RAPPORT INTERIM dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

19.7.2017 - (COM(2016)0109 – 2016/0062(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteurs: Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Anna Maria Corazza Bildt
(Laqgħat konġunti ta' kumitati – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2016/0062(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0266/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

(COM(2016)01092016/0062(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0109),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, li nfetħet għall-iffirmar f'Istanbul fil-11 ta' Mejju 2011 (minn hawn 'il quddiem "Il-Konvenzjoni ta' Istanbul"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u, b'mod partikolari l-Artikoli 8, 19, 157, 216 u 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 23, 24, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015),

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tan-NU fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nisa, bħall-Karta tan-NU, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Traffikar tal-Bnedmin u l-Isfruttament tal-Prostituzzjoni ta' Oħrajn, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-prinċipju ta' non-refoulement, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

_  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li l-UE hija Stat Parti tagħha, inklużi l-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-2015 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) lill-UE, li jistiednu lill-UE biex taċċedi għall-Konvenzjoni ta' Istanbul bħala mod biex in-nisa u l-bniet b'diżabilità jiġu protetti mill-vjolenza,

  wara li kkunsidra r-rapport tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li jistieden lill-UE ssir parti fil-Konvenzjoni ta' Istanbul bħala pass ieħor fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq nisa u bniet b'diżabilità;

  wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali adottat fis-26 ta' Awwissu 2016 mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità dwar l-Artikolu 6 ("Nisa u Bniet b'Diżabilitajiet") tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa[2], tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa[3], u tas-6 ta' Frar 2013 dwar "is-57 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW) tan-NU: L-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet"[4],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa[5] u l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa[6],   

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" ("Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019") (SWD(2015)0278),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-għoti ta' setgħa lill-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea[7],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-Triju ta' Presidenzi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tas-7 ta' Diċembru 2015 min-Netherlands, is-Slovakkja u Malta,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI[8],

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni[9] u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili[10],

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu[11] u d-Direttiva 2011/92/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI[12],

  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) u d-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li jiddefinixxu u jikkundannaw il-fastidju u l-fastidju sesswali,

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar adeżjoni possibbli tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, ippubblikat f'Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra t-Tielet Rapport tal-Attività Trimestrali tal-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa tas-16 ta' Novembru 2017 fir-rigward tad-definizzjoni tal-vjolenza sessista fil-Konvenzjoni ta' Istanbul,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Presidenza, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew li titlob l-adeżjoni malajr tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, adottata f'Malta fit-3 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014-2015[13], u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013[14],

  wara li kkunsidra l-istudju tad-Dipartiment Tematiku għall-Politiki tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu intitolat "Knowledge and Know-How: The Role of Self-Defence in the Prevention of Violence against Women" ("Għarfien u Know-how: Ir-Rwol tad-Difiża Leġittima fil-Prevenzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa"), b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut tat-taħriġ fid-difiża leġittima għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Internu l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0266/2017),

A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE; billi d-dritt għat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali stabbilit fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jenħtieġ li jiġi rrispettat, promoss u applikat fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' kuljum; billi skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-ebda pajjiż tal-UE għadu ma kiseb l-ugwaljanza totali bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-vjolenza sessista hija kemm kawża kif ukoll konsegwenza ta' inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel;

B.  billi forom moderni ta' skjavitù u traffikar tal-bnedmin, li jaffettwaw l-aktar lin-nisa, għadhom persistenti fl-UE;

C.  billi l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu li ladarba tkun seħħet il-vjolenza, is-soċjetà tkun naqset mill-obbligu tagħha ta' protezzjoni, li jiġi l-ewwel u qabel kollox, u miżuri reattivi bħall-għoti ta' kumpens lill-vittmi u l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri jkunu l-uniku mezz li jkun għad fadal;

D.  billi l-UE jeħtiġilha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri tagħha, biex tippromwovi u tħares id-dritt tan-nisa u l-bniet kollha li jgħixu ħielsa mill-vjolenza, fiżika jew psikoloġika, fl-isfera pubblika kif ukoll f'dik privata;

E.  billi jenħtieġ li l-vjolenza sessista ma titteħidx b'leġġerezza jew tiġi trattata bħala kwistjoni li tista' tiġi posposta u indirizzata aktar tard, peress li fl-UE biss taffettwa 'l fuq minn 250 miljun mara u tifla u għandha effetti tremendi fuq is-soċjetà, filwaqt li żżid il-biża' u l-polarizzazzjoni u tikkontribwixxi għall-istress u l-mard mentali, peress li thedded is-sigurtà ta' nofs il-popolazzjoni; billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) jistma li l-ispiża li s-soċjetà tħallas għall-vjolenza sessista fl-UE hija EUR 226 biljun fis-sena;

F.   billi l-vjolenza fuq in-nisa[15] u l-vjolenza sessista, kemm fiżika u psikoloġika, huma mifruxa fl-UE u għandhom jitqiesu bħala forma estrema ta' diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem li taffettwa n-nisa fil-livelli kollha tas-soċjetà, irrispettivament mill-età, l-edukazzjoni, id-dħul finanzjarju, il-pożizzjoni soċjali u l-pajjiż ta' oriġini jew ta' residenza, u li tirrappreżenta xkiel ewlieni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, anki ekonomikament u politikament; billi huma meħtieġa aktar miżuri sabiex jinkoraġġixxu lin-nisa li kienu l-vittmi ta' vjolenza jirrapportaw l-esperjenzi tagħhom u jfittxu l-għajnuna, u sabiex jiżguraw li dawn jirċievu appoġġ xieraq skont il-ħtiġijiet tagħhom, jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom, u jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex it-trasgressuri jiġu pproċessati;

G.  billi r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, ippublikat f'Marzu 2014, bit-titolu "Violence against women: an EU-wide survey" ("Il-vjolenza fuq in-nisa: stħarriġ madwar l-UE), juri li terz tan-nisa kollha fl-Ewropa esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżika jew sesswali tal-anqas darba matul il-ħajja adulta tagħhom, 20 % esperjenzaw fastidju online, waħda minn kull għoxrin ġew stuprati u aktar minn waħda minn kull għaxra sofrew vjolenza sesswali li tinvolvi l-użu tal-forza;

H.  billi waħda minn kull għaxar nisa ġew soġġetti għal fastidju sesswali jew insegwiment malizzjuż (stalking) bl-użu ta' teknoloġija ġdida, filwaqt li 75 % tan-nisa fi rwoli ogħla ta' teħid ta' deċiżjonijiet kellhom jirreżistu fastidju sesswali; billi dan juri li l-ebda mara jew tifla, irrispettivament mill-età u l-pożizzjoni fil-ħajja, mhi sikura minn vjolenza sessista;

I.  billi jridu jittieħdu miżuri biex jiġi indirizzat il-fenomenu emerġenti ta' vjolenza sessista online, inklużi il-bullying, il-fastidju u l-intimidazzjoni b'mod partikolari ta' nisa żgħażagħ u bniet u ta' persuni LGBTI;

J.  billi ċ-ċittadini u r-residenti fl-Unjoni mhumiex protetti bl-istess mod mill-vjolenza sessista, minħabba n-nuqqas ta' strateġija Ewropea, inkluż att leġiżlattiv, u l-eżistenza ta' politiki u leġiżlazzjoni li jvarjaw bejn l-Istati Membri fir-rigward ta', inter alia, id-definizzjoni ta' reati u l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, u għalhekk jibqgħu vulnerabbli għal vjolenza bħal din; billi jeżistu wkoll differenzi fi ħdan l-UE f'termini ta' informazzjoni, l-għoti ta' kenn, servizzi ta' appoġġ u drittijiet u aċċess għalihom;

K.  billi l-vjolenza fuq in-nisa hija marbuta mad-distribuzzjoni mhux ugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel, mas-sessiżmu u l-isterjotipi tas-sess, li wasslu għad-dominazzjoni fuq in-nisa u d-diskriminazzjoni kontrihom mill-irġiel u għall-prevenzjoni tal-avvanz sħiħ tan-nisa;

L.  billi l-vjolenza fuq in-nisa tikkontribwixxi għall-persistenza ta' inugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel billi jiġi mfixkel l-aċċess tal-vittmi għall-impjieg, b'effetti negattivi fuq l-indipendenza finanzjarja tagħhom u l-ekonomija b'mod ġenerali;

M.  billi fattur importanti għaliex in-nisa ma jirrappurtawx vjolenza sesswali huwa minħabba d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq it-trasgressur;

N.  billi l-faqar estrem iżid ir-riskju tal-vjolenza u forom oħra ta' sfruttament li jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

O.  billi jrid isir aktar biex tiġi ffaċilitata u mħeġġa l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isferi politiċi, ekonomiċi u soċjali, biex tiżdied il-viżibilità tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija, sabiex tiġi miġġielda l-oġġettifikazzjoni u kultura ta' vjolenza sessista;

P.  billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tistipula li d-dispożizzjonijiet kollha tagħha, b'mod partikolari l-miżuri biex jiġu protetti d-drittijiet tal-vittmi, għandhom jiġu assigurati mingħajr diskriminazzjoni għal ebda raġuni bħalma huma sess, razza, kulur, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew opinjoni oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali, assoċjazzjoni ma' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, orjentazzjoni sesswali, identità sesswali, età, stat tas-saħħa, diżabilità, status ċivili, status ta' migrant jew rifuġjat jew status ieħor;

Q.   billi n-nisa b'diżabilità huma bejn 1.5 u għaxar darbiet aktar fil-possibilità li jkunu soġġetti għal vjolenza sessista, u minħabba l-pożizzjoni tagħhom ta' dipendenza huwa saħansitra aktar diffiċli li dawn in-nisa jirrappurtaw il-vjolenza; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilità ma jiffurmawx grupp omoġenju, iżda, pjuttost, grupp li jinkludi nisa ta' status differenti u f'diversi sitwazzjonijiet u nisa b'tipi differenti ta' indebolimenti, bħal kundizzjonijiet fiżiċi, psikosoċjali, intellettwali jew sensorji li jistgħu jkunu jew jistgħu ma jkunux akkumpanjati minn limitazzjonijiet funzjonali; billi l-UNCRPD tirrikjedi li l-Istati Partijiet jieħdu miżuri biex jiżguraw it-tgawdija sħiħa u ugwali minn nisa b'diżabilitajiet tad-drittijiet tal-bniedem kollha u tal-libertajiet fundamentali kollha;

R.  billi gruppi ta' nisa u bniet, bħal nisa migranti, nisa rifuġjati u nisa jfittxu asil, nisa u bniet b'diżabilità, nisa LGBTI u nisa Rom, huma f'riskju ta' diskriminazzjoni multipla u huma għalhekk aktar vulnerabbli għall-vjolenza, minħabba motivi mqanqla minn sessiżmu akkoppjat mar-razziżmu, il-ksenofobija, l-omofobija, it-transfobija jew il-fobija intersesswali kif ukoll diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, id-diżabilità, l-etniċità jew ir-reliġjon; billi n-nisa fl-Ewropa jiffaċċjaw forom trasversali u multipli ta' diskriminazzjoni li jżommuhom milli jkollhom aċċess għall-ġustizzja u għal servizzi ta' appoġġ u ta' protezzjoni, u milli jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom; billi n-nisa jenħtieġ li jingħataw servizzi ta' appoġġ speċjalizzati fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni;

S.   billi l-vjolenza fuq in-nisa, inkluża l-vjolenza domestika, spiss wisq titqies bħala kwistjoni privata u tiġi ttollerata wisq faċilment; billi fil-fatt hija tikkostitwixxi ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali u delitt serju li jrid jiġi kkastigat bħal tali; billi l-impunità trid tintemm billi jiġi żgurat li t-trasgressuri jiġu pproċessati u li n-nisa u l-bniet li jissopravvivu l-vjolenza jirċievu l-appoġġ u r-rikonoxximent xierqa mis-sistema ġudizzjarja, sabiex jinkiser iċ-ċirku vizzjuż tas-silenzju u s-solitudni għal dawk li sfaw vittmi ta' vjolenza, independentement mill-oriġini ġeografika jew klassi soċjali tagħhom;

T.  billi jeżistu differenzi kulturali sinifikanti bejn l-Istati Membri dwar kemm in-nisa jkunu lesti jirrappurtaw stupru jew attakk sesswali, u l-istatistika uffiċjali tirrifletti din it-tendenza aktar min-numru fattwali ta' stupri jew attakki sesswali kommessi f'pajjiż;

U.  billi fil-parti l-kbira tal-każijiet ta' qtil ta' nisa, it-trasgressuri jkunu żwieġhom jew is-sħab tagħhom, jew ex żwieġhom jew ex sħab tagħhom, li ma jaċċettawx it-tmiem ta' żwieġ jew relazzjoni;

V.  billi t-trasgressur ta' vjolenza sessista spiss ikun persuna li l-vittma diġà tafha u f'ħafna każijiet il-vittma tkun f'pożizzjoni ta' dipendenza, li jżid il-biża' min-naħa tal-vittma biex tirrapporta l-vjolenza;

W.  billi, l-isterjotipi tas-sessi u s-sessiżmu, inkluż diskors ta' mibegħda sessist, li jseħħu madwar id-dinja, offline u online u fil-ħajja pubblika u privata, huma waħda mill-kawżi ewlenin tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa;

X.   billi l-esponiment għal vjolenza u abbuż fiżiċi, sesswali jew psikoloġiċi jħalli impatt qawwi fuq il-vittmi, li jista' jirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika jew danni ekonomiċi; billi dan l-impatt jinħass ukoll minn familji u l-qraba u mis-soċjetà kollha kemm hi; billi t-tfal ma jeħtiġux li jkunu direttament l-oġġett ta' vjolenza sabiex jitqiesu vittmi, peress li x-xhieda ta' vjolenza domestika hija wkoll trawma minnha nnifisha;

Y.  billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul, fl-Artikolu 3 tagħha, tiddefinixxi b'mod ċar il-"vjolenza sessista" bħala "vjolenza li hija diretta kontra mara għall-fatt li hija mara jew li taffettwa lin-nisa b'mod sproporzjonat" u tiddefinixxi wkoll "ġeneru" bħala "ir-rwoli , l-imġiba, l-attivitajiet u l-attributi li huma mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tqis li huma xierqa għan-nisa u l-irġiel";

Z.  billi sabiex jitnaqqas in-numru stmat ta' każijiet mhux irrappurtati, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed istituzzjonijiet stabbiliti għan-nisa biex iħossuhom sikuri u kapaċi jirrapportaw vjolenza sessista;

AA.  billi hija biss taħlita ta' politiki li jikkombinaw miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, inklużi azzjonijiet infrastrutturali, legali, ġudizzjarji, kulturali, edukattivi, soċjali u tas-saħħa, u miżuri biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-vittmi għall-akkomodazzjoni u l-impjieg, inkluża l-provvista ta' kenn għall-vittmi, kif ukoll parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-oqsma kollha tas-soċjetà, li jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista u l-konsegwenzi tagħha; billi s-soċjetà ċivili u, b'mod partikolari, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, jagħtu kontribut importanti ħafna biex jiġu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza, u x-xogħol tagħhom jenħtieġ li jiġi rikonoxxut, imħeġġeġ u appoġġjat sabiex dawn ikunu jistgħu jwettquh bl-aħjar mod possibbli;

AB.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bniet u n-nisa huwa valur importanti Ewropew, dritt fundamentali tal-bniedem u element essenzjali tal-emanċipazzjoni tal-bniet u n-nisa fil-livelli soċjali, kulturali u professjonali, kif ukoll għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet l-oħra kollha soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi u sussegwentement għall-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;

AC.  billi l-istati biss jistgħu jipprovdu edukazzjoni universali bla ħlas u obbligatorja, li hija kundizzjoni sine qua non biex jiggarantixxu opportunitajiet indaqs għaż-żewġ sessi;

AD.   billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tenfasizza l-importanza li jinbidlu l-mentalitajiet u l-attitudnijiet sabiex noħorġu mill-continuum ta' vjolenza sessista; billi l-edukazzjoni fil-livelli kollha, u għall-persuni tal-etajiet kollha, dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, dwar ir-rwoli tas-sessi mhux sterjotipati u dwar ir-rispett għall-integrità personali, hija għalhekk meħtieġa f'dan ir-rigward; billi d-difiża leġittima hija waħda mill-għodod effiċjenti għat-tnaqqis tal-vittimizzazzjoni u l-effetti negattivi tagħha, filwaqt li tisfida l-isterjotipi tas-sessi u tagħti s-setgħa lin-nisa u l-bniet;

AE.  billi l-adeżjoni immedjata tal-Istati Membri kollha mal-Konvenzjoni ta' Istanbul tkun kontribut sostanzjali għall-iżvilupp ta' politika integrata u għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa;

AF.  billi l-UE jeħtiġilha taħdem biex tmexxi 'l quddiem il-ġlieda biex tiġi eliminata l-vjolenza sessista fil-viċinat tagħha u madwar id-dinja, bħala parti mill-isforz globali biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluża l-ġlieda kontra l-użu ta' vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra;

AG  billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul hija ftehim imħallat li jippermetti l-adeżjoni tal-UE b'mod parallel mal-adeżjoni tal-Istati Membri tagħha;

AH.  billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda sa issa 14 biss minnhom irratifikawha; billi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ma teżonerax lill-Istati Membri mir-ratifika nazzjonali;

AI.   billi r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul tirrikjedi infurzar xieraq, implimentazzjoni effettiva, u allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji u umani adegwati;

1.  Jilqa' l-fatt li fl-4 ta' Marzu 2016 il-Kummissjoni pproponiet l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, jiġifieri l-ewwel strument komprensiv legalment vinkolanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista, inkluża l-vjolenza domestika,[16] f'livell internazzjonali;

2   Jilqa' l-iffirmar għall-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul fit-13 ta' Ġunju 2017; jiddispjaċih, madankollu, li l-limitazzjoni għal żewġ oqsma, jiġifieri kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u l-asil u n-non-refoulement, tqajjem inċertezzi legali dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-adeżjoni tal-UE, kif ukoll tħassib rigward l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

3.  jikkundanna l-forom kollha tal-vjolenza fuq in-nisa, u jiddeplora l-fatt li n-nisa u l-bniet ta' spiss ikunu esposti għal vjolenza domestika, fastidju sesswali, vjolenza psikoloġika u fiżika, insegwiment malizzjuż, vjolenza sesswali, stupru, żwieġ sfurzat, mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF), abort sfurzat, sterilizzazzjoni sfurzata, sfruttament sesswali u traffikar tal-bnedmin u forom oħrajn ta' vjolenza, li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità tagħhom; jenfasizza li l-Konvenzjoni ta' Istanbul tiżgura li l-kultura, id-drawwiet, ir-reliġjon, it-tradizzjoni u l-hekk imsejjaħ "unur" ma jistgħu jkunu ġustifikazzjoni ta' ebda att ta' vjolenza fuq in-nisa; jiddenunzja l-fatt li aktar u aktar nisa u bniet huma vittmi ta' vjolenza sessista fuq l-internet u fuq il-midja soċjali; jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri konkreti biex jindirizzaw dawn il-forom ġodda ta' delitti, inklużi l-estorsjoni tas-sess, il-grooming, it-tnemmis u l-pornografija ta' vendetta, u biex jipproteġu lill-vittmi, li jistgħu jesperjenzaw trawma serja li xi drabi twassal anki għal suwiċidju;

4.  Jenfasizza bil-qawwa li ċ-ċaħda tas-servizzi tas-saħħa u tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluż l-abort sikur u legali, huma forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet; itenni li n-nisa u l-bniet irid ikollhom kontroll fuq ġisimhom u s-sesswalità tagħhom; jistieden lill-Istati Membri kollha jiggarantixxu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, aċċess faċli għan-nisa għall-ippjanar tal-familja, u l-firxa sħiħa tas-servizzi tas-saħħa riproduttiva u sesswali, inklużi metodi moderni ta' kontraċezzjoni u abort sikur u legali;

5.  Jenfasizza li t-tqala sfurzata hija definita bħala delitt kontra l-umanità fl-Artikolu 7 tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta' Lulju 1998 u hija forma ta' vjolenza sessista fuq in-nisa li tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tan-nisa u l-bniet;

6.   Jenfasizza li l-Konvenzjoni ta' Istanbul issegwi approċċ olistiku, komprensiv u kkoordinat billi tpoġġi d-drittijiet tal-vittma fiċ-ċentru, billi tindirizza l-kwistjonijiet tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-vjolenza sessista, inkluża l-vjolenza domestika, minn firxa wiesgħa ta' perspettivi, filwaqt li tipprevedi miżuri bħall-prevenzjoni tal-vjolenza, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, miżuri tal-liġi kriminali sabiex tiġi miġġielda l-impunità, il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi, il-protezzjoni tat-tfal, il-protezzjoni tan-nisa li jfittxu asil u tar-rifuġjati nisa, ġbir aħjar ta' data u kampanji jew programmi ta' sensibilizzazzjoni, inkluż b'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u korpi għall-ugwaljanza nazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-NGOs;

7.  Jenfasizza li l-Konvenzjoni ta' Istanbul tipprovdi bażi soda għall-bdil tal-istrutturi soċjali li joħolqu, jilleġittimizzaw u jipperpetwaw il-vjolenza fuq in-nisa, u tipprovdi għodod għall-introduzzjoni ta' miżuri għal dan il-għan; jenfasizza li l-Konvenzjoni tindirizza l-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-prosekuzzjoni b'mod simultanju (approċċ fuq tliet livelli) u tapplika approċċ komprensiv u kkoordinat, li joħroġ mill-prinċipju tad-diliġenza dovuta li jistabbilixxi obbligu pożittiv għall-istati li jirrispondu b'mod effettiv għall-atti kollha ta' vjolenza (l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni);

8.  Jenfasizza li l-adeżjoni tal-UE se tipprovdi qafas legali koerenti Ewropew għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista u għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi fil-politiki interni u esterni tal-UE, kif ukoll twassal għal monitoraġġ, interpretazzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet, programmi u fondi tal-UE rilevanti għall-Konvenzjoni, flimkien ma' ġbir aħjar ta' data diżeggregata komparabbli fil-livell tal-UE; iqis li permezz tal-adezjoni mal-Konvenzjoni, l-UE se ssir attur globali aktar effiċjenti fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa;

9.  Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(a)  Li jħeġġu lill-Istati Membri jaċċeleraw in-negozjati dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; li jikkundannaw bil-qawwa t-tentattivi biex jitreġġgħu lura miżuri diġà meħuda fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

(b)  Li jitolbu lill-Kummissjoni tibda, mingħajr dewmien jew posponiment, djalogu kostruttiv mal-Kunsill u mal-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, sabiex tindirizza r-riżervi, l-oġġezzjonijiet u t-tħassib espressi mill-Istati Membri, u b'mod partikolari jiġu ċċarati interpretazzjonijiet żvijanti tal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar id-definizzjoni tal-vjolenza sessista u d-definizzjoni tal-ġeneru fl-Artikolu 3(c) u (d), f'konformità mar-Rimarki Ġenerali tal-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa;

(c)  Li jżommu lill-Parlament infurmat għalkollox dwar l-aspetti rilevanti tan-negozjati fl-istadji kollha, sabiex b'hekk ikun jista' jeżerċita d-drittijiet mogħtija lilu mit-Trattati f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE;

(d)  Li jiżguraw, minkejja l-iffirmar tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, adeżjoni wiesgħa tal-UE mal-Konvenzjoni mingħajr ebda limitazzjoni;

(e)  Li jiżguraw li l-Istati Membri jinfurzaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jallokaw riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista, inkluża l-vjolenza domestika, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u lill-bniet, u l-protezzjoni tal-vittmi u li jingħataw kumpens, speċjalment fil-każ ta' dawk li qed jgħixu f'żoni fejn servizzi ta' protezzjoni għall-vittmi ma jeżistux jew huma limitati ħafna;

(f)  Li jitolbu lill-Kummissjoni tfassal strateġija olistika tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista li tinkludi pjan komprensiv għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta' inugwaljanzi bejn is-sessi fejn jiġu integrati l-isforzi kollha tal-UE biex tinqered il-vjolenza fuq in-nisa;

(g)  Li jaħtru Koordinatur tal-UE biex jaġixxi bħala rappreżentant tal-UE għall-Kumitat tal-Partijiet fil-Kunsill tal-Ewropa ladarba l-Konvenzjoni ta' Istanbul tiġi ratifikata mill-UE; dan il-koordinatur ikun responsabbli għall-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-miżuri biex jiġu prevenuti u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;

(h)  Li jiżguraw li l-Parlament Ewropew jiġi involut b'mod sħiħ fil-proċess ta' monitoraġġ tal-Konvenzjoni ta' Istanbul wara l-adeżjoni tal-UE; li jipproċedu bi ftehim immedjat dwar kodiċi ta' kondotta rigward kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, li jenħtieġ li jinvolvi wkoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partikolarment organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa;

(i)  Li jħeġġu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproduċu linji gwida u strateġiji prattiċi għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-infurzar mingħajr xkiel tagħha f'dawk l-Istati Membri li diġà rratifikawha, filwaqt li jirrispondu wkoll għall-preokkupazzjonijiet ta' dawk li għadhom ma rratifikawhiex u jħeġġuhom jagħmlu dan;

(j)  Li jiżguraw taħriġ, proċeduri u linji gwida xierqa għall-professjonisti kollha li jittrattaw mal-vittmi tal-atti kollha ta' vjolenza koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni sabiex jiġu evitati diskriminazzjoni jew rivittimizzazzjoni matul il-proċedimenti ġudizzjarji u mediċi, u dawk immexxija mill-pulizija;

(k)  Li jiżguraw miżuri preventivi sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni vulnerabbli, bħal nisa b'diżabilitajiet, rifuġjati nisa, vittmi tfal, nisa tqal, nisa LBTI u nisa bi ħtiġijiet ta' appoġġ addizzjonali, inklużi servizzi ta' appoġġ speċjalizzat immirat u aċċessibbli faċilment, flimkien ma' servizzi tal-kura tas-saħħa adegwati u akkomodazzjoni sikura għan-nisa li kienu vittmi ta' vjolenza sessista u għal uliedhom;

(l)   Li jqisu inċidenti sinifikanti ta' vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista, inkluża l-vjolenza domestika, meta jiġu determinati d-drittijiet ta' kustodja u ta żjarat; id-drittijiet u l-ħtiġijiet tat-tfal xhieda jenħtieġ li jitqiesu wkoll meta jiġu pprovduti protezzjoni u servizzi ta' appoġġ lill-vittmi;

(m)   Li jippromwovu b'mod attiv bidla fl-attitudnijiet u fl-imġiba u li jiġġieldu s-sessiżmu u r-rwoli sterjotipati tal-ġeneru, inkluż billi jippromwovi lingwa newtrali għall-ġeneru, jagħmlu sforzi konġunti biex jiġi indirizzat ir-rwol ewlieni tal-midja u r-reklamar f'dan il-qasam, u li jinkoraġġixxu lil kulħadd, inklużi l-irġiel u s-subien, jassumu rwol attiv fil-prevenzjoni ta' kull forma ta' vjolenza; li jappellaw lill-Istati Membri, għalhekk, sabiex jadottaw u jimplimentaw politiki attivi għall-inklużjoni soċjali, id-djalogu interkulturali, l-edukazzjoni dwar is-sess u r-relazzjonijiet, l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, kif ukoll taħriġ dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għal professjonisti tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji; li jħeġġu lill-Istati Membri jinkludu fis-sistemi edukattivi tagħhom l-eliminazzjoni tal-ostakli kollha għall-ugwaljanza ġenwina bejn in-nisa u l-irġiel u li jippromwovu bis-sħiħ dak l-objettiv;

(n)  Li jħeġġu lill-Istati Membri jimplimentaw politiki li jimmiraw lejn il-bini ta' soċjetajiet ħielsa mill-vjolenza ta' kull tip u li jużaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul b'dan il-mod;

(o)  Li jiżguraw li l-miżuri proattivi kontra l-vjolenza jirrikonoxxu r-realtà sessista fejn il-maġġoranza assoluta tat-trasgressuri huma rġiel; li jħeġġu lill-Istati Membri jaħdmu bi strateġiji li jnaqqsu l-vjolenza bbażati fuq evidenza biex tiġi indirizzata din il-problema;

(p)   Li jieħdu l-miżuri meħtieġa skont l-Artikoli 60 u 61 tal-Konvenzjoni dwar il-migrazzjoni u l-asil, billi jikkunsidraw il-fatt li n-nisa u l-bniet migranti, kemm jekk iddokumentati kif suppost kif ukoll jekk le, kif ukoll in-nisa li jfittxu asil għandhom id-dritt li jgħixu ħielsa mill-vjolenza kemm jekk fl-isfera pubblika kif ukoll privata u huma partikolarment vulnerabbli għall-vjolenza sessista, u jfakkru li l-vjolenza sessista, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, tista' tiġi rikonoxxuta bħala forma ta' persekuzzjoni u li l-vittmi għalhekk jistgħu jiddisponu mill-protezzjoni li toffri l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951; Li jiżguraw li l-Istati Membri jirrispettaw approċċ sensittiiv għall-ġeneru fil-proċeduri kollha tal-asil u tal-akkoljenza u jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement;

(q)  Li jippromwovu l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet tal-ġeneru bħala għodda għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista f'oqsma ta' politika rilevanti, kif ukoll jiżguraw riżorsi u finanzjament għall-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi u għal dawk li jissopravvivu l-vjolenza;

(r)  Li jtejbu u jippromwovu l-ġbir ta' data diżaggregata komparabbli rilevanti dwar każijiet ta' vjolenza ta' kull xorta koperti mill-Konvenzjoni ta' Istanbul, b'kooperazzjoni mal-EIGE, inkluża data diżaggregata skont l-età u s-sess tat-trasgressuri u r-relazzjoni bejn it-trasgressur u l-vittma, sabiex tinbena metodoloġija komuni biex jitqabblu d-databases u l-analiżi tad-data, u b'hekk jiġi żgurat li l-problema tinftiehem aħjar, u li jqajmu kuxjenza dwar l-azzjonijiet tal-Istati Membri sabiex jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista filwaqt li jivvalutaw u jtejbu dawn l-azzjonijiet;

10.  Jenfasizza li sabiex ikunu aktar effettivi, il-miżuri li jiġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa jenħtieġ li jiġu akkumpanjati minn azzjonijiet li jindirizzaw l-inugwaljanzi ekonomiċi sessisti u li jippromwovu l-indipendenza finanzjarja tan-nisa;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta att legali biex tappoġġja lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u t-trażżin tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u tal-vjolenza sessista;

12.  Jistieden lill-Kunsill jattiva l-klawsola "passerelle" billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (u forom oħra ta' vjolenza sessista) bħala qasam ta' kriminalità skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni Qafas tal-UE attwalment fis-seħħ dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, bil-għan li jiġu inklużi s-sessiżmu, l-atti kriminali ta' preġudizzju u l-inċitament għall-mibegħda abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/99/UE dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni, ir-Regolament (UE) dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili u d-Direttiva 2012/29/UE dwar il-protezzjoni tal-vittmi kif ukoll id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal;

15.  Jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni twaqqaf Osservatorju Ewropew ta' Monitoraġġ dwar il-vjolenza sessista (fuq il-linji tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi eżistenti);

16.  Iħeġġeġ lill-Presidenza Estonjana taċċelera r-ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

  • [1]  ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.
  • [2]  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.
  • [3]  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
  • [4]  ĠU C 24, 22.1.2016, p. 8.
  • [5]  Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
  • [6]  Testi adottati, P8_TA(2016)0451.
  • [7]  Testi adottati, P8_TA(2015)0312
  • [8]  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57
  • [9]  ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2
  • [10]  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4
  • [11]  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1
  • [12]  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1
  • [13]  Testi adottati, P8_TA(2017)0073.
  • [14]  ĠU C 316, 30.8.2016, p. 2.
  • [15]  Għall-finijiet tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, it-terminu "nisa" jinkludi l-bniet taħt l-età ta' 18 (Artikolu 3).
  • [16]  Ara d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul.

OPINJONI TAL-MINORANZA

skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura,

Ana Záborská

L-ebda soċjetà ċivilizzata ma tista' tittollera l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika. L-Istati Membri kollha tal-UE jikkriminalizzaw imġiba vjolenti fuq in-nisa u t-tfal, jipproteġu lill-vittmi tagħha u jagħmlu sforz kontinwu biex iżommuha milli sseħħ. Fil-livell tal-UE, il-programm Daphne kien investiment ewlieni fuq tul ta' żmien immirat lejn il-prevenzjoni u l-assistenza għal vittmi nisa. Madankollu, huma biss nofs l-Istati Membri tal-UE li għażlu li jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika għaxiċ-ċittadini tagħhom qed isiru dejjem iktar konxji tal-lingwaġġ ambigwu tagħha u l-konsegwenzi negattivi potenzjali tagħha.

L-adeżjoni tal-UE ma' din il-konvenzjoni tikser kemm it-Trattati u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem li jgawdu ċ-ċittadini tagħha, bħalma huma d-dritt tal-ġenituri li jkunu l-ewwel edukaturi ta' wliedhom, u d-dritt għal-libertà tar-reliġjon. Sfortunatament, il-korapporteurs u l-Kumitati FEMM u LIBE ddeċidew li jsegwu l-imperattiv politiku tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. B'din l-azzjoni, huma jirriskjaw mhux biss l-annullament tal-att leġiżlattiv li jirriżulta iżda wkoll l-aljenazzjoni tal-pubbliku Ewropew. Għalhekk, hija t-tama sinċiera tiegħi li l-Parlament Ewropew jirrifjuta dan ir-rapport u l-proposta tal-Kummissjoni fil-votazzjoni tal-plenarja.

OPINJONI TAL-MINORANZA

skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura,

Marek Jurek

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika mhi ġustifikata la mill-perspettiva legali u lanqas mill-perspettiva ta' kontenut.

Il-partijiet tal-Konvenzjoni huma stati; stati li għandhom disponibbli strumenti tal-liġi penali biex jiġġieldu kontra l-vjolenza domestika; barra minn hekk, huma stati li, permezz tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO), jistgħu jinfurzaw l-obbligi mingħand xulxin li jirriżultaw lill-partijiet stess mill-konvenzjoni. Fil-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jeżistu pieni għall-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, u l-leġiżlazzjoni tipproteġi wkoll il-vittmi ta' dawn id-delitti. Kieku l-Istati kellhom jittolleraw reati bħal dawn, kien ikun impossibbli li jsiru Membri tal-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni stess ma għandhiex strumenti legali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni; ir-raġuni għall-adeżjoni tista' biss tkun ix-xewqa li jinkiseb strument addizzjonali għas-sorveljanza tad-deċiżjoni tal-Istati Membri, li jmur lil hinn mid-drittijiet konċessi lill-Unjoni fit-Trattati (u dan imur kontra l-prinċipju tal-istat tad-dritt innifsu).

Meta jitqies li l-Konvenzjoni tqajjem kontroversji f'ċerti pajjiżi, mhux fir-rigward tal-ħtieġa evidenti li l-vjolenza tiġi miġġielda, iżda fir-rigward tal-metodi proposti għall-prevenzjoni tagħha, ix-xewqa tal-Unjoni li tipparteċipa fil-ftehim hija karatteristika tal-interferenza fi kwistjonijiet interni tal-Istati Membri (inkluż l-aktar antiki u l-aktar b'saħħithom, bħalma hi l-Ġermanja). Għalhekk, din hija espressjoni ta' intenzjoni ideoloġika, li tmur kontra l-prinċipju tal-istat tad-dritt, u partikolarment l-għoti ta' setgħat skont l-Artikolu 5 tat-TUE.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (31.5.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u għall-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika
(COM(2016)01092016/0062(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Jiří Maštálka

PA_Consent_Interim

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u lill-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Premessi

A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur ċentrali u għan tal-Unjoni, rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"), li hija tat l-impenn tagħha li tintegra fl-attivitajiet kollha tagħha; billi d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi hija fundamentali biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Ewropa 2020 tat-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi deċenti u l-inklużjoni soċjali;

B.  billi d-dritt għal trattament ugwali u għan-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali ta' importanza kritika li huwa rikonoxxut fit-Trattati;

C.  billi l-Karta tirrikonoxxi d-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, u d-dritt għall-integrità tal-persuna, u tipprojbixxi t-trattament inuman jew degradanti, kif ukoll il-forom kollha ta' skjavitù u ta' xogħol furzat (Artikoli 1 sa 5 tal-Karta);

D.  billi, minkejja l-fatt li l-Unjoni Ewropea adottat posizzjonijiet sodi[1] dwar il-ħtieġa li tiġi eradikata l-vjolenza kontra n-nisa, filwaqt li tmexxi kampanji speċjali u proġetti lokali biex tiġġieled lil dan il-fenomenu, u filwaqt li l-leġiżlazzjoni attwali, pereżempju, fil-qasam tal-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, l-asil u l-migrazzjoni tqis il-ħtiġijiet speċjali tal-vittmi tal-vjolenza sessista, l-iskala tal-vjolenza kontra n-nisa għadha kawża serja ta' tħassib fl-Unjoni kollha;

E.  billi skont l-istudju tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea bit-titolu "Violence against women: an EU wide survey" (Il-vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ fl-UE kollha) ippubblikat fl-2014[2], il-vjolenza sessista għadha fenomenu mifrux sew, fejn terz tan-nisa kollha fl-Ewropa esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżiċi jew sesswali mill-inqas darba tul il-ħajja adulta tagħhom, fejn 20 % tan-nisa żgħażagħ (ta' 18-29 sena) esperjenzaw fastidju sesswali online u waħda minn kull ħames nisa (18 %) ġew segwiti b'mod fastidjuż, waħda minn kull għoxrin mara ġiet stuprata u aktar minn waħda minn kull għaxra sofriet vjolenza sesswali li involviet in-nuqqas ta' kunsens jew l-użu tal-forza, u fejn il-biċċa l-kbira tal-inċidenti ta' vjolenza ma ġew irrappurtati lill-ebda awtorità;

F.  billi skont il-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew, l-ispiża annwali għall-Unjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u tal-vjolenza sessista ġiet stmata li tammonta għal EUR 228 biljun fis-sena, li minnhom EUR 45 biljun fis-sena kienu fil-forma ta' nfiq f'servizzi pubbliċi u tal-istat u EUR 24 biljun fi produzzjoni ekonomika mitlufa;

G.  billi l-Kummissjoni, fl-impenn strateġiku tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019, enfasizzat li l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza sessista, li jagħmlu ħsara lis-saħħa u lill-benesseri tan-nisa, lill-ħajja tax-xogħol tagħhom, lill-indipendenza finanzjarja tagħhom u lill-ekonomija, huma waħda mill-problemi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn is-sessi ġenwina;

H.  billi l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) hija l-ewwel strument dettaljat u komprensiv u legalment vinkolanti internazzjonalment dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa fuq livell internazzjonali, li jindirizza l-kwistjoni tal-vjolenza mhux biss kontra n-nisa, iżda wkoll dik kontra l-irġiel u t-tfal, abbażi tal-prinċipji tal-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-appoġġ, il-prosekuzzjoni u l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u tal-vjolenza domestika, u li jenfasizza l-ħtieġa ta' politiki integrati fil-livell nazzjonali;

I.  billi l-Kunsill taħt il-Presidenza Maltija wera rieda u progress fil-proċess tal-konklużjoni u l-finalizzazzjoni tal-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul); billi l-impenn tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament fil-Belt Valletta fit-3 ta' Frar 2017 għal approċċ ta' tolleranza żero fil-konfront tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet huwa prerekwiżit għal implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-Konvenzjoni;

J.  billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda sa issa erbatax minnhom biss irratifikawha;

K.  billi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma drittijiet tal-bniedem, li l-vjolazzjonijiet tagħhom jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet għall-ugwaljanza, għan-nondiskriminazzjoni, għad-dinjità u għas-saħħa u tad-drittijiet tan-nisa għal-libertà u għall-awtodeterminazzjoni;

L.  billi l-oppożizzjoni għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi żdiedet fl-Ewropa u madwar id-dinja;

M.  billi l-vjolenza kontra n-nisa jew il-vjolenza sessista hija reat vjolenti li huwa dirett kontra persuna minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru jew l-espressjoni tal-ġeneru ta' dik il-persuna, jew li jaffettwa lil persuni ta' ġeneru partikolari b'mod sproporzjonat; billi l-vjolenza sessista hija kemm kawża kif ukoll konsegwenza ta' inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel;

Rakkomandazzjonijiet

(i)  Ifakkar li l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, l-aġenziji, il-korpi u l-uffiċċji tal-Unjoni, u l-Unjoni kollha kemm hi, huma marbuta bit-Trattati u bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") sabiex jiggarantixxu u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari bl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u bl-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u bl-Artikolu 23 tal-Karta;

(ii)  Jilqa' l-fatt li l-approċċ tal-Konvenzjoni ta' Istanbul huwa kompletament konformi mal-approċċ pluridimensjonali tal-Unjoni għall-fenomenu tal-vjolenza sessista u mad-direzzjoni tal-miżuri li hemm fis-seħħ permezz ta' politiki interni u esterni tal-Unjoni.

(iii)  Jenfasizza u jtenni, fil-kuntest li l-vjolenza kontra n-nisa tikkostitwixxi vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u forma estrema ta' diskriminazzjoni, li l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni huma essenzjali għall-iżvilupp tas-soċjetà u għandhom japplikaw fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' kuljum;

(iv)  Jirrikonoxxi, bi tħassib serju, li n-nisa u l-bniet spiss huma esposti għal forom serji ta' vjolenza domestika, mutilazzjoni ġenitali femminili, qtil tal-unur, traffikar ta' bnedmin marbut mal-prostituzzjoni, fastidju sesswali, stupru, żwieġ furzat u reati oħra, li jikkostitwixxu vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità tan-nisa u l-bniet;

(v)  Jirrikonoxxi li l-vjolenza domestika taffettwa lin-nisa b'mod sproporzjonat, iżda l-irġiel u t-tfal ukoll jistgħu jkunu vittmi ta' vjolenza domestika, inkluż bħala xhieda ta' vjolenza fil-familja;

(vi)  Jinsab imħasseb li l-biċċa l-kbira tal-inċidenti ta' vjolenza huma meqjusa bħala kwistjoni privata u għalhekk huma ttollerati u lanqas jiġu rrappurtati lill-ebda awtorità, sitwazzjoni li turi li jinħtieġu miżuri ulterjuri biex il-vittmi jiġu inkoraġġiti jirrapportaw l-esperjenzi tagħhom u jirċievu l-għajnuna, u li hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-vittmi u jinfurmawhom dwar drittijiethom u l-forom eżistenti ta' appoġġ; ifakkar li r-rati ta' prosekuzzjoni għal inċidenti ta' vjolenza kontra n-nisa huma baxxi b'mod inaċċettabbli;

(vii)  Iqis li l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul se jgħinu wkoll biex jiġu kkonsolidati l-qafas legali u l-azzjoni tal-Unjoni immirati lejn il-vjolenza kontra n-nisa billi jinkiseb approċċ iktar ikkoordinat internament u jiżdied ir-rwol tagħha fil-fora internazzjonali;

(viii)  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħaffu l-pass tan-negozjati dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

(ix)  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-Parlament ikun involut bis-sħiħ fil-proċess tal-monitoraġġ tal-Konvenzjoni wara l-adeżjoni tal-Unjoni magħha;

(x)  Ifakkar li l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni ta' Istanbul ma teżonerax lill-Istati Membri milli jirratifikaw il-Konvenzjoni fil-livell nazzjonali u milli jkollhom fis-seħħ pjan ta' azzjoni nazzjonali li jiġġieled lill-vjolenza kontra n-nisa; jistieden għalhekk lill-Istati Membri kollha jiżguraw li jkollhom fis-seħħ pjan ta' azzjoni nazzjonali li jiġġieled lill-vjolenza kontra n-nisa, u lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni biex jirratifikawha u jimplimentawha bis-sħiħ;

(xi)  Jenfasizza li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma drittijiet fundamentali li għall-ebda raġuni ma jistgħu jiġu limitati ;

(xii)  Itenni li l-Unjoni hija esklużivament kompetenti skont l-Artikolu 3(2) tat-TFUE għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f'att leġislattiv tal-Unjoni jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita l-kompetenza interna tagħha; għaldaqstant l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni ta' Istanbul hija kompetenza ġuridika tal-Unjoni li tista' taffettwa r-regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom fir-rigward ta' materji li jappartienu lill-istatus ta' residenza taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u tal-persuni apolidi, inklużi l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità;

(xiii)  Itenni t-talba li l-Parlament għamel lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014, li kien fiha rakkomandazzjonijiet biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, biex tressaq att legali li jipprovdi sistema koerenti għall-ġbir ta' data statistika kif ukoll approċċ imsaħħaħ mill-Istati Membri lejn il-prevenzjoni u t-trażżin tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u tal-vjolenza sessista, u biex isir possibbli l-aċċess iffaċilitat għall-ġustizzja;

(xiv)  Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni COM(2016)109 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni ta' Istanbul issemmi li l-Artikolu 83(1) tat-TFUE jipprovdi bażi ġuridika għall-azzjoni f'dak li jikkonċerna l-isfruttament sesswali tan-nisa u tat-tfal; jitlob għalhekk lill-Kunsill jattiva l-klawsola passerelle, billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u forom oħra ta' vjolenza sessista, bħala qasam ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika

Referenzi

COM(2016)01092016/0062(NLE)

Kumitati responsabbli

 

LIBE

 

FEMM

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jiří Maštálka

4.10.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

23.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt, Virginie Rozière, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

João Pimenta Lopes, Jarosław Wałęsa, Josef Weidenholzer

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

GUE/NGL

EFDD

ENF

PPE

S&D

Verts/ALE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

Kostas Chrysogonos, João Pimenta Lopes

Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Rosa Estaràs Ferragut, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Jarosław Wałęsa, Tadeusz Zwiefka

Mady Delvaux, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Virginie Rozière, Josef Weidenholzer

Max Andersson, Pascal Durand

0

-

 

 

2

0

ECR

Angel Dzhambazki, Kosma Złotowski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Ara, pereżempju: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 491 final – Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 – http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri= CELEX:52010DC0491&from=MT; Council conclusions on the Eradication of Violence Against Women in the European Union (Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-qerda tal-Vjolenza Kontra n-Nisa fl-Unjoni Ewropea), https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/lsa/113226.pdf;
  • [2]  http://fra.europa.eu/en/publication/2014/violence-against-women-eu-wide-survey-main-results-report.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika

Referenzi

COM(2016)01092016/0062(NLE)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

 

FEMM

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

 

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy

24.5.2016

Anna Maria Corazza Bildt

24.5.2016

 

 

Eżami fil-kumitat

29.11.2016

27.3.2017

8.6.2017

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

12

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Jan Philipp Albrecht, Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Michał Boni, Caterina Chinnici, Anna Maria Corazza Bildt, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, André Elissen, Frank Engel, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Anna Hedh, Dietmar Köster, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Florent Marcellesi, Claude Moraes, Angelika Niebler, Maria Noichl, Margot Parker, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Michaela Šojdrová, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Ángela Vallina, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Pál Csáky, Stefan Eck, Julie Girling, Marek Jurek, Kostadinka Kuneva, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Edouard Martin, Morten Helveg Petersen, John Procter, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Petri Sarvamaa, Branislav Škripek, Jordi Solé, Axel Voss, Julie Ward, Kristina Winberg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Josu Juaristi Abaunz, Georg Mayer, Miroslav Mikolášik, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

19.7.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

58

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Nathalie Griesbeck, Lieve Wierinck, Morten Helveg Petersen

ECR

Monica Macovei

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Malin Björk, Kostas Chrysogonos, Stefan Eck, Josu Juaristi Abaunz, Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina

EPP

Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Angelika Niebler, Petri Sarvamaa, Jaromír Štětina, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Tomáš Zdechovský

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Caterina Chinnici, Richard Corbett, Monika Flašíková Beňová, Iratxe García Pérez, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Edouard Martin, Claude Moraes, Maria Noichl, Soraya Post, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Julie Ward

GREENS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Jean Lambert, Florent Marcellesi, Judith Sargentini, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Bodil Valero

12

-

ECR

Arne Gericke, Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Branislav Škripek, Jadwiga Wiśniewska

ENF

André Elissen, Georg Mayer, Auke Zijlstra

EPP

Kinga Gál, Miroslav Mikolášik, Michaela Šojdrová, Anna Záborská

4

0

ECR

Julie Girling, John Procter

EFDD

Margot Parker, Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni