Proċedura : 2016/2142(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0252/2017

Testi mressqa :

A8-0252/2017

Dibattiti :

PV 11/09/2017 - 26
CRE 11/09/2017 - 26

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0324

RAPPORT     
PDF 748kWORD 75k
11.7.2017
PE 601.250v02-00 A8-0252/2017

dwar edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod bħala parti mill-istrateġija Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja

(2016/2142(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Milan Zver

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod bħala parti mill-istrateġija Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja

(2016/2142(INI))

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Copenhagen tat-30 ta' Novembru 2002 dwar il-kooperazzjoni msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali Ewropew,

  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020")(1),

  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) – "L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklużiva"(2),

  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema,

  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) – "Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ"(3),

  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti(4),

  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 bit-titolu "Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar" (COM(2012)0669)(5),

  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2014 dwar l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ – reazzjoni għar-"Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar" u l-"Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013"(6),

  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja(7),

  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, irratifikata mill-UE fl-2010,

  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(8),

  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010 dwar l-edukazzjoni għal żvilupp sostenibbli(9),

  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(10),

  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (EQF-LLL)(11),

  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ(12),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja(13),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-segwitu tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)(14),

  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Niftħu l-Edukazzjoni, tal-31 ta' Jannar 2014(15),

–  wara li kkunsidra r-riċerka tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2020: It-titjib tal-Politika u t-Twassil tat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa(16),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-ħolqien ta' suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE għas-seklu 21: it-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-kwalifiki mad-domanda u l-opportunitajiet ta' impjieg, bħala mod kif nirkupraw mill-kriżi(17),

  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu 2011-2020(18),

  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2017 dwar "Intejbu l-Ħiliet tan-Nisa u l-Irġiel fis-Suq tax-Xogħol tal-UE"(19),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0252/2017),

A.  billi s-sistemi tal-edukazzjoni tagħna qed jiffaċċjaw sfidi sinifikanti bħala riżultat tat-trasformazzjoni diġitali, li qed iħallu impatt fuq il-proċessi tat-tagħlim, u l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità għall-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ċivika kif ukoll l-iżvilupp personali, u li jissaħħu l-valuri demokratiċi Ewropej u t-tolleranza għall-fini li titrawwem mentalità miftuħa u jiġi evitat kwalunkwe tip ta' intolleranza; billi, l-awtonomizzazzjoni diġitali u l-awtostima huma prerekwiżit essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet b'saħħithom u biex jiġu megħjuna l-proċessi ta' unità u integrazzjoni fl-UE;

B.  billi jenħtieġ li l-istrateġija Ewropea tat-tagħlim tul il-ħajja tissaħħaħ; billi jenħtieġ li kull persuna, f'kull stadju tal-ħajja jkollha opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja biex takkwista l-għarfien u l-ħiliet li jkollha bżonn kemm għall-iżvilupp personali kif ukoll għall-progress professjonali tagħha; billi t-tagħlim tul il-ħajja, f'kuntesti formali, mhux formali u informali, li jippromwovi ċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabilità, huwa aspett ewlieni tal-edukazzjoni affettwat minn dawn il-bidliet;

C.  billi hemm bżonn li jsiru sforzi addizzjonali sabiex jiżdiedu s-sinerġiji bejn l-edukazzjoni u l-impjieg, kemm billi jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq tax-xogħol kif ukoll billi l-individwi jkunu jistgħu jaġġornaw kostantement il-ħiliet tagħhom jew jitgħallmu ħiliet ġodda matul il-karrieri tagħhom; billi jenħtieġ li l-Istati Membri jsibu modi kif jipproteġu jew jippromwovu investiment fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni;

D.  billi l-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżvilupp personali tal-individwi u għall-formazzjoni ta' kapital uman u jenħtieġ li jsiru parti integrali mill-istrateġija Ewropea ta' tagħlim tul il-ħajja;

E.  billi l-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod għandhom rwol dejjem aktar importanti fil-faċilitazzjoni tal-adattament tal-ħaddiema għall-bidliet ekonomiċi u teknoloġiċi matul il-ħajja professjonali tagħhom; billi sal-2025, 49 % tal-opportunitajiet ta' impjieg kollha fl-UE (inklużi kemm impjiegi ġodda kif ukoll impjiegi ta' sostituzzjoni) se jirrikjedu kwalifiki ta' livell għoli, 40 % se jirrikjedu kwalifiki ta' livell medju, filwaqt li 11 % biss se jirrikjedu kwalifiki ta' livell baxx jew ebda kwalifika;

F.  billi l-edukazzjoni akkademika avvanzata u l-edukazzjoni mill-bogħod huma għodod importanti biex jingħataw opportunitajiet tal-edukazzjoni flessibbli u personalizzati għal kulħadd mingħajr ebda diskriminazzjoni(20); jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li jitwessgħu l-istrateġiji ta' aċċess;

G.  billi l-edukazzjoni akkademika avvanzata u l-edukazzjoni mill-bogħod, u l-użu ta' teknoloġiji ġodda, jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-bniet u n-nisa dwar possibilitajiet professjonali ġodda, b'mod partikolari f'oqsma fejn huma sottorappreżentati; billi minkejja li aktar nisa għandhom diplomi tal-iskola sekondarja avvanzati u lawrji ta' edukazzjoni għolja, hemm bżonn li tiżdied il-preżenza tan-nisa kemm fl-edukazzjoni vokazzjonali kif ukoll f'setturi relatati ma' STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika);

H.  billi l-edukazzjoni mill-bogħod hija approċċ wieħed possibbli, fil-kuntest ta' edukazzjoni akkademika avvanzata, li minħabba l-flessibilità tagħha tiffaċilita b'mod partikolari li jiġi żgurat il-bilanċ bejn l-istudju, ix-xogħol u l-ħajja privata;

I.  billi l-edukazzjoni mill-bogħod(21) tirreferi għal forma organizzattiva għat-tagħlim li toffri livell għoli ta' flessibilità fit-tagħlim permezz tal-użu ta' teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali, mhux bħala sostituzzjoni għall-edukazzjoni fuq il-kampus, iżda li joffri alternattiva għal studenti li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-edukazzjoni fuq il-kampus;

J.  billi l-edukazzjoni mill-bogħod tirreferi għal metodu ta' tagħlim li joffri flessibilità permezz tal-użu ta' teknoloġiji emerġenti, mhux bħala sostituzzjoni tal-edukazzjoni fuq il-kampus, iżda li joffri alternattiva għal studenti li ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-edukazzjoni fuq il-kampus u għal ħaddiema li jixtiequ jikkombinaw ix-xogħol mal-edukazzjoni; għalhekk, id-diġitalizzazzjoni tista' tintuża bħala għodda li tipprovdi mezzi ġodda ta' aċċess għal edukazzjoni ogħla;

K.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-UE li hu minqux fit-Trattati u hija wieħed mill-objettivi u l-kompiti tal-Unjoni; billi l-ugwaljanza fl-edukazzjoni toffri lin-nisa opportunitajiet akbar u tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali, kulturali u ekonomiku tas-soċjetà; billi l-edukazzjoni tikkostitwixxi għodda fundamentali biex tiġġieled l-istereotipi tas-sessi;

L.  billi r-rata medja tal-impjieg tan-nisa hija marbuta direttament mal-livell ta' edukazzjoni tagħhom, bin-nisa ta' bejn il-25 u d-49 sena li jkunu kkompletaw l-edukazzjoni terzjarja u li għandhom rati ta' impjieg li huma aktar minn 20 % ogħla minn dawk ta' nisa b'edukazzjoni ta' qabel il-primarja, dik primarja u edukazzjoni sekondarja aktar baxxa;

M.  billi l-edukazzjoni mill-bogħod jista' jkollha effett pożittiv fuq il-ħiliet tal-ICT tan-nisa; billi d-dħul ta' aktar nisa fis-settur tal-ICT isaħħaħ suq li fih hija prevista skarsezza ta' ħaddiema u li fih il-parteċipazzjoni indaqs tan-nisa kieku twassal għal żieda ta' madwar EUR 9 biljun fil-PDG tal-UE kull sena; billi n-nisa huma wisq sottorappreżentati fil-korsijiet universitarji tal-ICT, fejn dawn jikkostitwixxu biss madwar 20 % tal-gradwati fil-qasam, bi 3 % biss tal-gradwati kollha nisa li għandhom lawrja fl-ICT;

N.  billi l-programmi mill-bogħod jilħqu numri sostanzjali ta' nisa f'soċjetajiet fejn in-nisa jinsabu nieqsa minn opportunitajiet ugwali għall-parteċipazzjoni fil-forom konvenzjonali ta' edukazzjoni u taħriġ, peress li n-nisa għadhom iqattgħu aktar ħin mill-irġiel fuq xogħol domestiku mhux imħallas u fuq l-indokrar tal-familja; billi tali korsijiet joffrulhom flessibilità fil-ksib ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u billi t-tagħlim mill-bogħod huwa mmirat b'mod partikolari lejn kategorija mhux tradizzjonali ta' studenti;

O.  billi l-edukazzjoni akkademika avvanzata hija waħda mill-kompiti tas-servizz pubbliku tal-edukazzjoni ogħla u tirreferi għal korsijiet fi ħdan istituzzjoni akkademika li tista' tkun segwita b'mod parallel ma' xogħol full-time, ġeneralment billi tibni fuq l-esperjenza professjonali u li normalment tippresupponi lawrja universitarja;

P.  billi l-adattament biex tiġi aċċelerata l-bidla ekonomika u teknoloġika hija sfida ewlenija għal forza tax-xogħol li qed tixjieħ u li rispons għal din l-isfida se jkun waħda miċ-ċwievet li tiżgura l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-UE;

Q.  billi l-politiki tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-iżvilupp tal-karriera jaf jingħataw spinta permezz tar-rikonoxximent ta' tagħlim preċedenti;

R.  billi l-fatt li n-nies jingħataw ħin frank għall-iżvilupp personali u tat-taħriġ fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja jibbenefika l-benesseri tagħhom kif ukoll il-kontribut tagħhom għas-soċjetà billi jawtonomizzahom b'kapaċitajiet personali u professjonali aktar definiti; billi edukazzjoni akkademika mill-bogħod tipprovdi formati ta' studju flessibbli li jgħinu lin-nies jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; billi t-tagħlim universitarju tul il-ħajja (ULLL) jenħtieġ li jkun parti mill-Istrateġija tad-Diġitalizzazzjoni Ewropea;

S.  billi d-diġitalizzazzjoni tippermetti l-flessibilità u l-interattività tal-proċess edukattiv u hija fattur ewlieni għall-iżvilupp ulterjuri ta' edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod;

T.  billi l-bidla teknoloġika tirrikjedi konnessjonijiet aktar b'saħħithom u aktar kontinwi bejn l-edukazzjoni u l-impjieg;

U.  billi t-tendenza li l-istituzzjonijiet akkademiċi jkunu statiċi toħloq diffikultajiet fir-riforma tal-kurrikuli, ir-regoli li jirregolaw il-korsijiet u l-eżamijiet u r-rekwiżiti tad-dħul;

V.  billi l-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod huma setturi li qed jespandu b'mod rapidu b'potenzjal sinifikanti f'termini ta' tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' impjiegi;

W.  billi għad hemm ħafna ostakoli għall-korsijiet tal-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod(22);

Edukazzjoni avvanzata u mill-bogħod biex jakkumpanjaw il-bidla soċjetali u ekonomika

1.  Jirrikonoxxi li l-edukazzjoni online u miftuħa qed tbiddel il-mod ta' kif l-edukazzjoni tingħata r-riżorsi, titwassal u kif tiġi assimilata; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza tar-riżorsi edukattivi miftuħa, li jiżguraw l-aċċess għall-edukazzjoni għal kulħadd u jtejbu l-impjegabilità billi jappoġġaw il-proċess ta' tagħlim tul il-ħajja;

2.  Jinnota li ħafna istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ qed jissieltu biex jirreaġixxu għall-bidliet kbar u kumplessi li s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna qegħdin jesperjenzaw u jeħtieġu li jsiru bidliet f'termini ta' governanza, strutturi organizzattivi u mod ta' operat; jenfasizza li forom ġodda, flessibbli u aċċessibbli ta' tagħlim tul il-ħajja, xierqa għal individwi ta' kull età, jistgħu jindirizzaw b'suċċess ftit minn dawk l-isfidi bħall-esklużjoni soċjali, it-tluq bikri mill-iskola u d-diskrepanzi fil-ħiliet;

3.  Jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni u l-istabbiliment ta' pjattaformi edukattivi biex ikun hemm kooperazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki huma essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu aktar azzjoni biex jitnaqqas id-distakk teknoloġiku eżistenti bejn l-istituzzjonijiet edukattivi li huma mgħammra tajjeb u dawk li mhumiex, bħala parti mill-istrateġiji nazzjonali għall-ħiliet diġitali;

5.  Jenfasizza li l-miżuri għat-tagħlim tul il-ħajja huma kruċjali biex in-nisa jingħataw il-ħiliet li bihom ikunu kapaċi jirritornaw fid-dinja tax-xogħol jew itejbu l-impjieg, id-dħul u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' titjib ulterjuri fil-preżenza tan-nisa fil-livelli ogħla fid-dinja akkademika u l-aċċess tagħhom għalihom;

6.   Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-istereotipi tas-sessi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi li joffru appoġġ fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni professjonali mill-bogħod għan-nisa, filwaqt li tiġi inkluża l-edukazzjoni ogħla fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-informatika, fl-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-professjonisti fl-edukazzjoni, u fil-prevenzjoni tal-infiltrazzjoni tal-istereotipi mill-kurrikuli u l-materjal pedagoġiku;

7.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet akkademiċi jridu jħejju liċ-ċittadini għal soċjetajiet ibbażati fuq l-għarfien u ekonomiji li jinbidlu b'mod kostanti, jipprovdulhom l-għarfien espert għat-tagħlim indipendenti u attitudni intraprenditorjali u ħiliet trasversali, bħal pereżempju s-soluzzjoni tal-problemi u l-adattabilità, sabiex jesploraw l-alternattivi tagħhom stess u jiksbu l-potenzjali sħiħ tagħhom;

8.   Jenfasizza wkoll li l-istituzzjonijiet akkademiċi għandhom rwol importanti fit-tisħiħ ta' ċittadinanza attiva u jridu wkoll jipprovdu lill-istudenti b'kompetenzi trasversali bħall-kompetenzi ċiviċi, kompetenzi soċjali u ċ-ċittadinanza;

9.  Jirrikonoxxi li approċċ lejn l-edukazzjoni ċċentrat fuq l-istudenti jnaqqas ir-rata ta' tluq bikri mill-iskola u jippermetti lill-istudenti jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom(23); jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza ta' gwida għall-karriera tul il-ħajja għal kulħadd;

10.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-kondiviżjoni tal-għarfien biex jittejbu kemm il-parteċipazzjoni attiva kif ukoll il-fehim internazzjonali taċ-ċittadini f'soċjetajiet li dejjem qed jinbidlu;

11.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta' taħriġ u dawk edukattivi, il-komunitajiet lokali u l-ekonomija; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' sinerġiji aħjar bejn il-fornituri tat-tagħlim formali, mhux formali u informali sabiex jissaħħu l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd;

12.  Huwa tal-fehma li, f'kull stadju tal-ħajja, kulħadd irid ikollu d-dritt għal aċċess għall-opportunitajiet ta' tagħlim u ta' taħriġ biex b'hekk jinkisbu ħiliet trasversali bħal pereżempju n-numeriżmu, il-litteriżmu medjatiku u diġitali, il-ħsieb kritiku, il-ħiliet soċjali u ħiliet għall-ħajja rilevanti oħra sabiex ikun jista' jsir adattament aħjar għall-futur;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi implimentat appoġġ imfassal apposta għall-impjegati, l-apprendisti u dawk li jitħarrġu fuq il-post tax-xogħol sabiex tiġi żgurata l-inklużjoni tal-individwi kollha fis-suq tax-xogħol; huwa tal-fehma li huwa ta' importanza kruċjali li jiġu inkorporati teknoloġiji ġodda fil-proċess ta' tagħlim sabiex in-nies ikunu mgħammra bil-ġabra xierqa ta' ħiliet, kompetenzi u għarfien li jippermettulhom li jużaw it-teknoloġiji diġitali b'mod innovattiv u kreattiv;

14.  Jitlob l-inklużjoni u ż-żamma aħjar taċ-ċittadini fis-suq tax-xogħol, flimkien ma' titjib tal-kompetenzi tagħhom permezz ta' edukazzjoni akkademika avvanzata u edukazzjoni mill-bogħod u taħriġ vokazzjonali u edukattiv (ETV); jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied l-attraenza tal-informazzjoni dwar l-alternattivi tal-ETV għaż-żgħażagħ u l-familji tagħhom u l-aċċess għaliha; ifakkar f'dan ir-rigward li l-mira tal-mobilità tat-tagħlim fis-settur tal-ETV fil-programm Erasmus+ għadha 'l bogħod milli tintlaħaq u jenħtieġ li tingħatalha aktar attenzjoni;

15.  Jirrileva l-importanza tal-Erasmus+ u Orizzont 2020 għat-tisħiħ tat-tagħlim tul il-ħajja; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jesploraw bis-sħiħ il-potenzjal ta' dawk il-programmi; u jenfasizza li jenħtieġ li jkun hemm programmi mfassla għal edukazzjoni akkademika avvanzata iffukati fuq il-post tax-xogħol;

16.  Jirrikonoxxi li l-aċċess għal edukazzjoni inklużiva ta' kwalità hija ta' importanza ewlenija u għalhekk hemm bżonn ta' appoġġ għal tagħlim miftuħ u mill-bogħod biex jissodisfaw il-bżonnijiet speċjali ta' dawk li ma jistgħux jintlaħqu permezz tas-sistemi tradizzjonali ta' twassil – b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jidderieġu l-investimenti għal dan l-għan;

L-importanza tal-kwalità u l-flessibilità fl-edukazzjoni

17.  Jipperċepixxi l-kwalità tal-edukazzjoni, kemm formali kif ukoll mhux formali, li dejjem tavvanza, bħala kruċjali għall-isforzi tal-UE biex tiżgura l-koeżjoni soċjali, il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli;

18.  Jenfasizza li biex jibqgħu kompetittivi, u biex il-ħaddiema b'ħiliet kemm ta' livell baxx kif ukoll ta' livell għoli jingħataw l-aħjar ċans ta' suċċess, jenħtieġ li n-negozji flimkien mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ joffru taħriġ u edukazzjoni abbażi tal-karriera matul il-ħajja tax-xogħol tan-nies;

19.  Jenfasizza l-importanza partikolari ta' metodi ta' kwalità għat-tixrid tal-għarfien u tal-ħiliet għall-eżiti tal-edukazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' investiment u appoġġ għall-iżvilupp professjonali u l-aġġornament tal-ħiliet tal-għalliema; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġu garantiti standards għoljin fl-edukazzjoni mill-bogħod u l-importanza li jiġu żviluppati mudelli ta' tagħlim ġodda bħala parti mill-proċess ta' innovazzjoni u diġitizzazzjoni gradwali tal-edukazzjoni; jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, li r-riżorsi u l-infrastruttura xierqa huma elementi ta' importanza vitali għat-titjib tal-kwalità tat-tagħlim;

20.  Jinnota li dan jesiġi kunsiderazzjoni u valorizzazzjoni tal-għalliema, remunerazzjoni u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u aċċess aħjar għal taħriġ ulterjuri matul il-ħin tax-xogħol speċjalment fid-didattika diġitali;

21.  Jitlob lill-universitajiet jiffokaw fuq l-edukazzjoni mill-bogħod fuq skala dejjem usa', u jestenduha sabiex tkopri wkoll korsijiet professjonali qosra b'xejn;

22.  Jenfasizza li l-istudenti li jkunu qed jagħmlu kors ta' edukazzjoni mill-bogħod jenħtieġ li jkollhom opportunitajiet garantiti biex jikkomunikaw mal-għalliema u jiġu vvalutati minnhom, sabiex jiġi żgurat li l-istudenti jkollhom l-appoġġ, il-gwida u t-tħeġġiġ xierqa matul l-istudji tagħhom;

23.  Jirrikonoxxi li formati flessibbli ta' tagħlim, bħat-tagħlim mill-bogħod u t-tagħlim imħallat, jippermettu li persuni impjegati jirrikonċiljaw ix-xogħol u/jew l-edukazzjoni mal-ħajja privata u familjari tagħhom;

24.  Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni mill-bogħod għal dawk il-persuni li l-kundizzjonijiet fiżiċi tagħhom ma jħalluhomx jattendu klassijiet fuq il-kampus;

25.  Jippromwovi l-idea ta' tagħlim imfassal apposta u tal-ħolqien ta' rabta bejn korsijiet imfassla għal dawk li jixtiequ jidħlu f'edukazzjoni ta' livell terzjarju li għandhom bżonn jiksbu kwalifiki ulterjuri sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dħul;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa li nistinkaw għal approċċ aktar flessibbli u personalizzat għall-iżvilupp tal-karriera u għall-edukazzjoni tul il-ħajja u t-taħriġ tul il-perkors personali tal-karriera; jirrikonoxxi r-rwol li, primarjament il-partijiet pubbliċi, iżda wkoll dawk privati, jista' jkollhom biex jipprovdu dan, filwaqt li jirrikonoxxi li l-gwida u l-konsulenza li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-preferenzi individwali u jiffokaw fuq l-evalwazzjoni u l-espansjoni tal-ħiliet individwali jridu jkunu element ewlieni tal-politiki tal-edukazzjoni u l-ħiliet minn stadju bikri;

27.  Jenfasizza l-importanza tal-interattività fit-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni mill-bogħod bl-użu ta' metodi ta' komunikazzjoni moderni li jagħtu lok għal eżerċizzji prattiċi, l-involviment tal-istudenti fil-proċess ta' tagħlim u l-iżvilupp ta' ħiliet ta' komunikazzjoni;

28.  Jippromwovi l-idea li jiġi żgurat l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari biex jiġi ffaċilitat id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, inkluż fir-rigward tan-nisa u dawk li jindukraw;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ kontinwu tal-edukazzjoni mill-bogħod bħala parti mill-modernizzazzjoni li għaddejja tal-għodda u l-metodi ta' tagħlim;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet ta' tagħlim indipendenti (fosthom l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-ipproċessar tal-informazzjoni, il-ħsieb kritiku u l-motivazzjoni) sabiex, fil-futur, ikunu jistgħu effettivament jużaw teknoloġiji avvanzati sabiex jiżviluppaw ħiliethom permezz tal-edukazzjoni mill-bogħod;

L-edukazzjoni avvanzata u mill-bogħod bħala għodda ta' żvilupp għall-universitajiet

31.  Jirrikonoxxi li l-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod toħloq opportunitajiet ta' żvilupp biex l-istabbilimenti ta' edukazzjoni ogħla jwessgħu il-qasam tal-kompetenzi tagħhom u jiddiversifikaw il-programmi li joffru sabiex jimmiraw lejn udjenzi ġodda u jiddiversifikaw id-dħul tagħhom, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-ispejjeż tal-edukazzjoni mill-bogħod huma orħos minn dawk tal-korsijiet fuq il-kampus;

32.  Jirrikonoxxi li l-edukazzjoni mill-bogħod tħeġġeġ l-iżvilupp ta' oqsma interdixxiplinari u t-twettiq ta' studji internazzjonali;

33.  Jistieden lill-universitajiet jespandu l-għoti ta' tagħlim mill-bogħod tagħhom;

34.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-istrateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) fl-iżvilupp tal-potenzjal reġjonali ewlieni abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

L-isfidi teknoloġiċi

35.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinżamm il-pass ma' bidla teknoloġika rapida, b'mod partikolari għall-edukazzjoni mill-bogħod, u li l-importanza tad-dipendenza fuq l-ICT ma tistax ma tiġix enfasizzata biżżejjed; huwa tal-opinjoni li l-ICT hija mezz li permezz tiegħu sfidi tal-iżvilupp u tal-edukazzjoni kbar jistgħu jiġu indirizzati b'mod ottimali u kosteffikaċi; jemmen li jenħtieġ li l-isforzi jiġu wkoll appoġġati minn investiment maġġuri fl-edukazzjoni, inkluż l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew, sabiex jiġu żviluppati l-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku fil-livelli kollha;

36.  Jinnota b'dispjaċir li n-nuqqas ta' litteriżmu fl-ICT huwa kwistjoni ewlenija llum kemm fost l-edukaturi kif ukoll fost l-istudenti; itenni l-importanza tal-profiċjenza teknoloġika sabiex ikun jista' jiġi sfruttat il-potenzjal tat-tagħlim mill-bogħod u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' metodi ġodda ta' tagħlim u taħriġ;

37.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-firda diġitali u li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd sabiex jinkiseb aċċess għat-teknoloġiji diġitali, kif ukoll il-kompetenzi, l-attitudnijiet u l-motivazzjoni meħtieġa għal parteċipazzjoni diġitali sinifikanti;

38.  Jirrileva l-fatt li kwart biss tat-tfal tal-iskola fl-Ewropa huma mgħallma minn għalliema diġitalment kunfidenti, li huwa ostakolu kbir li jxekkel l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' tagħlim milli jiffjorixxi; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ aktar b'saħħtu għal opportunitajiet tal-iskola u tat-titjib tal-ħiliet, inkluż permezz tal-IT u taħriġ fil-litteriżmu medjatiku u opportunitajiet ta' karriera tul il-ħajja għall-edukaturi;

39.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm investiment u appoġġ fir-rigward tal-iżvilupp professjonali tal-għalliema fis-setturi edukattivi kollha u li jiġu stabbiliti servizzi ta' gwida dwar il-karriera tul il-ħajja;

40.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' pjattaformi diġitali ġodda fl-edukazzjoni, filwaqt li jenfasizza wkoll il-kwistjonijiet ta' sigurtà u privatezza li kemm l-istituzzjonijiet akkademiċi kif ukoll l-istudenti qegħdin jiffaċċjaw;

41.  Jenfasizza l-importanza tal-ħiliet STEM u mill-ġdid jiddispjaċih minħabba l-iżbilanċ bejn is-sessi f'dan il-qasam;

Sfidi finanzjarji

42.  Jirrikonoxxi n-neċessità ta' finanzjament xieraq għal edukazzjoni ta' kwalità u tagħlim imfassal apposta; jirrileva li l-edukazzjoni mill-bogħod tista' tipprovdi edukazzjoni ċċentrata fuq min jitgħallem u ta' kwalità għolja bi prezz inqas; jenfasizza l-importanza ta' involviment prattiku u finanzjarju akbar tal-industrija u n-negozju fit-taħriġ vokazzjonali;

43.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-infiq fl-edukazzjoni jiġi rikonoxxut bħala investiment fit-tul li jġib benefiċċji dejjiema;

44.  Iqis li l-ispejjeż ma jridux jaġixxu ta' ostakolu għar-reġistrazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni imma wkoll jirrikonoxxi l-problemi sottostanti li jwasslu għal spejjeż għolja u l-inabilità taċ-ċittadini li jħallsu l-miżati għar-reġistrazzjoni f'xi Stati Membri; jinkoraġġixxi, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromwovu aħjar it-tagħlim mill-bogħod bħala għażla edukattiva ta' kwalità, li wieħed jiflaħ iħallas għaliha, flessibbli u personalizzata;

L-isfidi fir-rigward tal-qafas regolatorju

45.  Jirrikonoxxi d-differenzi fl-oqfsa regolatorji għat-taħriġ vokazzjonali tradizzjonali, l-edukazzjoni akkademika avvanzata u l-edukazzjoni mill-bogħod; jenfasizza li jenħtieġ li l-edukazzjoni mill-bogħod tiġi akkreditata skont l-istess regoli bħall-edukazzjoni fuq il-kampus iżda permezz ta' indikaturi u kriterji differenti aġġustati għaliha;

46.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-governanza attiva u tal-involviment tal-partijiet interessati;

47.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-assigurazzjoni tal-kwalità fit-tagħlim mill-bogħod u l-akkreditazzjoni tal-eżiti tiegħu;

48.  Jiftakar li ħafna għodod tat-trasparenza Ewropej eżistenti, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u s-sistema Ewropea ta' krediti għall-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (ECVET), ġew żviluppati f'iżolament; jirrikonoxxi li sabiex l-individwi jkunu jistgħu jkejlu aħjar il-progress u l-opportunitajiet tagħhom u jikkapitalizzaw fuq l-eżiti tat-tagħlim miksuba f'kuntesti differenti, huma jeħtieġu li jkunu aktar koordinati u appoġġati permezz ta' sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità u inkorporati f'qafas ta' kwalifiki nazzjonali sabiex tinbena fiduċja fost is-setturi u l-atturi inklużi l-impjegaturi;

49.  Jirrikonoxxi l-importanza kontinwa kemm tat-tagħlim b'metodoloġiji mħallta kif ukoll ta' tagħlim online, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ETV; jenfasizza li l-kombinament ta' teknoloġiji diġitali ta' kwalità għolja u l-opportunitajiet tat-tagħlim wiċċ imb'wiċċ jirriżultaw f'kisbiet akbar għall-istudenti u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromwovu aħjar it-tagħlim b'metodoloġiji mħallta;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-istrateġija Ewropea tat-tagħlim tul il-ħajja u tagħmel l-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod parti integrali minnha sabiex tippromwovi l-adattament ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ għall-bidla ekonomika u teknoloġika; jistieden ukoll lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità li żżid il-finanzjament tal-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod permezz ta' programmi eżistenti u futuri; 

51.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' approċċ komprensiv multisettorjali u multidixxiplinari għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni transsettorjali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki edukattivi;

Rakkomandazzjonijiet fil-livell Ewropew

52.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitrawmu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn is-sistemi edukattivi; jinkoraġġixxi aktar it-tixrid ta' prattiki tajba mill-aġenziji nazzjonali tal-assigurazzjoni tal-kwalità fl-iżvilupp ta' kriterji dwar ir-rikonoxximent ta' modi ġodda ta' tagħlim u taħriġ;

53.  Jitlob li l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) jiġi rivedut sabiex tiġi promossa l-komparabilità tal-kwalifiki bejn il-pajjiżi koperti fil-QEK u pajjiżi oħra, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-viċinat u pajjiżi oħra b'oqfsa ta' kwalifiki maturi, sabiex jinftiehmu aħjar il-kwalifiki miksuba barra mill-pajjiż u sabiex il-persuni bi sfond ta' migrazzjoni u r-rifuġjati jitqiegħdu lura fit-tagħlim tul il-ħajja u fl-impjieg;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-appoġġ għall-edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod permezz tal-Erasmus+ billi tippromwovi l-iżvilupp ta' netwerks Ewropej, u tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba, l-istabbiliment ta' proġetti li jinvolvu istituzzjonijiet ibbażati f'diversi Stati Membri, u aċċessibilità miżjuda għall-istudenti minn pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi oħra;

55.  Huwa favur il-ħolqien ta' pjattaforma online faċli biex tintuża bħala punt uniku ta' servizz fejn il-professjonisti tal-edukazzjoni u l-istudenti jkunu jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjattaforma sigura u integrata għat-tagħlim imfassla għall-istituzzjonijiet edukattivi Ewropej mingħajr ħlas u offruta lilhom, u b'hekk tagħti spinta lill-użu tat-tagħlim elettroniku fl-UE kollha;

57.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkomplu jiġu żviluppati l-eTwinning u s-School Education Gateway biex jappoġġaw skambji kostruttivi bejn l-għalliema u professjonisti oħra;

58.  Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' rabtiet aktar b'saħħithom bejn l-edukazzjoni akkademika avvanzata (li mhix biss orjentata lejn ir-riċerka) u t-taħriġ vokazzjonali u edukattiv għall-ksib ta' ħiliet, u jħeġġeġ azzjoni biex ikun żgurat li wieħed ikun jista' jagħmel jew japplika għat-tnejn li huma fi kwalunkwe mument;

59.  Jirrakkomanda l-korroborazzjoni tal-isforzi għat-tagħlim tul il-ħajja mal-Istrateġija Ewropea għad-Diġitalizzazzjoni u li titħejja valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri tal-miżuri proposti;

60.  Jilqa' l-pjan ambizzjuż li jiġi provdut internet ultra-veloċi fl-iskejjel primarji u sekondarji u fil-libreriji sal-2025 peress li konnettività aħjar u aktar veloċi tipprovdi opportunitajiet enormi biex jittejbu l-metodi tat-tagħlim, biex titrawwem ir-riċerka u biex jiġu żviluppati servizzi edukattivi online ta' kwalità għolja; jenfasizza li l-mobilizzazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji toħloq opportunitajiet aħjar għat-tagħlim mill-bogħod, b'mod partikolari fiż-żoni rurali u fir-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza l-fatt li tali opportunitajiet se jsaħħu l-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku tat-tfal u tal-istudenti;

61.  Jenfasizza li l-adozzjoni ta' sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ hija essenzjali biex tiġi ssodisfata t-talba li qed tiżdied għal professjonisti b'ħiliet diġitali fl-UE; jenfasizza li, biex jinkiseb suq uniku diġitali reali fl-Ewropa, jeħtieġ ukoll li jsiru sforzi ulterjuri biex jittejjeb il-litteriżmu medjatiku fost iċ-ċittadini, b'mod partikolari fost il-minorenni;

62.  Jirrileva l-importanza li jiżdiedu l-isforzi Ewropej biex l-istrateġija għat-tagħlim tul il-ħajja ssir realtà għal kulħadd, flimkien mal-objettiv li tiġi pprovduta firxa ta' opportunitajiet ta' tagħlim li jistgħu jiġu segwiti għall-iżvilupp u s-sodisfazzjoni personali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jinvestu fit-tagħlim tul il-ħajja, partikolarment f'pajjiżi b'rata ta' parteċipazzjoni inqas mill-punt ta' riferiment ta' 15 %;

63.  Jistieden lill-Istati Membri jrawmu l-kooperazzjoni u jsaħħu s-sinerġiji bejn dawk li jipprovdu tagħlim formali, mhux formali u informali bil-ħsieb li jintlaħaq grupp usa' ta' persuni sabiex jiġu kkunsidrati aħjar il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom;

64.  Jirrakkomanda li jenħtieġ li l-għalliema li jagħtu korsijiet ta' tagħlim mill-bogħod ikollhom taħriġ ċertifikat speċifiku;

Rakkomandazzjonijiet fil-Livell tal-Istati Membri

65.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm approċċ olistiku għall-edukazzjoni u li jipprovdu lill-istudenti b'opportunitajiet ta' tagħlim awtentiċi, varjati u ugwali li jiżviluppaw l-aspirazzjonijiet tagħhom u l-ħiliet meħtieġa sabiex jirnexxu f'ekonomija globali li dejjem tinbidel u f'soċjetà demokratika;

66.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jibnu fuq il-mekkaniżmi ta' validazzjoni eżistenti sabiex jivvalutaw u jiċċertifikaw il-ħiliet, miksuba permezz ta' perkorsi ta' titjib tal-ħiliet, u jiżguraw ir-rikonoxximent tagħhom bil-ħsieb li jinkisbu kwalifiki, skont il-qafas u s-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki;

67.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni ulterjuri tal-infrastruttura diġitali speċjalment f'żoni b'anqas densità ta' popolazzjoni tippromwovi l-integrazzjoni soċjali u kulturali, proċessi moderni tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni u ekonomija kulturali reġjonali;

68.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli opportunitajiet għal taħriġ fl-ICT u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

69.  Itenni l-importanza li l-istituzzjonijiet akkademiċi u ta' taħriġ jirreaġixxu aktar rapidament għall-bidliet fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, u li jadattaw u jimmodernizzaw il-mod tal-operat tagħhom u jippermettu lill-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom kif xieraq; jenfasizza madankollu li l-edukazzjoni hija proċess ta' emanċipazzjoni tul il-ħajja, li jenħtieġ li jgħin liċ-ċittadini jiksbu żvilupp personali, kreattività u benesseri;

70.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet akkademiċi jantiċipaw il-bidliet fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, u jadattaw il-mod tagħhom kif jaħdmu kif xieraq; jinnota li l-iżvilupp ta' setturi orjentati lejn il-futur, b'mod partikolari l-ekonomija ħadra u ċirkolari, għandu rwol determinanti fuq it-tip ta' ħiliet meħtieġa;

71.  Jistieden, barra minn hekk, lill-istituzzjonijiet akkademiċi joffru korsijiet multilingwi mmirati lejn il-ħiliet tal-migranti, li jiffaċilitaw il-passaġġ għad-dħul fi programmi edukattivi;

72.  Jenfasizza l-ħtieġa għal flessibilità akbar fis-sistemi edukattivi tal-Istati Membri sabiex jippermettu użu aktar effettiv ta' metodi ta' tagħlim miftuħa u online;

73.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu d-disponibilità tad-data dwar is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi tal-gradwati ("traċċar tal-gradwati"), inkluża data dwar l-edukazzjoni vokazzjonali u s-settur tat-taħriġ;

74.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw "kurituri edukattivi" billi jippromwovu ftehimiet ma' universitajiet Ewropej, bħall-Unjoni tal-Universitajiet Mediterranji (UNIMED) u n-netwerks ta' universitajiet tat-tagħlim mill-bogħod li jospitaw studenti rifuġjati minn żoni ta' kunflitt, inkluż permezz ta' programmi ta' taħriġ akkademiku mill-bogħod;

75.  Jenfasizza l-importanza ta' taħriġ speċjalizzat tal-għalliema fl-iskola u fl-università għat-tagħlim akkademiku avvanzat u mill-bogħod, sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-istudenti tagħhom;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-kompetenzi u l-ħiliet miksuba barra mis-sistema edukattiva formali jiġu rikonoxxuti permezz tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tal-akkreditazzjoni speċjalment fid-dawl tal-awtonomizzazzjoni tal-persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli u żvantaġġata, bħall-adulti jew ir-rifuġjati b'ħiliet baxxi; jinsisti dwar l-importanza tal-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali sabiex l-istudenti jkunu involuti u awtonomizzati;

77.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(2)

ĠU C 70, 8.3.2012, p. 9.

(3)

ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(4)

ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.

(5)

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52012DC0669&from=MT

(6)

ĠU C 64, 5.3.2013, p. 5.

(7)

ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(8)

ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(9)

ĠU C 327, 4.12.2010, p. 11.

(10)

ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(11)

ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(12)

ĠU C 183, 14.6.2014, p. 30.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2016)0107.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0291.

(15)

ĠU C 126, 26.4.2014, p. 20.

(16)

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/reports/policy-provision-adult-learning_en.pdf

(17)

Testi adottati, P8_TA(2015)0321.

(18)

https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/119628.pdf

(19)

http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-6268-2017-INIT/mt/pdf

(20)

Kif stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

(21)

Fil-pajjiżi fejn jitkellmu bil-Ġermaniż, pereżempju, issir distinzjoni fir-rigward tal-edukazzjoni mill-bogħod, bejn oqsma akkademiċi u mhux akkademiċi.

(22)

Kurrikulu ta' tagħlim mill-bogħod dwar l-informatika mifruxa ma' kullimkien; https://www.researchgate.net/publication/312312226_A_distance_learning_curriculum_on_pervasive_computing

(23)

Economics of Education Editors: Dominic J. Brewer, Patrick J. McEwan Equity and Quality in Education Supporting disadvantaged students and schools https://www.oecd.org/education/school/50293148.pdf


NOTA SPJEGATTIVA

L-edukazzjoni u t-taħriġ jirriflettu s-soċjetà. Huma jipprovdu kontribut ewlieni għall-formazzjoni tal-kapital uman. Fl-Ewropa, matul għadd ta' deċennji, firxa wiesgħa ta' tagħlim fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja ġiet imsejsa fuq is-sistemi edukattivi tradizzjonali, ibbażati fuq ir-rikonoxximent li, sew jekk formali, mhux formali jew okkażjonali, it-tagħlim tul il-ħajja huwa essenzjali fis-soċjetà dinamika, kumplessa u mimlija riskji tal-lum, li hija teknoloġikament dejjem aktar eżiġenti.

It-titjib kontinwu tal-għarfien, tal-esperjenza u tal-ħiliet huwa essenzjali mhux biss fuq ix-xogħol iżda wkoll fil-ħajja privata u fil-ħajja pubblika tal-individwu.

Is-sistemi edukattivi jeħtiġilhom għalhekk jagħtu attenzjoni mill-qrib għal ċirkostanzi li jinbidlu rapidament, u jadattaw ruħhom għalihom. Alternattivi addizzjonali għall-edukazzjoni jridu jkunu disponibbli permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ogħla kontinwi, li jippermettu lill-parteċipanti jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom. Barra milli jagħmlu possibbli t-tagħlim avvanzat, is-sistemi edukattivi jridu jirrikonoxxu wkoll l-eżiti tat-tagħlim, u mhux biss fil-livell nazzjonali iżda wkoll b'mod aktar wiesa'.

Aċċess limitat għall-opportunitajiet edukattivi jista' jnaqqas il-kompetittività tan-nies fis-suq tax-xogħol u joħloq diffikultajiet fil-ħajja privata tagħhom jew saħansitra jwassal għal inerzja permanenti, esklużjoni mis-soċjetà u, kif rajna f'dawn l-aħħar snin, radikalizzazzjoni vjolenti, speċjalment fost iż-żgħażagħ, li huma l-aktar vulnerabbli f'ċirkostanzi ta' riskju.

Aċċess aktar faċli għall-edukazzjoni huwa għalhekk l-istandard li jenħtieġ li jiġi applikat b'mod universali, iżda fil-prattika dan mhuwiex il-każ. Ħafna nies għandhom problemi: pereżempju ommijiet żgħażagħ isibuha diffiċli biex jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja, u anki l-impenji tax-xogħol, mal-edukazzjoni; jista' jkun diffiċli għal persuni foqra biex ikunu jifilħu jħallsu għall-istudju li jkunu jixtiequ jagħmlu, speċjalment jekk il-kors ikun għali jew 'il bogħod ħafna. Huwa diffiċli li xi ħadd minn reġjun remot, pereżempju, ikun jiflaħ iħallas biex jistudja fl-università tal-għażla tiegħu minħabba d-distanza. Persuni bi bżonnijiet speċjali ħafna drabi jsibuha diffiċli jipparteċipaw fi studju tradizzjonali (jiġifieri residenzjali). Din hija r-raġuni għaliex l-edukazzjoni mill-bogħod hija daqshekk importanti fl-iżgurar ta' aċċess aktar faċli għal kulħadd, kif ukoll għat-tnaqqis tal-ispejjeż ta' studju. It-tagħlim elettroniku, jew l-edukazzjoni mill-bogħod, jista' jkun forma aktar adattata u aktar aċċessibbli ta' edukazzjoni peress li jevita l-ispejjeż normali tal-operat tal-istituzzjonijiet edukattivi. L-edukazzjoni mill-bogħod tista' ttejjeb l-aċċessibilità għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni f'termini ta' nazzjonalità, reġjun, status soċjali, età jew sess.

Ir-rapporteur huwa konvint li bis-saħħa ta' forom ġodda ta' tagħlim tul il-ħajja aħna jista' jirnexxielna negħlbu l-isfidi tas-soċjetajiet moderni, fosthom li nnaqqsu l-qgħad, li għadu għoli wisq, speċjalment fost iż-żgħażagħ. F'xi pajjiżi dan laħaq proporzjonijiet drammatiċi (aktar minn 40 %). Li jingħelbu dawn l-isfidi kollha se jirrikjedi sistemi edukattivi flessibbli ħafna. Fl-10 snin li ġejjin, kważi nofs l-impjiegi kollha se jkunu ġodda, u se jirrikjedu ħiliet ġodda. U aktar minn nofs dawn l-impjiegi se jkunu disponibbli biss għal ħaddiema b'ħiliet għolja. Fi ftit kliem, l-edukazzjoni avvanzata u mill-bogħod jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jingħelbu b'suċċess l-isfidi tas-soċjetajiet moderni.

Ir-rapporteur jenfasizza li l-FDE jitfa' l-enfasi fuq il-personalizzazzjoni, jiġifieri edukazzjoni imfassla apposta. Dan it-tip ta' flessibilità jgħin ukoll biex jintlaħaq tagħlim aktar effettiv, ta' kwalità ogħla u jnaqqas ir-rata ta' tluq bikri mill-iskola, li għadha problema kbira fl-Ewropa.

Il-proċess ta' diġitizzazzjoni huwa bla heda fl-edukazzjoni kif ukoll f'oqsma oħrajn. Illum, huma biss kwart tat-tfal tal-iskola fl-Ewropa li jiġu mgħallma minn għalliema b'ħiliet diġitali. Il-parteċipanti kollha fl-edukazzjoni għalhekk jeħtieġu b'mod urġenti li jiġu mgħammra bil-ħiliet xierqa fil-livelli kollha tal-proċess edukattiv. Huwa importanti ħafna wkoll f'dan il-kuntest li l-UE tgħin biex tiżviluppa pjattaforma unika diġitali, jew klassi diġitali, li hu mistenni li jipprovdu reazzjoni effettiva u rapida tal-UE għall-isfidi tad-diġitizzazzjoni, ixxejjen il-biżgħat u tiżgura l-kwalità għal istituzzjonijiet edukattivi li jixtiequ jespandu s-servizzi edukattivi tagħhom biex jinkludu l-edukazzjoni mill-bogħod.

Ir-rapporteur speċifikament jenfasizza l-ħtieġa li s-sistemi edukattivi kollha fl-Istati Membri jistabbilixxu qafas regolatorju li jippermetti li l-FDE jiffunzjona kif suppost, inkluż ir-rikonoxximent u l-validazzjoni tar-riżultati kemm tal-edukazzjoni formali kif ukoll dik mhux formali.

Ir-rapporteur jirrakkomanda t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn is-sistemi edukattivi tal-Istati Membri u l-iżvilupp ta' pjattaforma online faċli biex tintuża u li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki. Huwa jirrakkomanda wkoll it-titjib tal-kooperazzjoni man-negozju, b'mod partikolari għal studji b'valur ta' applikazzjoni għoli. Fil-futur, il-potenzjal tal-FDE fil-programmi Erasmus+ jenħtieġ li jiġi sfruttat aħjar, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta' għarfien espert fil-qasam tal-edukazzjoni mill-bogħod u r-riċerka f'metodi ta' tagħlim innovattivi. Ir-rapporteur jemmen li jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw approċċ olistiku għall-edukazzjoni li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu jistgħu jadattaw ruħhom aħjar għall-bidliet fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol. Huwa wkoll importanti ħafna li jagħtu aktar attenzjoni lit-taħriġ kontinwu tal-għalliema.

\


POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2.5.2017)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar edukazzjoni akkademika avvanzata u mill-bogħod bħala parti mill-istrateġija Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja

(2016/2142(INI))

Rapporteur: Vilija Blinkevičiūtė

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Abbozz ta' rapport

Kunsiderazzjoni 1

Abbozz ta' rapport

Emenda

  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

  wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

Emenda  2

Abbozz ta' rapport

Premessa B

Abbozz ta' rapport

Emenda

B. billi t-tagħlim tul il-ħajja, li jippromwovi kemm iċ-ċittadinanza attiva kif ukoll l-impjegabilità, huwa aspett ewlieni tal-edukazzjoni affettwat minn dawn il-bidliet;

B. billi t-tagħlim tul il-ħajja, f'kuntesti formali, mhux formali u informali, li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabiltà, huwa aspett ewlieni tal-edukazzjoni affettwat minn dawn il-bidliet;

Emenda  3

Abbozz ta' rapport

Premessa Ba (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

Ba. billi sabiex tintlaħaq il-mira tal-2020 li tipprevedi l-parteċipazzjoni medja ta' tal-anqas 15 % tal-adulti ta' bejn il-25 u l-64 sena fit-tagħlim tul il-ħajja, għandhom jittieħdu miżuri attivi biex jitnaqqsu l-ostakli għall-parteċipazzjoni, inklużi miżuri li jippermettu, b'mod partikolari għan-nisa, li l-obbligi familjari jiġu bbilanċjati;

Emenda  4

Abbozz ta' rapport

Premessa Da (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

Da. billi l-edukazzjoni avvanzata u mill-bogħod, u l-użu ta' teknoloġiji ġodda, jistgħu jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni tal-bniet u n-nisa dwar possibbiltajiet professjonali ġodda, b'mod partikolari f'oqsma fejn huma sottorappreżentati; billi minkejja li aktar nisa milli rġiel għandhom diplomi tal-iskola sekondarja u ta' edukazzjoni għolja, hemm bżonn li tiżdied il-preżenza tan-nisa kemm fit-taħriġ professjonali kif ukoll fis-setturi tax-xjenzi, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM);

Emenda  5

Abbozz ta' rapport

Premessa Da (ġdid)

 

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

Da. billi r-rata medja tal-impjieg tan-nisa hija marbuta direttament mal-livelli ta' edukazzjoni rispettivi tagħhom, b'tali mod li n-nisa ta' bejn il-25 u d-49 sena li jkunu kkompletaw l-edukazzjoni terzjarja għandhom rati ta' impjieg li huma aktar minn 20 % ogħla minn dawk ta' nisa b'edukazzjoni ta' qabel il-primarja, dik primarja jew edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell;

Emenda  6

Abbozz ta' rapport

Premessa Db (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

Db. billi l-edukazzjoni mill-bogħod jista' jkollha effett pożittiv fuq il-ħiliet tal-ICT tan-nisa; billi d-dħul ta' iktar nisa fis-settur tal-ICT isaħħaħ suq li fih hija prevista skarsezza ta' ħaddiema u li fih il-parteċipazzjoni indaqs tan-nisa twassal għal żieda annwali fil-PDG tal-UE ta' madwar EUR 9 biljun; billi n-nisa huma wisq sottorappreżentati fil-korsijiet universitarji tal-ICT, fejn dawn jikkostitwixxu biss madwar 20 % tal-gradwati fil-qasam, b'3 % biss tal-gradwati kollha nisa li għandhom diploma fl-ICT;

Emenda  7

Abbozz ta' rapport

Premessa J

Abbozz ta' rapport

Emenda

J. billi n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-persuni li jirreġistraw għal korsijiet ta' edukazzjoni mill-bogħod, peress li tali korsijiet joffrulhom flessibilità fil-ksib ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom;

J. billi n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-persuni li jirreġistraw għal korsijiet ta' edukazzjoni mill-bogħod, peress li n-nisa xorta jqattgħu iktar ħin mill-irġiel fuq xogħol domestiku mhux imħallas u fuq ir-responsabbiltajiet tal-familja, u peress li tali korsijiet joffrulhom flessibilità fil-ksib ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom;

Emenda  8

Abbozz ta' rapport

Premessa Ja (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

Ja. billi fl-2010 l-irġiel irrappreżentaw 60 % tal-persunal f'istituzzjonijiet akkademiċi fl-Istati Membri kollha;

Emenda  9

Abbozz ta' rapport

Premessa K

Abbozz ta' rapport

Emenda

K. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea li hu minqux fit-Trattati u hija wieħed mill-objettiv u l-kompiti tal-Unjoni; billi l-ugwaljanza fl-edukazzjoni toffri lin-nisa opportunitajiet akbar u tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali, kulturali u ekonomiku tas-soċjetà;

K. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea li hu minqux fit-Trattati u hija wieħed mill-objettiv u l-kompiti tal-Unjoni; billi l-ugwaljanza fl-edukazzjoni toffri lin-nisa opportunitajiet akbar u tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali, kulturali u ekonomiku tas-soċjetà; billi l-edukazzjoni tikkostitwixxi għodda fundamentali biex jiġu miġġielda l-isterjotipi tas-sessi;

Emenda  10

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 3

Abbozz ta' rapport

Emenda

3. Jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni u l-istabbiliment ta' pjattaformi edukattivi komuni huma essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi;

3. Jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni u l-istabbiliment ta' pjattaformi edukattivi komuni huma essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, u jitlob li tingħata aktar attenzjoni biex jiġi żgurat li qed tiġi provduta edukazzjoni ta' kwalità lin-nisa, bħala parti minn pjattaformi diġitali, biex tittejjeb il-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u biex il-ħiliet tagħhom jiġu aġġornati u jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' ekonomija diġitalizzata;

Emenda  11

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 3a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

3a. Jenfasizza li l-miżuri għat-tagħlim tul il-ħajja huma kruċjali biex jipprovdu lin-nisa bil-ħiliet li jippermettulhom jirritornaw fid-dinja tax-xogħol jew itejbu l-impjieg, id-dħul u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi li joffru appoġġ fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni professjonali mill-bogħod għan-nisa, filwaqt li tiġi inkluża l-edukazzjoni għolja fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tal-informatika, fl-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-professjonisti fl-edukazzjoni, u fil-prevenzjoni tal-infiltrazzjoni tal-isterjotipi mill-kurrikuli u materjal pedagoġiku;

 

Emenda  12

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 3b (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

3b. Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-isterjotipi tas-sessi; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tippromwovi inizjattivi mmirati lejn l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għal professjonisti fl-edukazzjoni, u biex tiġi impedita l-infriltrazzjoni tal-isterjotipi mill-kurrikuli u materjal pedagoġiku;

Emenda  13

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 4

Abbozz ta' rapport

Emenda

4. Jenfasizza li istituzzjonijiet akkademiċi jeħtiġielhom iħejju lill-istudenti għall-inċertezza u jipprovdulhom għodod bħalma huma l-ħiliet intraprenditorjali u ta' adattabilità biex jesploraw l-alternattivi tagħhom stess;

4. Jenfasizza li istituzzjonijiet akkademiċi jeħtiġilhom iħejju lill-istudenti, inklużi n-nisa, għall-inċertezza u jipprovdulhom għodod bħalma huma l-ħiliet intraprenditorjali u ta' adattabilità biex jesploraw l-alternattivi tagħhom stess;

Emenda  14

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 5a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

5a. Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fir-rigward tal-preżenza tan-nisa fil-livelli ogħla fid-dinja akkademika, u l-aċċess tagħhom għalihom, speċjalment bħala mezz biex tiġi indirizzata s-sottorappreżentanza persistenti tagħhom f'pożizzjonijiet ta' livell għoli fid-dinja akkademika;

Emenda  15

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 8

Abbozz ta' rapport

Emenda

8. Jitlob li jkun hemm inklużjoni aħjar u ż-żamma ta' individwi fis-suq tax-xogħol, flimkien ma' titjib tal-ħiliet tagħhom permezz ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV);

8. Jitlob li jkun hemm inklużjoni aħjar u ż-żamma ta' individwi, inklużi nisa, fis-suq tax-xogħol, flimkien ma' titjib tal-ħiliet tagħhom permezz ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV);

Emenda  16

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 10

Abbozz ta' rapport

Emenda

10. Jirrikonoxxi li l-aċċess għall-edukazzjoni huwa ta' tħassib kbir – partikolarment għall-persuni vulnerabbli, dawk minn sfondi żvantaġġati jew persuni bi bżonnijiet speċjali;

10. Jirrikonoxxi li l-aċċess għall-edukazzjoni huwa ta' tħassib kbir – partikolarment għall-persuni vulnerabbli, dawk li ġejjin minn ambjent żvantaġġat, migranti u persuni bi bżonnijiet speċjali;

Emenda  17

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 13

Abbozz ta' rapport

Emenda

13. Jirrikonoxxi li formati flessibbli ta' tagħlim jippermettu li persuni impjegati jgawdu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

13. Jirrikonoxxi li formati flessibbli ta' tagħlim jippermettu li persuni impjegati jgawdu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob li jiġu previsti faċilitajiet ta' kura aċċessibbli u għall-but ta' kulħadd li jippermettu lil dawk li jieħdu ħsieb persuni oħra, li ħafna drabi jkunu nisa, jipparteċipaw fl-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja; jenfasizza li formati ta' tagħlim flessibbli għandhom ikunu wkoll aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet;

Emenda  18

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 13a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

13a. Jenfasizza li l-formati ta' tagħlim flessibbli jipprovdu opportunità biex jingħata aċċess għall-edukazzjoni għan-nisa u l-bniet minn komunitajiet vulnerabbli jew marġinalizzati, bħal nisa rifuġjati u migranti, nisa Roma, ommijiet singoli, nisa LGBTI, nisa li qed iħabbtu wiċċhom mal-faqar u l-esklużjoni soċjali, u nisa f'żoni rurali u biex jitneħħew l-ostakoli affaċċjati minnhom f'dan ir-rigward;

Emenda  19

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14a. Jippromwovi l-idea li jiġi żgurat l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tan-nisa u dawk li jieħdu ħsieb persuni oħra;

Emenda  20

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 18a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

18a. Jenfasizza li n-nisa u l-bniet spiss jiffaċċjaw sterjotipi tas-sessi fir-rigward tat-teknoloġiji diġitali; jinnota li l-litteriżmu diġitali xieraq, anke għan-nisa, huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-edukazzjoni mill-bogħod;

Emenda  21

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 31

Abbozz ta' rapport

Emenda

31. Jirrakkomanda l-korroborazzjoni tal-isforzi għat-tagħlim tul il-ħajja mal-Istrateġija Ewropea għad-Diġitalizzazzjoni;

31. Jirrakkomanda l-korroborazzjoni tal-isforzi għat-tagħlim tul il-ħajja mal-Istrateġija Ewropea għad-Diġitalizzazzjoni u t-tħejjija ta' valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi tal-miżuri proposti;

Emenda  22

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 31a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

31a. Jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri attivi biex jiġu indirizzati u megħluba l-isterjotipi tas-sessi u s-segregazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż billi jiġu żgurati kurrikuli li jieħdu kont tad-dimensjoni tas-sessi fl-edukazzjoni, billi jingħataw pariri dwar il-karriera, u billi jitniedu kampanji tal-midja li jħeġġu s-subien u l-bniet, u n-nisa u l-irġiel, biex iwettqu għażliet professjonali li jikkorrispondu għall-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom;

Emenda  23

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 32

Abbozz ta' rapport

Emenda

32. Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi Ewropej biex l-Istrateġija għat-Tagħlim Tul il-Ħajja ssir realtà għal kulħadd;

32. Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi Ewropej biex l-Istrateġija għat-Tagħlim Tul il-Ħajja ssir realtà għal kulħadd, u jitlob li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata fi strateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja;

Emenda  24

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 33

Abbozz ta' rapport

Emenda

33. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm approċċ olistiku għall-edukazzjoni u biex jipprovdu lill-istudenti b'opportunitajiet ta' tagħlim awtentiċi li jiżviluppaw l-aspirazzjonijiet tagħhom u l-ħiliet meħtieġa biex jissopravvivu f'ekonomija globali;

33. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm approċċ olistiku u li jieħu kont tad-dimensjoni tas-sessi għall-edukazzjoni u biex jipprovdu lill-istudenti b'opportunitajiet ta' tagħlim awtentiċi li jiżviluppaw l-aspirazzjonijiet tagħhom u l-ħiliet meħtieġa biex jissopravvivu f'ekonomija globali; jirrakkomanda lill-Istati Membri jiżviluppaw kurrikuli u materjal għat-tagħlim li jieħdu kont tad-dimensjoni tas-sessi u li jkunu ħielsa mid-diskriminazzjoni li tista' tinfluwenza l-għażliet edukattivi u professjonali tal-istudenti fi stadju aktar tard;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Martin Sonneborn, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dietmar Köster, Emma McClarkin, Martina Michels

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Borrelli


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

EFDD

David Borrelli

GUE/NGL

Curzio Maltese, Martina Michels

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward, Krystyna Łybacka

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

1

-

NI

Martin Sonneborn

5

0

ECR

Angel Dzhambazki, Emma McClarkin, Morten Messerschmidt, John Procter

ENF

Dominique Bilde

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza