Kuban jallinja l-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-istandards internazzjonali definiti fil-karti, fid-dikjarazzjonijiet u fl-istrumenti internazzjonali li għalihom Kuba hija firmatarja; jinsisti li l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta' persuna minħabba l-ideali u l-attività politika paċifika tagħha tmur kontra d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jitlob, għaldaqstant, ir-rilaxx ta' kwalunkwe persuna detenuta f'ċirkostanzi bħal dawn;

11.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jinkludi dispożizzjoni għas-sospensjoni tal-ftehim fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżguraw l-istabbiliment ta' skambju regolari mal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, dwarit-twettiq tal-obbligi reċiproċi previsti fil-Ftehim, u b'mod partikolari fuq ir-realizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem, dawk ambjentali u tax-xogħol imsemmija f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lis-SEAE, b'mod partikolari permezz tad-Delegazzjoni tal-UE, biex jagħmel l-almu tiegħu sabiex isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'Kuba meta jimplimenta l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni u biex jirrapporta lura lill-Parlament;

12.  Jenfasizza li l-Ftehim jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien u d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini Kubani, li jafferma mill-ġdid l-importanza ta' ħidma b'mod sistematiku fil-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda;

13.  Jilqa' r-referenzi espliċiti tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni għas-soċjetà ċivili bħala attur tal-kooperazzjoni; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu għall-popolazzjoni Kubana u progress lejn id-demokrazija u r-rispett u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet għall-ftehim biex jippromwovu rwol attiv għas-soċjetà ċivili Kubana matul il-fażi ta' implimentazzjoni tal-ftehim;

14.  Ifakkar fir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili Kubana fl-iżvilupp ekonomiku u demokratiku tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa biex is-soċjetà ċivili tkun attur ewlieni fl-oqsma kollha ta' dan il-Ftehim, inklużi dawk relatati mal-għajnuna għall-iżvilupp; ifakkar fl-appoġġ tal-Parlament, permezz tal-Premju Sakharov, għas-soċjetà ċivili Kubana fir-rwol tagħha ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'Kuba;

15.  Ifakkar li l-konnettività tal-internet f'Kuba hija fost l-aktar baxxi fid-dinja u li l-aċċess għall-internet jiswa ħafna flus u l-kontenut għadu ristrett; jilqa' l-fatt li aktar Kubani qed jirċievu aċċess għall-internet iżda jemmen li l-gvern imissu jieħu aktar passi biex irawwem aċċess bla ċensura u jittejbu d-drittijiet diġitali tal-popolazzjoni;

16.  Jitlob li, f'intervalli xierqa u skont is-sistema ta' koordinazzjoni prevista f'dan il-Ftehim, is-SEAE jżomm lill-Parlament informat dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tiegħu;

17.  Jieħu nota tal-proċess ta' normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Istati Uniti bl-istabbiliment mill-ġdid ta' relazzjonijiet diplomatiċi fl-2015 u jħeġġeġ aktar sforzi;

18.  Jitlob li jitneħħa l-imblokk tal-Istati Uniti fuq il-gżira, kif ukoll il-liġijiet u l-miżuri unilaterali li jakkumpanjawha, partikolarment dawk b'effetti extraterritorjali, peress li dawn jillimitaw l-attività ekonomika ta' Kuba, u jkomplu jkollhom impatt kbir fuq il-popolazzjoni Kubana; jikkundanna l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq impriżi Ewropej li għandhom x'jaqsmu ma' Kuba; jenfasizza li l-proċess ta' normalizzazzjoni ma jistax iseħħ qabel it-tmiem tal-embargo ekonomiku, kummerċjali u finanzjarju, kif ilu jintalab mill-Assemblea Ġenerali tan-NU mill-1992;

19.  Jirrikonoxxi li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jista' jikkontribwixxi għall-proċessi ta' riforma, aġġustament u modernizzazzjoni diġà proposti f'Kuba, b'mod partikolari fir-rigward tad-diversifikazzjoni tas-sħab internazzjonali ta' Kuba u l-istabbiliment ta' qafas ġenerali ta' żvilupp politiku u ekonomiku; jenfasizza li relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi aktar mill-qrib ma' Kuba jistgħu jgħinu javvanzaw ir-riformi politiċi fil-pajjiż skont l-aspirazzjonijiet tal-poplu Kuban; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jassistu t-tranżizzjoni ekonomika u politika f'Kuba, u jinkoraġġixxu l-evoluzzjoni lejn l-istandards demokratiċi u elettorali li jirrispettaw id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini kollha tagħha; jappoġġa l-użu ta' diversi strumenti tal-politika barranija tal-UE, u b'mod partikolari l-EIDHR, sabiex jissaħħaħ id-djalogu tal-UE mas-soċjetà ċivili Kubana u ma' dawk li jappoġġaw tranżizzjoni paċifika f'Kuba;

20.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, bħala l-ewwel ftehim li qatt kien hemm bejn l-UE u Kuba, jikkostitwixxi l-qafas legali ġdid għal dawn ir-relazzjonijiet, li jinkludi kapitolu dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali, li għandu l-għan li joħloq ambjent aktar prevedibbli u trasparenti għall-operaturi ekonomiċi lokali u Ewropej;

21.  Jenfasizza li l-pilastru tal-kummerċ u tal-kooperazzjoni kummerċjali tal-l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ma jipprovdi l-ebda preferenzi kummerċjali għal Kuba; ifakkar li dan il-pilastru jkopri l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-proprjetà intellettwali, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, il-prodotti tradizzjonali u artiġjanali, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ, ir-regoli dwar l-oriġini u l-investiment;

22.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni jipprovdi pjattaforma biex tiġi estiża r-relazzjoni bilaterali ta' kummerċ u investiment u jiġu stabbiliti bażijiet konvenzjonali għar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-UE u Kuba;

23.  Jappoġġa l-prattika li ilha stabbilita, ikkonfermata wkoll mill-Kummissarju Cecilia Malmström fis-seduta tagħha fid-29 ta' Settembru 2014, li d-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ u l-investiment tal-ftehimiet ta' importanza politika ma jiġux applikati b'mod provviżorju sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu u jestendu din il-prattika għall-ftehimiet internazzjonali kollha relatati mal-azzjoni esterna tal-UE kull fejn huma kkonċernati l-aspetti kummerċjali, bħalma hu l-każ bil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

24.  Huwa tal-fehma li l-Ftehim se jservi biex jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ekonomika, billi jiffaċilita ambjent ta' negozju prevedibbli u trasparenti u l-iżvilupp ta' qafas aktar b'saħħtu u aktar stabbli fil-futur fejn huwa żgurat li l-poplu Kuban ikun jista' jipparteċipa b'mod konġunt ma' kumpaniji u individwi mill-UE;

25.  Jistieden ukoll lill-kumpaniji Ewropej li joperaw f'Kuba, speċjalment dawk li jirċievu krediti jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja ta' oriġini pubblika, biex japplikaw l-istess standards lavorattivi u etiċi kif meħtieġ fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

26.  Jilqa' l-fatt li Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u jitlob impenji rigward l-implimentazzjoni rapida tagħhom; jistieden bis-saħħa, lil Kuba u lill-pajjiżi kollha li magħhom għandha ftehimiet jew li magħhom qed tinnegozja ftehimiet, sabiex jirratifikaw u jikkonformaw mar-regolamenti tal-ILO u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti, u sabiex jipproskrivu l-forom kollha tal-isfruttament tax-xogħol; jinnota li hemm oqsma fejn id-drittijiet soċjali u tax-xogħol huma involuti, bħalma huma l-prattiki tar-reklutaġġ minn impriżi li huma proprjetà tal-Istat Kuban u l-prattiki ta' konfiska tas-salarji fis-settur tat-turiżmu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-ħaddiema kollha jeħtieġ li jkollhom sett bażiku ta' drittijiet tax-xogħol kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata f'konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO, u jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu għal dan l-għan skont l-Artikolu 38 tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni;

27.  Jinnota li l-UE hija l-esportatur ewlieni u t-tieni l-ikbar sieħeb kummerċjali ta' Kuba, kif ukoll l-akbar investitur barrani; jindika li l-politika tal-UE dwar il-kummerċ barrani ma tipprovdi l-ebda preferenza kummerċjali għal Kuba, u li japplikaw rati tariffarji tal-UE kif notifikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); ifakkar li bħala riżultat tar-riforma tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tal-UE, minn Jannar 2014 Kuba tilfet il-preferenzi kummerċjali tagħha għal esportazzjoni lejn l-UE peress li kienet laħqet il-kategorija ta' Pajjiż bi Dħul Medju Superjuri u ma baqgħetx tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kummerċ għadu jirrappreżenta biss sehem moderat tal-ekonomija Kubana, hekk kif l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet flimkien jammontaw għal 26.4 % tal-PDG;

28.  Jissuġġerixxi li jiġu esplorati possibilitajiet futuri sabiex jintegraw lil Kuba fil-FSE UE-CARIFORUM, li jinkludi diversi kapitoli speċifiċi u utli dwar il-kooperazzjoni kummerċjali u joffri l-possibbiltà lil Kuba ta' aktar integrazzjoni reġjonali;

29.  Jinnota li Kuba hija membru tad-WTO u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li hija tirrispetta l-prinċipji bażiċi tad-WTO, bħall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-ftehimiet dwar ostakli għall-kummerċ, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-istrumenti ta' difiża kummerċjali;

30.  Jistieden lil Kuba tirratifika l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO li daħal fis-seħħ fi Frar 2017; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Kumitat għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ fil-pajjiż u, f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu appoġġ tekniku;

31.  Jirrimarka li l-kooperazzjoni doganali hija qasam kruċjali li jeħtieġ jiġi żviluppat sabiex jindirizza sfidi importanti bħalma huma s-sigurtà tal-fruntieri, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-ġlieda kontra l-prodotti ffalsifikati u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fost kwistjonijiet oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja u jistabbilixxu strumenti bilaterali bi qbil reċiproku sabiex jgħinu lil Kuba bl-implimentazzjoni ta' miżuri għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u s-servizzi ta' tagħrif;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-esportazzjonijiet minn Kuba jiġu diversifikati lil hinn mill-prodotti tradizzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni toħloq postijiet ta' negozjar ad hoc għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tipprovdi lill-esportaturi Kubani bl-għarfien meħtieġ biex jittejjeb l-aċċess tal-prodotti fis-suq tal-UE;

33.  Jilqa' r-rwol tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) fl-għoti ta' appoġġ strateġiku lil Aduanas General de la República ta' Kuba skont il-Programm Mercator sabiex jevalwa l-istat ta' tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO; jenfasizza l-importanza ta' Aduanas General de la República li tkun proattiva fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u jitlob lill-Kummissjoni tassisti lil Kuba f'dan il-proċess;

34.  Jieħu nota tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet Kubani biex iħeġġu l-libertà ekonomika u l-liberalizzazzjoni ekonomika; jenfasizza l-importanza li gradwalment jissaħħaħ is-settur privat; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp ta' investiment barrani b'saħħtu sabiex tittejjeb l-infrastruttura fiżika u teknoloġika tal-pajjiż u biex tinbena sistema ta' produzzjoni kompetittiva Kubana se jeħtieġ aktar miżuri ekonomiċi u finanzjarji b'regolamenti li jagħtu ċertezza legali, inkluż permezz ta' istituzzjonijiet indipendenti, trasparenti u imparzjali, u stabbiltà ekonomika tal-pajjiż; jirrimarka li Kuba tista' tirrikorri għall-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE f'dan ir-rigward;

35.  Jitlob l-inklużjoni ta' Kuba bħala pajjiż eliġibbli skont il-mandat estern tal-BEI ladarba tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-BEI;

36.  Jilqa' l-inklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ta' dispożizzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli f'Kuba, b'mod partikolari l-impenn għal ħidma lejn it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, filwaqt li titqies l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp; jistieden lill-Partijiet sabiex, ladarba jkun ġie ratifikat il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, jistabbilixxu malajr djalogu dedikat dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;

37.  Ifakkar li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba ġew stabbiliti fl-1988, li Kuba ilha tibbenefika mill-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE sa mill-1984, u li bħalissa qed tirċievi EUR 50 miljun f'għajnuna mill-UE taħt ir-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-perjodu 2014-2020;

38.  Ifakkar li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni se jiffaċilita l-involviment ta' Kuba fil-programmi tal-UE u l-implimentazzjoni msaħħa tal-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) għall-perjodu 2014-2020 sabiex tiġi ffaċilitata l-istrateġija ta' modernizzazzjoni ekonomika u soċjali adottata mill-Gvern Kuban;

39.  Jinsab imħasseb li Kuba, klassifikata bħala "pajjiż bi dħul medju superjuri" mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, għandha riskju li titlef l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp taħt ir-Regolament DCI; iqis li s-sitwazzjoni tal-pajjiż bħala stat gżira li qed jiżviluppa u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed iħabbat wiċċu magħhom, li huma ggravati mill-impatt negattiv ta' miżuri unilaterali koerċittivi, jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' miżuri li se jippermettu li l-UE tkompli tipprovdi għajnuna lil Kuba, u li dan għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li jmiss tar-Regolament DCI;

40.  Jappoġġa l-affermazzjoni mill-ġdid tal-partijiet tal-ħtieġa li l-pajjiżi żviluppati kollha jwarrbu 0.7 % tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, u għall-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju superjuri sabiex jistabbilixxu miri biex b'hekk iżidu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament pubbliku internazzjonali;

41.  Jilqa' l-promozzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha rilevanti ta' kooperazzjoni, inkluż l-iżvilupp sostenibbli;

42.  Jirrikonoxxi u jilqa' r-rwol importanti li Kuba tiżvolġi fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar, l-impenn tagħha u s-solidarjetà internazzjonali tagħha fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għall-għajnuna umanitarja, prinċipalment fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni;

43.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni huwa opportunità biex Kuba tkun involuta aktar fil-programmi tal-UE, inklużi Orizzont 2020, il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Erasmus+ – il-programm għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport – u biex tgawdi minn aċċess akbar għalihom, ħaġa li mbagħad twassal għat-tisħiħ ta' iskambji akkademiċi u interpersonali aktar mill-qrib;

44.  Jinnota li l-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni se jikkostitwixxi wkoll strument għall-promozzjoni, f'fora multilaterali, ta' soluzzjonijiet komuni għall-isfidi globali bħalma huma l-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima;

45.  Jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jibgħat delegazzjoni uffiċjali tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew f'Kuba; jitlob lill-awtoritajiet Kubani jippermettu d-dħul tad-delegazzjonijiet tal-PE u li jkollhom aċċess għall-interlokuturi tagħhom;

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti u tal-Istati Membri u l-Gvern u l-Parlament ta' Kuba.

(1)

ĠU L 322, 12.12.1996, p. 1.

(2)

ĠU L 337 I, 13.12.2016, p. 41.

(3)

ĠU C 201, 18.8.2005, p. 83.

(4)

ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 81.

(5)

ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 377.

(6)

ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 82.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (31.5.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

li fiha mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra

(2017/2036(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Frank Engel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-inklużjoni tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni ta' dispożizzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli f'Kuba, b'mod partikolari l-impenn għal ħidma lejn it-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, filwaqt li titqies l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-finanzjament għall-iżvilupp; jistieden lill-Partijiet sabiex, ladarba jkun ġie ratifikat il-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni, jistabbilixxu malajr djalogu dedikat dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;

2.  Ifakkar li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u Kuba ġew stabbiliti fl-1988, li Kuba ilha tibbenefika mill-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE sa mill-1984, u li bħalissa qed tirċievi EUR 50 miljun f'għajnuna mill-UE taħt ir-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI);

3.  Jinsab imħasseb li Kuba, klassifikata bħala "pajjiż bi dħul medju superjuri" mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, għandha riskju li titlef l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp taħt ir-Regolament DCI; iqis li s-sitwazzjoni tal-pajjiż bħala stat gżira li qed jiżviluppa u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed iħabbat wiċċu magħhom, li huma ggravati mill-impatt negattiv ta' miżuri unilaterali koerċittivi, jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' miżuri li se jippermettu li l-UE tkompli tipprovdi għajnuna lil Kuba, u li dan għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li jmiss tar-Regolament DCI;

4.  Jirrimarka li, kif indikaw in-Nazzjonijiet Uniti, l-embargo ekonomiku, kummerċjali u finanzjarju impost fuq Kuba mill-Istati Uniti kien, u għadu, wieħed mill-ostakli ewlenin li qed ixekkel l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż, speċjalment, pereżempju, fis-setturi tas-servizzi, tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tal-ikel u tas-servizzi soċjali;

5.  Jappoġġa l-affermazzjoni mill-ġdid tal-partijiet tal-ħtieġa li l-pajjiżi żviluppati kollha jwarrbu 0.7 % tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, u għall-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju superjuri sabiex jistabbilixxu miri biex b'hekk iżidu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament pubbliku internazzjonali;

6.  Ifakkar li l-politika ta' żvilupp ibbażata fuq id-dritt, ir-rispett għall-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali, il-libertà tal-espressjoni kif ukoll il-governanza tajba hija waħda mill-pilastri tal-azzjoni esterna tal-UE, u li dan għandu jiġi rifless b'mod ċar fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

7.  Jirrikonoxxi u jilqa' r-rwol importanti li Kuba tiżvolġi fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar, l-impenn tagħha u s-solidarjetà internazzjonali tagħha fil-forma ta' kontribuzzjonijiet għall-għajnuna umanitarja, prinċipalment fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni;

8.  Jilqa' l-promozzjoni tal-perspettiva tas-sess fl-oqsma kollha rilevanti ta' kooperazzjoni, inkluż l-iżvilupp sostenibbli;

9.  Jappoġġa l-enfasi li ssir fuq parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet rilevanti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż permezz tal-bini ta' kapaċità;

10.  Huwa tal-fehma li l-UE, permezz ta' dan il-Ftehim u mezzi oħra ta' impenn, tista' taqdi rwol kruċjali billi takkumpanja l-bidliet ekonomiċi, demokratiċi u soċjali f'Kuba, abbażi tal-esperjenza tagħha stess fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u soċjali tas-suq, l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, it-twaqqif ta' sistemi ta' protezzjoni soċjali inklużivi, l-appoġġ tas-settur agrikolu u l-prevenzjoni tad-diżastri naturali.

11.  Jispera li dan il-Ftehim se jappoġġa r-rwol inkużiv tas-settur privat lokali, tal-imprendituri Kubani, u diversi setturi tas-soċjetà ċivili, u se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija u l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili b'saħħitha u indipendenti;

12.  Ifakkar fl-importanza tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) bħala strument biex isaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet fis-soċjetà ċivili; iqis li, minħabba s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, dan l-Istrument għandu bżonn jiġi msaħħaħ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim;

13.  Ifakkar fir-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili Kubana fl-iżvilupp ekonomiku u demokratiku tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa biex is-soċjetà ċivili tkun attur ewlieni fl-oqsma kollha ta' dan il-Ftehim, inklużi dawk relatati mal-għajnuna għall-iżvilupp; ifakkar fl-appoġġ tal-Parlament, permezz tal-Premju Sakharov, għas-soċjetà ċivili Kubana fir-rwol tagħha ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'Kuba.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Ádám Kósa, Cécile Kashetu Kyenge, Judith Sargentini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ádám Kósa, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko,

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Elly Schlein

Verts/ALE

Maria Heubuch, Judith Sargentini

0

-

 

 

2

0

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (31.5.2017)

tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

li tinkludi mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra

(2017/2036(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Reimer Böge

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-bidu ġdid tar-relazzjonijiet UE-Kuba, anke fil-qasam tal-kummerċ bilaterali, bl-iffirmar tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni (FDPK) minn Kuba, l-UE u t-28 Stat Membru tagħha; jinnota li l-FDPK, bħala l-ewwel ftehim li qatt kien hemm bejn l-UE u Kuba, jikkostitwixxi l-qafas legali ġdid għal dawn ir-relazzjonijiet, li jinkludi kapitolu dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali, li għandu l-għan li joħloq ambjent aktar prevedibbli u trasparenti għall-operaturi ekonomiċi lokali u Ewropej; jissottolinja li l-ftehim jista' jipprovdi possibbiltajiet u impenji ġodda għaż-żewġ firmatarji anke fil-qasam tal-kummerċ bilaterali; jirrimarka li 22 Stat Membru ffirmaw ftehimiet bilaterali ma' Kuba minkejja l-infurzar tal-Pożizzjoni Komuni ta' Diċembru 1996;

2.  Jirrimarka li l-FDPK, minkejja li ġie ffirmat f'Diċembru 2016, se jiġi applikat b'mod provviżorju biss ladarba l-Parlament Ewropew ikun ta l-approvazzjoni tiegħu; jappoġġa l-prattika li ilha stabbilita, ikkonfermata wkoll mill-Kummissarju Cecilia Malmström fis-seduta tagħha fid-29 ta' Settembru 2014, li d-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ u l-investiment tal-ftehimiet ta' importanza politika ma jiġux applikati b'mod provviżorju sakemm il-Parlament Ewropew ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu u jestendu din il-prattika għall-ftehimiet internazzjonali kollha relatati mal-Azzjoni Esterna tal-UE kull fejn huma kkonċernati l-aspetti kummerċjali, bħalma hu l-każ bl-FDPK;

3.  Jirrimarka li hemm inkonsistenzi bejn il-Kostituzzjoni Kubana u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-FDPK;

4.  Jinnota li l-UE hija l-esportatur ewlieni u t-tieni l-ikbar sieħeb kummerċjali ta' Kuba, kif ukoll l-ikbar investitur barrani; jindika li l-politika tal-UE dwar il-kummerċ barrani ma tipprovdi l-ebda preferenza kummerċjali għal Kuba, u li japplikaw rati tariffarji tal-UE kif notifikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); ifakkar li bħala riżultat tar-riforma tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tal-UE, minn Jannar 2014 Kuba tilfet il-preferenzi kummerċjali tagħha għal esportazzjoni lejn l-UE peress li kienet laħqet il-kategorija ta' Pajjiż bi Dħul Medju Superjuri u ma baqgħetx tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kummerċ għadu jirrappreżenta biss sehem moderat tal-ekonomija Kubana, hekk kif l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet flimkien jammontaw għal 26,4 % tal-PDG;

5.  Jenfasizza li l-pilastru tal-kummerċ u tal-kooperazzjoni kummerċjali tal-FDPK ma jipprovdi l-ebda preferenzi kummerċjali għal Kuba; ifakkar li dan il-pilastru jkopri l-kooperazzjoni doganali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-proprjetà intellettwali, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, il-prodotti tradizzjonali u artiġjanali, il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni dwar id-difiża tal-kummerċ, ir-regoli dwar l-oriġini u l-investimenti;

6.  Jissuġġerixxi li jiġu esplorati possibilitajiet futuri sabiex jintegraw lil Kuba fl-FSE UE-CARIFORUM, li jinkludi diversi kapitoli speċifiċi u utli dwar il-kooperazzjoni kummerċjali u joffri l-possibbiltà lil Kuba ta' aktar integrazzjoni reġjonali;

7.  Jinnota li Kuba hija membru tad-WTO u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li hija tirrispetta l-prinċipji bażiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, bħall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-ftehimiet dwar ostakli għall-kummerċ, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-istrumenti ta' difiża kummerċjali;

8.  Jistieden lil Kuba tirratifika l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO li daħal fis-seħħ fi Frar 2017; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Kumitat għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ fil-pajjiż u, f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu appoġġ tekniku;

9.  Jirrimarka li l-kooperazzjoni doganali hija qasam kruċjali li jeħtieġ jiġi żviluppat sabiex jindirizza sfidi importanti bħalma huma s-sigurtà tal-fruntieri, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-ġlieda kontra l-prodotti ffalsifikati u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fost oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu għajnuna teknika u finanzjarja u jistabbilixxu strumenti bilaterali bi qbil reċiproku sabiex jgħinu lil Kuba bl-implimentazzjoni ta' miżuri għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u s-servizzi ta' tagħrif;

10.  Jirrimarka li l-kooperazzjoni tal-UE ma' Kuba tkompliet fl-2008 u hija koperta mill-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI); jinnota li l-appoġġ finanzjarju tal-UE diġà ġie allokat lil setturi li jwieġbu għal prijoritajiet nazzjonali, bħal appoġġ għall-modernizzazzjoni ekonomika u soċjali sostenibbli u miżuri oħra ta' appoġġ; jieħu nota li Kuba tipparteċipa wkoll fi programmi reġjonali bħal Al-Invest li jippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar proġetti attwali u taqsam informazzjoni rilevanti mal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura;

11.  Jindika li għad fadal ħafna xi jsir biex tittejjeb il-klima tan-negozju sabiex jiġu stimulati t-tkabbir inklużiv u l-prosperità f'Kuba u jissaħħu r-relazzjonijiet ta' kummerċ u investiment barra mill-pajjiż; jenfasizza li dan japplika wkoll għall-modernizzazzjoni tas-sistema ekonomika Kubana, fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet meħuda miċ-ċittadini tagħha, fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, pereżempju, fl-infrastruttura u l-industrija agroalimentari, l-investiment dirett barrani bħal fis-settur tat-turiżmu, ir-rikonoxximent u ċ-ċertezza legali kemm għal atturi privati kif ukoll pubbliċi, il-ħolqien ta' spazji għall-istabbiliment u l-funzjonament ta' impriżi kompletament indipendenti, inklużi l-SMEs, id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet, l-investimenti u t-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, l-innovazzjoni teknoloġika, l-impjieg privat u b'mod ġenerali, il-libertajiet tas-suq filwaqt li jiġu żgurati standards għoljin ta' xogħol, standards soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja li dan għandu jwassal għall-possibbiltà li l-pajjiż jegħleb il-limitazzjonijiet fil-provvista ta' oġġetti u servizzi u biex isir pass progressiv lejn il-libertà fir-rigward tal-ispazji soċjali, il-koeżistenza, it-teknoloġija u l-komunikazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jitjiebu d-drittijiet tal-proprjetà privata sabiex jiffaċilitaw l-inizjattivi privati bħalma huma l-cuentapropistas, peress li dawn kienu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-pajjiż; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġu appoġġati l-SMEs; jitlob li s-sottokumitati dwar il-kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti janalizzaw l-azzjonijiet potenzjali li għandhom jittieħdu u jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinformaw lill-Parlament b'mod regolari dwar l-inizjattivi kollha u l-progress f'dan ir-rigward;

12.  Jieħu nota tal-miżuri li l-awtoritajiet Kubani adottaw f'dawn l-aħħar xhur u tal-adozzjoni, min-naħa ta' Kuba f'Awwissu 2011, tal-linji gwida dwar il-politika ekonomika u soċjali biex tħeġġeġ il-libertà ekonomika u l-liberalizzazzjoni ekonomika b'mod ġenerali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jippromwovu aktar ekonomija sostenibbli sabiex itejbu l-livelli li għadhom baxxi ħafna ta' libertà ekonomika fil-pajjiż, kif ukoll il-kummerċ u l-investiment; jissottolinja l-importanza tal-istat tad-dritt u li l-pajjiż jingħata ċertezza legali, trasparenza regolatorja, governanza tajba, stabbiltà ekonomika u inqas burokrazija; jenfasizza li l-iżvilupp ta' regoli li jħeġġu l-investiment barrani qawwi biex titjieb l-infrastruttura fiżika u teknoloġika tal-pajjiż u sabiex tinbena sistema ta' produzzjoni kompetittiva Kubana se jirrikjedi bosta miżuri ekonomiċi u finanzjarji oħra; ifakkar li wieħed mill-objettivi globali tal-FDPK huwa li jappoġġa d-diversifikazzjoni tal-ekonomija Kubana u l-promozzjoni ta' klima xierqa ta' negozju u intraprenditorija;

13.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ekonomija Kubana tiddependi ħafna fuq sussidji sinifikanti ta' żejt mill-Venezwela u fuq assistenza esterna bħal rimessi minn Kubani li jgħixu barra l-pajjiż;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-esportazzjonijiet minn Kuba jiġu diversifikati lil hinn mill-prodotti tradizzjonali, u jitlob lill-Kummissjoni toħloq postijiet ta' negozjar ad hoc għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tipprovdi lill-esportaturi Kubani bl-għarfien meħtieġ biex jittejjeb l-aċċess tal-prodotti fis-suq tal-UE;

15.  Jilqa' l-fatt li Kuba rratifikat it-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u jitlob impenji rigward l-implimentazzjoni rapida tagħhom; jistieden bis-saħħa, lil Kuba u lill-pajjiżi kollha li magħhom għandha ftehimiet jew li magħhom qed tinnegozja ftehimiet, sabiex jirratifikaw u jikkonformaw mar-regolamenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti, u sabiex jipproskrivu l-forom kollha tal-isfruttament tax-xogħol; jinnota li hemm oqsma fejn id-drittijiet soċjali u tax-xogħol huma involuti, bħalma huma l-prattiki tar-reklutaġġ minn impriżi li huma proprejtà tal-Istat Kuban u l-prattiki ta' konfiska tas-salarji fis-settur tat-turiżmu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-ħaddiema kollha jeħtieġ li jkollhom sett bażiku ta' drittijiet tal-ħaddiema kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata f'konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO, u jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu għal dan l-għan skont l-Artikolu 38 tal-FDPK;

16.  Ifakkar fil-Programm Indikattiv Pluriennali għal Kuba 2014-2020 u fl-importanza tiegħu għall-proċess ta' riforma u għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli; jenfasizza wkoll li l-partijiet kollha tas-soċjetà rurali f'Kuba għandhom jibbenefikaw minn EUR 50 miljun f'fondi tal-UE allokati għas-settur agrikolu, peress li l-produttività agrikola Kubana għadha baxxa;

17.  Jilqa' r-rwol tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) fl-għoti ta' appoġġ strateġiku lil Aduanas General de la República ta' Kuba skont il-Programm Mercator sabiex jevalwa l-istat ta' tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO; jenfasizza l-importanza ta' Aduanas General de la República li tkun proattiva fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u jitlob lill-Kummissjoni tassisti lil Kuba f'dan il-proċess;

18.  Jilqa' d-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li għadu għaddej u l-aċċenn għas-soċjetà ċivili bħala waħda mill-atturi rikonoxxuti ta' kooperazzjoni fil-qafas tal-FDPK, li tnieda fl-2015 qabel l-iffirmar tal-ftehim, iżda jitlob bil-qawwa għal inklużjoni akbar tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jistabbilixxu punti ta' riferiment ċari sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem fl-FDPK; jappella lil Kuba tiżgura l-istabbiliment ta' pjan direzzjonali trasparenti u vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, dawk ambjentali u dawk lavorattivi, li jmissu jiġi essenzjalment immirat lejn is-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem, it-tqawwija u t-titjib tad-drittijiet ta' min ikun membru ta' trade union, u l-protezzjoni tal-ambjent; ifakkar li bil-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-FDPK, Kuba, għall-ewwel darba, se taħdem f'kooperazzjoni fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-UE tkompli tavvanza d-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-kooperazzjoni tagħha ma' Kuba, f'konformità mal-għanijiet tal-politiki ddikjarati fl-Istrateġija "Kummerċ għal Kulħadd";

19.  Jistieden ukoll lill-kumpaniji Ewropej li joperaw f'Kuba, speċjalment dawk li jirċievu krediti jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja ta' oriġini pubblika, biex japplikaw l-istess standards lavorattivi u etiċi kif meħtieġ fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

20.  Jenfasizza li l-FDPK jinkludi dispożizzjoni għas-sospensjoni tal-ftehim f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif inkluż fil-ftehimiet kollha bejn l-UE u l-pajjiżi terzi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Seán Kelly, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Dita Charanzová, Hannu Takkula, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

David Campbell Bannerman, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin

PPE

Adam Szejnfeld, Artis Pabriks, Christofer Fjellner, Daniel Caspary, Fernando Ruas, Franck Proust, Jarosław Wałęsa, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Reimer Böge, Santiago Fisas Ayxelà, Seán Kelly, Viviane Reding

S&D

Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, Karoline Graswander-Hainz, Sorin Moisă

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

2

-

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

3

0

ECR

Sajjad Karim

ENF

Edouard Ferrand, Franz Obermayr

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

6

16

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, James Carver, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Anders Primdahl Vistisen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Reinhard Bütikofer, Luis de Grandes Pascual, Neena Gill, María Teresa Giménez Barbat, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Patricia Lalonde, Javi López, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Igor Šoltes, Renate Sommer, Ernest Urtasun, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Dietmar Köster, Costas Mavrides


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Petras Auštrevičius, María Teresa Giménez Barbat, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Patricia Lalonde, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

ECR

Bas Belder, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Anders Primdahl Vistisen

PPE

Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Andrzej Grzyb, Sandra Kalniete, Francisco José Millán Mon, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Renate Sommer, Luis de Grandes Pascual, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Nikos Androulakis, Francisco Assis, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Dietmar Köster, Javi López, Andrejs Mamikins, Costas Mavrides, Alex Mayer, Clare Moody, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Elena Valenciano

6

-

ECR

Marek Jurek

EFDD

James Carver

ENF

Mario Borghezio

PPE

Lars Adaktusson, Tunne Kelam, Cristian Dan Preda

16

0

GUE/NGL

Takis Hadjigeorgiou, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

PPE

Pál Csáky, Andrey Kovatchev, Ramona Nicole Mănescu

Verts/ALE

Reinhard Bütikofer, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Igor Šoltes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza