Proċedura : 2017/0017(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0258/2017

Testi mressqa :

A8-0258/2017

Dibattiti :

PV 11/09/2017 - 20
CRE 11/09/2017 - 20
PV 11/12/2017 - 18
CRE 11/12/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2017 - 9.7
CRE 13/09/2017 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/12/2017 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0338
P8_TA(2017)0477

RAPPORT     ***I
PDF 1083kWORD 121k
14.7.2017
PE 602.955v01-00 A8-0258/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

(COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Julie Girling

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

(COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0054),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0028/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0258/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-protezzjoni tal-ambjent hija waħda mill-isfidi l-iktar importanti li qed taffaċċja l-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  EU ETS riformata u li tiffunzjona sew bi strument imsaħħaħ għall-istabbilizzazzjoni tas-suq se jkunu l-istrumenti Ewropej ewlenin għall-kisba tal-mira ta' tnaqqis ta' 40 %, b'fattur lineari u allokazzjoni mingħajr ħlas wara l-2020. Is-sehem tal-irkant għandu jkun espress bħala ċifra perċentwali fl-att leġiżlattiv, biex tittejjeb iċ-ċertezza tal-ippjanar fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' investiment, biex tiżdied it-trasparenza, biex tiġi minimizzata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u biex is-sistema ġenerali ssir aktar sempliċi u aktar faċli biex wieħed jifhimha. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni u mal-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi, u allinjati mad-Djalogu Faċilitattiv tal-2018, mal-ewwel rendikont globali fl-2023, u ma' rendikonti globali sussegwenti kull ħames snin wara, maħsuba biex jiġu infurmati l-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali (NDCs) suċċessivi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 20111a, li l-inklużjoni ta' titjiriet mhux fiż-ŻEE fl-EU ETS ma tmurx kontra d-dritt internazzjonali. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi ta' inġenju tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u kien jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

 

_________________

 

1a Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2011, Air Transport Association of America u Oħrajn vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, C-366/10, ECLI:EU:C:2011:864.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020, huwa meqjus xieraq li d-deroga eżistenti tkompli sakemm isir aktar progress relatat mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża, soġġetta għar-reviżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni.

(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża sal-2021, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  50 % tal-kwoti għandhom jiġu rkantati mill-1 ta' Jannar 2021, filwaqt li n-numru totali tal-kwoti allokati għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur ta' tnaqqis lineari kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti, jew l-ekwivalent tiegħu f'valur finanzjarju, għandu jintuża biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, inter alia, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, biex ikun hemm adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż fl-oqsma tal-aeronawtika, tat-trasport bl-ajru u tal-fjuwils tal-avjazzjoni alternattivi sostenibbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' trasport b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi tal-EU ETS. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-Istati Membri li jużaw dak id-dħul għall-kofinanzjament ta' programmi jew inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni skont id-Disa' Programm Qafas dwar ir-Riċerka (FP9). It-trasparenza fir-rigward tal-użu li jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti skont din id-Direttiva hija fundamentali għall-irfid tal-impenji tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  L-ikkumpensar tal-emissjonijiet skont il-miżura globali bbażata fuq is-suq (GMBM) jinkludi element wieħed fil-basket ta' miżuri tal-ICAO sabiex jinkiseb l-għan mixtieq ta' tkabbir newtrali fl-emissjonijiet tal-karbonju mill-2020 (CNG 2020) u dan għandu jkun ikkomplementat b'avvanzi fit-teknoloġiji tal-qafas tal-inġenji tal-ajru u f'dawk tal-propulsjoni. Il-finanzjament kontinwu tal-istrateġiji u l-programmi ta' riċerka bħall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti Clean Sky, Galileo, SESAR u Orizzont 2020 se jkun essenzjali għall-innovazzjoni teknoloġika u għat-titjib operazzjonali sabiex jinqabżu l-aspettattivi ta' CNG 2020 u jinkiseb tnaqqis assolut fl-emissjonijiet fis-settur kollu. Barra minn hekk, huwa importanti li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħal dik dwar l-Ajru Uniku Ewropew, li jkollha l-għan li tevita l-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew u, b'hekk, li jkun hemm żieda fl-emissjonijiet ta' CO2 tal-avjazzjoni, tiġi implimentata b'mod mgħaġġel u bis-sħiħ mill-Istati Membri.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni, huwa kkunsidrat xieraq li ssir reviżjoni ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut ta' dawn l-istrumenti legali qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, u għandu jiġi sottomess rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għadu jikkunsidra kwalunkwe standard jew strumenti oħrajn adottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021 u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar is-swieq tal-karbonju u l-kontabilità). Dak ir-rapport għandu jikkunsidra kif għandhom jiġu implimentati dawn l-istrumenti fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni tal-EU ETS. Għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE kif xieraq. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030.

(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tagħha tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni parteċipanti, il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fin-negozjati tal-ICAO, b'mod partikolari dwar l-istrumenti rilevantiadottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet għall-perjodu 2021-2035, l-isforzi biex jiġu stabbiliti miżuri ambizzjużi u vinkolanti biex jinkiseb l-għan fit-tul tal-industrija tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs fir-rigward tal-livelli tal-2005 sal-2050, u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-kontabilità u s-swieq tal-karbonju). Ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut tal-istrumenti tal-ICAO u qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li fih għandha tikkunsidra kif timplimenta dawn l-istrumenti u tagħmilhom konsistenti mad-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni tal-EU ETS. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE, kif xieraq. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex ikun żgurat li l-istandards klimatiċi domestiċi eżistenti u futuri tal-Unjoni jiġu rispettati, u mingħajr preġudizzju għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b tad-Direttiva 2003/87/KE, l-iskema CORSIA għandha tiġi implimentata fid-dritt tal-Unjoni u tkun magħmula konsistenti miegħu permezz tal-EU ETS.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Minkejja li r-regoli tekniċi għall-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO għad iridu jiġu adottati mill-Kunsill tal-ICAO, huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jkollhom l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' Monitoraġġ, Rapportar u Verifika (MRV) u l-unitajiet tal-emissjonijiet eliġibbli skont l-iskema tal-ICAO kmieni kemm jista' jkun għall-faċilitazzjoni tat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-1 ta' Jannar 2019. Dawn ir-rekwiżiti ta' MRV għandu jkollhom livell ta' strettezza konsistenti mar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, u għandhom jiżguraw li r-rapporti tal-emissjonijiet ippreżentati jkunu vverifikati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Filwaqt li l-kunfidenzjalità tal-ħidma teknika fl-ICAO għandha tiġi rikonoxxuta, huwa importanti wkoll li l-istati membri tal-ICAO, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u s-soċjetà ċivili jkomplu jkunu involuti fil-ħidma tal-ICAO biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq u li l-ICAO tilħaq il-partijiet ikkonċernati kollha biex tinfurmahom dwar il-progress u d-deċiżjonijiet b'mod f’waqtu. Sabiex dan jinkiseb jista' jkun meħtieġ li ssir reviżjoni tal-protokolli tan-nondivulgazzjoni għall-Membri u l-Osservaturi tal-Kumitat tal-ICAO għall-Protezzjoni Ambjentali mill-Avjazzjoni (CAEP).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta' att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-għan li tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni ta' atti delegati.

(7)  Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta' att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi ta' inġenju tal-ajru bl-għan li tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, b'mod partikolari fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni ta' atti delegati, sabiex il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikun iktar trasparenti u iktar effiċjenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Filwaqt li l-għan fit-tul għandu jkun li jkun hemm skema ta' tnaqqis globali unika biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tal-karbonju mill-avjazzjoni sat-tieni fażi tal-iskema tal-ICAO fl-2024, fil-każ li l-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO ma tkunx biżżejjed biex tilħaq l-objettivi u l-impenji klimatiċi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, għadhom jiġu esplorati wkoll għażliet oħra ta' mitigazzjoni tal-karbonju.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  L-avjazzjoni għandha impatt ukoll fuq il-klima minħabba r-rilaxxi tal-ossidi tan-nitroġenu, il-fwar tal-ilma u s-sulfat u l-partikoli tan-nugrufun f'altitudnijiet għoljin. Il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ikkalkula li l-impatt klimatiku totali tas-settur tal-avjazzjoni huwa attwalment darbtejn sa erba' darbiet ogħla mill-effett tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tiegħu waħedhom fil-passat. Sakemm isir progress xjentifiku, l-impatti kollha tal-avjazzjoni għandhom jiġu indirizzati sa fejn possibbli. Ir-riċerka dwar il-formazzjoni ta' faxex ta' kondensazzjoni, magħrufa wkoll bħala contrails, l-evoluzzjoni tagħhom fi sħab tat-tip cirrus, dwar l-effetti diretti iżgħar tal-aerosols tas-sulfat, tan-nugrufun, tal-contrails tal-fwar tal-ilma u s-sħab tat-tip cirrus, u dwar il-miżuri ta' mitigazzjoni effettivi, inklużi miżuri operazzjonali u tekniċi, għandha tiġi promossa wkoll.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  M'hemmx dubju li l-emissjonijet mill-avjazzjoni li jikkawżaw ħsara lill-klima jmorru lil hinn mill-effetti purament ta' CO2. Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a kienet tinkludi impenn tal-Kummissjoni li tissottometti proposta adegwata dwar l-ossidi tan-nitroġenu fl-2008. Minkejja d-diffikultajiet tekniċi u politiċi involuti, il-Kummissjoni għandha taċċellera l-ħidma tagħha f'dak ir-rigward.

 

__________________

 

1aId-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (GU L 8, 13.1.2009, p. 3).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3c – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)   Fl-Artikolu 3c, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

 

"3a.  Il-kwantità totali ta' kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-2021 għandha tkun 10 % aktar baxxa mill-allokazzjoni medja għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016, u mbagħad tonqos kull sena bl-istess rata bħal dik tal-limitu massimu totali għall-EU ETS imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9 sabiex il-limitu massimu għas-settur tal-avjazzjoni jsir aktar konformi mas-setturi l-oħra tal-EU ETS sal-2030.

 

Għal attivitajiet tal-avjazzjoni lejn u minn ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi barra miż-ŻEE, il-kwantità tal-kwoti li għandha tiġi allokata mill-2021 'il quddiem tista' tiġi aġġustata billi titqies il-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO li se tiġi implimentata mill-2021 bi tpaċija għall-emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020."

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 3d, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Mill-1 ta' Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista' jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.

"2.   Mill-1 ta' Jannar 2021, 50 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista' jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta' din id-Direttiva. L-allokazzjonijiet bla ħlas li jkun fadal għandhom jintużaw, fejn meħtieġ, biex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(5) bejn l-2021 u l-2030."

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)   Fl-Artikolu 3d(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għandu jiġi adottat Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f'kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun f'proporzjon mas- sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtata skond l-Artikolu 14(3) u verifikati skond l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant."

"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30b biex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f'kull perjodu minn kull Stat Membru għandu jkun fi proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta' referenza rrappurtata skont l-Artikolu 14(3) u verifikati skont l-Artikolu 15. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta' referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perjodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta' referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perjodu li għalih jirreferi l-irkant."

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1c)   Fl-Artikolu 3d(3), it-tieni subparagrafu jitħassar.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1d (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1d)   Fl-Artikolu 3d(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. "

"Id-dħul kollu ġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant jista' jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali fir-rigward tal-Istati Membri li jużaw id-dħul għall-kofinanzjament ta' programmi jew inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni skont id-Disa' Programm Qafas dwar ir-Riċerka (FP9). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu."

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1e (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1e)  Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta' April ta' kull sena, l-operatur ta' kull installazzjoni jċedi numru ta' kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta' dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati."

"3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta' April ta' kull sena, l-operatur ta' kull installazzjoni jċedi numru ta' kwoti, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta' dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skont l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati."

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1f (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1f)   Fl-Artikolu 21 jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

 

''2a.   Ir-rapport għandu, bl-użu ta' data provduta permezz tal-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 18b, jinkludi lista tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li ma jkunux fetħu kont ta' reġistru."

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet minn u lejn l-ajrudromu li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b".

"(a)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet minn u lejn l-ajrudromu li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b."

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b".

(b)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b."

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ia (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ia.  jiżdied il-punt li ġej:

 

(ba)  l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE u operati b'konsegwenza ta' titjira kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) li tiġi ddevjata lejn ajrudromu li jinsab fiż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2017, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – punt i

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2017, permezz ta' deroga mill-Artikoli 3d sa 3f u sakemm l-emendi sussegwenti għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b jidħlu fis-seħħ, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jinħarġulhom, kull sena, l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għas-sena 2016. Mill-2021 'il quddiem dak l-għadd ta' kwoti għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari fl-Artikolu 9.

Mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020, permezz ta' deroga mill-Artikoli 3d sa 3f u sakemm l-emendi sussegwenti għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b jidħlu fis-seħħ, l-operaturi ta' inġenju tal-ajru għandu jinħarġilhom, kull sena, l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għas-sena 2016. Mill-2021 'il quddiem dak l-għadd ta' kwoti għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari fl-Artikolu 9.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – punt ii

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii.  it-tielet subparagrafu huwa mħassar.

ii.  it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

Fir-rigward tal-attività fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni allokati lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru sal-1 ta' Settembru 2018.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru mill-1 ta' Jannar 2013 għandu jiġi mnaqqas biex jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.;

4.  B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jiġi mnaqqas biex jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jitħassar il-paragrafu 8.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards tal-ICAO rilevanti jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra.

1.  Il-Kummissjoni għandha, mill-1 ta' Jannar 2019 u b'mod regolari wara din id-data, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards u l-prattiki rakkomandati (SARPs) tal-ICAO rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet approvati tal-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, l-implikazzjonijiet ta' riżervi minn pajjiżi terzi u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll aġġornamenti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' reġistru globali u l-iżvilupp tal-SARPs b'konformità mal-proċeduri tal-ICAO għat-tfassil tal-istandards. B'konformità mar-"Rendikont Globali" tal-UNFCCC, hija għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi sabiex jinkiseb l-għan fit-tul mixtieq ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni li l-emissjonijiet ta' CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs b'mod relattiv għal-livelli tal-2005 sal-2050.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jikkunsidra modi biex dawk l-istrumenti tal-ICAO jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kif xieraq.

2.  Sal-1 ta' Marzu 2020, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza ta' dawk l-istrumenti tal-ICAO u dwar il-possibilitajiet li dawk l-istrumenti tal-ICAO jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), kif xieraq. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali globali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq inklużi l-ambizzjoni ġenerali tagħha fir-rigward tal-miri skont il-Ftehim ta' Pariġi, il-livell ta' parteċipazzjoni, l-infurzabbiltà, it-trasparenza, il-penali għan-nuqqas ta' konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, il-kwalità tal-krediti ta' kumpens, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet, ir-reġistri, ir-responsabbiltà u r-regoli dwar l-użu tal-bijokarburanti. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jqis jekk l-att delegat adottat skont l-Artikolu 28c(2) jeħtieġx li jiġi rivedut.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Wara l-2020 m'għandha ssir l-ebda estensjoni tad-deroga kif imsemmi fl-Artikolu 28a fir-rigward ta' titjiriet lejn jew minn pajjiż terz li ma jkunx qed jipparteċipa fil-miżura globali bbażata fuq is-suq, jekk dak il-pajjiż kellu impenji kwantifikati inklużi fl-Anness B tal-Protokoll ta' Kjoto.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-UE għall-2030.

3.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-UE għall-2030 bl-għan li jiġu żgurati l-effettività u l-integrità ambjentali sħiħa tal-azzjoni klimatika tal-UE u titnaqqas kwalunkwe ambigwità qabel ma tibda titħaddem l-iskema CORSIA.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika xierqa tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata mill-ICAO. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħal tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14(1) u għandhom jiżguraw li r-rapporti sottomessi jkunu verifikati skont l-Artikolu 15.

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika xierqa tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata mill-ICAO. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kompletament konsistenti mal-prinċipji tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14(1) u għandhom jiżguraw li r-rapporti sottomessi dwar l-emissjonijiet ikunu verifikati skont l-Artikolu 15.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 30 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 30, jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

 

4a.  Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi aġġornata tal-effetti mhux tas-CO2 tal-avjazzjoni u, jekk ikun xieraq, takkumpanjaha bi proposti leġiżlattivi dwar l-aħjar mod biex jiġu indirizzati dawn l-effetti.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Madwar 1,3 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2 huma derivati mill-avjazzjoni internazzjonali. Bit-tkabbir antiċipat fit-traffiku tal-ajru matul it-tliet deċennji li jmiss, l-emissjonijiet dinjija jistgħu jkomplu jiżdiedu bi 300-700 % sal-2050 sakemm ma titteħidx azzjoni biex titrażżan din iż-żieda.

L-iżvilupp ta' miżura globali bbażata fuq is-suq, bħala parti minn "basket ta' miżuri" ddisinjat biex jimmitiga l-impatti tat-tibdil fil-klima tal-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru, ilu għal xi żmien fuq l-aġenda tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Fis-37 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tagħha fl-2010, l-ICAO qablet dwar għan ta' aspirazzjoni globali ta' tkabbir mingħajr karbonju sal-2020. Tliet snin wara, l-organizzazzjoni stabbiliet grupp ta' ħidma għall-iżvilupp ta' mekkaniżmu globali bbażat fuq is-suq biex jintlaħaq dan l-objettiv.

Fis-6 ta' Ottubru 2016, fid-39 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali, l-ICAO adottat ir-Riżoluzzjoni 39-3, li tintroduċi Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA), skont liema l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqbżu l-emissjonijiet bażi se jkunu meħtieġa jixtru l-kumpens sabiex jiksbu n-newtralità tal-karbonju mill-avjazzjoni ċivili internazzjonali mill-2021. Din il-bażi se tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-emissjonijiet bejn l-2019-2020. L-iskema hija maħsuba biex tikkomplementa teknoloġiji ġodda, titjib operazzjonali, u miżuri ta' infrastruttura bil-għan li jinkiseb tkabbir sostenibbli għall-avjazzjoni u l-għan fit-tul ta' aspirazzjoni tas-settur li l-emissjonijiet netti tas-CO2 jonqsu bin-nofs sal-2050, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. L-Istati Membri kollha tal-UE se jissieħbu fl-iskema mill-bidu.

L-ICAO xorta jeħtiġilha tiżviluppa l-modalitajiet, il-proċeduri, u l-għodda ta' implimentazzjoni biex tippermetti li l-CORSIA tidħol fis-seħħ fl-2021, li jinkludu l-monitoraġġ, ir-rapportar, u l-verifika tal-emissjonijiet, il-kriterji ta' kumpens u eliġibbiltà, l-emissjonijiet bażi, u l-qafas regolatorju għall-Istati parteċipanti biex jimplimentaw l-iskema fil-livell domestiku. L-iskema mbagħad tiġi implimentata fuq tliet fażijiet. Matul il-fażi pilota (2021-2023) u l-ewwel fażi (2024-2026) tagħha, 65 pajjiż se jieħdu sehem fuq bażi volontarja. Fit-tieni fażi tagħha (2027-2035), bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi b'attivitajiet tal-avjazzjoni minimi, il-parteċipazzjoni ssir obbligatorja. Jekk l-iskema tilħaq l-objettivi tagħha, madwar 80 % tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni 'l fuq mil-livelli tal-2020 se jkunu kkumpensati skont il-CORSIA bejn l-2021 u l-2035. Huwa importanti li l-ftehim jipprevedi reviżjoni kull tliet snin biex jiżgura l-allinjament mal-objettivi klimatiċi fuq żmien twil tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta' Pariġi tal-2015.

L-Unjoni Ewropea (UE) ilha li rrikonoxxiet l-impatt tal-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru fuq it-tibdil fil-klima. Biex tinċentiva l-linji tal-ajru joperaw flotot aktar effiċjenti, fl-2008 l-UE adottat leġiżlazzjoni biex testendi l-Iskema tagħha għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) għall-emissjonijiet minn titjiriet lejn, minn u fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan l-approċċ huwa kompatibbli mad-dritt internazzjonali. Madankollu, numru ta' linji tal-ajru u pajjiżi terzi opponew bis-saħħa l-leġiżlazzjoni, u argumentaw li skema reġjonali twassal għal kummerċ aktar dgħajjef u distorsjonijiet finanzjarji. Għalhekk, sabiex jiġi appoġġjat l-impenn tal-ICAO biex tiġi żviluppata miżura globali bbażata fuq is-suq, l-UE qablet li tillimita b'mod temporanju l-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS għal titjiriet fiż-ŻEE sal-2016. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe emenda ulterjuri għad-Direttiva tal-EU ETS, din id-deroga ma tibqax tapplika, u tiddaħħal lura l-kopertura tal-konformità oriġinali tal-2008 (id-dispożizzjoni "snap-back").

Il-Kummissjoni Ewropea rreaġixxiet għall-ftehim tal-ICAO dwar il-CORSIA fi Frar tal-2017, u pproponiet li tinżamm id-deroga eżistenti lil hinn mill-2016. Imbagħad se titwettaq reviżjoni ulterjuri tal-EU ETS, abbażi ta' rapport tal-Kummissjoni f'data aktar tard mhux speċifikata, meta jkun hemm kemm ċarezza akbar mill-ICAO dwar in-natura u l-kontenut tal-mekkaniżmi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-CORSIA kif ukoll meta l-firxa preċiża tal-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi tkun tista' tiġi ddeterminata. Il-proposta tenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat ftehim malajr mill-koleġiżlaturi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, preferibbilment qabel tmien l-2017 biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-konformità skont l-EU ETS.

Fl-abbozz ta' rapport tagħha, ir-rapporteur taqbel b'mod wiesa' mal-proposta tal-Kummissjoni. Hija temmen li jkun prudenti li nistennew il-progress fuq il-modalitajiet, il-proċeduri, u l-passi meħuda biex tiġi implimentata l-CORSIA mill-Istati Membri tal-ICAO qabel ma tiġi vvalutata bis-sħiħ l-EU ETS għall-perjodu ta' wara l-2020. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li din ir-reviżjoni sservi sabiex tintegra l-CORSIA fil-politika tal-UE dwar il-klima, ir-rapporteur tqis li huwa essenzjali li jiġu speċifikati d-dati tal-istadji importanti ewlenin fil-leġiżlazzjoni. L-ewwel nett, sabiex tkun konsistenti mar-regolamentazzjoni attwali, din l-aħħar deroga jenħtieġ li tkun limitata biż-żmien u tiskadi qabel ma l-CORSIA ssir operazzjonali fl-1 ta' Jannar 2021. It-tieni, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita data tal-pubblikazzjoni tal-1 ta' Jannar 2019 għar-rapport ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jingħata biżżejjed żmien ħalli jiġu vvalutati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-ICAO. It-tielet, sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tressaq proposti f'waqthom b'reazzjoni għar-rapport ta' implimentazzjoni tagħha, ir-rapporteur tipproponi data ta' skadenza fit-30 ta' Ġunju 2019.

Billi r-rapport ta' implimentazzjoni se jistabbilixxi r-rekwiżiti għal-leġiżlazzjoni futura tal-EU ETS, ir-rapporteur temmen li huwa importanti li jiġu stipulati l-elementi tekniċi ewlenin, il-proċessi, u l-impatti ambjentali li għandhom jiġu evalwati. Ir-rapport jenħtieġ li jeżamina l-ambizzjoni globali tal-CORSIA fir-rigward tal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, sabiex jivvaluta l-effikaċja tagħha, ir-rapport jenħtieġ li jispezzjona wkoll il-livell tal-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, il-penali għan-nuqqas ta' konformità, il-proċessi għall-input pubbliku, l-istandards ta' monitoraġġ, rapportar u verifika(MRV), ir-regoli dwar l-użu tal-bijokarburanti, u jenħtieġ li jevalwa d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens skont kriterji oġġettivi. Permezz tal-indirizzar ta' dawn il-punti, ir-rapport ta' implimentazzjoni se jippermetti lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jiżguraw li jinżammu l-istandards ambjentali tal-EU ETS.

Ir-rapporteur tqis it-trasparenza mtejba bħala kruċjali għall-ħidma tal-ICAO dwar il-progress fl-implimentazzjoni matul is-sentejn li ġejjin. Il-Kumitat tal-ICAO għall-Protezzjoni Ambjentali mill-Avjazzjoni (CAEP), li, flimkien mal-Kunsill tal-ICAO, se jistabbilixxi l-qafas u d-dispożizzjonijiet dwar il-governanza għall-MRV u l-unitajiet ta' kumpens, japplika protokoll strett ta' nondivulgazzjoni fuq il-Membri u l-Osservaturi tiegħu. L-aċċess pubbliku għad-deliberazzjonijiet tiegħu mhuwiex permess. Ir-rapporteur hija mħassba li din it-trasparenza limitata fil-proċess tista' ddgħajjef kemm il-kwalità tal-informazzjoni meħtieġa bħala bażi għad-diskussjonijiet tal-UE wara l-2020 kif ukoll il-fiduċja istituzzjonali. Għalhekk se jkun essenzjali li s-CAEP jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi aġġornamenti sostantivi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin b'mod simultanju bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-riforma usa' tal-EU ETS għall-perjodu 2021-2030, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' din il-proposta, ir-rapporteur temmen li huwa meħtieġ li jiġu inklużi emendi pertinenti għas-settur tal-avjazzjoni kif adottati mill-Parlament fil-15 ta' Frar 2017. Dawk l-emendi jitolbu li s-settur tal-avjazzjoni jirċievi 10 % anqas kwoti mill-medja tiegħu għall-2014-2016 (b'konformità ma' setturi oħra), li jiżdied in-numru ta' kwoti rkantati minn 15 % għal 50 %, u li d-dħul iġġenerat minn dawn il-kwoti jiġi allokat bħala finanzjament għall-klima. Rigward dan l-aħħar punt, ir-rapporteur temmen li jenħtieġ li jingħataw kunsiderazzjonijiet dwar finanzjament speċjali lill-Istati Membri skont id-Disa' Programm Qafas dwar ir-Riċerka (FP9), biex jiġi inċentivat l-użu tad-dħul mill-kwoti rkantati u tiżdied in-nefqa ta' kofinanzjament għar-riċerka, l-iżvilupp, u l-kummerċjalizzazzjoni ta' teknoloġiji klimatiċi ġodda.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (21.6.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

(COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Werner Langen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-emissjonijiet globali ta' CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni qed jiżdiedu b'mod sostanzjali. Minkejja l-użu dinji ta' magni tal-ajruplani moderni u effiċjenti f'termini ta' fjuwil u għaldaqstant aktar nodfa, ir-rati ta' emissjonijiet ta' CO2 għal kull passiġġier u għal kull kilometru huma ogħla minn dawk ta' tipi oħra ta' trasport. Kien hemm, u għad hemm, il-ħtieġa ta' dispożizzjonijiet ġodda jew aġġornati favur it-tnaqqis gradwali tal-emissjonijiet ta' CO2 kemm mill-avjazzjoni kif ukoll minn setturi oħrajn. Wara d-deċiżjoni meħuda għaxar snin ilu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi ġodda fit-toroq, l-Unjoni Ewropea ħadet il-pass li, mill-1 ta' Jannar 2012, tinkludi t-trasport bl-ajru fis-sistema eżistenti tagħha għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (UE ETS). Għaldaqstant, mill-2012 'il quddiem, it-titjiriet fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u t-titjiriet kollha bejn l-ajruporti fiż-ŻEE u ajruporti f'pajjiżi terzi ġew koperti mis-sistema.

Dan ir-rekwiżit, introdott b'mod unilaterali għall-UE (jew iż-ŻEE) wassal għal protesti estensivi u kien qed jhedded serjament li jirriżulta f'distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-linji tal-ajru Ewropej fis-suq tal-avjazzjoni internazzjonali. L-inizjattiva prekoċi u l-pressjoni tal-UE ħolqu l-possibbiltà u l-ħtieġa li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tiżviluppa sistema globali bbażata fuq is-suq għall-avjazzjoni internazzjonali, għalkemm b'perjodi twal ta' tranżizzjoni.

Sakemm intlaħaq il-ftehim tal-ICAO u biex tiġi appoġġata l-introduzzjoni ta' tali sistema globali fi ħdan l-ICAO, l-UE (mit-30 ta' April 2014) illimitat il-kamp ta' applikazzjoni tal-EU ETS għat-titjiriet ġewwa ż-ŻEE għal perjodu limitat sa tmiem l-2016 (ir-Regolament Nru 421/2014).

Mingħajr l-ebda modifika tar-Regolament, madankollu, mill-2017 jerġa' japplika awtomatikament il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87 (titjiriet interni taż-ŻEE kif ukoll it-titjiriet kollha bejn ajruporti taż-ŻEE u titjiriet bejn ajruporti taż-ŻEE u ajruporti ta' pajjiżi terzi). Id-deroga prevista mir-Regolament Nru 421/2014 skadiet fil-31 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, il-ħtieġa ta' regolament sussegwenti hija aktar urġenti.

Fis-6 ta' Ottubru 2016, matul l-Assemblea Ġenerali tal-ICAO, il-membri tal-ICAO stabilixxew l-objettiv li jistabbilizzaw l-emissjonijiet netti ta' CO2 tal-avjazzjoni internazzjonali għal-livelli tal-2020 u li jintroduċu, mill-2021 'il quddiem, strument globali bbażat fuq is-suq (il-Global Market-Based Measure – GMBM) għall-protezzjoni tal-klima.

L-ICAO iddeċidiet hawnhekk favur l-implimentazzjoni tal-mudell ta' kumpens CORSIA (Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali). B'hekk, l-emissjonijiet diretti ta' CO2, li jirriżultaw mill-espansjoni tal-avjazzjoni, mill-2020 'il quddiem jiġu kkumpensati bi tnaqqis ta' CO2 fi bnadi oħra. Barra minn hekk, dan jinvolvi li ssir promozzjoni ta' proġetti ta' protezzjoni tal-klima, li jiġu eżaminati u ċċertifikati minn istituzzjonijiet indipendenti dwar tnaqqis sostenibbli ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-kumpaniji tal-ajru li ma jirrispettawx l-objettivi tal-istabbilizzazzjoni tal-emissjonijiet iridu jakkwistaw kwoti ta' kumpens b'mod dirett jew permezz ta' pjattaformi pubbliċi. B'dan il-mod il-proġetti jiksbu sors ġdid ta' finanzjament, u l-emissjonijiet ta' CO2 tal-kumpaniji tal-ajru jiġu kkumpensati.

Sabiex jingħataw impulsi ulterjuri fil-kuntest tal-isforzi internazzjonali fil-qafas tal-ICAO, il-Kummissjoni tipproponi li anki wara l-2016 l-applikazzjoni tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) tkun limitata għat-titjiriet interni fi ħdan iż-ŻEE. Bil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tfittex li żżomm id-dinamika fil-ħidma tal-ICAO.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tikseb iktar ċarezza dwar in-natura u l-kontenut tal-istrument għall-protezzjoni tal-klima, kif ukoll dwar l-intenzjonijiet tas-sħab internazzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sistema, sabiex tivvaluta mill-ġdid is-sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet u, fejn xieraq, biex tkun tista' tirrevediha għall-perjodu ta' wara l-2020. B'hekk dan għandu jiżgura l-koerenza meħtieġa mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-objettivi tal-UE li għandhom jintlaħqu sal-2030.

Sabiex tinkiseb ċertezza legali u ċarezza għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-proposta għandha tidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, għaliex inkella l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jridu jiddikjaraw il-kwoti ta' emissjonijiet tagħhom qabel l-aħħar ta' April 2018. Jekk il-limitazzjoni attwali tal-kamp ta' applikazzjoni għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE ma tinżammx, l-operaturi jkunu obbligati jippreżentaw, qabel it-30 ta' April 2018, kwoti ta' emissjonijiet anki għal titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi (id-Direttiva 2003/87/KE).

Ir-rapporteur jappoġġa l-objettivi u l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea fil-proposta għal Regolament 2017/0017(COD), jiġifieri li:

  il-kamp ta' applikazzjoni limitat għandu jibqa' fis-seħħ, jiġifieri l-EU ETS għandha, mill-2017, tkompli tkopri biss titjiriet ġewwa ż-ŻEE;

  l-eżenzjoni għal operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali b'emissjonijiet annwali ta' inqas minn 1 000 tunnellata (0,2 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra) għandha tiġi estiża mill-2020 sal-2030;

  il-Kummissjoni trid tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi internazzjonali ta' rilevanza għall-applikazzjoni tal-istrument, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda minn pajjiżi terzi biex japplikawh;

   sabiex tipprepara għall-implimentazzjoni tal-istrument, il-Kummissjoni trid tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jipprovdu għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika xierqa tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-għan li tiġi applikata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO.

Ir-rapporteur jipproponi, barra minn hekk, emendi kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, kif ukoll f'uħud mid-dettalji, sabiex tiġi faċilitata u titħaffef l-implimentazzjoni, u sabiex issir aktar prattika għall-kumpaniji tal-ajru. Dan ma jbiddel xejn mill-ftehim bażiku, iżda għandu jfittex li jiżgura li l-aġġustamenti, il-proposti ta' emendi u implimentazzjoni jsiru f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE.

B'mod partikolari, għandu jiġi eżaminat kif dan l-istrument tal-ICAO jista' jiġi kkonċiljat mal-EU ETS u kif l-eżistenza taż-żewġ sistemi maġenb xulxin tista' tiġi strutturata mill-2021 'il quddiem. Barra minn hekk, għandu jiġi eżaminat l-impatt fuq is-settur tal-avjazzjoni u l-emissjonijiet ta' CO2.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sat-12 ta' Diċembru 2015, ġie adottat ftehim internazzjonali biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul li tikkonforma mal-għan biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ħafna aktar baxxa minn 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Il-Ftehim ta' Pariġi ġie approvat f'isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1841. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet se jħejju, jikkomunikaw u jżommu l-kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali.

(1)  Fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sat-12 ta' Diċembru 2015, ġie adottat ftehim internazzjonali biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul li tikkonforma mal-għan biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ħafna aktar baxxa minn 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Il-Ftehim ta' Pariġi ġie approvat f'isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1841. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet se jħejju, jikkomunikaw u jżommu l-kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Minkejja li s-settur tal-avjazzjoni internazzjonali kien eskluż mill-ftehim ta' Pariġi, huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, pereżempju permezz ta' "miżura globali bbażata fuq is-suq" (GMBM) introdotta mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-objettivi ambjentali tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 191 tat-Trattat huma l-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-protezzjoni tas-saħħa umana: u l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali biex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(2)  L-objettivi ambjentali tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 191 tat-Trattat huma l-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-protezzjoni tas-saħħa umana; u l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali għall-indirizzar tal-problemi ambjentali reġjonali jew globali, u l-ewwel u qabel kollox għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-protezzjoni tal-ambjent hija waħda mill-isfidi l-iktar importanti li qed tiffaċċja l-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 20111a, li l-inklużjoni ta' titjiriet mhux fiż-ŻEE fl-EU ETS ma tmurx kontra d-dritt internazzjonali. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

 

1a Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2011, Air Transport Association of America et vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, C-366/10, ECLI:EU:C:2011:864.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti bil-Ftehim ta' Pariġi u jkun hemm tnaqqis ta' 40 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-Ajru Uniku Ewropew jiġu implimentati b'mod sħiħ. Dan jagħmilha possibbli li tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru u jiġu ottimizzati l-flussi tat-traffiku, sabiex b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'il fuq mil-livelli tal-2020, huwa meqjus xieraq li d-deroga eżistenti tkompli sakemm isir aktar progress relatat mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża, soġġetta għar-reviżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni.

(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'l fuq mil-livelli tal-2020, huwa meqjus xieraq li d-deroga eżistenti tkompli sakemm isir aktar progress relatat mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. L-ICAO trid tadotta, sal-2018, standards u prattiki rakkomandati għall-implimentazzjoni tas-sistema globali. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni, huwa kkunsidrat xieraq li ssir reviżjoni ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut ta' dawn l-istrumenti legali qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, u għandu jiġi sottomess rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għadu jikkunsidra kwalunkwe standard jew strumenti oħrajn adottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021 u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar is-swieq tal-karbonju u l-kontabilità). Dak ir-rapport għandu jikkunsidra kif għandhom jiġu implimentati dawn l-istrumenti fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni tal-EU ETS. Għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE kif xieraq. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030.

(6)  Billi l-kundizzjonijiet qafas ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni, huwa kruċjali li l-miżura tal-ICAO tiġi rieżaminata ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut ta' dawn l-istrumenti legali, u għandu jiġi sottomess rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għadu jikkunsidra kwalunkwe standard jew strumenti oħrajn adottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021 u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar is-swieq tal-karbonju u l-kontabilità). Dak ir-rapport għandu jikkunsidra kif dawn l-istrumenti għandhom isiru konsistenti mal-EU ETS. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030, bl-iktar mod fattibbli mil-lat ekonomiku.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Is-suċċess tal-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) se jiddependi l-aktar fuq kamp ta' applikazzjoni ġeografikament wiesa', u fuq l-evitar tad-duplikazzjoni tal-iskemi reġjonali. Abbażi ta' dawn iċ-ċirkustanzi, jistgħu jinħolqu kundizzjonijiet verament ekwi fis-settur tal-avjazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Id-dħul mir-rikavat tal-irkant futur tal-kwoti għandu jiġi allokat għal programmi mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-avjazzjoni, u b'mod partikolari għall-programmi ta' riċerka u żvilupp, u dan id-dħul għandu jiġi distribwit permezz tad-Disa' Programm Qafas għar-Riċerka.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta' att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-għan li tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni ta' atti delegati.

(7)  Sabiex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali biex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi ta' att leġiżlattiv li mhumiex essenzjali, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-għan li tiġi implimentata l-miżura globali bbażata fuq is-suq li qed tiġi żviluppata fl-ICAO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, b'mod partikolari fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni ta' atti delegati, sabiex il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikun iktar trasparenti u iktar effiċjenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 3d(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.

"Id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikun hemm adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-Disa' Programm Qafas għar-Riċerka futur fl-attribuzzjoni tad-dħul mill-irkant.";

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32008L0101&from=MT)

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt i

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet minn u lejn l-ajrudromu li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

(a)  l-emissjonijiet kollha minn titijiriet minn u lejn l-ajrudromu li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ii

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii.  Il-punt (c) huwa mħassar.

ii.  Il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(c)   l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE u operati bħala konsegwenza ta' titjira msemmija fil-punti (a) jew (b) li tiġi ddevjata lejn ajrudromu fiż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2017, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b";

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards tal-ICAO rilevanti jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra.

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-ICAO (SARP) rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra. Tali rapporti għandhom jiġu ppreżentati sal-1 ta' Jannar 2018, l-1 ta' Jannar 2019 u b'mod regolari wara dan skont il-proċeduri tat-tfassil tal-istandards tal-ICAO.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jikkunsidra modi biex dawk l-istrumenti tal-ICAO jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw fir-rigward tat-titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kif xieraq.

2.  Ir-rapport għandu jikkunsidra kif l-istrumenti tal-ICAO jridu jsiru kompatibbli mal-UE ETS u x'sura ta' koeżistenza għandhom jieħdu ż-żewġ sistemi mill-2021 'il quddiem. L-effetti tal-iskema globali ta' miżura bbażata fuq is-suq fuq is-settur tal-avjazzjoni u fuq l-emissjonijiet ta' CO2 għandhom, fejn xieraq, jiġu evalwati wkoll.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jemendaw, iħassru, jestendu jew jissostitwixxu d-derogi previsti fl-Artikolu 28a, konsistenti mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-UE għall-2030.

3.  Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill sabiex il-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi emendata skont kif ikun neċessarju, b'mod konformi mal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha tal-UE għall-2030.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

Referenzi

COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.2.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Werner Langen

16.3.2017

Eżami fil-kumitat

29.5.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, Constanze Krehl, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Anne Sander, Davor Škrlec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

51

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský

EFDD

David Borrelli, Dario Tamburrano

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Paul Rübig, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen

S&D

José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Davor Škrlec

5

-

ECR

Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (20.6.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

(COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jacqueline Foster

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond storiku

Fl-2003, l-UE adottat l-ewwel skema reġjonali ewlenija għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (ETS) fid-dinja, li tnediet fl-2005. Fl-2008, l-UE adottat Direttiva emendatorja bl-iskop li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex tinkludi emissjonijiet tal-avjazzjoni fl-EU ETS mill-2012.

Din l-estensjoni kienet ferm kontroversjali u wasslet għal kwistjonijiet kummerċjali sinifikanti mas-sħab strateġiċi tal-UE bħalma huma l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Indja. Barra minn hekk, din irriżultat f'għadd ta' sfidi legali. Sfortunatament, dan it-tentattiv biex tiġi estiża l-EU ETS sabiex tiġi inkluża l-avjazzjoni għamel ħsara sinifikanti lill-industrija tal-avjazzjoni Ewropea, b'mod partikolari lis-settur ajruspazjali, kif ukoll lir-reputazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tagħha.

Finalment, fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tadotta d-deċiżjoni "waqqaf l-arloġġ", li ġiet estiża fl-2014. Dik id-deċiżjoni kienet fundamentali għall-iffaċilitar tal-proċess biex tinstab soluzzjoni globali fil-livell internazzjonali. Tabilħaqq, f'Ottubru 2013, it-38 Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali(1) (ICAO) qablet li tiżviluppa skema globali ta' miżuri bbażati fuq is-suq (GMBM) bħala bażi għal ftehim globali, sabiex jinkiseb l-hekk imsejjaħ "tkabbir newtrali tal-karbonju mill-2020" (riżoluzzjoni A38-18).

L-iskema GMBM

F'Mejju 2016, qabel id-39 Assemblea tal-ICAO, Delegazzjoni tal-Kumitat TRAN, inkluż ir-rapporteur, iltaqgħu mal-President tal-Kunsill tal-ICAO, Dr.Olumuyiwa Benard Aliu, kif ukoll mas-Segretarju Ġenerali tal-ICAO, Dr. Fang Liu, f'Montreal, sabiex jiddiskutu l-kwistjoni tal-GMBM. Kien hemm ukoll djalogu kostruttiv mal-ministri anzjani Kanadiżi tal-avjazzjoni u uffiċjali importanti oħra f'Ottawa. Ir-rapporteur iltaqgħet ukoll ma' rappreżentanti għolja tal-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni (FAA) tal-Istati Uniti u tal-gvern Kanadiż għall-istess skop.

Barra minn hekk, f'Ottubru 2016, delegazzjoni ad hoc tal-kumitati TRAN/ENVI attendiet id-39 Assemblea tal-ICAO, u mmonitorjat mill-qrib in-negozjati tal-GMBM. Żviluppat relazzjoni estremament tajba bejn il-Kummissarju tat-Trasport u t-tim tagħha u l-presidenza tal-Kunsill tal-UE. L-atmosferma ferm kostruttiva tad-39 Assemblea kkontribwiet għal negozjar li kienu ilhom jiġġieldu ħafna għalih u li kien ilu mfittex fil-livell globali.

Dan irriżulta fir-Riżoluzzjoni (A39-3)tal-Assemblea tal-ICAO ta' Ottubru 2016 dwar il-GMBM, li timplimenta skema GMBM fil-forma tal-CORSIA(2). L-elementi ewlenin tal-CORSIA huma:

•  Se tiġi indirizzata kwalunkwe żieda annwali fl-emissjonijiet totali ta' CO2 mill-avjazzjoni ċivili internazzjonali li tkun ogħla mil-livelli 2020.

•  Il-fażi pilota se titwettaq bejn l-2021 u l-2023.

•  L-ewwel fażi se titwettaq bejn l-2024 u l-2026. Dan se japplika għall-istati li jkunu vvolontarjaw biex jipparteċipaw fl-iskema.

•  It-tieni fażi mill-2027 sal-2035 bl-Istati Membri kollha parteċipanti, għajr l-istati eżentati.

•  Mill-21 ta' April 2017, 67 stat, li jirrappreżentaw aktar minn 87.5 % tal-attività tal-avjazzjoni internazzjonali, se jivvolontarjaw biex jipparteċipaw fl-iskema GMBM mill-bidu tagħha. Jenħtieġ li jiġi nnutat li, ladarba pajjiż ikun qabel li jipparteċipa fl-iskema, jidher li dan irid jikkonforma ma' kwalunkwe deċiżjoni futura.

•  Finalment, il-ftehim jipprevedi reviżjoni kull tliet snin li se tippermetti li jsir titjib ulterjuri fir-rigward ta' CORSIA.

Esperti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-Istati Membri tal-UE, bħalissa qegħdin jaħdmu flimkien ma' dawk tal-Kumitat tal-ICAO għall-Protezzjoni Ambjentali mill-Avjazzjoni (CAEP) dwar ir-regoli tekniċi dettaljati tal-iskema sabiex jiżguraw li din taħdem b'mod effettiv u effiċjenti.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur taqbel bis-sħiħ mal-proposta tal-Kummissjoni u storikament appoġġjat l-introduzzjoni ta' skema globali bbażata fuq is-suq. Hija konvinta wkoll li approċċ globali u prammatiku biss se jikseb riżultati konkreti. Fl-istess ħin, jekk il-kontinent tal-Ewropa jixtieq jikber fuq livell internazzjonali, huwa fl-interess tagħna li ma nirregolawx iżżejjed is-settur tal-avjazzjoni tagħna peress li, b'mod pjuttost ċar, dan jagħmel bosta ħsara lil-linji tal-ajru tagħna u lis-settur Ewropew ajruspazjali u jpoġġina fi żvantaġġ kompetittiv mal-bqija tad-dinja.

Azzjoni unilaterali u iżolata tal-UE ħaditna fid-direzzjoni żbaljata. Sfortunatament, kien hemm nuqqas ta' konsiderazzjoni u fehim dwar l-avvanzi teknoloġiċi li nkisbu mis-settur ajruspazjali Ewropew u t-titjib operazzjonali li sar mill-Istati Membri.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza wkoll in-nuqqas ta' rikonoxximent tal-leġiżlazzjoni adottata fil-livell tal-UE li l-għanijiet tagħha kienu li tindirizza l-konġestjoni fl-ispazju tal-ajru Ewropew u ttejjeb il-fluss tat-traffiku. Il-Kumitat TRAN appoġġja bis-sħiħ ir-rapport Foster tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew (SES), billi talab li l-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni SES jimplimentaw bis-sħiħ il-Leġiżlazzjoni Ajru Uniku Ewropew, li tippromwovi r-rotta diretta u b'hekk tnaqqas il-ħruq tal-karburant, l-emissjonijiet u fl-aħħar mill-aħħar il-prezzijiet tal-biljetti għall-konsumatur.

Barra minn hekk, l-użu tal-Galileo għal navigazzjoni bis-satellita (GNSS(3) u Copernicus) ikkontribwixxa wkoll biex jitnaqqsu l-emissjonijiet kif ukoll l-Impriża Konġunta "Clean Sky I" (baġit ta' EUR 1.6 biljun) u "Clean Sky II" (baġit li jaqbeż l-EUR 4 biljun). Dawn il-proġetti ta' riċerka u żvilupp qegħdin jiżviluppaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta' inġenji tal-ajru u magni, u tant kienu ta' suċċess li "Clean Sky III" diġà tinsab fi stadju avvanzat ta' diskussjoni.

Jenħtieġ li jiġi rrimarkat ukoll li l-Istati Membri, il-linji tal-ajru u l-industrija ajruspazjali investew biljuni f'karburanti alternattivi sostenibbli u huma impenjati li jkomplu jagħmlu dan fil-futur. Ir-riżultat nett huwa li llum, skont l-ICAO, inġenju tal-ajru huwa madwar 80 fil-mija aktar effiċjenti fil-karburant għal kull kilometru tal-passiġġieri milli kien fis-sittinijiet.

Konklużjoni

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur temmen bil-qawwa fil-ħtieġa li jiġu enfasizzati l-avvanzi teknoloġiċi fis-settur iżda tenfasizza li l-proposta tal-Kummissjoni tiffoka fuq il-bżonn imperattiv li issa tkun permessa l-kontinwazzjoni ta' "waqqaf l-arloġġ". Għalhekk, ir-rapporteur temmen bis-sħiħ li l-Parlament jenħtieġ li jappoġġja lill-Kummissarju Bulc u t-tim tagħha u li jitħalla biżżejjed żmien għall-iżvilupp ta' GMBM vijabbli u kostruttiva, li tista' tiġi appoġġjata mill-pajjiżi kollha li diġà ffirmaw u pajjiżi li aħna nittamaw li jiffirmaw fil-futur. Jekk isir mod ieħor, dan jista' jirriżulta f'nuqqas ta' soluzzjoni internazzjonali għall-futur prevedibbli. Għalhekk, huwa fl-interess tagħna li fil-Parlament, aħna nappoġġjaw il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward ta' "waqqaf l-arloġġ".

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sat-12 ta' Diċembru 2015, ġie adottat ftehim internazzjonali biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul li tikkonforma mal-għan biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ħafna aktar baxxa minn 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Il-Ftehim ta' Pariġi ġie approvat f'isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1841. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet se jħejju, jikkomunikaw u jżommu l-kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali.

(1)  Fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sat-12 ta' Diċembru 2015, ġie adottat ftehim internazzjonali biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul li tikkonforma mal-għan biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ħafna aktar baxxa minn 2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Il-Ftehim ta' Pariġi ġie approvat f'isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1841. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Sabiex tintlaħaq il-mira tal-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet se jħejju, jikkomunikaw u jżommu l-kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali, u hija meħtieġa rieda politika kontinwa fit-teħid ta' deċiżjonijiet f'konformità mal-ftehim biex jiġi żgurat l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu. Jenħtieġ li jiġi nnutat, madankollu, li l-Ftehim ta' Pariġi tal-COP 21 eskluda kemm l-avjazzjoni internazzjonali kif ukoll is-setturi marittimi, u talab li fil-każ tal-avjazzjoni, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tkun l-aktar korp rilevanti biex tippreżenta skema tal-GMBM vijabbli.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira vinkolanti sabiex sal-2030 ikun hemm tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha ta' mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990. Il-laqgħa tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi. Il-konklużjonijiet ta' Ottubru 2014 tal-Kunsill Ewropew ipprevedew li l-mira għandha tintlaħaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(3)  Il-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira vinkolanti sabiex sal-2030 ikun hemm tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha ta' mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990. Il-laqgħa tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi. Il-konklużjonijiet ta' Ottubru 2014 tal-Kunsill Ewropew ipprevedew li l-mira għandha tintlaħaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % rispettivament sal-2030 meta mqabbel mal-2005. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu biex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u sabiex dan isir, il-Kummissjoni jenħtieġ tipprovdi pjattaforma għall-iskambju bejn l-Istati Membri tal-aħjar prattiki u tat-tagħlimiet misluta fis-settur tal-mobilità b'emissjonijiet baxxi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Biex ikun hemm progress fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Unjoni għal darbtejn adottat derogi marbutin biż-żmien mal-EU ETS biex jiġu limitati l-obbligi tal-konformità tal-emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali fuq ir-rotot tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru kull fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ilhom mill-1997 jagħmlu sforzi biex imexxu ftehim internazzjonali biex jitnaqqsu l-impatti tal-gassijiet serra mill-avjazzjoni u għandhom leġiżlazzjoni li ilha stabbilita mill-2008 biex jiġu limitati l-impatti tat-tibdil tal-klima minn attivitajiet tal-avjazzjoni permezz tas-sistema tan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS) li ilha topera mill-2005. Barra minn hekk, mill-2004 u l-2008 l-Istati Membri impenjaw ruħhom mill-ġdid li jimplimentaw il-kunċett ta' Ajru Uniku Ewropew, meta qiesu t-tkabbir fil-volum tat-traffika bl-ajru fis-snin li ġejjin. Sabiex jinkiseb progress fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru trid titħaffef l-implimentazzjoni ta' SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew), u jridu jiġu appoġġjati teknoloġiji innovattivi taħt l-proġett Clean Sky. L-introduzzjoni, permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għandha tikkontribwixxi għal aktar progress fir-rigward tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-avjazzjoni. Kien għal din ir-raġuni li ngħataw derogi fir-rigward tal-obbligi ta' konformità f'dak li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bi trattament ugwali tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru indipendentement minn fejn ikunu bbażati. Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-aktar deroga reċenti mill-EU ETS, jillimita l-obbligi ta' konformità għal titjiriet fiż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016, u jipprevedi bidliet potenzjali fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema rigward l-attività lejn u minn ajrudromi li jinsabu barra miż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem wara r-reviżjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'il fuq mil-livelli tal-2020, huwa meqjus xieraq li d-deroga eżistenti tkompli sakemm isir aktar progress relatat mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża, soġġetta għar-reviżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO u jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni.

(5)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni adottata fid-39 Assemblea tal-ICAO f'Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 biex jiġu kumpensati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali 'il fuq mil-livelli tal-2020, huwa meqjus xieraq li d-deroga eżistenti tkompli sakemm isir aktar progress relatat mat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq. F'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati mill-ICAO biex jikkomplementaw dik ir-Riżoluzzjoni u jippermettu l-implimentazzjoni tas-sistema globali sa mhux aktar tard mill-2021, hija ppjanata għall-2018. Madankollu, it-tħaddim konkret se jeħtieġ azzjoni mill-partijiet tal-ICAO fil-livell domestiku. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' governanza jridu jiġu żviluppati mill-ICAO, inkluża sistema ta' reġistru. F'dan il-kuntest, id-deroga attwali tal-obbligi tal-EU ETS għal titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tiġi estiża, soġġetta għar-reviżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-ICAO, sabiex jiġi promoss momentum fl-ICAO, jiġi ffaċilitat it-tħaddim tal-iskema tal-ICAO u jiġi evitat trikkib mal-obbligi ETS tal-Unjoni. Minħabba l-estensjoni tad-deroga, l-ammont tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati u maħruġin bla ħlas, inkluż mir-riżerva speċjali, għandu jkun l-istess bħal dak li jikkorrispondi għall-2016 u għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni. Sabiex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-avjazzjoni, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġja lill-Istati Membri biex jużaw id-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti għal proġetti bħal SESAR, Clean Sky u proġetti innovattivi oћrajn.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni, huwa kkunsidrat xieraq li ssir reviżjoni ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut ta' dawn l-istrumenti legali qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, u għandu jiġi sottomess rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għadu jikkunsidra kwalunkwe standard jew strumenti oħrajn adottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021 u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar is-swieq tal-karbonju u l-kontabilità). Dak ir-rapport għandu jikkunsidra kif għandhom jiġu implimentati dawn l-istrumenti fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' reviżjoni tal-EU ETS. Għandu jikkunsidra wkoll ir-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE kif xieraq. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030.

(6)  Billi l-karatterstiċi ewlenin tal-miżura globali bbażata fuq is-suq għad iridu jiġu żviluppati u billi l-implimentazzjoni tiddependi fuq il-leġiżlazzjoni domestika mill-Istati u r-reġjuni, huwa kkunsidrat xieraq li ssir reviżjoni ladarba jkun hemm ċarezza dwar in-natura u l-kontenut ta' dawn l-istrumenti legali qabel il-bidu tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO, u għandu jiġi sottomess rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-iskema, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġja l-Istati Membri tagħha u żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-ICAO fir-rwol tagħha ta' osservatur, sabiex tħeġġeġ it-trasparenza tal-informazzjoni u l-progress tal-ftehim ICAO. Ir-rapport għadu jikkunsidra kwalunkwe standard jew strumenti oħrajn adottati permezz tal-ICAO, l-azzjonijiet meħuda minn pajjiżi terzi biex jimplimentaw il-miżura globali bbażata fuq is-suq biex tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-2021 u żviluppi internazzjonali rilevanti oħrajn (eż. ir-regoli skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi dwar is-swieq tal-karbonju u l-kontabilità). Dak ir-rapport għandu jikkunsidra kif għandhom jiġu implimentati dawn l-istrumenti fid-dritt tal-Unjoni u r-regoli li japplikaw għat-titjiriet fiż-ŻEE. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tkun konsistenti mal-assigurazzjoni tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi ekonomiċi kollha sal-2030. Ir-rapport jenħtieġ li jqis ukoll l-ambizzjoni u l-integrità ambjentali globali tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, inklużi l-objettivi u r-rekwiżiti tal-ftehim ta' Pariġi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll li s-suċċess tal-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) meta tiġi miftiehma fl-ICAO se jiddependi fuq l-evitar ta' skemi ta' kunflitt jew dawk duplikati fil-livell domestiku u reġjonali, sabiex ma jinħolqux distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jew piż amministrattiv inaċċettabbli. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ajru Uniku Ewropew, li hija mmirata biex telimina l-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew u b'hekk tnaqqas l-impronta ambjentali tal-avjazzjoni, se tikkontribwixxi wkoll għas-suċċess tagħha. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' CORSIA fi ħdan l-Unjoni jenħtieġ li tqis ir-reviżjoni kull tliet snin li se tippermetti li jsir aktar titjib fl-iskema.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Ġew adottati diversi atti leġiżlattivi fil-livell tal-Unjoni li l-għan tagħhom hija l-prevenzjoni tal-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew sabiex jittejbu l-fluss tat-traffiku tal-ajru u l-kontroll tal-użu tal-ispazju tal-ajru, u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet. Fi ħdan l-Unjoni, l-iskema CORSIA jenħtieġ li titqies bħala parti mill-hekk imsejjaħ "basket ta' miżuri" tal-ICAO, flimkien mal-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew, is-SESAR, l-użu tal-GNSS għal navigazzjoni bis-satellita u Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħal Clean Sky I u Clean Sky II. Id-dħul kollu mir-rikavat tal-irkantar futur tal-kwoti jenħtieġ li jinżamm għall-iżvilupp tal-programmi ta' riċerka u żvilupp imsemmija hawn fuq, kif ukoll għal proġetti komuni bl-għan li jiġi żviluppat sett ta' kapaċitajiet interoperabbli bażiċi fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dawk li jtejbu l-infrastruttura tan-navigazzjoni bl-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru, kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar azzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-GMBM meħuda mill-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mill-avjazzjoni, inkluża informazzjoni, rigward l-użu tad-dħul, ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Biex jiġu ssemplifikati u jitnaqqsu l-kompiti amministrattivi għall-iżgħar operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li jipproduċu inqas minn 1000 tunnellata CO2 fis-sena għandhom ikomplu jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE għal għaxar snin oħra, li matulhom għandhom jiġu elaborati miżuri biex fil-futur l-operaturi kollha jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(8)  Biex jiġu ssemplifikati u jitnaqqsu l-kompiti amministrattivi għall-iżgħar operaturi tal-inġenji tal-ajru u għar-reġjuni ultraperiferiċi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li jipproduċu inqas minn 1000 tunnellata CO2 fis-sena u r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikomplu jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE. Għandu jerġa' jingħad ukoll li fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, il-punti (a) sa (k) jipprevedu eżenzjonijiet mill-kategoriji ta' attivitajiet li tapplika għalihom id-Direttiva. Bħala parti mir-reviżjoni proposta deskritta fl-Artikolu 28b, l-esklużjoni kontinwa ta' dawn it-titjiriet jenħtieġ li tiġi kkonfermata mill-ġdid.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 3d – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 3d(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul mill-irkant ta' kwoti ta' l-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f'pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b'mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.

Għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul mill-irkant ta' kwoti, sakemm dak id-dħul jitwarrab biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u proġetti komuni għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mis-settur tal-avjazzjoni, bħall-Impriża Konġunta SESAR u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti Clean Sky u kwalunkwe inizjattiva li tippermetti l-użu mifrux tal-GNSS għal navigazzjoni bis-satellita u kapaċitajiet interoperabbli fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dawk li jtejbu l-infrastruttura kollettiva tan-navigazzjoni bl-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru. It-trasparenza fl-użu tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE hija fundamentali biex tirfed l-impenji tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – punt ia (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ia.  jiżdied il-punt ba:

 

(ba)  l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE u operati bħala konsegwenza li titjira kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tiġi ddevjata lejn ajrudromu li jinsab fiż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2017, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – punt i

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2017, permezz ta' deroga mill-Artikoli 3d sa 3f u sakemm l-emendi sussegwenti għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b jidħlu fis-seħħ, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jinħarġulhom, kull sena, l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għas-sena 2016. Mill-2021 'il quddiem dak l-għadd ta' kwoti għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari fl-Artikolu 9.

Mill-1 ta' Jannar 2017, permezz ta' deroga mill-Artikoli 3d sa 3f u sakemm l-emendi sussegwenti għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b jidħlu fis-seħħ, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jinħarġulhom, kull sena, l-għadd ta' kwoti li jikkorrispondu għas-sena 2016.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  L-Artikolu 28a(8) huwa mħassar.

8.  Il-Kummissjoni għandha regolarment, u mill-anqas darba fis-sena, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) kif ukoll dwar l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-aċċettazzjoni internazzjonali ta' mekkaniżmi bbażati fuq is-suq fost il-pajjiżi terzi. Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar azzjonijiet li jridu jittieħdu biex jiġi implimentat ftehim internazzjonali għall-miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2020, li se tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-avjazzjoni b'mod mhux diskriminatorju, u tressaq ukoll informazzjoni, rigward l-użu tad-dħul ippreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

 

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra u, fejn xieraq, tinkludi proposti b'reazzjoni għal, dawk l-iżviluppi dwar il-kamp ta' applikazzjoni xieraq għall-kopertura tal-emissjonijiet minn attività minn jew lejn ajrudromi li jinsabu barra ż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħra li jistgħu jinħolqu fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tippreżerva t-trattament indaqs għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha fuq l-istess rotta.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 28b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards tal-ICAO rilevanti jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra.

1.  Il-Kummissjoni għandha, b'mod regolari u mill-inqas darba f'sena, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards u l-prattiki rakkomandati (SARPs) rilevanti tal-ICAO, ir-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Kunsill tal-ICAO rilevanti għall-miżura globali bbażata fuq is-suq jew strumenti legali oħra kif ukoll dwar il-miżuri domestiċi meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq, li għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-2021, u dwar żviluppi internazzjonali rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha wkoll tirrapporta dwar l-isforzi tal-ICAO biex tistabbilixxi mira kredibbli fit-tul għas-settur.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

Referenzi

COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.2.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jacqueline Foster

14.3.2017

Eżami fil-kumitat

30.5.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Pavel Telička, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Franck Proust, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Susanne Melior, Roberta Metsola

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Roberta Metsola, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Miltiadis Kyrkos, Susanne Melior, Jens Nilsson, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

5

-

EFDD

Seymour Jill

GUE/NGL

Merja Kyllönen

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Bas Eickhout

1

0

ENF

Georg Mayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

L-ICAO hija aġenzija tan-NU li tinkludi 191 pajjiż li tiġġestixxi l-amministrazzjoni tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali.

(2)

CORSIA: Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali

(3)

Fl-2012, ir-rapporteur kienet ukoll ir-rapporteur ta' TRAN għall-opinjoni tiegħu dwar ir-Regolament (UE) 1285/2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-Sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ()

Titolu

Tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

Referenzi

COM(2017)0054 – C8-0028/2017 – 2017/0017(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.2.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.2.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.2.2017

TRAN

13.2.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Julie Girling

16.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

3

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Rupert Matthews, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luke Ming Flanagan, Elena Gentile, Krzysztof Hetman, Ulrike Müller, James Nicholson, Christel Schaldemose, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Siôn Simon, Derek Vaughan

Data tat-tressiq

17.7.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

57

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Arne Gericke, Julie Girling, Rupert Matthews, James Nicholson

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Lynn Boylan, Stefan Eck, Luke Ming Flanagan, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Andrzej Grzyb, Krzysztof Hetman, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Siôn Simon, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Derek Vaughan,Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Bart Staes

3

-

EFDD

Julia Reid

ENF

Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh

6

0

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

PPE

Angélique Delahaye, Jens Gieseke, Françoise Grossetête

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza