RAPPORT dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015
14.7.2017 - (2017/2011(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Kostas Chrysogonos
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-32 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni (2014) (COM(2015)0329),
– wara li kkunsidra t-33 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea (2015) (COM(2016)0463),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat "Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Proġett "EU Pilot"" (COM(2010)0070),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru2016 dwar "Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni: Rapport Annwali 2014"[1],
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni intitolat "It-Tieni Rapport ta' Evalwazzjoni dwar l-EU Pilot" (COM(2011)0930),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-kwelerant fil-qasam tal-ksur tad-dritt Komunitarju (COM(2002)0141),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2012 intitolata "L-aġġornament tal-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni" (COM(2012)0154),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titolu "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt" (COM(2014)0158),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE", (COM(2015)0215),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2016 intitolata "Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta' applikazzjoni aħjar"[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea[3],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali[4],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet[5],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar it-30 u l-31 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE[6],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali[7],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti[8],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 267 u 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0000/2017),
A. billi l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jiddefinixxi r-rwol fundamentali tal-Kummissjoni bħala "gwardjan tat-Trattati";
B. billi skont l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 288(3) u 291(1) TFUE l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità primarja li jittrasponu, japplikaw u jimplimentaw id-dritt tal-UE b'mod korrett u fiż-żmien previst, kif ukoll li jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw il-protezzjoni legali effikaċi fl-oqsma koperti mid-dritt tal-UE;
C. billi, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ), l-Istati Membri huma obbligati jinfurmaw lill-Kummissjoni, b'ċarezza u bi preċiżjoni, dwar il-miżuri li jieħdu biex jittrasponu d-direttivi tal-Unjoni fid-dritt nazzjonali tagħhom[9];
D. billi, skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (2011/C 369/02)[10] u d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (2011/C 369/03)[11], l-Istati Membri, meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali, jistgħu jiġu obbligati, f'każijiet ġustifikati, jipprovdu wkoll informazzjoni ta' evidenza fil-forma ta' "dokumenti ta' spjegazzjoni", li jispjegaw il-miżuri li jieħdu biex jittrasponu d-direttivi tal-Unjoni fid-dritt nazzjonali tagħhom[12];
E. billi, skont l-Artikolu 6(1) TUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") għandha l-istess valur legali tat-Trattati, u hija intiża għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni (l-Artikolu 51(1) tal-Karta);
F. billi l-UE għandha diversi strumenti u proċessi biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-prinċipji u tal-valuri minquxa fit-Trattati, iżda fil-prattika dawn l-istrumenti jidhru li huma limitati fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, inadegwati jew ineffikaċi;
G. billi, għalhekk, huwa meħtieġ li jitwaqqaf mekkaniżmu ġdid, li jipprovdi qafas uniku u koerenti msejjes fuq l-istrumenti u l-mekkaniżmi eżistenti, li jenħtieġ li jiġi applikat b'mod uniformi għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE u għall-Istati Membri kollha;
H. billi, skont l-Artikolu 258(1) u (2) TFUE, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni motivata lil Stat Membru meta tikkunsidra li dan ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skont it-Trattati, u tista' ġġib il-materja quddiem il-QtĠ-UE jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mal-opinjoni fi żmien skadenza stabbilita mill-Kummissjoni;
I. billi l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jipprevedi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-proċeduri ta' ksur kollha bbażati fuq l-avviżi ta' tqegħid fil-mora, iżda ma jkoprix il-proċedura informali tal-EU Pilot li tippreċedi l-ftuħ tal-azzjonijiet għal ksur formali;
J. billi l-proċeduri tal-EU Pilot huma maħsuba għal kooperazzjoni eqreb u aktar koerenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikun hemm rimedju,permezz ta' djalogu bilaterali, għall-ksur tad-dritt tal-UE fi stadju bikri sabiex, kulfejn ikun possibbli, tiġi evitata l-ħtieġa li jsiru azzjonijiet għal ksur formali;
K. billi fl-2015 il-Kummissjoni rċeviet 3 450 ilment li rrapportaw dwar possibilitajiet ta' ksur tad-dritt tal-UE, u l-Istati Membri li kontrihom tressqu l-aktar ilmenti kienu l-Italja (637), Spanja (342) u l-Ġermanja (274);
L. billi l-Artikolu 41 tal-Karta Ewropea jiddefinixxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala d-dritt ta' kull persuna li jkollha l-kwistjonijiet tagħha indirizzati b'mod imparzjali, ġust u fi żmien raġonevoli min-naħa tal-istituzzjonijiet, u billi l-Artikolu 298 tat-TFUE jistipula li, fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti;
1. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport annwali tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE, li jiffoka fuq l-infurzar tal-acquis tal-UE, u jinnota li, skont dan ir-rapport, it-tliet oqsma li fihom l-Istati Membri kienu l-aktar soġġetti għal azzjonijiet għal ksur tat-traspożizzjoni fl-2015 kienu l-mobilità u t-trasport, l-enerġija u l-ambjent; jindika li dawn l-oqsma kienu wkoll is-suġġett tal-parti l-kbira tal-investigazzjonijiet li saru bis-sistema tal-EU Pilot fl-2015, fejn l-Istati Membri prinċipali kkonċernati kienu l-Italja, il-Portugall u l-Ġermanja; jitlob lill-Kummissjoni telabora fid-dettall il-kawżi partikolari għal dan;
2. Jinnota, b'mod partikolari, li l-Kummissjoni affrontat il-problema tal-kwalità skarsa tal-arja fl-Ewropa billi fetħet azzjonijiet għal ksur għall-vjolazzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE minħabba li l-limiti massimi ta' emissjonijiet ta' NO2 inqabżu ripetutament; madankollu jiddispjaċih li, fl-2015, il-Kummissjoni ma użatx l-istess setgħat ta' kontroll biex tevita t-tqegħid fis-suq ta' karozzi li jniġġsu u li jaħdmu bid-diżil, li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għar-rilaxx ta' NO2 fl-atmosfera b'livelli ogħla minn dawn il-limiti u li ma jikkonformawx mar-regoli tal-UE fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip u l-emissjonijiet ta' vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief;
3. Iqis li l-għadd kbir ta' proċeduri ta' ksur fl-2015 juri li l-iżgurar tal-applikazzjoni f'waqtha u korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri għadha sfida kbira u prijorità fl-UE; isostni li ċ-ċittadini tal-UE jħossuhom aktar kunfidenti dwar id-dritt tal-UE meta dan jiġi implimentat fl-Istati Membri b'mod effikaċi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jittrasponu u jimplimentaw id-dritt tal-UE b'mod effikaċi u puntwali;
4. Jinnota li, fl-aħħar tal-2015, 1 368 kawża ta' ksur baqgħu pendenti, li jirrappreżentaw żieda żgħira fuq is-sena preċedenti iżda xorta waħda huma inqas mil-livell tal-2011;
5. Jirrikonoxxi li r-responsabilità primarja għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE hija tal-Istati Membri, iżda jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dan ma jeżonerax lill-istituzzjonijiet tal-UE mid-dmir tagħhom li jirrispettaw id-dritt primarju tal-UE meta jkunu qed jistabbilixxu d-dritt sekondarju tal-UE; jenfasizza, madankollu, li l-Kummissjoni tpoġġi numru ta' strumenti għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet komuni, bħal pereżempju, manwali, gruppi ta' esperti u paġni speċjali fl-internet, minn djalogu dwar pjanijiet ta' traspożizzjoni sa dokumenti ta' spjegazzjoni għal rikonoxximent u s-soluzzjoni bikrija tal-problemi tal-implimentazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jirrispettaw l-impenji tagħhom kif miftiehem fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti ta' spjegazzjoni, inkluż billi jiġu pprovduti tabelli ta' korrelazzjoni li jkun fihom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-direttivi fl-ordinament ġuridiku domestiku tagħhom;
6. Jitlob lill-Kummissjoni għal darb'oħra ġġib il-portali, il-punti ta' aċċess u s-siti web differenti kollha f'portal uniku li jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess faċli għall-formoli għall-ilmenti online u informazzjoni faċilment komprensibbli għall-utenti rigward il-proċeduri ta' ksur;
7. Jinnota li l-Kummissjoni tinsisti li l-Istati Membri jinnotifikawha jekk jiddeċiedu, meta jkunu qed jittrasponu d-direttivi fid-dritt nazzjonali, li jżidu elementi li jiċċarawha lill-pubbliku liema liġijiet huma r-responsabilità tal-Unjoni Ewropea u liema liġijiet huma r-responsabilità tal-Istat Membru; ifakkar, madankollu, li dan ma għandu l-ebda impatt fuq id-dritt tal-Istati Membri li, fil-livell nazzjonali, pereżempju, jadottaw standards soċjali u ambjentali ogħla;
8. Jenfasizza n-neċessità li l-Parlament ikun jista' jissorvelja wkoll l-infurzar tar-regolamenti mill-Kummissjoni bl-istess mod li hu jagħmel fir-rigward tad-direttivi; jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li d-data dwar l-implimentazzjoni ta' regolamenti tiġi pprovduta fir-rapporti annwali futuri tagħha dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jressqu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi jew timplimenta regolamenti lill-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità korretta tagħha u jispeċifikaw liema partijiet joriġinaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE u liema partijiet huma żidiet nazzjonali;
9. Jenfasizza l-opbbligu li jiġu rrispettati l-iskadenzi għat-traspożizzjoni; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jiffissaw dati ta' skadenza realistiċi għall-infurzar;
10. Jenfasizza li l-UE twaqqfet bħala Unjoni msejsa fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem (l-Artikolu 2 tat-TUE); jenfasizza li l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE huma s-sies tal-pedamenti tal-Unjoni u li, għalhekk, l-osservanza tagħhom mill-Istati Membri għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni kostanti; itenni li monitoraġġ bir-reqqa tal-atti u l-ommissjonijiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huwa ta' importanza estrema, u jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tan-numru ta' petizzjonijiet u lmenti indirizzati rispettivament lill-Parlament u lill-Kummissjoni;
11. Jirrimarka li l-informaturi jistgħu jinfurmaw b'mod utli lill-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet nazzjonali dwar każijiet ta' applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-Unjoni; itenni li jenħtieġ li huma jitħeġġu jagħmlu dan minflok ma jkunu mxekkla;
12. Jirrikonoxxi li l-petizzjonijiet huma sors importanti ta' informazzjoni diretta, mhux biss dwar ksur u nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri, iżda wkoll dwar lakuni potenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll suġġerimenti taċ-ċittadini dwar leġiżlazzjoni ġdida li tista' tiġi adottata, jew titjib possibbli fit-testi leġiżlattivi li hemm fis-seħħ; jikkonferma li t-trattament effikaċi tal-petizzjonijiet jikkostitwixxi sfida għall-Kummissjoni u għall-Parlament, iżda, fl-aħħar mill-aħħar, itejjeb il-kapaċità tagħhom biex jirreaġixxu għall-problemi relatati mat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ħażina u biex isolvuhom; jinnota li l-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE bħala prijorità, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minnha fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-proċessi deċiżjonali u l-amministrazzjoni jkunu trasparenti, imparzjali u indipendenti;
13. Jiddispjaċih li l-ebda statistika preċiża dwar l-għadd ta' petizzjonijiet li wasslu għat-tnedija ta' EU Pilot jew proċedura ta' ksur ma hija pprovduta; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tibgħat rapporti regolari dwar każijiet marbuta ma' azzjonijiet u/jew proċeduri li għaddejjin, sabiex jiġi ffaċilitat djalogu strutturat u jitnaqqas iż-żmien biex jiġi solvut it-tilwim; jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti dawk ir-rapporti mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, billi jiġi involut proattivament il-Viċi President responsabbli għall-applikazzjoni tad-dritt u s-simplifikazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi lill-petizzjonanti fil-proċeduri EU Pilot mibdija fir-rigward tal-petizzjonijiet tagħhom, bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn il-petizzjonanti u l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati;
14. Jiddispjaċih minħabba d-dewmien dejjem itwal fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Protezzjoni u t-Trattament Xieraq tal-Annimali 2012-2015, li qiegħed effettivament jipprevjeni t-tnedija ta' strateġija ġdida għall-UE kollha li hija bżonnjuża sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni sħiħa u effikaċi tat-trattament xieraq tal-annimali permezz ta' qafas leġiżlattiv aġġornat, komprensiv u ċar li jikkonforma għal kollox mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tat-TFUE;
15. Jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva ħafna petizzjonijiet dwar każijiet tal-benesseri tat-tfal, u jispera li r-rieżami attwali tar-Regolament Brussell IIA se jgħin biex jiġu rettifikati n-nuqqasijiet tar-regolament u jiġu indirizzati l-fallimenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu;
16. Jinnota li ġew identifikati nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' miżuri li jiġġieldu kontra l-frodi u l-ħasil tal-flus fis-snin reċenti; jitlob lill-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha ħalli tiżgura li r-regoli rilevanti tal-UE jiġu applikati b'mod rigoruż;
17. Jinnota li traspożizzjoni u implimentazzjoni korretti u f'waqthom tad-dritt tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll qafas leġiżlattiv nazzjonali ċar, b'rispett sħiħ għall-valuri, il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali mnaqqxa fit-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, għandhom ikunu prijorità għall-Istati Membri bl-għan li jiġi evitat ksur tad-dritt tal-UE, filwaqt li jingħataw il-benefiċċji kollha maħsuba li saru possibbli permezz tal-applikazzjoni effiċjenti u effikaċi tad-dritt tal-UE; jenfasizza f'dan il-kuntest li atti jew ommissjonijiet mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma marbuta mit-Trattati tal-UE u l-Karta[13];
18. Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw infurzar strett tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-persuni, b'mod partikolari billi jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali relatati; ifakkar li, minbarra li jikkostitwixxi waħda mil-libertajiet fundamentali tal-UE u jifforma parti integrali miċ-ċittadinanza tal-UE, il-moviment liberu tal-persuni, f'kuntest li fih id-drittijiet fundamentali huma salvagwardati bis-sħiħ, huwa ta' importanza kbira għaċ-ċittadini tal-UE u għall-familji tagħhom, speċjalment f'termini ta' aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll għall-perċezzjonijiet tagħhom dwar l-UE, u jitfaċċa bħala suġġett frekwenti fil-petizzjonijiet;
19. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 u jitlob lill-Kummissjoni tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiha;
20. Jirrikonoxxi li l-Parlament jaqdi wkoll rwol kruċjali billi jeżerċita sorveljanza politika fuq l-azzjonijiet ta' infurzar tal-Kummissjoni, iwettaq skrutinju tar-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jadotta riżoluzzjonijiet parlamentari dwar dan is-suġġett; jissuġġerixxi li huwa jista' jikkontribwixxi ulterjorment għat-traspożizzjoni preċiża u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi jaqsam mal-parlamenti nazzjonali l-għarfien espert li kiseb fil-proċess deċiżjonali leġiżlattiv permezz ta' kollegamenti stabbiliti minn qabel magħhom;
21. Jenfasizza r-rwol importanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u partijiet ikkonċernati oħra fil-ħolqien ta' leġiżlazzjoni u fil-monitoraġġ u fir-rappurtar ta' nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-prinċipju tat-trasparenza kif minqux fit-Trattati tal-UE kif ukoll id-dritt taċ-ċittadini tal-UE għall-ġustizzja u l-amministrazzjoni tajba, kif stipulat fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta; ifakkar li dawk id-drittijiet u l-prinċipji, fost oħrajn, suppost ikunu wkoll ta' importanza fundamentali għall-Istati Membri meta jipproponu abbozzi ta' atti li jimplimentaw id-dritt tal-UE;
22. Jilqa' t-tnaqqis ta' madwar 30 % fin-numru ta' fajls ġodda tal-EU Pilot miftuħin fl-2015 (881 meta mqabbel ma' 1 208 fl-2014); jinnota, madankollu, li r-rata ta' soluzzjoni medja tibqa' stabbli fl-2015, peress li hija l-istess bħal dik tal-2014 (75 %);
23. Jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba mill-2011 'l hawn, l-għadd ta' lmenti ġodda naqas b'madwar 9 % meta mqabbel mal-2014, għal total ta' 3 450 ilment ġdid; iqis, madankollu, bi tħassib kbir, il-fatt li fis-settur tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, ġie rreġistrat l-akbar numru ta' lmenti ġodda; jinnota li fl-oqsma tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, is-suq intern, l-industrija, l-intraprenditorija u l-SMEs, il-ġustizzja u l-konsumatur, it-tassazzjoni u l-unjoni doganali, u l-ambjent flimkien jammontaw għal 72 % tal-ilmenti kollha sottomessi kontra l-Istati Membri fl-2015;
24. Jiddispjaċih li, fl-2015, l-Istati Membri ma rrispettawx dejjem l-impenn tagħhom li jippreżentaw dokumenti ta' spjegazzjoni flimkien mal-miżuri nazzjonali tagħhom ta' traspożizzjoni tad-direttivi fl-ordinament ġuridiku tagħhom; iqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li toffri aktar appoġġ lill-Istati Membri fil-proċess tat-tfassil ta' dawn id-dokumenti ta' spjegazzjoni u t-tabelli ta' korrelazzjoni; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tkompli tirrapporta fir-rigward tad-dokumenti ta' spjegazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill fir-rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;
25. Huwa tal-fehma li l-penali finanzjarji għal nuqqas ta' konformità mad-dritt tal-UE jenħtieġ li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi, u jikkunsidraw il-każijiet ripetuti ta' nuqqas ta' konformità fl-istess qasam u li d-drittijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jridu jiġu rrispettati;
26. Jisħaq fuq il-fatt li l-Memoranda ta' Qbil, allavolja jobbligaw li;l-Istati Membri jieħdu miżuri ta' awsterità, mhumiex meqjusa bħala atti tal-UE, bir-riżultat li l-Karta mhijiex applikabbli għalihom[14];
27. Jenfasizza li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, anki meta jaġixxu bħala membri ta' gruppi ta' kredituri internazzjonali ("trojki"), huma marbuta mit-Trattati tal-UE u l-Karta[15];
28. Jinnota li filwaqt li t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilità (Trattat MES) jafda lill-Kummissjoni u lill-BĊE b'ċerti kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-għanijiet ta' dak it-trattat, il-funzjonijiet konferiti lill-Kummissjoni u lill-BĊE taħtu ma jinkludu l-ebda setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet proprji u, barra minn hekk, l-attivitajiet eżerċitati minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet fil-kuntest tat-Trattat MES jorbtu lill-MES biss[16];
29. Itenni li l-kompiti allokati lill-Kummissjoni jew lil istituzzjonijiet oħra tal-UE mit-Trattat MES (jew trattati rilevanti oħra) jobbligawhom, kif provdut fl-Artikolu 13(3) u (4) tiegħu, biex jiżguraw li l-Memoranda ta' Qbil konklużi taħt it-trattati msemmija iktar 'il fuq ikunu konsisteni mad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza li b'riżultat ta' dan, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom joqogħdu lura milli jiffirmaw memorandum ta' qbil li huma jiddubitaw il-konsistenza tiegħu mad-dritt tal-UE[17];
30. Jiddispjaċih li r-rieżamijiet annwali mwettqa mill-Kummissjoni, il-BĊE u l-Kunsill tal-programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-membri taż-żona tal-euro imponew fuq l-Istati Membri tal-UE obbligi li, f'xi każijiet, imorru kontra l-objettivi u l-valuri tal-Unjoni kif espress fit-Trattati tal-UE u l-Karta[18];
31. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-miżuri ta' awsterità li l-istituzzjonijiet tal-UE imponew fuq l-Istati Membri tal-UE li għandhom wisq djun, b'mod partikolari t-tnaqqis drastiku fl-infiq pubbliku, kellhom l-effett li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-kapaċità tal-amministrazzjoni u l-ġudikatura tal-Istati Membri li jerfgħu r-responsabilità tagħhom fl-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE;
32. Jisħaq fuq l-importanza tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni prattika nazzjonali ta' standards tal-asil fil-livell tal-UE (pereżempju rigward l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta' akkoljenza (id-Direttiva 2013/33/UE[19]))[20]; jiddeplora l-implimentazzjoni u l-użu dgħajfa min-naħa tal-Istati Membri tal-mekkaniżmuta' rilokazzjoni propost mill-Kummissjoni biex tindirizza l-kriżi tar-rifuġjati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni tal-miżuri adottati fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni sabiex tiżgura li jikkonformaw mal-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u biex tniedi l-azzjonijiet għal ksur meħtieġa meta jkun rilevanti;
33. Jinnota bi tħassib li ċerti Stati Membri qed jevitaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-asil u l-migrazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni soda li ħadet il-Kummissjoni fil-konfront tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni; ifakkar li, minħabba l-flussi migratorji lejn l-Ewropa, l-UE qiegħda tiffaċċja sfida politika, umanitarja u legali bla preċedent; jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-UE mal-impenji dwar l-allokazzjoni tar-rifuġjati u n-nuqqas ta' konformità tal-Istati Membri mal-obbligu tagħhom li jirċievu għadd partikolari ta' rifuġjati; jistieden lill-Istati Membri jqisu wkoll il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem meta jaċċettaw u jallokaw ir-rifuġjati; jesprimi t-tama li l-Kummissjoni se tissorvelja b'mod sistematiku l-applikazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni mill-Istati Membri; ifakkar li politika effikaċi tal-migrazzjoni tal-UE teħtieġ li tkun ibbażata fuq bilanċ bejn ir-responsabilità u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;
34. Jiddispjaċih li ċerti Stati Membri qed jippersistu b'nuqqasijiet sinifikanti fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ambjent; jinnota li dan huwa partikolarment il-każ fl-immaniġġjar tal-iskart, l-infrastruttura tat-trattament tal-ilma mormi u l-konformità mal-valuri ta' limitu tal-kwalità tal-arja; iqis, f'dan il-kuntest, li l-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex li tidentifika l-kawżi ta' din is-sitwazzjoni fl-Istati Membri;
35. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex f'kull waqt jassumu d-dmir tagħhom li jirrispettaw id-dritt primarju tal-UE meta jkunu qed joħolqu regoli tad-dritt sekondarju tal-UE, meta jiddeċiedu l-politiki jew meta jiffirmaw ftehimiet jew trattati ma' istituzzjonijiet minn barra l-UE, u wkoll biex jassumu d-dmir tagħhom li jassistu lill-Istati Membri tal-UE bil-mezzi kollha disponibbli fl-isforzi tagħhom biex jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma kollha u biex jirrispettaw il-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni, b'mod speċjali fir-rigward tal-iżviluppi riċenti fl-Istati Membri;
36. Jiddispjaċih dwar il-fatt li għadu ma jirċevix informazzjoni trasparenti u disponibbli fi żmien utli dwar l-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE; ifakkar li, fil-Ftehim ta' Qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni timpenja ruħha biex "tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament informazzjoni fil-qosor dwar il-proċeduri kollha ta' ksur mill-ittra ta' tqegħid fil-mora, inkluż, jekk il-Parlament jitlob li jsir hekk, [...] dwar kwistjonijiet li tirrigwardahom il-proċedura ta' ksur" u jistenna li din il-klawżola tiġi applikata in bona fede fil-prattika;
37. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-konformità mad-dritt tal-UE prijorità politika reali li għandha tfittex li tilħaq b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament, li għandu d-dmir li jobbliga lill-Kummissjoni tagħti rendikont ta' għemilha u, bħala koleġiżlatur, li jiżgura li huwa stess ikun informat għalkollox sabiex itejjeb b'mod kostanti l-ħidma leġiżlattiva tiegħu; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni tippreżenta segwitu għal kull riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew relattiva għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;
38. Ifakkar li, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 u tad-9 ta' Ġunju 2016, il-Parlament talab l-adozzjoni ta' regolament dwar amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 298 tat-TFUE, u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra ulterjorment il-proposta għal regolament mehmuża fl-anness fl-aħħar riżoluzzjoni;
39. Jenfasizza li n-nuqqas ta' ġabra koerenti u komprensiva ta' regoli kodifikati dwar l-amministrazzjoni tajba madwar l-Unjoni jagħmilha diffiċli biex iċ-ċittadini jifhmu faċilment u b'mod sħiħ id-drittijiet amministrattivi tagħhom taħt id-dritt tal-Unjoni, u jikkontribwixxi wkoll għad-deterjorament tal-protezzjoni ġuridika tagħhom; jenfasizza, għalhekk, li l-kodifikazzjoni tar-regoli dwar l-amministrazzjoni tajba fil-forma ta' regolament li jistabbilixxi d-diversi aspetti tal-proċedura amministrattiva - inklużi n-notifiki, il-limiti ta' żmien vinkolanti, id-dritt għal smigħ, u d-dritt ta' kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tagħha - tirriżulta fit-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini u tat-trasparenza; jikkjarifika li dawn ir-regoli ser ikunu supplimentari għad-dritt eżistenti tal-Unjoni, meta jitfaċċaw distakki ġuridiċi jew problemi ta' interpretazzjoni, u jwasslu għal aktar aċċessibilità; itenni it-talba tiegħu lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tressaq proposta leġiżlattiva komprensiva għal liġi Ewropea dwar il-proċedura amministrattiva, filwaqt li tqis il-passi kollha li diġà ttieħdu mill-Parlament f'dan il-qasam, kif ukoll l-iżviluppi kontemporanji fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha;
40. Ifakkar li d-deċiżjonijiet preliminari jikkontribwixxu biex jiġi ċċarat il-mod kif id-dritt tal-Unjoni Ewropea jrid jiġi applikat; jemmen li l-użu ta' din il-proċedura jagħmel possibbli interpretazzjoni u implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni Ewropea; iħeġġeġ, għalhekk, lill-qrati nazzjonali jirrefuru l-mistoqsijiet tagħhom lill-QtĠ-UE fil-każ ta' dubju u, b'hekk, jevitaw l-azzjonijiet għal ksur;
41. Jirrimarka li l-politiki ta' awsterità u t-tnaqqis relatat magħmula mill-Istati Membri lis-setturi tal-gvern u s-sistemi ġudizzjarji tagħhom irriżultaw f'deterjorazzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess ħin żiedu d-diffikultajiet relatati mat-traspożizzjoni xierqa tad-dritt tal-UE; jemmen li l-applikazzjoni korretta tal-acquis tal-UE tikkostitwixxi element ċentrali sabiex l-individwi u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-politiki tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-infurzar tad-dritt tal-UE fuq il-bażi ta' verifiki strutturati u sistematiċia tat-traspożizzjoni u tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, f'konformità sħiħa mat-Trattati tal-UE u l-Karta; jindika li l-leġiżlazzjoni tal-UE hija r-riżultat ta' proċess ħieles u demokratiku; jilqa' bi pjaċir il-prattika mill-Kummissjoni li tieħu kont debitu tal-prinċipji ta' tfassil aħjar tal-liġijiet meta tkun qed timmonitorja l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri;
42. Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza fit-tfassil u l-applikazzjoni tad-dritt mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri; jindika li kemm biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri u kemm biex dan isir aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE, il-leġiżlazzjoni tal-UE trid tkun ċara, tinftiehem, konsistenti u preċiża, filwaqt li tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, li tinsisti fuq il-ħtieġa tal-prevedibilità tar-regoli tal-UE[21];
43. Jemmen li l-inklużjoni tal-parlamenti nazzjonali fi djalogu dwar il-kontenut tal-proposti leġiżlattivi, fejn ikun rilevanti, se trawwem l-applikazzjoni effikaċi tad-dritt tal-UE; jirrimarka li skrutinju aktar rigoruż mill-parlamenti nazzjonali tal-gvernijiet rispettivi tagħhom meta dawn tal-aħħar ikunu involuti fil-proċess leġiżlattiv se jippromwovi applikazzjoni aktar effikaċi tad-dritt tal-UE kif previst fit-Trattati; jenfasizza, għal dik ir-raġuni, il-bżonn li l-parlamenti nazzjonali jkunu involuti fl-istadji bikrin tal-proċeduri leġiżlattivi Ewropej, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal dibattitu dwar il-Protokolli 1 u 2, dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, possibbilment billi tiġi kkunsidrata reviżjoni tal-hekk imsejħa sistema ta' twissija bikrija, u b'hekk tkun żgurata applikazzjoni aħjar tal-proċedura ta' karta safra;
44. Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib u t-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; ifakkar fil-funzjoni ta' skrutinju tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward tal-involviment tal-gvernijiet tagħhom fil-proċess deċiżjonali fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u jenfasizza l-ħtieġa għal konsultazzjonijiet u skambju regolari ta' fehmiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, b'mod speċjali fil-fażijiet inizjali tal-proċess leġiżlattiv;
45. Ifakkar li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol essenzjali x'jaqdu fl-iskrutinju tal-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jistedinhom jeżerċitaw dan ir-rwol b'mod proattiv; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali li jevitaw prattiki ta' regolamentazzjoni żejda fil-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u b'hekk jevitaw regolamentazzjoni eċċessiva u piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa; jistenna li l-Istati Membri jindikaw u jiddokumentaw b'mod ċar l-obbligi nazzjonali meta dawn jiżdiedu mal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-proċess ta' implimentazzjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-miżuri nazzjonali eċċessivi li jiddaħħlu fil-leġiżlazzjoni tal-UE jżidu mingħajr ħtieġa l-ewroxettiċiżmu;
46. Jinnota li s-sistema ta' skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-kumitati tal-parlamenti nazzjonali li jaħdmu mal-UE tista' tgħin fil-ksib ta' leġiżlazzjoni effiċjenti u għandha tintuża wkoll bħala appoġġ għal applikazzjoni aktar effikaċi tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jippromwovi l-użu tal-pjattaforma IPEX bħala għodda għall-iskambju reċiproku ta' informazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew; iħeġġeġ ukoll lill-parlamenti nazzjonali biex jieħdu sehem attiv fil-Laqgħat Interparlamentari tal-Kumitati organizzati regolarment mill-Parlament Ewropew;
47. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Testi adottati, P8_TA(2016)0385.
- [2] ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10.
- [3] ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
- [4] ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
- [5] ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
- [6] Testi adottati, P8_TA(2015)0322.
- [7] Testi adottati, P8_TA(2016)0409.
- [8] Testi adottati, P8_TA(2016)0279.
- [9] Ara l-Kawża C-427/07, Il-Kummissjoni vs l-Irlanda, paragrafu 107.
- [10] ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
- [11] ĠU C 369, 17.12.2011, p. 15.
- [12] F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni b'dokument wieħed jew aktar, li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali.
- [13] Ara, inter alia: Sentenza tal-QtĠ-UE tal-20 ta' Settembru 2016 - Ledra Advertising Ltd (C-8/15 P), Andreas Eleftheriou (C-9/15 P), Eleni Eleftheriou (C-9/15 P), Lilia Papachristofi (C-9/15 P), Christos Theophilou (C-10/15 P), Eleni Theophilou (C-10/15 P) vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (Kawżi Magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P), punti 67 et seq.
- [14] Ara, inter alia: is-sentenza tal-QtĠ-UE tas-27 ta' Novembru 2012, Pringle, C-370/12, EU:C:2012:756, punti 161 u 178 et seq.
- [15] Sentenza tal-QtĠ-UE tal-20 ta' Settembru 2016 - Ledra Advertising Ltd (C-8/15 P), Andreas Eleftheriou (C-9/15 P), Eleni Eleftheriou (C-9/15 P), Lilia Papachristofi (C-9/15 P), Christos Theophilou (C-10/15 P), Eleni Theophilou (C-10/15 P) vs il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (Kawżi Magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P), punti 67 et seq.; ĠU C 171, 26.5.2015, p. 7.
- [16] Ibid, punt 51.
- [17] Ibid., punti 58 et seq.; ara, f'dan is-sens, is-sentenza tas-27 ta' Novembru 2012, Pringle, C-370/12, EU:C:2012:756, punt 164).
- [18] Ara, inter alia: Ghailani, D (2016), "Violations of fundamental rights: collateral damage of the Eurozone crisis?" (Ksur tad-drittijiet fundamentali: ħsara kollaterali tal-kriżi taż-żona tal-euro?), f'Vanhercke, B., Natali, D. u Bouget, D. (ed.), "Social Policy in the European Union: State of Play 2016" (Il-Politika Soċjali fl-Unjoni Ewropea: il-Qagħda attwali tal-2016), Brussell, European Trade Union Institute (ETUI - l-Istitut tat-Trejdjunjins Ewropej) u European Social Observatory (OSE - l-Osservatorju Soċjali Ewropew) - http://www.ose.be/files/publication/OSEPaperSeries/Ghailani_2016_OseResearchPaper32EN.pdf; u "The impact of the crisis on fundamental rights across Member States of the EU - Comparative analysis" (L-impatt tal-kriżi fuq id-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri tal-UE - Analiżi Komparattiva), studju għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, 2015 - http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/510021/IPOL_STU%282015%29510021_EN.pdf
- [19] Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96.
- [20] Ara, inter alia: S. Carrera/S. Blockmans/D. Gross/E. Guild, "The EU's Response to the Refugee Crisis -
Taking Stock and Setting Policy Priorities" (Ir-rispons tal-UE għall-Kriżi tar-Rifuġjati - Nieħdu kont tal-Iffissar ta' Prijoritajiet tal-Politika), Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej (CEPS), esej Nru 20, 16 ta' Diċembru 2015 - https://www.ceps.eu/system/files/EU%20Response%20to%20the%202015%20Refugee%20Crisis_0.pdf - [21] Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Settembru 2009, Plantanol GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Darmstadt, C-201/08 ECLI:EU:C:2009:539, punt 46.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (22.3.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015
(2017/2011(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Cecilia Wikström
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jirrikonoxxi li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet iservi ta' rabta siewja bejn iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod speċjali fiż-żminijiet ta' sfida li għaddejja minnhom l-Unjoni bħalissa; jenfasizza l-kontribut importanti li tagħti l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, permezz tal-applikazzjoni effikaċi tad-dritt tal-UE, biex issaħħaħ l-immaġni u l-kredibilità tal-Unjoni;
2. Jirrikonoxxi li l-petizzjonijiet huma sors importanti ta' informazzjoni diretta, mhux biss dwar ksur u nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri, iżda wkoll dwar lakuni potenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll suġġerimenti taċ-ċittadini dwar leġiżlazzjoni ġdida li tista' tiġi adottata, jew titjib possibbli fit-testi leġiżlattivi li hemm fis-seħħ; jikkonferma li t-trattament effikaċi tal-petizzjonijiet jikkostitwixxi sfida għall-Kummissjoni u għall-Parlament, iżda, fl-aħħar mill-aħħar, itejjeb il-kapaċità tagħhom biex jirreaġixxu għall-problemi relatati mat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ħażina u biex isolvuhom; jinnota li l-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE bħala prijorità, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minnha fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-proċessi deċiżjonali u l-amministrazzjoni jkunu trasparenti, imparzjali u indipendenti;
3. Ifaħħar l-enfasi tar-Rapport Annwali tal-Kummissjoni fuq l-infurzar tad-dritt tal-UE; jinnota li, sfortunatament, il-petizzjonanti ħafna drabi jirreferu għal ksur tad-dritt tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent, il-ġustizzja, id-drittijiet fundamentali, is-suq intern, it-trasport, is-saħħa, l-impjieg, l-edukazzjoni u l-kultura; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-Rapport jenfasizza kif il-Kummissjoni kkunsidrat dawn is-setturi bħala prijorità politika fl-2015; jenfasizza li d-dewmien fl-implimentazzjoni huwa ta' detriment għaċ-ċertezza tad-dritt;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw infurzar strett tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-persuni, b'mod partikolari billi jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali relatati; ifakkar li, minbarra li jikkostitwixxi wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-UE u jifforma parti integrali miċ-ċittadinanza tal-UE, il-moviment liberu tal-persuni, f'kuntest li fih id-drittijiet fundamentali huma salvagwardati bis-sħiħ, huwa ta' importanza kbira għaċ-ċittadini tal-UE u għall-familji tagħhom, speċjalment f'termini ta' aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll għall-perċezzjonijiet tagħhom dwar l-UE, u jitfaċċa bħala suġġett frekwenti fil-petizzjonijiet;
5. Jinnota bi tħassib li ċerti Stati Membri qed jevitaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-asil u l-migrazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni soda li ħadet il-Kummissjoni fil-konfront tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni; ifakkar li, minħabba l-flussi migratorji lejn l-Ewropa, l-UE qiegħda tiffaċċja sfida politika, umanitarja u legali bla preċedent; jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-UE mal-impenji dwar l-allokazzjoni tar-rifuġjati u n-nuqqas ta' konformità tal-Istati Membri mal-obbligu tagħhom li jirċievu għadd partikolari ta' rifuġjati; jistieden lill-Istati Membri jqisu wkoll il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem meta jaċċettaw u jallokaw ir-rifuġjati; jesprimi t-tama li l-Kummissjoni se tissorvelja b'mod sistematiku l-applikazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni mill-Istati Membri; ifakkar li politika effikaċi tal-migrazzjoni tal-UE teħtieġ li tkun ibbażata fuq bilanċ bejn ir-responsabilità u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;
6. Jesprimi dispjaċir kbir ħafna minħabba d-dewmien akkumulat fir-rigward tal-proċedura ta' ksur NIF 2014/4231 rigward l-użu mhux xieraq ta' kuntratti fissi fis-settur tal-gvern ġenerali fl-Italja li jikser id-Direttiva 1999/70/KE; jistieden lill-Kummissjoni tittratta din il-kwistjoni kemm jista' jkun malajr sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun infurzata kif suppost, filwaqt li jiġu għal kollox protetti d-drittijiet taċ-ċittadini;
7. Jirrimarka li l-politiki ta' awsterità u t-tnaqqis relatat magħmula mill-Istati Membri lis-setturi tal-gvern u s-sistemi ġudizzjarji tagħhom irriżultaw f'deterjorazzjoni tal-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess ħin żiedu d-diffikultajiet relatati mat-traspożizzjoni xierqa tal-liġi tal-UE;
8. Jinnota li l-Kummissjoni ttrattat il-problema tal-kwalità ħażina tal-arja fl-Ewropa, li kienet ripetutament ikkundannata wkoll miċ-ċittadini permezz tal-petizzjonijiet tagħhom, billi nediet għadd ta' proċedimenti ta' ksur għall-ksur tad-Direttiva 2008/50/KE, minħabba l-fatt li l-valuri ta' limitu massimu tal-NO2 kienu qed jinqabżu kontinwament;
9. Jiddispjaċih minħabba d-dewmien dejjem itwal fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2012-2015, li qiegħed jevita b'mod effikaċi t-tnedija ta' strateġija ġdida mal-UE kollha li hija bżonnjuża sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni sħiħa u effikaċi tal-benesseri tal-annimali permezz ta' qafas leġiżlattiv aġġornat, eżawrjenti u ċar li jikkonforma għal kollox mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tat-TFUE;
10. Jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva ħafna petizzjonijiet dwar każijiet tal-benesseri tat-tfal, u jispera li r-rieżami attwali tar-Regolament Brussell IIA se jgħin biex jiġu rettifikati n-nuqqasijiet tar-regolament u jiġu indirizzati l-fallimenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu;
11. Jirrimarka li fis-snin reċenti ġew identifikati nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' miżuri li jiġġieldu l-frodi u l-ħasil tal-flus; jitlob lill-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha ħalli tiżgura li r-regoli rilevanti tal-UE jiġu applikati b'mod rigoruż;
12. Jiddispjaċih li t-traspożizzjoni tad-direttivi mill-Istati Membri tibqa' problema kif jidher fir-rapport annwali tal-2015; jinnota b'apprezzament li nkiseb progress sostanzjali biex jiġu riżolti n-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE permezz tal-proċedura EU Pilot, li tgħin biex jiġu solvuti kwistjonijiet rigward l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u tista' tipprevjeni proċeduri ta' ksur; josserva li, minkejja l-fatt li l-għadd ta' proċeduri ta' ksur għadu għoli, l-għadd ta' proċeduri tal-EU Pilot li tnedew fl-2015 kien l-aktar baxx reġistrat peress li l-Istati Membri kollha ngħaqdu mas-sistema EU Pilot (fl-1 ta' Lulju 2013);
13. Jiddispjaċih li l-ebda statistika preċiża dwar l-għadd ta' petizzjonijiet li wasslu għat-tnedija ta' EU Pilot jew proċedura ta' ksur ma huma mogħtija; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tibgħat rapporti regolari dwar każijiet marbuta ma' proċedimenti u/jew proċeduri li għaddejjin, sabiex jiġi ffaċilitat djalogu strutturat u jitnaqqas iż-żmien biex jiġi solvut it-tilwim; jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti dawk ir-rapporti mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, billi jiġi involut proattivament il-Viċi President responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi u s-simplifikazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi lill-petizzjonanti fil-proċeduri EU Pilot mibdija fir-rigward tal-petizzjonijiet tagħhom, bil-ħsieb, fost l-oħrajn, li jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn il-petizzjonanti u l-awtoritajiet nazzjonali ikkonċernati;
14. Jirrimarka li l-informaturi jistgħu jinfurmaw b'mod utli lill-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet nazzjonali dwar każijiet ta' applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-Unjoni; itenni li jenħtieġ li huma jitħeġġu jagħmlu dan minflok ma jkunu mxekkla;
15. Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tevalwa l-impatt tal-liġi tal-Unjoni, tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha, partikolarment lis-sħab soċjali, lill-NGOs u lill-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi;
16. Jirrimarka li, anke jekk, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità primarja għat-traspożizzjoni, l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE, dan ma jeżentax lill-istituzzjonijiet tal-UE minn dmirhom li jiżguraw monitoraġġ adegwat u kontrolli speċifiċi u bir-reqqa ta' każijiet ta' ksur allegat tad-dritt tal-UE, speċjalment jekk ikunu ġew irrappurtati minn ċittadini permezz ta' petizzjonijiet;
17. Jirrimarka li d-dewmien u n-nuqqas ta' konformità fir-rigward tal-EU Pilot u l-proċeduri ta' ksur, billi jimpedixxu rimedji fil-ħin għal ksur tad-dritt tal-UE, ifixklu, fost l-oħrajn, milli jitgawda bis-sħiħ id-dritt għal amministrazzjoni tajba minqux fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
18. Jappoġġja l-introduzzjoni tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, li trid tagħmel il-proċess leġiżlattiv aktar trasparenti, miftuħ għall-kontributi mill-partijiet ikkonċernati u aktar faċli biex jiġi segwit; jappoġġja, f'dan ir-rigward, ir-rwol tar-REFIT bħala pjattaforma għall-iskambju bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi żviluppata leġiżlazzjoni tal-UE ċara, sempliċi u effettiva, li għandha tkun faċli biex tiġi trasposta u implimentata u li tfittex li tiżgura l-ogħla livelli ta' ġustizzja soċjali; jinsab ħerqan għall-iżvilupp ulterjuri tal-portal eżistenti li jirfina l-karatteristiċi tiegħu biex jgħin lill-petizzjonanti jiddistingwu aħjar, meta jressqu l-petizzjonijiet tagħhom, bejn il-kompetenzi nazzjonali u l-kompetenzi tal-UE, sabiex jitnaqqas in-numru ta' petizzjonijiet li sussegwentement jiġu dikjarati inammissibbli; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jirrispettaw l-impenji tagħhom kif miftiehem fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar dokumenti spjegattivi, inkluż billi jiġu pprovduti tabelli ta' korrelazzjoni li jkun fihom informazzjoni ċara u preċiża dwar il-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-direttivi fl-ordinament ġuridiku domestiku tagħhom;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-involviment attiv tagħha fl-iżvilupp ta' diversi miżuri biex tittejjeb l-osservanza, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri, u biex, fir-rapport annwali tagħha li jmiss tinkludi data dwar ir-rati ta' implimentazzjoni tar-regolamenti tal-UE, bl-istess mod li diġà jagħmel għad-direttivi tal-UE;
20. Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinforma liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom u tiżgura li jkollhom mezzi xierqa ta' rimedju, u jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' evalwazzjoni tagħha, tinkludi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-użu tal-pjattaformi speċjali għal dak l-iskop;
21. Jistieden lill-Istati Membri jevitaw il-prattika tal-"gold-plating" sabiex titnaqqas ir-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi li jkollhom effett negattiv fuq iċ-ċittadini u n-negozji tal-UE; jemmen li miżuri nazzjonali mhux meħtieġa, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-UE, iżidu l-Ewroxettiċiżmu u jimminaw il-leġittimità u l-azzjonijiet tal-UE.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
22.3.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 2 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Heinz K. Becker, Soledad Cabezón Ruiz, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Jahr, Rikke Karlsson, Svetoslav Hristov Malinov, Roberta Metsola, Marlene Mizzi, Cristian Dan Preda, Gabriele Preuß, Laurenţiu Rebega, Virginie Rozière, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Urszula Krupa, Kostadinka Kuneva, Julia Pitera, Julia Reda, Rainer Wieland, Boris Zala |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Florent Marcellesi |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
21 |
+ |
|
ALDE Group ECR Group PPE
S&D
Verts/ALE |
Cecilia Wikström Rikke Karlsson Heinz K. Becker, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Roberta Metsola, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jarosław Wałęsa, Rainer Wieland Soledad Cabezón Ruiz, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß, Virginie Rozière, Boris Zala Margrete Auken, Florent Marcellesi, Julia Reda |
|
2 |
- |
|
ECR ENF |
Urszula Krupa Laurenţiu Rebega |
|
2 |
0 |
|
EFDD GUE/NGL |
Eleonora Evi Kostadinka Kuneva |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (12.6.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015
(2017/2011(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Kazimierz Michał Ujazdowski
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jirrimarka li l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE hija fundamentali biex titħeġġeġ u titrawwem il-fiduċja reċiproka bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini, filwaqt li kemm il-fiduċja kif ukoll iċ-ċertezza tad-dritt jikkostitwixxu l-bażi għal kooperazzjoni tajba u l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE; isostni li ċ-ċittadini tal-Unjoni jħossuhom aktar kunfidenti dwar id-dritt tal-Unjoni meta dan ikun implimentat fl-Istati Membri b'mod effikaċi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jittrasponu u jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni b'mod effikaċi u fi żmien utli;
2. Iqis li l-għadd kbir ta' proċeduri għal ksur fl-2015 juri li l-iżgurar tal-applikazzjoni f'waqtha u korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri għadu sfida kbira u jikkostitwixxi prijorità għall-UE;
3. Jemmen li l-applikazzjoni korretta tal-acquis tal-UE tikkostitwixxi element ċentrali sabiex l-individwi u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-politiki tal-Unjoni; jenfasizza, għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-infurzar tad-dritt tal-UE fuq il-bażi ta' traspożizzjoni strutturata u sistematika u kontrolli tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali; jenfasizza l-importanza tar-rispett għall-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, skont l-Artikolu 5 TUE, kif ukoll tal-ugwaljanza quddiem il-liġi fid-dawl ta' titjib fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; jirrimarka li l-leġiżlazzjoni tal-UE hija r-riżultat ta' proċess demokratiku u ma tistax tidħol fis-seħħ mingħajr ma tkun kisbet maġġoranza kwalifikata – u f'xi każijiet b'unanimità – tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill; jilqa' bi pjaċir il-prattika mill-Kummissjoni li tieħu kont debitu tal-prinċipji ta' tfassil aħjar tal-liġijiet meta tkun qed timmonitorja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri;
4. Jirrikonoxxi li huma l-Istati Membri li għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti tad-dritt tal-UE; Josserva, madankollu, li dan ma jeżonerax lill-istituzzjonijiet tal-UE mid-dmir tagħhom li jirrispettaw id-dritt primarju tal-UE meta jkunu qed jistabbilixxu d-dritt sekondarja tal-UE;
5. Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza fit-tfassil u l-applikazzjoni tad-dritt mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri; jindika li, kemm biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri u kemm biex dan ikun aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE, il-leġiżlazzjoni tal-UE trid tkun ċara, tinftiehem, konsistenti u preċiża, filwaqt li tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, li tinsisti fuq il-ħtieġa tal-prevedibbiltà tar-regoli tal-UE[1];
6. Ifakkar, kif diġà ddikjarat fil-passat, li f'Unjoni Ewropea msejsa fuq l-istat tad-dritt u fuq iċ-ċertezza u l-prevedibbiltà tal-liġijiet, iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jsiru jafu b'mod ċar, aċċessibbli, trasparenti u fi żmien utli liema u jekk il-liġijiet nazzjonali ġewx adottati fit-traspożizzjoni tad-dritt tal-UE;
7. Jenfasizza l-prinċipju tat-trasparenza kif minqux fit-Trattati tal-UE kif ukoll id-dritt taċ-ċittadini tal-UE għall-ġustizzja u l-amministrazzjoni tajba, kif stipulat fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, peress li dawn l-artikoli jeżiġu li ċ-ċittadini jkollhom aċċess adegwat għall-abbozzi tal-atti legali li jikkonċernawhom; ifakkar li dawn id-drittijiet u l-prinċipji għandhom ukoll ikunu ta' importanza fundamentali għall-Istati Membri meta jipproponu abbozzi ta' atti li jimplimentaw id-dritt tal-UE;
8. Jitlob, f'dan ir-rigward, l-impenn tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE li huma involuti fil-proċess leġiżlattiv biex titjieb aktar il-kwalità tal-abbozzar ta' testi leġiżlattivi, f'konformità mal-impenn meħud fl-Aġenda ta' Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; iqis li l-Ftehim Interistituzzjonali dwar linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar ta' leġiżlazzjoni Komunitarja tal-1998 għandu jiġi adattat sabiex jintlaħaq dak l-objettiv; itenni d-dispożizzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li titlob li l-Istati Membri, meta jkunu qed jittrasponu direttivi tal-UE fid-dritt nazzjonali, jekk jagħżlu li jżidu elementi li bl-ebda mod ma huma relatati ma' dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jagħmlu dawn iż-żidiet identifikabbli jew permezz tal-att ta' traspożizzjoni jew permezz ta' dokumenti assoċjati;
9. Jenfasizza l-importanza tar-rwol tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra fir-rappurtar ta' nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE jippromovu dan ir-rwol;
10. Jemmen li l-inklużjoni tal-parlamenti nazzjonali fi djalogu dwar il-kontenut ta' proposti leġiżlattivi, fejn ikun rilevanti, se trawwem l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE; jirrimarka li skrutinju aktar rigoruż mill-parlamenti nazzjonali tal-gvernijiet rispettivi tagħhom meta dawn tal-aħħar ikunu involuti fil-proċess leġiżlattiv se jippromwovi applikazzjoni aktar effettiva tad-dritt tal-UE kif previst fit-Trattati; jenfasizza, għal dik ir-raġuni, il-bżonn għall-parlamenti nazzjonali li jkunu involuti fl-istadji bikrin tal-proċeduri leġiżlattivi Ewropej, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal dibattitu dwar il-Protokolli 1 u 2, dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, possibbilment billi tiġi kkunsidrata reviżjoni tal-hekk imsejħa sistema ta' twissija bikrija, u b'hekk tkun żgurata l-applikazzjoni ta' proċedura ta' karta safra;
11. Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib u t-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; ifakkar fil-funzjoni ta' skrutinju tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward tal-involviment tal-gvernijiet tagħhom fil-proċess deċiżjonali fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u jenfasizza l-ħtieġa għal konsultazzjoni u skambju regolari ta' fehmiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, b'mod speċjali fil-fażijiet inizjali tal-proċess leġiżlattiv;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi liċ-ċittadini b'pjattaforma integrata biex tassisti fiċ-ċentralizzazzjoni tal-ilmenti u l-irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
13. Ifakkar li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol essenzjali x'jaqdu fl-iskrutinju tal-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jistedinhom isegwu dan ir-rwol b'mod proattiv; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali li jevitaw prattiki ta' regolamentazzjoni żejda fil-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u b'hekk jevitaw regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa; jistenna li l-Istati Membri jindikaw u jiddokumentaw b'mod ċar l-obbligi nazzjonali meta dawn jiżdiedu mal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-proċess ta' implimentazzjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li miżuri nazzjonali eċċessivi li jiddaħħlu fil-leġiżlazzjoni tal-UE jżidu mingħajr ħtieġa l-ewroxettiċiżmu;
14. Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida u assistenza lill-Istati Membri permezz ta' għodod konkreti biex jinkiseb titjib fir-riżultati għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;
15. Jinnota li s-sistema ta' skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-kumitati tal-parlamenti nazzjonali li jaħdmu mal-UE tista' tgħin fil-ksib ta' leġiżlazzjoni effiċjenti u għandha tintuża wkoll bħala appoġġ għal applikazzjoni aktar effettiva tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; jippromwovi l-użu tal-pjattaforma IPEX bħala għodda għal skambju reċiproku ta' informazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew; iħeġġeġ ukoll lill-parlamenti nazzjonali biex jieħdu sehem attiv fil-Laqgħat Interparlamentari tal-Kumitati organizzati regolament mill-Parlament Ewropew;
16. Jenfasizza n-neċessità li l-Parlament ikun jista' jissorvelja wkoll l-infurzar tar-regolamenti mill-Kummissjoni bl-istess mod li hu jagħmel fir-rigward tad-direttivi; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li d-data dwar l-implimentazzjoni ta' regolamenti tkun qiegħda fir-rapporti annwali futuri tagħha dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jressqu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi jew timplimenta regolamenti lill-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità korretta tagħha u jispeċifikaw liema partijiet joriġinaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE u liema partijiet huma żidiet nazzjonali;
17. Jemmen li l-isforzi tal-Kummissjoni biex toħroġ linji gwida huma ta' min ifaħħarhom; jilqa' b'sodisfazzjon, barra minn hekk, il-firxa wiesgħa ta' għodod użati mill-Kummissjoni biex tippromwovi l-konformità fil-fażi ta' qabel il-ksur; jiddispjaċih li l-verifika tat-traspożizzjoni korretta tad-direttivi mill-Istati Membri għadha problema; iħeġġeġ lill-Istati Membri jonoraw l-impenn tagħhom li jipprovdu dokumenti ta' spjegazzjoni flimkien ma' miżuri nazzjonali li jittrasponu d-direttivi fl-ordni ġuridika tagħhom, inklużi t-tabelli ta' korrelazzjoni, jekk applikabbli;
18. Jiddispjaċih dwar il-fatt li għad ma għandux informazzjoni trasparenti u disponibbli fi żmien utli dwar l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE; ifakkar li, fil-Ftehim ta' Qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni timpenja ruħha biex "tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament informazzjoni fil-qosor dwar il-proċeduri kollha ta' ksur mill-ittra ta' tqegħid fil-mora, inkluż, jekk il-Parlament jitlob li jsir hekk, [...] dwar kwistjonijiet li tirrigwardahom il-proċedura ta' ksur" u jistenna li din il-klawżola tiġi applikata in bona fede fil-prattika;
19. Jilqa' b'sodisfazzjon l-istabbiliment ta' djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li jissaħħaħ l-infurzar tad-dritt tal-UE permezz ta' approċċ strutturat u sistematiku;
20. Ifakkar li l-effikaċja tal-integrazzjoni Ewropea tiddependi wkoll fuq sa liema punt il-politiki tal-UE jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni u applikati mill-Istati Membri; ifakkar f'dan il-kuntest fl-Artikolu 197 TFUE li jistipula "l-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri, li hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni, għandha titqies bħala kwistjoni ta' interess komuni".
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
30.5.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 3 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mercedes Bresso, Elmar Brok, Fabio Massimo Castaldo, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Markus Pieper, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Gerolf Annemans, Kostas Chrysogonos, Ashley Fox, Charles Goerens, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cristian Dan Preda, Rainer Wieland |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bogdan Brunon Wenta |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
16 |
+ |
|
ECR |
Ashley Fox, Kazimierz Michał Ujazdowski |
|
GUE/NGL |
Kostas Chrysogonos, Barbara Spinelli, |
|
EPP |
Elmar Brok, Danuta Maria Hübner, Markus Pieper, Cristian Dan Preda, György Schöpflin, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland |
|
S&D |
Mercedes Bresso, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel |
|
3 |
- |
|
ENF |
Gerolf Annemans, |
|
Verts/ALE |
Max Andersson, Josep-Maria Terricabras, |
|
3 |
0 |
|
ALDE |
Charles Goerens |
|
EFDD |
Fabio Massimo Castaldo |
|
S&D |
Richard Corbett |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Settembru 2009, Plantanol GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Darmstadt, C-201/08, ECLI:EU:C:2009:539, punt 46.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
13.7.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
13 9 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Angel Dzhambazki, Heidi Hautala, Angelika Niebler, Jens Rohde |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lynn Boylan |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
13 |
+ |
|
S&D ALDE GUE/NGL VERTS/ALE EFDD |
Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken António Marinho e Pinto Lynn Boylan, Kostas Chrysogonos Max Andersson, Julia Reda Isabella Adinolfi, Joëlle Bergeron |
|
9 |
- |
|
PPE ECR ENF |
Daniel Buda, Rosa Estaràs Ferragut, Angelika Niebler, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka Angel Dzhambazki Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton |
|
1 |
0 |
|
ALDE |
Jean-Marie Cavada |
|
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni