dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni 2241/2004/KE
(COM(2016)0625 – C8-0404/2016 – 2016/0304(COD))
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Thomas Mann, Svetoslav Hristov Malinov
(Proċedura ta' kumitat konġunt – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni 2241/2004/KE
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0625),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0404/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-15 ta' Frar 2017(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Diċembru 2016(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0244/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) L-individwi, meta jfittxu xogħol, jew meta jieħdu deċiżjonijiet dwar xiex u fejn jitgħallmu jew jistudjaw jew jaħdmu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni dwar l-opportunitajiet disponibbli, dwar mezzi ta' valutazzjoni tal-ħiliet tagħhom, u dwar mezzi ta' preżentazzjoni ta' informazzjoni rigward il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom.
(1) L-individwi, meta jfittxu xogħol, jew meta jieħdu deċiżjonijiet dwar xiex u fejn jitgħallmu jew jistudjaw jew jaħdmu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni dwar l-opportunitajiet disponibbli, dwar mezzi ta' valutazzjoni tal-ħiliet tagħhom, dwar mezzi ta' preżentazzjoni ta' informazzjoni rigward il-ħiliet, il-kwalifiki u l-għarfien tagħhom, kif ukoll gwida dwar il-karriera.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1a)Jirriżulta li l-Europass jintuża minn gruppi soċjali b'livell għoli ta' litteriżmu diġitali filwaqt li gruppi anqas vantaġġati, bħal persuni b'livelli baxxi ta' edukazzjoni, iċ-ċittadini anzjani jew persuni qiegħda għal żmien twil, ta' spiss ma jkunux jafu bl-eżistenza tiegħu u għalhekk ma jistgħux jibbenefikaw mill-Europass u l-għodod eżistenti tiegħu.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) Id-differenzi fil-lingwa, fid-definizzjonijiet, fil-formats tad- dokumenti, kif ukoll fil-metodi ta' valutazzjoni u validazzjoni tal-kwalifiki, kollha jippreżentaw sfidi konsiderevoli għall-individwi, għall-impjegaturi u għall-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-isfidi jinqalgħu speċjalment meta l-individwi jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor, inklużi pajjiż terzi, iżda wkoll meta jfittxu impjieg ġdid jew jinvolvu ruħhom fit-tagħlim. Huma meħtieġa informazzjoni ċara u fehim kondiviż sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.
(2) Id-differenzi fil-lingwa, fid-definizzjonijiet, fil-formats tad-dokumenti, kif ukoll fil-metodi ta' valutazzjoni u validazzjoni tal-kwalifiki, kollha jippreżentaw sfidi konsiderevoli għall-individwi, għall-impjegaturi u għall-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-isfidi jinqalgħu speċjalment meta l-individwi jiċċaqalqu minn pajjiż għall-ieħor, inklużi pajjiż terzi, iżda wkoll meta jfittxu impjieg ġdid jew jinvolvu ruħhom fit-tagħlim. Informazzjoni ċara, is-simplifikazzjoni tal-qafas tal-Europass, it-tixrid usa' tal-informazzjoni, fehim komuni u trasparenza mtejba huma neċessarji sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u tiġi iffaċilitata l-mobilità filwaqt li tiġi żgurata flessibilità suffiċjenti ir-rigward ta' prattiki stabbiliti tal-Istati Membri, u jiġu rispettati d-diversità, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 stabbilixxiet qafas biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-għan tagħha kien li tinkiseb aktar trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi permezz ta' portafoll ta' dokumenti, magħrufa bħala "Europass", li l-individwi jkunu jistgħu jużaw fuq bażi volontarja. Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE stabbilixxiet ukoll il-korpi nazzjonali, magħrufa bħala ċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass, li jimplimentaw il-qafas tal-Europass.
(3) Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 stabbilixxiet qafas biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Hija kisbet aktar trasparenza u komparabilità tal-kwalifiki u tal-kompetenzi permezz ta' portafoll ta' dokumenti, magħrufa bħala "Europass", li l-individwi jistgħu jużaw fuq bażi volontarja, karatteristika għandha tinżamm. Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE stabbilixxiet ukoll il-korpi nazzjonali, magħrufa bħala ċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass (NECs), li jimplimentaw il-qafas tal-Europass.
__________________
__________________
24 ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.
24 ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a)Id-dokumenti tal-Europass jenħtieġ li jevolvu sabiex jippermettu d-deskrizzjoni ta' tipi differenti ta' tagħlim u ħiliet u, b'mod partikolari, dawk miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3b)Il-qafas il-ġdid tal-Europass previst f'dan ir-Regolament jadatta s-servizzi eżistenti tal-Europass għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-utenti u l-fornituri, b'mod partikolari, l-istudenti, dawk li qed ifittxu xogħol, il-ħaddiema u l-impjegaturi (b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju), is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, professjonisti tal-orjentament, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-imsieħba soċjali, il-voluntiera, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, dawk li jipprovdu xogħol għaż-żgħażagħ, l-NECs u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli. Is-simplifikazzjoni, l-effettività u l-effiċjenza, b'rispett għall-istrutturi nazzjonali u l-arranġamenti amministrattivi, huma l-objettivi ewlenin ta' din id-Deċiżjoni. L-istrumenti u l-għodod kollha għandhom ikunu mfassla b'mod xieraq u allinjati b'tali mod li l-għanijiet speċifiċi tagħhom ma jikkoinċidux u ma għandhomx imorru lil hinn mil-limiti tal-Europass.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3c) Bħala prinċipju ġenerali, l-obbligi u l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji fuq l-Istati Membri għandhom ikunu prevedibbli b'mod ċar u bbilanċjati f'termini ta' spejjeż u benefiċċji.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni tiegħu, il-qafas tal-Europass iffoka fuq l-għodod għad-dokumentazzjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki. Dawn l-għodod kisbu użu wiesa'.L-attivitajiet miċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass joffru appoġġ u jippromwovu d-dokumentazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki25.
(4) Sabiex jintlaħaq l-objettiv ewlieni tiegħu, il-qafas tal-Europass iffoka fuq l-għodod għad-dokumentazzjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki. Dawn l-għodod kisbu użu wiesa', iżda b'mod mhux ugwali f'termini ta' ġeografija u l-grupp ta' età, u r-rata ta' użu tagħhom varja ħafna bejn id-diversi setturi tas-suq tax-xogħol.L-attivitajiet mill-NECs joffru appoġġ integrali u jippromwovu d-dokumentazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki25.
__________________
__________________
25 It-tieni evalwazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas Komunitarju uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass), COM(2013) 899 final.
25 It-tieni evalwazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas Komunitarju uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass), COM(2013) 899 final.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4a)L-attivitajiet offruti mill-NECs jipprovdu appoġġ lill-utenti u jippromwovu d-dokumentazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki. In-Netwerk Euroguidance kkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp fl-għoti ta' informazzjoni rigward l-għodod tal-Unjoni għall-ħiliet u l-kwalifiki. Għandhom jiġu żgurati appoġġ iktar qawwi ta' dawk is-servizzi nazzjonali u koordinazzjoni ikbar bejniethom, biex jissaħħaħ l-impatt tagħhom filwaqt li tiġi rispettata d-diversità tas-sistemi nazzjonali.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7a)Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali stiednet lill-Istati Membri jkollhom fis-seħħ, mhux iktar tard mill-2018, f'konformità maċ-ċirkostanzi u speċifiċitajiet nazzjonali, u kif iqisu xieraq, arranġamenti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jippermettu lill-individwi li jkollhom konoxxenza, ħiliet u kompetenzi li nkisbu permezz tat-tagħlim mhux formali u informali, validati u biex jiksbu kwalifika sħiħa jew, fejn applikabbli, kwalifika parzjali.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO) tmexxiet mill-Kummissjoni bħala lingwa komuni u għodda operazzjonali għall-edukazzjoni/it-taħriġ u x-xogħol30. L-ESCO tirristruttura kunċetti li huma rilevanti għas-suq tax-xogħol tal-UE u l-edukazzjoni u t-taħriġ fi tliet pilastri interkonnessi: i) okkupazzjonijiet, ii) għarfien, ħiliet u kompetenzi u iii) kwalifiki..Il-pilastri tal-ESCO jistgħu jiġu kkomplementati minn vokabularji awżiljarji li jkopru ambiti relatati, bħall-kuntest tax-xogħol, l-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jew is-setturi ekonomiċi.
(10) Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO) qed tiġi żviluppata u ttestjata mill-Kummissjoni bħala terminoloġija komuni u għodda operazzjonali għall-edukazzjoni/it-taħriġ u x-xogħol30. L-ESCO għandha l-għan li tirristruttura kunċetti li huma rilevanti għas-suq tax-xogħol tal-UE u l-edukazzjoni u t-taħriġ fi tliet pilastri interkonnessi: i) okkupazzjonijiet, ii) għarfien, ħiliet u kompetenzi u iii) kwalifiki. li, jistgħu, fuq bażi volontarja, jikkjarifikaw l-ambiti relatati ta' ħiliet u kwalifiki.Ladarba l-ESCO tkun ġiet żviluppata u ttestjata bis-sħiħ fl-Istati Membri, tista' tintuża bħala bażi terminoloġika ta' riferiment tal-Europass. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tal-ESCO tista' tiġi kkomplementata minn vokabularju awżiljari li jkopri ambiti relatati, bħall-kuntest tax-xogħol, il-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jew is-settur ekonomiku.
__________________
__________________
30 L-istrateġija Ewropa 2020 ħabbret li l-Kummissjoni se taħdem fuq qafas bħal dan, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", COM(2010) 2020 final.
30 L-istrateġija Ewropa 2020 ħabbret li l-Kummissjoni se taħdem fuq qafas bħal dan, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", COM(2010) 2020 final.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10a)Bħalissa, l-ESCO ma tistax titqies bażi terminoloġika ta' riferiment tal-Europass. Minħabba l-fatt li għadu għaddej il-proġett, l-ESCO hija strument li ma ġiex żviluppat jew ittestjat bis-sħiħ u ma ġiex approvat mill-Istati Membri. L-użu tal-ESCO bħala terminoloġija ta' riferiment huwa għalhekk kundizzjonali għal sforz mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-aċċettazzjoni u l-utilità tagħha min-naħa tal-utenti u partijiet interessati oħrajn, kif ukoll għal sforz biex tintwera l-pożizzjoni tal-ESCO fl-ispazju tal-istrumenti tal-Unjoni, sabiex jintwera l-valur miżjud tal-użu tagħha lis-swieq tax-xogħol, l-impjegaturi, l-impjegati u dawk li qed ifittxu l-impjieg, u s-sinerġiji li jinħolqu permezz tal-użu tal-ESCO b'mod li jkun konsistenti mal-QEK fil-Europass. Ladarba l-ESCO tiġi rikonoxxuta bħala terminoloġija ta' riferiment għall-Europass, hija għandha tiġi aġġornata regolarment, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati, bħall-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-istituti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-istituti tar-riċerka, l-istituti tal-istatistika u s-servizzi għall-impjiegi.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament u tal-Kunsill31 stabbilixxa s-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), netwerk ta' servizzi għall-impjiegi u mekkaniżmu ta' tlaqqigħ awtomatizzat tal-persuni mal-impjiegi permezz tal-pjattaforma informatika komuni tal-EURES. Biex jippermetti l-iskambju u t-tlaqqigħ ta' postijiet tax-xogħol battala mal-kandidati, dan il-mekkaniżmu jeħtieġ lista komuni u multilingwi ta' ħiliet, kompetenzi u okkupazzjonijiet. Billi tiżviluppa l-ESCO, il-Kummissjoni qed tipprovdi sistema ta' klassifikazzjoni multilingwi ta' okkupazzjonijiet, ħiliet u kompetenzi u kwalifiki li hija adattata għal dan l-għan.
(11) Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament u tal-Kunsill31 stabbilixxa s-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), netwerk ta' servizzi għall-impjiegi u mekkaniżmu ta' tlaqqigħ awtomatizzat tal-persuni mal-impjiegi permezz tal-pjattaforma informatika komuni tal-EURES. Biex jippermetti l-iskambju u t-tlaqqigħ ta' postijiet tax-xogħol battala mal-kandidati, dan il-mekkaniżmu jista' jibbenefika minn lista komuni u multilingwi ta' ħiliet, kompetenzi u okkupazzjonijiet. Billi tiżviluppa l-ESCO, il-Kummissjoni qed timmira li tipprovdi sistema ta' klassifikazzjoni multilingwi għall-professjonijiet, ħiliet u kompetenzi u kwalifiki li jistgħu jikkontribwixxu għall-kisba ta' dan l-għan, wara li jittieħed biżżejjed żmien għal reviżjoni kompleta u bir-reqqa.Fi ħdan in-netwerk tal-EURES tiġi pprovduta assistenza lil persuni li qed ifittxu impjieg li jixtiequ jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor kif ukoll lill-impjegaturi li jfittxu ħaddiema f'pajjiż ieħor. L-interkonnessjoni u l-kooperazzjoni bejn il-portali tal-Europass u tal-EURES jistgħu jwasslu għal użu iktar effiċjenti taż-żewġ servizzi.
__________________
__________________
31 ĠU L 107, 22.4.2016, p.1.
31 ĠU L 107, 22.4.2016, p.1.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13) L-edukazzjoni u t-taħriġ qed dejjem aktar jiġu offruti f'forom u kuntesti ġodda minn varjetà ta' fornituri, partikolarment permezz tal-użu ta' teknoloġiji u pjattaformi diġitali. Bl-istess mod, il-ħiliet, l-esperjenzi u l-kisbiet fit-tagħlim huma rikonoxxuti f'forom differenti, bħal pereżempju badges miftuħa diġitali. Dawn huma magħrufa u użati għall-ħiliet miksuba permezz ta' tagħlim mhux formali bħal fil-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ.
(13) L-edukazzjoni u t-taħriġ formali, mhux formali u informali qed dejjem aktar jiġu offruti f'forom u kuntesti ġodda bħar-Riżorsi Edukattivi Miftuħa (OER) minn varjetà ta' fornituri inklużi l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partikolarment permezz tal-użu ta' teknoloġiji u ta' pjattaformi diġitali, tagħlim mill-bogħod, tagħlim elettroniku, tagħlim bejn il-pari u korsijiet onlajn miftuħa massivi (MOOCs). Bl-istess mod, il-ħiliet, l-esperjenzi u l-kisbiet fit-tagħlim huma rikonoxxuti f'forom differenti, bħal pereżempju badges miftuħa diġitali, u valutazzjoni oħra rikonoxxuti, inklużi għodod ta' awtovalutazzjoni. Dawn huma magħrufa u użati għall-ħiliet trażversali u personali miksuba permezz ta' tagħlim mhux formali u informali bħall-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-attivitajiet tal-volontarjat sportivi u artisiċi.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(14) Huwa rikonoxxut li qiegħda tikber l-importanza tal-ħiliet trasversali jew personali li jistgħu jiġu applikati f'oqsma differenti. L-individwi jeħtieġu għodod u orjentamenti dwar l-awtovalutazzjoni u dwar id-deskrizzjoni ta' dawn il-ħiliet kif ukoll oħrajn, pereżempju dawk diġitali jew lingwistiċi.
(14) Barra mill-importanza rikonoxxuta tal-ħiliet tekniċi, hemm rikonoxximent dejjem akbar tal-ħiliet trasversali u personali bħall-ħsieb kritiku, il-ħidma f'tim, is-soluzzjoni tal-problemi, u l-kreattività, u varjetà ta' ħiliet għall-ħajja li huma prerekwiżiti essenzjali għas-sodisfazzjon personali u professjonali u jistgħu, għalhekk, jiġu applikati f'oqsma differenti ta' xogħol, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. L-individwi jeħtieġu u jistgħu jibbenefikaw minn għodod u orjentamenti dwar l-awtovalutazzjoni u dwar id-deskrizzjoni ta' dawn il-ħiliet kif ukoll oħrajn, pereżempju ħiliet diġitali jew lingwistiċi, hekk kif definiti mill-Qafas Ewropew ta' Kompetenzi Ewlenin.
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(16) L-analiżi tal-postijiet tax-xogħol battala, u ta' xejriet oħra tas-suq tax-xogħol, huwa mod stabbilit biex tiġi żviluppata l-informazzjoni dwar il-ħiliet biex wieħed jifhem il-kwistjonijiet tad-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet kif ukoll l-asimmetrija fir-rigward tal-kwalifiki. L-użu tat-teknoloġija tal-informatika, bħall-web crawling u l-big data, jgħin biex tittejjeb l-informazzjoni dwar il-ħiliet u għalhekk jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet.
(16) L-analiżi tal-postijiet tax-xogħol battala, u ta' xejriet oħra tas-suq tax-xogħol, huwa mod stabbilit biex l-Istati Membri jiżviluppaw l-informazzjoni dwar il-ħiliet biex jifhmu l-kwistjonijiet tad-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet kif ukoll l-ispariġġi fir-rigward tal-kwalifiki. L-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u skambji ta' dejta jistgħu jgħinu biex jiġi identifikat u jittejjeb l-għarfien dwar il-ħiliet u għalhekk jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17) Il-enfasi attwali tal-qafas tal-Europass fuq id-dokumentazzjoni hija wisq limitata biex tingħata risposta għall-bżonnijiet attwali u futuri. Biex jikkomunikaw il-ħiliet u l-kwalifiki u jieħdu deċiżjonijiet opportunitajiet ta' xogħol u ta' taħriġ, l-utenti għandhom bżonn aċċess għall-informazzjoni u l-għodod rilevanti għall-komprensjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki kif ukoll għodod għad-dokumentazzjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki tagħhom.
(17) L-enfasi attwali tal-qafas tal-Europass jirrikjedi l-iżvilupp ta' terminoloġija komuni fid-dokumentazzjoni, li bħalissa għadha wisq limitata biex tingħata risposta għall-bżonnijiet attwali u futuri. Biex jikkomunikaw il-ħiliet u l-kwalifiki u jieħdu deċiżjonijiet fuq l-opportunitajiet ta' xogħol u ta' taħriġ u ta' validazzjoni, l-utenti għandhom bżonn aċċess għall-informazzjoni u l-għodod rilevanti u aġġornati għall-komprensjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki kif ukoll għodod għad-dokumentazzjoni tal-ħiliet u tal-kwalifiki tagħhom b'mod konformi mal-QEF.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(18) L-għodod u s-servizzi tal-Unjoni għall-ħiliet u l-kwalifiki għandhom jadattaw għall-prattiki li qed jinbidlu u l-avvanzi fit-teknoloġija sabiex ikun żgurat li jibqgħu rilevanti u ta' valur għall-utenti. Dan għandu jinkiseb permezz, fost affarijiet oħra, tal-ħolqien ta' aktar sinerġija bejn għodod u servizzi relatati, inklużi dawk żviluppati minn partijiet terzi, biex jingħata servizz aktar komprensiv u effettiv.
(18) L-għodod u s-servizzi tal-Unjoni għall-ħiliet u l-kwalifiki għandhom jadattaw għall-prattiki li qed jinbidlu u l-avvanzi fit-teknoloġija sabiex ikun żgurat li jibqgħu rilevanti u ta' valur għall-utenti. Dan għandu jinkiseb permezz, fost affarijiet oħra, tal-ħolqien ta' aktar sinerġiji bejn għodod u servizzi relatati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi dawk żviluppati minn partijiet terzi, biex jingħata servizz aktar komprensiv u effettiv, filwaqt li jittieħed kont tal-bżonnijiet speċifiċi ta' persuni b'diżabilità u permezz tat-tisħiħ tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri. Minbarra dan, miżuri ta' awtentifikazzjoni jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-verifika ta' dokumenti diġitali b'rabta mal-ħiliet u l-kwalifiki.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(19 L-approċċ rivedut tal-qafas tal-Europass għandu jikkunsidra l-bżonnijiet tal-utenti potenzjali kollha, inklużi l-istudenti, dawk li jfittxu x-xogħol, il-ħaddiema, l-impjegaturi, il-professjonisti tal-orjentament, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-imsieħba soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-organizzazzjonijiet għall-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-fassala tal-politika.
(19) L-approċċ rivedut tal-qafas tal-Europass għandu jirrispetta n-natura volontarja tal-Europass u jikkunsidra l-bżonnijiet tal-utenti potenzjali kollha, inklużi l-istudenti, dawk li jfittxu x-xogħol, il-persuni b'diżabilità, il-ħaddiema, l-impjegaturi, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, il-professjonisti tal-orjentament, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, l-imsieħba soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-volontiera, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet għall-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u dawk li jipprovdu xogħol għaż-żgħażagħ kif ukoll dawk li jfasslu l-politika. Ir-rilevanza ppruvata tal-qafas tal-Europass għall-utenti finali għandha tkun il-prinċipju ta' gwida, u l-partijiet interessati għandhom ikunu involuti mill-qrib.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 19a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(19a) Id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta għandu japplika għall-ipproċċesar tad-dejta personali. L-utenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu minn numru ta' għażliet biex jillimitaw l-aċċess għad-dejta tagħhom jew għal ċerti attributi tagħhom.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(20)Is-servizzi għandhom jiġu pprovduti onlajn fil-livell tal-Unjoni. Is-servizzi għandhom jinkludu wkoll l-iżvilupp u l-użu ta' standards miftuħa, skemi ta' metadejta u assi semantiċi biex jiġi ffaċilitat l-iskambju effettiv ta' informazzjoni, miżuri xierqa ta' awtentikazzjoni ta' dokumenti biex tiġi żgurata l-fiduċja fid-dokumenti diġitali u fl-għarfien u l-informazzjoni dwar il-ħiliet. Barra minn hekk, is-servizzi ta' appoġġ fil-livell nazzjonali għandhom jippromwovu u jiżguraw l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' utenti, inklużi ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.
imħassar
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(21) Għalhekk il-qafas tal-Europass stabbilit bid-Deċiżjoni 2241/2004/KE għandu jiġi sostitwit minn qafas ġdid biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li qed jinbidlu.
(21) Bl-għan li jiġu żviluppati objettivi b'terminoloġija komuni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u s-sistemi ta' edukazzjoni mhux formali u jiġu indirizzati l-bżonnijiet li dejjem jevolvu ul-avvanzi teknoloġiċi, mingħajr ma jkun hemm impatt fuq il-qafas għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, il-qafas tal-Europass stabbilit bid-Deċiżjoni 2241/2004/KE għandu jiġi sostitwit minn qafas volontarju ġdid u aġġornat.
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 22
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(22)Il-EURES huwa netwerk kooperattiv responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-iffaċilitar tal-interazzjoni bejn dawk li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi. Dan jipprovdi assistenza bla ħlas lill-persuni li qed ifittxu impjieg u li jixtiequ jiċċaqalqu lejn pajjiż ieħor u jgħin lill-impjegaturi li jixtiequ jingaġġaw ħaddiema minn pajjiżi oħra. Għandhom jiġu żgurati sinerġiji u kooperazzjoni bejn il-Europass u l-EURES biex ikun rinfurzat l-impatt taż-żewġ servizzi.
imħassar
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 23
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(23) Il-mudell(i) tas-CV, inkluż is-CV stabbilit tal-Europass, u l-mudell(i) tas-Suppliment għall-Kwalifiki għandhom jiffurmaw parti mill-Qafas. Il-mudelli għandhom ikunu disponibbli onlajn.
(23) Il-mudell(i) tas-CV, inkluż is-CV stabbilit tal-Europass, u l-mudell(i) tas-Suppliment għall-Kwalifiki għandhom jiffurmaw parti mill-Qafas. Il-mudelli għandhom ikunu interattivi, modifikabbli, u aċċessibbli minn kulħadd, disponibbli onlajn u adattati għall-bżonnijiet tal-utenti finali.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 23a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(23a)L-ipproċessar tas-CVs fl-Europass għandu jsir b'mod anonimizzat sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bazi tar-razza jew l-oriġini etnika, il-ġeneru jew l-età u biex jappoġġa l-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol inklużivi.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 24
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(24) Id-deżinjazzjoni tal-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet bħala l-interfaċċi u l-benefiċjarji ewlenin tal-fondi tal-Unjoni se tappoġġa amministrazzjoni u rappurtar simplifikati u tista' tappoġġa aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn is-servizzi nazzjonali eżistenti, inklużi ċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass, il-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-QEK u n-netwerk Euroguidance mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali f'termini ta' implimentazzjoni u organizzazzjoni.
imħassar
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 26a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(26a)Il-kollaborazzjoni kostruttiva bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, is-servizzi tal-impjiegi, il-professjonisti tal-orjentament, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-imsieħba soċjali bħalma huma t-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi, hija ta' importanza kbira għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni b'eżitu pożittiv tal-qafas tal-Europass;
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 27
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(27) Il-Kummissjoni se tiggarantixxi pjattaforma ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati biex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' din id-Deċiżjoni.
(27) Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni koerenti u l-monitoraġġ ta' din id-Deċiżjoni permezz ta' grupp ta' esperti tal-Europass magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-partijiet interessati. Il-grupp ta' esperti, b'mod partikolari, għandu jagħti pariri dwar l-iżvilupp ta' għodod ibbażati fuq il-web għad-dokumentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki u dwar l-informazzjoni pprovduta permezz tal-pjattaforma onlajn tal-Europass.
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 28
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(28) Peress li l-objettiv ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas komprensiv u interoperabbli ta' għodod, servizzi u informazzjoni medika għal finijiet impjieg u ta' tagħlim, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv.
(28) Peress li l-objettiv ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas komprensiv, effettiv, interoperabbli u faċli għall-utent ta' għodod, servizzi simplifikati u aċċessibbli u informazzjoni ċara għal finijiet impjieg u ta' tagħlim, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda jista' pjuttost, minħabba l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv.
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 29
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(29) L-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni se jkunu appoġġati minn espert tal-Aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (CEDEFOP), fl-ambitu ta' kompetenza tagħhom,
(29) L-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni se jkunu appoġġati minn espert tal-Aġenziji tal-Unjoni, fl-ambitu ta' kompetenza tagħhom, b'mod partikolari miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (CEDEFOP), b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75.
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 29a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(29a)L-Istati Membri u l-Unjoni ħadu l-impenn li jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol kif ukoll għas-sistemi u t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas Ewropew, inklużi l-għodod ibbażati fuq il-web, l-informazzjoni u l-iżvilupp ta' standards miftuħa biex jiġu appoġġati t-trasparenza u l-fehim tal-ħiliet u l-kwalifiki. Il-qafas għandu jkun magħruf bħala "Europass".
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas Ewropew, magħruf bħala "Europass", ibbażat fuq portafoll personali u volontarju ta' dokumenti bl-għan li l-kwalifiki u l-kompetenzi jsiru trasparenti u interoperabbli ġol-Istati Membri u bejniethom; il-Europass jinkludi għodod aċċessibbli bbażati fuq il-web, informazzjoni u l-iżvilupp ta' standards miftuħa biex jappoġġaw aktar trasparenza u fehim tal-ħiliet u l-kwalifiki bejn l-Istati Membri miksuba permezz ta' tagħlim formali, mhux formali u informali u permezz ta' esperjenzi prattiċi, inkluża l-mobilità. Dawk l-għodod ibbażati fuq il-web u dik l-informazzjoni huma maħsuba biex jgħinu lill-utenti jikkomunikaw u jippreżentaw aħjar il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom.
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Europass għandu jiġi amministrat mill-Kummissjoni u appoġġat mill-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet.
2. Il-Europass għandu jiġi amministrat mill-Kummissjoni u appoġġat miċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass, b'mod li jirrispetta l-istrutturi u l-arranġamenti amministrattivi tal-Istati Membri.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-użu tal-Europass ma għandu jimponi l-ebda obbligu jew ma għandu jikkonferixxi l-ebda dritt għajr dawk definiti f'din id-Deċiżjoni.
3. L-użu tal-Europass huwa volontarju u ma għandu jimponi l-ebda obbligu jew ma għandu jikkonferixxi l-ebda dritt għajr dawk definiti f'din id-Deċiżjoni.
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) "Suppliment għaċ-Ċertifikat" tfisser dokument mehmuż ma' ċertifikat vokazzjonali, sabiex jagħmilha iktar faċli għal terzi partijiet biex jifhmu l-eżiti tat-tagħlim miksuba mid-detentur tal-kwalifika kif ukoll in-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut u l-istatus tal-istudji li tlestew;
(a) "Suppliment għaċ-Ċertifikat" tfisser dokument mehmuż ma' ċertifikat ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) jew ċertifikat professjonali, sabiex jagħmilha iktar faċli għal terzi partijiet biex jifhmu l-eżiti tat-tagħlim miksuba mid-detentur tal-kwalifika kif ukoll in-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut, l-istatus tal-istudji li tlestew u l-ħiliet miksuba;
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ca)"gwida" tfisser proċess kontinwu li jagħmilha possibbli għall-individwi li jidentifikaw il-kapaċitajiet, il-kompetenzi u l-interessi tagħhom, jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u jimmaniġġjaw it-triqat tal-ħajja individwali tagħhom fil-kuntesti tat-tagħlim, tax-xogħol u f'kuntesti oħra li fihom dawk il-kapaċitajiet u l-kompetenzi huma miksuba jew użati;
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d)"metadejta" tfisser dejta li tipprovdi informazzjoni dwar dejta oħra li tintuża f'dokumenti tal-Europass;
imħassar
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e)"skemi ta' metadejta" tfisser deskrizzjoni ta' elementi ta' metadejta, il-valuri possibbli tagħhom, il-livell ta' obbligu tal-valuri u r-relazzjonijiet bejn dawn l-elementi ta' metadejta;
imħassar
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) "okkupazzjoni" tfisser raggruppament ta' impjiegi li jinvolvu kompiti simili u li jirrikjedu sett ta' ħiliet simili;
(f) "okkupazzjoni" tfisser serje ta' impjiegi li fir-rigward tagħhom il-kompiti u d-dmirijiet ewlenin huma kkaratterizzati minn grad għoli ta' xebh;
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) "oganizzazzjonijiet" tfisser impjegaturi, dawk li jirreklutaw, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u partijiet interessati oħra li għandhom interess fi kwistjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;
(g) "organizzazzjonijiet" tfisser l-imsieħba soċjali, dawk li jirreklutaw, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u partijiet interessati oħra bħall-kmamar tal-kummerċ, il-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li għandhom interess fi kwistjonijiet dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(h) "kwalifika" tfisser eżitu formali ta' proċess ta' valutazzjoni u ta' validazzjoni li jinkiseb meta korp kompetenti jiddetermina li individwu kiseb l-eżiti tat-tagħlim sal-istandards preskritti;
(h) "kwalifika" tfisser eżitu formali ta' proċess ta' valutazzjoni u ta' validazzjoni li jinkiseb meta awtorità kompetenti, bħal korp nazzjonali msemmi fil-liġi bħala dak kompetenti, tiddetermina li individwu jkun kiseb l-eżiti tat-tagħlim sal-istandards preskritti;
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(i) "assi semantiċi" tfisser ġabra ta' metadejta jew dejta ta' referenza ampjament riutilizzabbli bħal listi ta' kodiċijiet, tassonomiji, dizzjunarji jew vokabularji li jintużaw għall-iżvilupp ta' sistemi;
imħassar
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(j) "valutazzjoni tal-ħiliet" tfisser il-proċess jew il-metodu użat għall-evalwazzjoni, il-kejl u eventwalment id-deskrizzjoni tal-ħiliet tal-individwi. Dan jista' jinkludi awtovalutazzjoni jew valutazzjoni iċċertifikata minn parti terza;
(j) "valutazzjoni tal-ħiliet" tfisser il-proċess jew il-metodu użat għall-evalwazzjoni, il-kejl u eventwalment id-deskrizzjoni tal-ħiliet tal-individwi miksuba f'ambiti formali jew mhux formali. Dan jista' jinkludi awtovalutazzjoni jew valutazzjoni iċċertifikata minn parti terza;
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(k) "standards" tfisser ftehimiet rikonoxxuti dwar kriterji jew speċifikazzjonijiet ta' prodott, servizz, proċess jew metodu, inklużi skemi ta' metadejta u assi semantiċi.
(k) "standards" tfisser ftehimiet rikonoxxuti dwar kriterji jew speċifikazzjonijiet ta' prodott, servizz, proċess jew metodu.
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-Europass għandu jipprovdi l-għodod ibbażati fuq il-web li ġejjin :
Il-Europass għandu jipprovdi l-għodod u s-supplimenti bbażati fuq il-web li ġejjin b'mod aċċessibbli:
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(-a)għodod għad-dokumentazzjoni u d-deskrizzjoni ta' ħiliet u kwalifiki miksuba permezz ta' esperjenzi ta' ħidma u ta' tagħlim, inkluża l-mobilità transfruntiera;
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) għodod ta' awtovalutazzjoni tal-ħiliet individwali, inkluż permezz ta' kwestjonarji, b'referenza għal deskrizzjonijiet stabbiliti tal-ħiliet jew permezz tal-integrazzjoni ta' dejta minn għodod oħra ta' awtovalutazzjoni eżistenti tal-UE bħall-Youthpass;
(b) għodod ta' (awto)valutazzjoni tal-ħiliet individwali, bl-iktar mod wiesa' possibbli, permezz ta' metodi validati, inkluż permezz ta' kwestjonarji, b'referenza għal deskrizzjonijiet stabbiliti tal-ħiliet jew permezz tal-integrazzjoni ta' dejta minn għodod ta' awtovalutazzjoni allinjati u sinkronizzati oħra eżistenti fl-UE bħall-Youthpass u għodod ta' (awto)valutazzjoni rikonoxxuti oħra, maħluqa u użati minn organizzazzjonijiet ta' żgħażagħ bħall-badges ta' tagħlim diġitali;
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) mudell(i) ta' Supplimenti tal-Europass għall-Kwalifiki , kif imsemmi fl-Artikolu 5;
(c) Supplimenti tal-Europass għad-Diploma u Ċertifikat ta' Kwalifika;
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) għodod meħtieġa għall-appoġġ tal-preżentazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni minn organizzazzjonijiet.
(d) għodod għall-appoġġ tal-preżentazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni minn organizzazzjonijiet.
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Europass għandu jipprovdi informazzjoni dwar dan li ġej:
2. Il-Europass, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jista' jipprovdi informazzjoni dwar dan li ġej:
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa)kwalifiki u oqfsa ta' kwalifiki
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) prattiki u deċiżjonijiet ta' rikonoxximent f'diversi pajjiżi, inklużi pajjiżi terzi, sabiex l-individwi u l-partijiet interessati l-oħra jingħataw l-għajnuna ħalli jifhmu l-kwalifiki;
(c) Liġijiet, prattiki u deċiżjonijiet ta' rikonoxximent f'diversi Stati Membri, inklużi pajjiżi terzi, sabiex l-individwi u l-partijiet interessati l-oħra jingħataw l-għajnuna ħalli jqabblu u jifhmu l-kwalifiki;
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e)analiżi tax-xejriet fil-provvista u d-domanda u tipi oħra ta' informazzjoni dwar il-ħiliet inkluż fil-livell ġeografiku u dak settorjali, bl-użu ta' mezzi teknoloġiċi bħall-analiżi tal-big data u l-web crawling;
imħassar
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-ħiliet u l-kwalifiki li tista' tkunu rilevanti għall-ħtiġijiet partikolari tal-migranti li jaslu jew li jgħixu fl-UE sabiex jingħata appoġġ lill-integrazzjoni tagħhom.
(f) kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-ħiliet u l-kwalifiki li tista' tkun rilevanti għall-ħtiġijiet partikolari ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu jew li jgħixu fl-UE, b'mod legali, sabiex jingħata appoġġ lill-integrazzjoni tagħhom.
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2a. Il-Europass għandu jipprovdi informazzjoni fis-sens tal-paragrafu 2 wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-Europass għandu jappoġġa l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp, l-użu u d-disseminazzjoni ta' standards miftuħa, inklużi l-iskemi ta' metadejta u l-assi semantiċi, biex jiġi ffaċilitat l-iskambju aktar effettiv ta' informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki fil-livell tal-UE u mill-Istati Membri u partijiet terzi. Din is-sistema ta' klassifikazzjoni multilingwi l-ESCO (Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi) imsemmija fl-Artikolu 6 għandha tintuża biex jingħata appoġġ lil din il-ħidma.
3. Il-Europass għandu jappoġġa l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp, l-użu u d-disseminazzjoni ta' standards miftuħa, biex jiġi ffaċilitat skambju aktar effettiv ta' informazzjoni dwar il-ħiliet u l-kwalifiki fil-livell tal-UE u mill-Istati Membri u partijiet terzi.
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-informazzjoni u l-istandards miftuħa offruti permezz tal-Europass għandhom jiġu ppubblikati, mingħajr ħlas, għal użu mill-ġdid mill-Istati Membri u partijiet interessati oħra fuq bażi volontarja.
1. L-informazzjoni offruta permezz tal-Europass għandha tiġi ppubblikata, mingħajr ħlas, għal użu mill-ġdid mill-Istati Membri u partijiet interessati oħra fuq bażi volontarja.
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-Europass għandu jfittex li jtejjeb it-trasparenza u l-fehim tat-tagħlim miksub f'kuntesti formali, mhux formali u informali u permezz ta' esperjenzi prattiċi, inkluża l-mobilità.
2. Il-Europass għandu jfittex li jtejjeb it-trasparenza u l-fehim tat-tagħlim miksub f'kuntesti formali, mhux formali u informali u permezz ta' esperjenzi prattiċi, inkluża l-mobilità fuq perjodu twil u qasir fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u l-volontarjat. Għodod ta' valutazzjoni għandhom jgħaddu minn proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità qabel ma jiġu integrati fil-Europass.
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-Europass għandu jinkludi għodod li jiffaċilitaw l-fehim tal-ħiliet permezz ta' valutazzjoni minn partijiet terzi jew awtodikjarazzjoni mill-individwi.
3. Il-Europass għandu jinkludi għodod koordinati u ppruvati li jiffaċilitaw il-fehim tal-ħiliet permezz ta' valutazzjoni minn partijiet terzi u awtodikjarazzjoni mill-individwi.
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) għandu jintuża bħala qafas ta' appoġġ għall-forniment ta' informazzjoni fil-Europass. Issir referenza għall-QEK fl-informazzjoni dwar il-kwalifiki, fid-deskrizzjonijiet tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ nazzjonali u f'oqsma rilevanti oħra.
4. Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) jista' jintuża bħala qafas ta' appoġġ għall-forniment ta' informazzjoni fil-Europass. Issir referenza għall-QEK fl-informazzjoni dwar il-kwalifiki, fid-deskrizzjonijiet tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ nazzjonali u f'oqsma rilevanti oħra. Kwalunkwe inkonsistenza bejn l-oqfsa proposti mill-QEK u l-ESCO għandha tiġi riżolta qabel l-implimentazzjoni tal-Europass.
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. Il-Europass għandu juża l-Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO) stabbilita fl-Artikolu 6 biex tkun żgurata l-interoperabilità semantika bejn l-għodod ta' dokumentazzjoni u ta' informazzjoni. L-ESCO għandha tipprovdi wkoll pjattaforma ta' interoperabilità ma' servizzi rilevanti oħra bħal dawk żviluppati mis-suq tax-xogħol.
5.Ladarba jiġi ttestjat u approvat mill-Istati Membri, il-Europass jista' jipproċedi bl-iżvilupp effettiv tal-Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO) biex tkun żgurata l-interoperabilità semantika bejn l-għodod ta' dokumentazzjoni u ta' informazzjoni. L-ESCO tista' tipprovdi wkoll pjattaforma ta' interoperabilità ma' servizzi rilevanti oħra bħal dawk żviluppati mis-suq tax-xogħol.
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Il-qafas tal-Europass jista' jinkludi opzjoni biex l-informazzjoni personali tinħażen mill-utenti, bħal profil personali.
6. Il-qafas tal-Europass jista' jinkludi opzjoni għall-utenti biex jaħżnu dejta personali bħal profil personali, filwaqt li jiżgura l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
8. L-għodod web tal-Europass għandhom jiġu pprovduti fil-lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. L-għodod web tal-Europass għandhom jiġu pprovduti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu interoperabbli u sikuri, u jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10. Il-Europass għandu jitħaddem biex jiġu appoġġati u żgurati sinerġiji ma' strumenti u servizzi oħra offruti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. L-iżvilupp ta' skemi ta' metadata miftuħa għandu jkun kompatibbli mal-istandards tekniċi applikati skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/589.
10. Il-Europass għandu jitħaddem biex jiġu appoġġati u żgurati sinerġiji ma' strumenti u servizzi oħra offruti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 10a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
10a.Il-Europass għandu jiżgura l-protezzjoni tad-dejta tal-utenti tiegħu f'kull waqt. L-utent għandu jiddeċiedi liema informazzjoni tkun viżibbli u tkun tista' titfittex mill-impjegaturi u l-utenti.
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Is-Suppliment(i) tal-Europass għall-Kwalifiki għandu jew għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont mudelli żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea u partijiet interessati oħra32 bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO.
1. Is-Suppliment(i) tal-Europass għall-Kwalifiki għandu/għandhom jinħareġ/jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew minn assoċjazzjonijiet u korpi professjonali rikonoxxuti, skont il-mudelli żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea u partijiet interessati oħra32 bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO, inkwantu jkunu konsistenti.Kwalunkwe tibdil f'dan il-qasam għandu jqis ir-riżultati tal-ħidma tal-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tas-Suppliment tad-Diploma tal-Grupp ta' Segwitu ta' Bologna, jirreferi għalihom u jkun konformi magħhom.
_________________
_________________
32 Is-supplimenti attwali huma s-Suppliment għaċ-Ċertifikat u s-Suppliment għad-Diploma.
32 Is-supplimenti attwali huma s-Suppliment għaċ-Ċertifikat u s-Suppliment għad-Diploma.
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jiġu rispettati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti meta jimlew u joħorġu s-supplimenti. B'mod partikolari, l-ordni ta' kull element għandha tiġi rispettata u kull taqsima għandha timtela sabiex jiġu ffaċilitati l-fehim u l-għoti ta' informazzjoni sħiħa;
(a) jiġu rispettati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u assoċjazzjonijiet u korpi professjonali rikonoxxuti meta jimlew u joħorġu s-supplimenti. B'mod partikolari, l-ordni ta' kull element għandha tiġi rispettata u kull taqsima għandha timtela sabiex jiġu ffaċilitati l-fehim u l-għoti ta' informazzjoni sħiħa;
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) ikunu soġġetti għal reviżjonijiet regolari sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-użabilità tas-supplimenti.
(d) ikunu soġġetti għal reviżjonijiet regolari, li għandhom jinkludu stħarriġ tas-sodisfazzjon tal-utenti, rakkomandazzjonijiet miċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass u gruppi ta' ħidma esperti, sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-użabilità tas-supplimenti.
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Id-dokumenti kollha tas-Supplimenti tal-Europass għall-Kwalifiki maħruġa minn korpi awtorizzati għandhom jinħarġu b'mod awtomatiku u mingħajr ħlas f'forma elettronika, fil-lingwa nazzjonali u/jew f'lingwa Ewropea prinċipali, skont il-proċeduri maqbula bejn il-korpi emittenti u l-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet msemmija fl-Artikolu 8 u f'konformità ma' kwalunkwe proċedura maqbula bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet interessati.
3. Id-dokumenti kollha tas-Supplimenti tal-Europass għall-Kwalifiki maħruġa minn korpi awtorizzati għandhom jinħarġu b'mod awtomatiku u mingħajr ħlas f'forma elettronika, fil-lingwa nazzjonali u/jew f'lingwa Ewropea prinċipali, skont il-proċeduri maqbula bejn il-korpi emittenti u ċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass imsemmija fl-Artikolu 8 u f'konformità mal-proċeduri maqbula bejn il-Kummissjoni u l-partijiet interessati.
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 6
imħassar
Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO)
1. Il-Kummissjoni għandha tamministra klassifikazzjoni multilingwi ta' kunċetti li huma rilevanti għas-sistema ta' taħriġ u edukazzjoni u għas-suq tax-xogħol tal-UE magħrufa bħala l-Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO).
2. Il-klassifikazzjoni ESCO tappoġġa b'mod dirett il-funzjonament tal-Europass billi tipprovdi lingwa ta' referenza komuni għall-iskambju ta' informazzjoni u dokumenti dwar il-ħiliet u l-kwalifiki u għall-fini ta' tfittix ta' xogħol, tlaqqigħ ta' impjiegi, tfittix għal opportunitajiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u għoti ta' orjentament fir-rigward tat-tagħlim u l-karriera.
1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Istati Membru u b'kooperazzjoni magħhom, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ, għandha:
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) tiżviluppa għodod ibbażati fuq il-web għall-operat tal-Europass;
(a) tiżviluppa għodod ibbażati fuq il-web li jkunu interoperabbli, faċli għall-utent u sikuri, li jkunu faċilment aċċessibbli għall-utenti kollha, għall-operat tal-Europass; Id-dokumenti tal-Europass imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE għandhom jiġu inkorporati fil-qafas tal-Europass stabbilit b'din id-Deċiżjoni.
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa)tibqa' aġġornata dwar l-aħħar tagħrif fis-siti web u fl-applikazzjonijiet mobbli li jistgħu jtejbu l-aċċessibilità tal-Europass għal nies aktar anzjani u l-persuni b'diżabilità u tinkorpora tali tagħrif;
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) tiżgura li jitwettqu attivitajiet adegwati ta' promozzjoni u ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex jintlaħqu l-utenti u l-partijiet interessati rilevanti;
(b) tiżgura li jitwettqu attivitajiet adegwati u effettivi ta' promozzjoni, ta' informazzjoni u ta' orjentament fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex jintlaħqu l-utenti, inklużi l-persuni b'diżabilità, u l-partijiet interessati rilevanti;
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d)taġġorna regolarment il-klassifikazzjoni ESCO, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal- partijiet interessati, bħall-imsieħba soċjali, l-assoċjazzjonijiet professjonali, l-istituti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-istituti tar-riċerka, l-istituti tal-istatistika u s-servizzi tal-impjiegi.
imħassar
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) tippromwovi u timmonitorja l-effettività tal-għodod web tal-Europass u taġġorna u tiżviluppa s-servizzi tal-Europass skont il-ħtiġijiet tal-utenti;
(a) tippromwovi u timmonitorja l-effettività tal-għodod web tal-Europass li huma interoperabbli, faċilment aċċessibbli għall-utenti kollha, faċli għall-utent u sikuri, inkluża l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità, u taġġorna u tiżviluppa s-servizzi tal-Europass skont il-ħtiġijiet tal-utenti;
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) timmonitorja l-effettività tal-appoġġ għall-iżvilupp ta' standards miftuħa, skemi ta' metadejta u assi semantiċi għall-interoperabilità;
(b) timmonitorja l-effettività tal-appoġġ għall-iżvilupp ta' standards miftuħa;
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c)tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2016/589 dwar il-klassifikazzjoni ESCO, u tappoġġa l-aġġornament kontinwu tal-ESCO;
imħassar
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-prattiki ta' rikonoxximent;
(e) tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-prattiki ta' komparabilità u rikonoxximent;
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) tappoġġa l-iżvilupp ta' politika ta' orjentament u servizzi ta' orjentament;
(f) tappoġġa l-iżvilupp ta' politika ta' orjentament u servizzi ta' orjentament, inkluż permezz ta' kuntatt dirett ma' individwi;
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) timmonitorja l-attivitajiet tal-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet, il-konsistenza tal-informazzjoni li jipprovdu għall-analiżi tax-xejriet fil-provvista u d-domanda tal-ħiliet, u l-informazzjoni provduta dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim għall-portal rilevanti fil-livell tal-Unjoni;
(g) timmonitorja l-attivitajiet taċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass u l-konsistenza tal-informazzjoni li jipprovdu għall-analiżi tax-xejriet fil-provvista u d-domanda tal-ħiliet, u l-informazzjoni provduta dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim għall-portal rilevanti fil-livell tal-Unjoni;
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(h) tistabbilixxi reviżjonijiet bejn il-pari u skambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.
(h) tistabbilixxi skambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) jagħżlu u jamministraw, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet, biex jappoġġaw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn is-servizzi nazzjonali msemmija f'din id-Deċiżjoni;
(a) jagħżlu u jamministraw, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, Ċentru Nazzjonali tal-Europass, biex jiġu appoġġati l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kemm bejn attivitajiet speċifiċi kif ukoll bejn is-servizzi nazzjonali msemmija f'din id-Deċiżjoni;
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) jiżguraw, permezz tal-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet, l-għoti f'waqtu u effikaċi ta' dejta u informazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali għall-aġġornament tal-qafas tal-Europass;
(b) jiżguraw, permezz taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass, l-għoti f'waqtu u effikaċi ta' dejta u informazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali għall-aġġornament tal-qafas tal-Europass;
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) jipprovdu lill-utenti tal-Europass aċċess għall-informazzjoni jew id-data rilevanti disponibbli fl-Istat Membru, partikolarment l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim, il-kwalifiki u s-sistemi ta' kwalifiki u għall-assi semantiċi fil-livell nazzjonali;
(c) jipprovdu lill-utenti tal-Europass, b'mod sempliċi, effettiv u kosteffiċjenti b'aċċess għall-informazzjoni jew id-dejta rilevanti disponibbli fl-Istati Membri, partikolarment l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim u validazzjoni, il-kwalifiki u s-sistemi ta' kwalifiki u għall-assi semantiċi fil-livell nazzjonali;
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(da)jiżguraw il-viżibilità u l-promozzjoni fil-livell nazzjonali tal-Europass, permezz ta' korpi edukattivi u ta' taħriġ u partijiet interessati oħra fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Kull Punt ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet għandu:
2. Kull Ċentru Nazzjonali tal-Europass għandu:
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) jippromwovi u jipprovdi informazzjoni dwar l-orjentament għal finijiet ta' tagħlim u ta' impjieg u jagħmel l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' tagħlim disponibbli pubblikament fil-livell nazzjonali u permezz tal-għodda onlajn tal-Unjoni.
(b) jippromwovi u jipprovdi informazzjoni dwar l-orjentament għal finijiet ta' tagħlim u ta' karriera, fejn xieraq;
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) jimmonitorja l-ġbir u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni bbażata fuq il-fatti u f'ħin reali dwar il-ħiliet fil-livell nazzjonali u dak reġjonali;
imħassar
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 8 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Il-Punti ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Ħiliet għandhom ikunu l-benefiċjarju tal-finanzjament mill-Unjoni mogħti għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
3. Iċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass għandhom ikunu l-benefiċjarji tal-finanzjament mill-Unjoni mogħti għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) No 45/200133.
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE33 u r-Regolament (KE) No 45/2001.
Id-dejta personali trid tiġi protetta f'konformità mal-ogħla standards. Id-dejta personali tibqa' taħt il-kontroll tas-suġġett tad-dejta, li jista' jirrettifika jew iħassar d-dejta. Meta d-dejta personali tiġi pproċessata għall-finijiet tal-Europass, din għandha tkun anonima.
_________________
_________________
33 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
33 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi kofinanzjata permezz tal-programmi tal-Unjoni. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
1. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata permezz ta' għotjiet operazzjonali pluriennali liċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi prospettiva fuq ħames snin li tinkludi estimi tal-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri.
Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Parlament Ewropew jilqa' l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet u japprezza ħafna l-isforzi tal-Kummissjoni biex taġġorna, timmodernizza u ttejjeb l-għodod u s-servizzi Ewropej li jirrigwardaw il-ħiliet, il-kompetenzi u l-kwalifiki.
Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxiet qafas biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Din stabbilit b'mod ċar ir-responsabbiltajiet u tejbet aktar it-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi permezz ta' portafoll ta' dokumenti, magħrufa bħala "Europass", li individwi jistgħu jużaw fuq bażi volontarja.
Wara aktar minn għaxar snin, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2241/2004/KE tiġi riveduta b'mod urġenti. Madankollu, it-tfassil ta' Europass bħala strument kompletament ġdid huwa wisq radikali. It-tħassib ewlieni huwa li ma jiġix ipperikolat dak li diġà nkiseb. Il-Europass m'għandux jsir il-portal uniku dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Jeżistu diversi għodod tal-UE li diġà qed jipprovdu s-servizzi neċessarji. Għal sinerġija aħjar, il-portal Europass jista' jiġi marbut magħhom. Diġà jeżistu gruppi ta' esperti stabbiliti sew u effiċjenti, li jiżguraw li l-għodod u s-servizzi pprovduti huma ta' kwalità għolja u effettivament użati.
Il-bidla għandha tkun gradwali sabiex jiġi evitat piż amministrattiv kbir għall-Istati Membri, li jista' jwassal għal spejjeż organizzattivi mhux mistennija.
L-għan huwa li l-kwalifiki u l-kompetenzi taċ-ċittadini tal-UE jsiru trasparenti u interoperabbli fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, inklużi l-għodod ibbażati fuq l-internet, l-informazzjoni u l-iżvilupp ta' standards miftuħa li jappoġġjaw it-trasparenza u l-għarfien ta' ħiliet u kwalifiki. Il-Europass għandu jimmira biex itejjeb l-fehim ta' tagħlim miksub mhux biss b'mod formali, iżda wkoll f'ambjenti mhux formali u informali u permezz ta' esperjenzi prattiċi, inkluża l-mobbiltà.
Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE stabbilixxiet ukoll il-korpi nazzjonali, magħrufa bħala ċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass, biex jimplimentaw il-qafas tal-Europass. Dawn iċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass jenħtieġ li jkunu l-pedament tal-qafas il-ġdid.
Il-qafas komuni l-ġdid provdut b'dan it-test iservi biex is-servizzi tal-Europass jadattaw għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-utenti u l-fornituri fuq kull naħa: l-istudenti, dawk li qed ifittxu impjieg, l-impjegaturi, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-faċilitajiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, is-sħab soċjali, iċ-ċentri tal-Europass u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli. Is-Servizzi Europass riveduti jkunu qed jisfruttaw, barra minn hekk, il-potenzjal tas-sistemi diġitali futuri, u jadattaw għalihom.
Il-miri ewlenin huma r-rispett tad-diversitajiet u r-responsabbiltajiet, is-simplifikazzjoni, l-effikaċja u l-effiċjenza. Jenħtieġ li l-istrumenti kollha jiġu konċepiti b'mod xieraq u ma jmorrux lil hinn mill-kapaċitajiet tal-Europass.
Bħala prinċipju ġenerali, l-obbligi kif ukolli l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li jkunu prevedibbli b'mod ċar u bbilanċjati f'termini ta' spejjeż u benefiċċji.
Klassifikazzjoni Ewropea ta' Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO) tmexxiet mill-Kummissjoni bħala lingwa komuni u għodda operazzjonali għall-edukazzjoni/it-taħriġ u x-xogħol. Bħalissa, ESCO ma tistax titqies bħala bażi terminoloġika ta' riferiment tal-Europass. ESCO huwa strument li s'issa ma ġiex żviluppat, ittestjat jew approvat fit-totalità tiegħu mill-Istati Membri.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass)
Guillaume Balas, Brando Benifei, Dominique Bilde, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Andrea Bocskor, Enrique Calvet Chambon, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, Jill Evans, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Petra Kammerevert, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Thomas Mann, Dominique Martin, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Elisabeth Morin-Chartier, Momchil Nekov, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, John Procter, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Michaela Šojdrová, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Renate Weber, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Jana Žitňanská, Milan Zver, Krystyna Łybacka
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Georges Bach, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Sergio Gutiérrez Prieto, Dietmar Köster, Miapetra Kumpula-Natri, Alex Mayer, Tamás Meszerics, Algirdas Saudargas, Monika Smolková, Csaba Sógor, Claudiu Ciprian Tănăsescu
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Mark Demesmaeker, Paloma López Bermejo
Data tat-tressiq
28.6.2017
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
70
+
ALDE
Enrique Calvet Chambon, Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber
ECR
Mark Demesmaeker, Angel Dzhambazki, Czesław Hoc, Morten Messerschmidt, John Procter, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská
Georges Bach, Andrea Bocskor, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Svetoslav Hristov Malinov, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Csaba Sógor, Romana Tomc, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver
S&D
Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Silvia Costa, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Petra Kammerevert, Jan Keller, Miapetra Kumpula-Natri, Dietmar Köster, Krystyna Łybacka, Javi López, Georg Mayer, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Monika Smolková, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Julie Ward
Verts/ALE
Jill Evans, Jean Lambert, Tamás Meszerics, Terry Reintke, Helga Trüpel