RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

27.6.2017 - (07725/2017 – C8-0157/2017 – 2017/0016(NLE)) - ***

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Kateřina Konečná

Proċedura : 2017/0016(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0237/2017
Testi mressqa :
A8-0237/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

(07725/2017 – C8-0157/2017 – 2017/0016(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07725/2017),

–  wara li kkunsidra l-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal, adottat fit-tmienja u għoxrin laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal, li saret f'Kigali, ir-Rwanda f'Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0157/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0237/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

L-eżitu prinċipali tat-28 Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal, li seħħet bejn l-10 u l-15 ta' Ottubru 2016 f'Kigali, ir-Rwanda, kien l-adozzjoni ta' emenda għall-Protokoll ta' Montreal (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll"). L-emenda żżid l-idrofluworokarburi (HFCs) mal-lista ta' sustanzi rregolati mill-Protokoll u temenda l-artikoli applikabbli fil-Protokoll kif xieraq. L-HFCs huma użati frekwentament fil-kundizzjonaturi tal-arja, fl-aerosols, fil-fowms u prodotti oħra. Huma ġew introdotti bħala alternattiva għal klorofluworokarburi (CFCs) u sustanzi oħra li huma ta' ħsara għas-saff tal-ożonu, li l-użu tagħhom ġie mnaqqas b'miżuri implimentati taħt il-Protokoll. Ġie skopert, madankollu, li l-HFCs huma gassijiet serra attivi li l-potenzjal tagħhom ta' tisħin globali jista' jkun elf darba akbar minn dawk tad-diossidu tal-karbonju. L-użu tagħhom għalhekk irid jitnaqqas kemm jista' jkun malajr. L-aktar pajjiżi żviluppati ekonomikament ser ikunu meħtieġa li jnaqqsu l-produzzjoni u l-użu tal-HFCs bejn l-2019 u l-2023. Ħafna mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, imbagħad, ser ikunu meħtieġa jiffriżaw il-konsum u l-produzzjoni tagħhom tal-HFCs bejn l-2024 u l-2028. Il-bqija ser ikunu meħtieġa jiffriżaw il-konsum u l-produzzjoni tagħhom bejn l-2028 u l-2031. L-adozzjoni immedjata tal-UE tal-Emenda ta' Kigali ser turi l-impenn tagħha li tagħti kontribut sinifikanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex b'hekk jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jlestu l-proċess ta' ratifika tal-emenda skont l-iskeda proposta. Ir-rapporteur tilqa' u tapprezza d-deċiżjoni tar-Renju Unit, li jaċċetta u jirratifika l-Emenda ta' Kigali, minkejja n-negozjati dwar il-Brexit li għaddejjin bħalissa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim biex jiġi emendat il-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, adottat f’Kigali

Referenzi

07725/2017 – C8-0157/2017 – COM(2017)00512017/0016(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

15.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

18.5.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Kateřina Konečná

24.4.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Norbert Lins, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Nicola Caputo, Eleonora Evi, Elena Gentile, Anja Hazekamp, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, Sirpa Pietikäinen, Stanislav Polčák, Tibor Szanyi, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Jan Keller, Constanze Krehl, Lieve Wierinck, Tiemo Wölken

Data tat-tressiq

27.6.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

ALDE

Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries, Nils Torvalds, Lieve Wierinck

ECR

Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Eleonora Evi

ENF

Mireille D'Ornano

GUE/NGL

Lynn Boylan, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Sirpa Pietikäinen, Stanislav Polčák, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Richard Corbett, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jan Keller, Constanze Krehl, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Tibor Szanyi, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Keith Taylor, Davor Škrlec

0

-

1

0

EFDD

Julia Reid

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni