RAPPORT dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità
25.7.2017 - (2017/2068(INI))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Elissavet Vozemberg-Vrionidi
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 16, 67, 70, 72, 73, 75, 82, 83, 84, 85, 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 7, 8, 11, 16, 17, 21, 24, 41, 47, 48, 49, 50 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (KDF),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal, dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, tal-25 ta' Mejju 2000,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Stokkolma u l-Aġenda ta' Azzjoni, adottati fl-Ewwel Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal, l-Impenn Globali ta' Yokohama adottat fit-Tieni Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal, u l-Impenn u l-Pjan ta' Azzjoni ta' Budapest, adottati fil-Konferenza Preparatorja għat-Tieni Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali, tal-25 ta' Ottubru 2007,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali[1],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-abbuż sesswali tat-tfal online[2],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti[3],
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità tat-23 ta' Novembru 2001[4] u l-Protokoll Addizzjonali għaliha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni[5],
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom[6],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika[7],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI[8],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tas-7 ta' Frar 2013 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bit-titolu "L-Istrateġija ta' Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea:t: Ċiberspazju Miftuħ, Sikur u Sigur" (JOIN(2013)0001),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI[9],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (id-Direttiva tal-OIE)[10],
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' April 2014 li tinvalida d-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Data,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà: Ċiberspazju miftuħ u sikur[11],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2015 bit-titolu "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà" (COM(2015)0185) u r-rapporti ta' progress sussegwenti bit-titolu "Lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina",
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Konferenza dwar il-ġurisdizzjoni fiċ-ċiberspazju li saret fis-7 u fit-8 ta' Marzu 2016, f'Amsterdam,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - GDPR)[12],
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI[13],
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)[14],
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar ta' arranġament kuntrattwali dwar sħubija pubblika-privata għar-riċerka industrijali u l-innovazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà bejn l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-organizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati (C(2016)4400),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tas-6 ta' April 2016 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu: reazzjoni tal-Unjoni Ewropea" (JOIN(2016)0018),
– wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal" (COM(2012)0196) u r-rapport tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Evalwazzjoni finali tal-programm multiannwali tal-UE dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (Internet Aktar Sikur)" (COM(2016)0364),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Europol u l-ENISA tal-20 ta' Mejju 2016 dwar investigazzjoni kriminali legali li tirrispetta l-protezzjoni tad-data tas-Seklu 21;
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità,
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni[15],
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Opinjoni tal-ENISA ta' Diċembru 2016 dwar il-Kriptaġġ - Il-kriptaġġ b'saħħtu jissalvagwardja l-identità diġitali tagħna,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Cloud Evidence Group T-CY tal-Kunsill tal-Ewropa bit-titolu "Criminal justice access to electronic evidence in the cloud: Recommendations for consideration by the T-CY" (Aċċess tal-ġustizzja kriminali għall-evidenza elettronika fil-cloud: Rakkomandazzjonijiet għal kunsiderazzjoni mit-T-CY) tas-16 ta' Settembru 2016,
– wara li kkunsidra l-ħidma tat-Taskforce Konġunta għall-Azzjoni kontra ċ-Ċiberkriminalità (J-CAT)
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tat-Theddid tal-Kriminalità Organizzata u tal-Forom Serji tal-Kriminalità (SOCTA tal-UE) tat-28 ta' Frar 2017 u l-Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (IOCTA) tat-28 ta' Settembru 2016, magħmula mill-Europol,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) fil-Kawża C-203/15 (sentenza TELE2) tal-21 ta' Diċembru 2016[16],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2017/541/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI[17],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0272/2017),
A. billi ċ-ċiberkriminalità qed tikkawża ħsara soċjali u ekonomika dejjem iżjed sinifikanti li taffettwa d-drittijiet fundamentali tal-individwi, toħloq theddid għall-istat tad-dritt fiċ-ċiberspazju u tipperikola l-istabbiltà ta' soċjetajiet demokratiċi;
B. billi ċ-ċiberkriminalità hija problema li qed tikber fl-Istati Membri;
C. billi l-IOCTA 2016 tiżvela li ċ-ċiberkriminalità qed tiżdied fl-intensità, fil-kumplessità u fil-kobor, li ċ-ċiberkriminalità rrapportata taqbeż il-kriminalità tradizzjonali f'xi pajjiżi tal-UE, li testendi għal oqsma oħra tal-kriminalità, bħat-traffikar tal-bnedmin, l-użu tal-kriptaġġ u tal-għodod tal-anonimizzazzjoni għal skopijiet kriminali qed jiżdied u li l-attakki tat-tip ransomware jaqbżu t-theddid mill-malware tradizzjonali bħat-Trojans;
D. billi kien hemm żieda ta' 20 % fl-attakki fuq is-servers tal-Kummissjoni fl-2016 meta mqabbel mal-2015;
E. billi l-vulnerabbiltà tal-kompjuters toriġina kemm mill-mod uniku ta' kif it-teknoloġija tal-informazzjoni żviluppat matul is-snin, kif ukoll mill-veloċità tat-tkabbir tan-negozju online u n-nuqqas ta' azzjoni mill-gvern;
F. billi hemm suq klandestin li dejjem qed jikber fl-estorsjoni kompjuterizzata, l-użu ta' botnets mikrija u l-hacking u l-beni diġitali misruqa;
G. billi l-fokus ewlieni tal-attakki ċibernetiċi jibqa' fuq il-malware, bħal pereżempju t-trojans bankarji, iżda l-attakki fuq is-sistemi u n-netwerks ta' kontroll industrijali mmirati biex jeqirdu l-infrastruttura kritika u l-istrutturi ekonomiċi kif ukoll biex jiddestabbilizzaw is-soċjetajiet, bħalma kien il-każ tal-attakk tat-tip ransomware "WannaCry" ta' Mejju 2017, qed jiżdiedu wkoll fin-numru u fl-impatt u b'hekk jirrapreżentaw theddida dejjem akbar għas-sigurtà, id-difiża u setturi importanti oħra; billi l-maġġoranza tat-talbiet internazzjonali għad-data mill-awtoritajiet ta' infurzar huma relatati mal-frodi u l-kriminalità finanzjarja, segwiti minn forom serji u vjolenti ta' kriminalità;
H. billi, filwaqt li l-interkonnessjoni, li qed tikber b'mod kostanti, tan-nies, tal-postijiet u tal-oġġetti ġġib magħha ħafna benefiċċji, din iżżid ir-riskju taċ-ċiberkriminalità; billi t-tagħmir konness mal-Internet tal-Oġġetti (IoT), li jinkludi grilji intelliġenti, friġis, karozzi, għodod mediċi jew apparat mediku, ta' spiss ma jkunx protett sew daqs tagħmir tal-internet tradizzjonali u għaldaqstant, jikkostitwixxi mira ideali għaċ-ċiberkriminali, speċjalment minħabba r-reġim għall-aġġornament tas-sigurtà għal tagħmir konness ħafna drabi jkun frammentat jew inkella nieqes għal kollox; billi t-tagħmir tal-IoT li jġarrbu hacking li għandhom attwaturi fiżiċi jew jistgħu jikkontrollawhom jistgħu jirrapreżentaw theddida konkreta għall-ħajjet il-bnedmin;
I. billi qafas legali effettiv għall-protezzjoni tad-data huwa essenzjali għall-bini tas-sens ta' sikurezza u ta' fiduċja fid-dinja online, u jippermetti lill-konsumaturi kif ukoll lin-negozji jibbenefikaw bis-sħiħ mill-benefiċċji tas-suq uniku diġitali u fl-istess ħin se jindirizza ċ-ċiberkriminalità;
J. billi l-kumpaniji waħedhom ma jistgħux jindirizzaw l-isfida li jagħmlu d-dinja konnessa aktar sigura, u jenħtieġ li l-gvern jikkontribbwixxi għaċ-ċibersigurtà permezz ta' regolamentazzjoni u l-provvediment ta' inċentivi li jħeġġu aġir aktar sigur mill-utenti;
K. billi d-differenzi bejn iċ-ċiberkriminalità, l-ispjunaġġ ċibernetiku, il-gwerra ċibernetika, is-sabotaġġ ċibernetiku u t-terroriżmu ċibernetiku qegħdin isiru dejjem inqas ċari; billi d-delitti ċibernetiċi jista' jkollhom fil-mira tagħhom individwi, entitajiet privati jew pubbliċi u jkopru firxa wiesgħa ta' reati, inkluż il-ksur ta' privatezza, l-abbuż sesswali tat-tfal online, l-inċitament pubbliku għall-vjolenza u l-mibegħda, is-sabotaġġ, l-ispjunaġġ, ir-reati finanzjarji u l-frodi, bħal pereżempju l-frodi tal-ħlas, is-serq u s-serq tal-identità kif ukoll l-interferenza illegali fis-sistemi;
L. billi r-Rapport tal-2017 tal-Forum Ekonomiku Dinji dwar ir-Riskji Globali jelenka inċident massiv ta' frodi u serq ta' data bħala wieħed mill-ħames riskji globali ewlenin f'termini ta' probabbiltà;
M. billi numru konsiderevoli ta' delitti ċibernetiċi jibqgħu mhux proċessati u mhux ikkastigati; billi għad hemm nuqqas sinifikanti ta' rapportar, perjodi twal ta' detezzjoni, li jagħtu liċ-ċiberkriminali ż-żmien biex jiżviluppaw dħul/ħruġ multiplu jew backdoors, aċċess diffiċli għall-evidenza elettronika, problemi biex tinkiseb din tal-aħħar u problemi relatati mall-ammissibbiltà tagħha fil-qorti, kif ukoll proċeduri kumplessi u sfidi ġurisdizzjonali relatati man-natura transfruntiera tad-delitti ċibernetiċi;
N. billi l-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2016 enfasizza li, minħabba n-natura transfruntiera taċ-ċiberkriminalità kif ukoll it-theddid komuni ta' ċibersigurtà li qed taffaċċja l-UE, il-kooperazzjoni msaħħa u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji u l-esperti taċ-ċiberkriminalità huma essenzjali biex l-investigazzjonijiet fiċ-ċiberspazju jsiru b'mod effettiv u tinkiseb evidenza elettronika;
O. billi l-annullament tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Data mill-QtĠ fis-sentenza tagħha tat-8 ta' April 2014 kif ukoll il-projbizzjoni taż-żamma ġeneralizzata, indifferenzjata u mhux immirata ta' data kif ikkonfermata mid-deċiżjoni tal-QtĠ fis-sentenza tagħha TELE2 tal-21 ta' Diċembru 2016 jimponu limiti strinġenti fuq l-ipproċessar fi kwanititajiet kbar ta' data relatata mat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għal tali data;
P. billi s-sentenza Maximillian Schrems tal-QtĠ tirrileva li s-sorveljanza tal-massa tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali;
Q. billi l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità trid tirrispetta l-istess garanziji proċedurali u sostantivi u d-drittijiet fundamentali, jiġifieri fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u l-libertà ta' espressjoni, bħall-ġlieda kontra kwalunkwe qasam ieħor tal-kriminalità;
R. billi t-tfal qed jużaw l-internet minn età dejjem aktar bikrija u huma partikolarment vulnerabbli għall-grooming online u għal forom oħra ta' sfruttament sesswali online (il-bullying ċibernetiku, l-abbuż sesswali, l-isfurzar u l-estorsjoni sesswali), l-użu ħażin ta' data personali kif ukoll kampanji perikolużi maħsuba biex jippromwovu diversi tipi ta' awtoleżjoniżmu, bħal pereżempju fil-każ tal-"blue whale", u għalhekk jeħtieġu protezzjoni speċjali; billi l-awturi online jistgħu jsibu u jħejju vittmi għall-abbuż sesswali b'mod aktar rapidu permezz ta' chat rooms, posta elettronika, logħob online u siti ta' netwerking soċjali u n-netwerks "peer-to-peer" (P2P) moħbija għadhom il-pjattaformi ċentrali għall-pedofili biex jaċċedu, jikkomunikaw, jaħżnu u jaqsmu materjal ta' sfruttament sesswali tat-tfal u biex jitraċċaw vittmi ġodda mingħajr ma jinqabdu;
S. billi t-tendenza li qed tikber ta' koerċizzjoni u estorsjoni sesswali għadha mhux qed tiġi studjata u rapportata biżżejjed, l-aktar minħabba n-natura tad-delitt, li joħloq sens ta' mistħija u ħtija fil-vittmi;
T. billi l-abbuż tat-tfal live mill-bogħod qed jiġi rrapportat bħala theddida li qed tikber; billi l-abbuż tat-tfal live mill-bogħod għandu r-rabtiet l-aktar ovvji mad-distribuzzjoni kummerċjali ta' materjali ta' sfruttament sesswali tat-tfal;
U. billi minn studju riċenti mill-Aġenzija Nazzjonali kontra l-Kriminalità fir-Renju Unit irriżulta li żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' hacking huma inqas motivati mill-flus u ta' sikwit jattakkaw netwerks tal-kompjuters biex jimpressjonaw lil sħabhom jew biex jisfidaw sistema politika;
V. billi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji maħluqa miċ-ċiberkriminalità żdiedet, iżda l-miżuri ta' prekawzjoni meħuda mill-utenti individwali, l-istituzzjonijiet pubbliċi u n-negozji għadhom mhux biżżejjed, partikolarment minħabba nuqqas ta' għarfien u riżorsi;
W. billi jenħtieġ li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u kontra l-attivitajiet illegali online ma ttellifx l-aspetti pożittivi ta' ċiberspazju ħieles u miftuħ, li joffri possibilitajiet ġodda għall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-promozzjoni tal-inklużjoni politika u soċjali madwar id-dinja kollha;
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jenfasizza li ż-żieda qawwija fir-ransomware, fil-botnets u fl-indeboliment mhux awtorizzat tas-sistemi tal-kompjuter għandha impatt fuq is-sigurtà ta' individwi, id-disponibbiltà u l-integrità tad-data personali tagħhom, kif ukoll fuq il-protezzjoni tal-privatezza u l-libertajiet fundamentali u l-integrità tal-infrastruttura kritika inkluż, fost oħrajn, l-enerġija u l-provvista tal-elettriku u l-istrutturi finanzjarji bħall-Borża; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità hija prijorità rikonoxxuta fil-qafas tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tat-28 ta' April 2015;
2. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati d-definizzjonijiet komuni taċ-ċiberkriminalità, il-gwerra ċibernetika, iċ-ċibersigurtà, il-fastidju ċibernetiku u l-attakki ċibernetiċi biex jiġi żgurat l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tal-UE jkollhom definizzjoni ġuridika waħda;
3. Jissottolinja li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità jenħtieġ li tirrigwarda l-ewwel u qabel kollox is-salvagwardja u t-tisħiħ tal-infrastrutturi kritiċi u ta' apparati oħra konnessi f'netwerk, u mhux biss it-twettiq ta' miżuri ripressivi;
4. Itenni l-importanza tal-miżuri legali meħuda fil-livell Ewropew biex jarmonizzaw id-definizzjoni tar-reati marbuta mal-attakki kontra sistemi ta' informazzjoni kif ukoll mal-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal online u biex jobbligaw lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema għar-reġistrazzjoni, il-produzzjoni u l-forniment ta' data statistika dwar dawn ir-reati, bl-għan li dawn it-tipi ta' reati jiġu miġġielda b'mod aktar effikaċi;
5. Iħeġġeġ bil-qawwa lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jittrasponu fi żmien utli u b'mod adegwat id-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u tiżgura b'mod strett l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħha, u tirrapporta lura lill-Parlament u lill-Kumitat responsabbli tiegħu l-konstatazzjonijiet tagħha fi żmien utli, filwaqt li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI; jisħaq fuq il-punt li l-Eurojust u l-Europol għandhom jingħataw riżorsi adegwati sabiex itejbu l-identifikazzjoni tal-vittmi, jiġġieldu kontra n-netwerks organizzati ta' dawk li jabbużaw sesswalment minn oħrajn u jaċċelleraw is-sejba, l-analiżi u l-indikazzjoni ta' materjal ta' abbuż tat-tfal kemm online kif ukoll offline;
6. Jiddeplora l-fatt li 80 % tal-kumpaniji fl-Ewropa ġarrbu tal-inqas inċident wieħed ta' sigurtà ċibernetika u li l-attakki ċibernetiċi kontra n-negozji spiss jibqgħu mhux identifikati jew mhux irrapportati; ifakkar li bosta studji jikkalkolaw li l-ispiża annwali ta' attakki ċibernetiċi hija sinifikanti għall-ekonomija dinjija; jemmen li l-obbligu li jiġi żvelat ksur tas-sigurtà u li tiġi kondiviża informazzjoni dwar ir-riskji introdott permezz tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR))[18] u d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (id-Direttiva dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni (Direttiva NIS))[19], se jgħin biex tiġi indirizzata din il-problema billi jingħata appoġġ għall-intrapriżi, speċjalment l-SMEs;
7. Jenfasizza li n-natura dejjem tinbidel tax-xenarju ta' theddid ċibernetiku toħloq sfidi legali u teknoloġiċi serji għall-partijiet ikkonċernati kollha; jemmen li teknoloġiji ġodda m'għandhomx jitqiesu bħala theddida u jirrikonoxxi li l-avvanzi teknoloġiċi fil-kriptaġġ se jtejbu s-sigurtà ġenerali tas-sistemi ta' informazzjoni tagħna, fosthom billi jippermettu lill-utenti aħħarin jipproteġu aħjar id-data u l-komunikazzjonijiet tagħhom; jinnota, madankollu, li għad hemm nuqqasijiet notevoli f'dak li jikkonċerna s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet u li tekniki bħal pereżempju onion routing u netwerks moħbija jistgħu jintużaw minn utenti malintenzjonati, fosthom terroristi u pedofili, hackers sponsorjati minn Stati barranin ostili jew minn organizzazzjonijiet politiċi jew reliġjużi estremisti għal skopijiet kriminali, b'mod partikolari biex jaħbu l-attivitajiet kriminali tagħhom jew l-identitajiet tagħhom, u dan qed joħloq sfidi serji fl-investigazzjonijiet;
8. Jinsab ferm ikkonċernat dwar l-attakk globali tat-tip ransomware li sar dan l-aħħar u li deher li affettwa eluf u eluf ta' kompjuters fi kważi mitt pajjiż u f'bosta organizzazzjonijiet, fosthom in-National Health Service (NHS) fir-Renju Unit, il-vittma bl-ogħla profil milquta minn dan l-attakk estensiv tat-tip malware; jirrikonoxxi, f'dan il-kuntest, il-ħidma importanti tal-inizjattiva No More Ransom (NMR) li tipprovdi 'l fuq minn 40 għodda ta' deċiframent b'xejn li jippermettu lill-vittmi tar-ransomware fid-dinja kollha jiddekriptaw l-apparat milqut tagħhom;
9. Jissottolinja li n-netwerks moħbija u l-onion routing jipprovdu wkoll spazju liberu għall-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'ċerti pajjiżi biex jevitaw li jinkixfu minn awtoritajiet statali repressivi;
10. Jinnota li r-rikors, min-naħa tan-netwerks kriminali u terroristiċi, għall-għodda u s-servizzi informatiċi għadu limitat; jenfasizza, madankollu, li dan aktarx jinbidel fid-dawl tar-rabtiet dejjem jikbru bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u d-disponibbiltà wiesgħa tal-armi tan-nar u tal-prekursuri tal-isplussivi fuq in-netwerks moħbija;
11. Jikkundanna b'qawwa kwalunkwe interferenza fis-sistema mwettqa jew immexxija minn nazzjon barrani jew l-aġenti tiegħu bil-għan li tħarbat il-proċess demokratiku f'pajjiż ieħor;
12. Jissottolinja li t-talbiet transfruntiera għas-sekwestru tad-dominji, it-tneħħija tal-kontenut u l-aċċess għad-data tal-utenti jikkostitwixxu sfidi serji li jirrikjedu azzjoni urġenti, peress li r-riskji involuti huma għoljin; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-punt li l-oqfsa tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, li japplikaw kemm online kif ukoll offline, jirrappreżentaw punt ta' riferiment sostantiv fil-livell globali;
13. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi ta' attakki ċibernetiċi jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mid-drittijiet kollha li jinsabu fid-Direttiva 2012/29/UE, u jżidu l-isforzi tagħhom fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-vittmi u s-servizzi mibnija madwar il-vittmi, inkluż bl-appoġġ kontinwu għat-taskforce tal-Europol għall-identifikazzjoni tal-vittma; jistieden lill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-Europol jistabbilixxu b'urġenza pjattaformi relatati l-għan li jiġi żgurat li l-utenti kollha tal-internet ikunu jafu kif jitolbu għajnuna f'każ li jsibu ruħhom fil-mira ta' attivitajiet illegali online; jistieden lill-Kummissjoni tniedi studju dwar l-implikazzjonijiet taċ-ċiberkriminalità transfruntiera fuq il-bażi tad-Direttiva 2012/29/UE;
14. Jissottolinja li r-rapport IOCTA 2014 tal-Europol jirreferi għall-ħtieġa għal strumenti ġuridiċi aktar effiċjenti u effikaċi, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet attwali tal-proċess tat-Trattat ta' Għajnuna Legali Reċiproka (MLAT), u jirrakkomanda li l-leġiżlazzjoni fl-UE tiġi armonizzata ulterjorment fejn xieraq;
15. Jissottolinja li ċ-ċiberkriminalità ddgħajjef serjament il-funzjonament tas-suq uniku diġitali peress li tnaqqas il-fiduċja fil-fornituri ta' servizz diġitali, u b'hekk timmina t-tranżazzjonijiet transfruntiera u tagħmel ħsara kbira lill-interessi tal-konsumaturi tas-servizzi diġitali;
16. Jisħaq fuq il-punt li l-istrateġiji u l-miżuri f'dak li jikkonċerna ċ-ċibersigurtà jistgħu jkunu sodi u effikaċi biss jekk ikunu bbażati fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-valuri fundamentali tal-UE;
17. Jisħaq fuq il-fatt li teżisti ħtieġa leġittima u qawwija li jiġu protetti l-komunikazzjonijiet bejn l-individwi u bejn l-individwi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati bil-għan li tiġi impedita ċ-ċiberkriminalità; jenfasizza li kriptografija b'saħħitha tista' tgħin biex tiġi ssodisfata din il-ħtieġa; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-punt li l-limitazzjoni tal-użu ta' jew id-dgħajfien tas-saħħa tal-għodod kriptografiċi se joħolqu vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati għal skopijiet kriminali u jnaqqsu l-fiduċja fis-servizzi elettroniċi, fattur li mbagħad jissarraf fi ħsara kemm għas-soċjetà ċivili kif ukoll għall-industrija;
18. Jappella għal pjan ta' azzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal online u offline fl-ispazju ċibernetiku, u jfakkar li fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jeħtieġ li jagħtu attenzjoni speċjali lid-delitti kontra t-tfal; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fost l-Istati Membri, u mal-Europol u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), għall-prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u l-ġlieda kontriha , u b'mod partikolari l-isfruttament sesswali online tat-tfal;
19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu l-miżuri ġuridiċi kollha għall-ġlieda kontra l-fenomenu tal-vjolenza online kontra n-nisa u l-bullying ċibernetiku; jitlob, b'mod partikolari, lill-UE u lill-Istati Membri jgħaqqdu l-forzi sabiex joħolqu qafas ta' reati kriminali li jobbliga lill-korporazzjonijiet online jħassru jew iwaqqfu d-distribuzzjoni ta' kontenut degradanti, offensiv u umiljanti; jitlob ukoll li jiġi offrut appoġġ psikoloġiku għal nisa vittmi ta' vjolenza online u bniet li huma vittmi ta' bullying ċibernetiku;
20. Jisħaq fuq il-punt li l-kontenut illegali online għandu jitneħħa minnufih fuq il-bażi tal-proċess dovut tal-liġi; jenfasizza r-rwol tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-fornituri tas-servizz tal-internet u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting fl-iżgurar tat-tneħħija rapida u effiċjenti ta' kontenut illegali online fuq talba tal-awtorità responsabbli għall-infurzar tal-liġi;
Prevenzjoni
21. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-istrateġija Ewropea dwar iċ-ċibersigurtà, tkompli tidentifika l-vulnerabbiltajiet tan-netwerks u s-sigurtà tal-informazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea, tinċentiva l-iżvilupp ta' sistemi reżiljenti, u tivvaluta s-sitwazzjoni rigward il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità fl-UE u fl-Istati Membri, sabiex jinkiseb fehim aħjar tax-xejriet u l-iżviluppi fir-rigward tar-reati fiċ-ċiberspazju;
22. Jenfasizza li r-reżiljenza ċibernetika hija essenzjali għall-prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità u jenħtieġ li għalhekk tingħata l-ogħla prijorità; jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki u azzjonijiet proattivi favur id-difiża tan-netwerks u l-infrastruttura kritika u jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew komprensiv fir-rigward tal-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità li jkun kompatibbli mad-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni tad-data, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kummerċ elettroniku;
23. Jilqa', f'dan ir-rigward, l-investiment tal-fondi tal-UE fi proġetti ta' riċerka bħas-sħubija pubblika-privata dwar iċ-ċibersigurtà, intiża sabiex titrawwem ir-reżiljenza ċibernetika Ewropea permezz tal-innovazzjoni u l-bini ta' kapaċità; jirrikonoxxi, b'mod partikolari, l-isforzi li saru min-naħa tas-Sħubija Pubblika-Privata dwar iċ-Ċibersigurtà biex jiġi stabbilit rispons adegwat għall-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet "zero-day";
24. Jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' software liberu u open source; jappella biex isiru disponibbli aktar fondi tal-UE speċifikament għal software liberu u open source bbażat fuq ir-riċerka fil-qasam tas-sikurezza informatika;
25. Jinnota bi tħassib li jeżisti nuqqas ta' professjonisti kkwalifikati fil-qasam tal-informatika li jaħdmu fuq iċ-ċibersigurtà; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu fl-edukazzjoni;
26. Iqis li r-regolamentazzjoni għandu jkollha rwol akbar fil-ġestjoni tar-risjki marbuta maċ-ċibersigurtà permezz ta' standards imtejba fejn jidħlu d-disinn u l-aġġornamenti sussegwenti tal-prodotti u s-software, kif ukoll standards minimi fuq l-ismijiet tal-utenti u l-passwords prestabbiliti;
27. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambji tal-informazzjoni permezz tal-Eurojust, l-Europol u l-ENISA, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki permezz tan-Netwerk Ewropew tal-CSIRT (Skwadra ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters ) u l-CERTs (Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters) dwar l-isfidi li jiffaċċjaw fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll dwar soluzzjonijiet konkreti, legali u tekniċi biex ikunu indirizzati u tiżdied ir-reżiljenza ċibernetika; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni effikaċi u tiffaċilità l-iskambju tal-informazzjoni bil-għan li jiġu antiċipati u ġestiti r-riski postenzjali, kif previst mid-Direttiva NIS;
28. Huwa mħasseb mill-konstatazzjonijiet tal-Europol li l-maġġoranza tal-attakki b'suċċess fuq individwi huma attribwibbli għal nuqqas ta' iġjene diġitali u ta' sensibilizzazzjoni tal-utenti, kif ukoll għal nuqqas ta' attenzjoni mogħtija lill-miżuri tekniċi ta' sigurtà bħal pereżempju sigurtà bbażata fuq id-disinn; jissottolinja li l-utenti huma l-ewwel vittmi ta' hardware u software b'livell baxx ta' sigurtà;
29. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal kampanja ta' sensibilizzazzjoni, bl-involviment tal-atturi u l-partijiet ikkonċernati kollha relevanti, biex jagħtu s-setgħa lit-tfal u jappoġġjaw lill-ġenituri, lill-persuni li għandhom tfal fil-kura tagħhom u lill-edukaturi biex jifhmu u jittrattaw ir-riskji online u jipproteġu s-sikurezza tat-tfal online, jagħtu appoġġ lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-abbuż sesswali online, jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar imġiba responsabbli fil-midja soċjali, u jħeġġu l-magni tat-tiftix ewlenin u n-netwerks tal-midja soċjali biex jieħdu approċċ proattiv fil-protezzjoni tas-sikurezza tat-tfal online;
30. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' informazzjoni u prevenzjoni u li jippromowovu l-prattiki t-tajba sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini, b'mod partikolari t-tfal u utenti vulnerabbli oħra, iżda wkoll il-gvernijiet ċentrali u l-awtoritajiet lokali, l-operaturi vitali u l-atturi tas-settur privat, b'mod partikolari l-SMEs, ikunu konxji ta' kif ikunu sikuri online u ta' kif jipproteġu l-apparat tagħhom; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu miżuri prattiċi ta' sigurtà bħall-kriptaġġ jew sigurtà oħra u teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u għodod ta' anonimizzazzjoni;
31. Jenfasizza li kampanji ta' sensibilizzazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn programmi ta' edukazzjoni dwar l-"użu informat" ta' strumenti tal-informatika; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu ċ-ċibersigurtà, kif ukoll ir-riskji u l-konsegwenzi tal-użu tad-data personali online, fil-kurrikuli skolastiċi tal-informatika; jenfasizza f'dan il-kuntest l-isforzi li saru fil-qafas ta' strateġija Ewropea għal Internet aħjar għat-tfal (Internet Aħjar għat-Tfal (l-Istrateġija BIK) 2012);
32. Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti, fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, għal aktar sforzi fil-qasam edukattiv u tat-taħrig dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, billi jiġi introdott it-taħriġ dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, dwar l-iżvilupp ta' software sigur u l-protezzjoni tad-data personali għall-istudenti tal-informatika, kif ukoll taħriġ bażiku dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni għal membri tal-persunal li jaħdmu fl-amministrazzjonijiet pubbliċi;
33. Iqis li l-assigurazzjoni kontra l-hacking ċibernetiku tista' tkun waħda mill-għodod li tixpruna l-azzjoni f'dak li jikkonċerna s-sigurtà, kemm mill-kumpaniji li huma responsabbli mid-disinn tas-software, kif ukoll mill-utenti mħeġġa li jużaw is-software kif suppost;
34. Jenfasizza li n-negozji għandhom jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet u r-riskji permezz ta' valutazzjonijiet regolari, jipproteġu l-prodotti u s-servizzi tagħhom billi jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet immedjatament, inkluż permezz ta' politiki ta' ġestjoni ta' patch u aġġornamenti tal-protezzjoni tad-data, itaffu l-effett ta' attakki tat-tip ransomware billi jwaqqfu sistemi ta' back-up robusti, u jirrapportaw b'mod konsistenti l-attakki ċibernetiċi;
35. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu CERTs sabiex in-negozji u l-konsumaturi jkunu jistgħu jirrappurtaw lilhom dwar posta elettronika u siti web malintenzjonati kif previst mid-Direttiva NIS, sabiex l-Istati Membri jiġu infurmati regolarment dwar inċidenti ta' sigurtà u miżuri biex jiġi miġġieled u mtaffi r-riskju għas-sistemi tagħhom stess; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkunsidraw li jistabbilixxu bażi ta' data li tirreġistra t-tipi kollha ta' ċiberkriminalità u jissorveljaw l-iżvilupp tal-fenomeni relevanti;
36. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu biex jagħmlu l-infrastruttura kritika tagħhom u d-data assoċjata aktar sigura sabiex tirreżisti għall-attakki ċibernetiċi;
Tisħiħ tar-responsabbiltà tal-fornituri ta' servizz
37. Iqis il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizz bħala fattur ewlieni għall-aċċellerazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-assistenza legali reċiproka u tal-proċeduri ta' rikonoxximent reċiproku, fi ħdan il-mandati previsti permezz tal-qafas ġuridiku Ewropew; jistieden lill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbiliti fl-Unjoni jaħtru bil-miktub rappreżentanti fl-Unjoni;
38. Itenni, fir-rigward tal-IoT, li l-produtturi huma l-punt inizjali ewlieni biex ikun hemm sistemi ta' responsabbiltà iktar stretti li jwasslu għal kwalità aħjar ta' prodotti u ambjent iktar sikur f'termini ta' aċċess estern u servizz dokumentat ta' aġġornamenti;
39. Jemmen li, fid-dawl tat-tendenzi ta' innovazzjoni u l-aċċessibbiltà li kulma jmur qiegħda tiżdied tal-apparat tal-IoT, għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sigurtà tal-apparat kollu, anki dawk li huma sempliċi għall-aħħar; iqis li huwa fl-interess tal-produtturi tal-hardware u l-iżviluppaturi ta' software innovattiv li jinvestu f'soluzzjonijiet li jimpedixxu ċ-ċiberkriminalità u li jiskambjaw informazzjoni dwar theddid għaċ-ċibersigurtà; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu s-sigurtà permezz ta' approċċ ta' sigurtà bbażata fuq id-disinn u jħeġġeġ lill-industrija tinkludi soluzzjonijiet ta' sigurtà bbażata fuq id-disinn f'dan l-apparat kollu; jinkoraġġixxi, f'dan il-kuntest, lis-settur privat jimplimenta miżuri volontarji żviluppati abbażi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE bħad-Direttiva NIS u allinjati ma' standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali bl-għan li jrawwmu l-fiduċja fis-sigurtà tas-software u tal-apparat, bħat-tikketta ta' fiduċja tal-IoT;
40. Iħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi jaderixxu mal-Kodiċi ta' Kondotta dwar id-Diskors Illegali ta' Mibegħda Onlajn, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-kumpaniji parteċipanti jkomplu jikkooperaw fuq dik il-kwistjoni;
41. Ifakkar li d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)[20] teżenta lill-intermedjarji mir-responsabbiltà għall-kontenut biss jekk dawn ikollhom biss rwol newtrali u passiv fir-rigward tal-kontenut trażmess u/jew ospitat, iżda tirrikjedi wkoll rispons fil-pront biex jitneħħa jew jitwaqqaf l-aċċess għall-kontenut meta intermedjarju jkollu għarfien reali ta' ksur jew attività jew informazzjoni illegali;
42. Jissottolinja l-bżonn assolut li l-bażijiet tad-data tal-infurzar tal-liġi jitħarsu minn inċidenti tas-sigurtà u l-aċċess illegali, peress li din hija kwistjoni ta' tħassib għall-individwi; jesprimi tħassib rigward l-ilħuq extraterritorjali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-aċċess għad-data fil-kuntest ta' investigazzjonijiet kriminali, u jenfasizza l-bżonn li jiġu implimentati regoli sodi dwar il-kwistjoni;
43. Jemmen li l-kwistjonijiet relatati ma' attività illegali fuq l-internet għandhom jiġu indirizzati b'mod rapidu u bl-aktar mod effiċjenti, inkluż permezz ta' proċeduri ta' tneħħija jekk il-kontenut ma jkunx jew ma jkunx għadu meħtieġ għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni; ifakkar li, meta t-tneħħija ma tkunx fattibbli, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jimblukkaw l-aċċess mit-territorju tal-Unjoni għal tali kontenut; jenfasizza li dawn il-miżuri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri leġiżlattivi u ġudizzjarji eżistenti, kif ukoll mal-Karta, u għandhom ukoll ikunu soġġetti għal salvagwardji xierqa, inkluża l-possibbiltà ta' rimedju ġudizzjarju;
44. Jenfasizza r-rwol tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni diġitali li jiżguraw it-tneħħija rapida u effiċjenti ta' kontenut illegali fuq l-Internet fuq talba ta' awtorità responsabbli mill-infurzar tal-liġi, u jilqa' l-progress li sar f'dan ir-rigward, inkluż permezz tal-kontribut tal-Forum tal-Internet tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal impenn u kooperazzjoni aktar qawwija min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni biex tinkiseb tneħħija malajr u effettiva mill-industrija u biex jiġi evitat l-imblukkar tal-kontenut illegali permezz ta' miżuri tal-gvern; jistieden lill-Istati Membri iżommu bħala responsabbli legalment il-pjattaformi mhux konformi; itenni li kwalunkwe miżura biex jitneħħa kontenut illegali online li tistipula termini u kundizzjonijiet għandha tkun permessa biss jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali jipprovdu l-possibbiltà lill-utenti li jinvokaw id-drittijiet tagħhom quddiem qorti wara li jsiru jafu dwar dawn il-miżuri;
45. Jissottolinja li, b'mod konformi mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta' Jannar 2016, "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali"[21], ir-responsabbiltà limitata tal-intermedjarji hija essenzjali għall-protezzjoni ta' internet miftuħ, id-drittijiet fundamentali, iċ-ċertezza tad-dritt u l-innovazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida dwar il-proċeduri, ta' notifika u ta' tneħħija, biex jgħinu lill-pjattaformi online jikkonformaw mar-responsabilitajiet tagħhom u r-regoli dwar ir-responsabbiltà definiti fid-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku (2000/31/KE), sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt u tiżdied il-fiduċja tal-utenti; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi dwar din il-kwistjoni;
46. Jitlob li jkun applikat l-approċċ "segwi l-flus", kif deskritt fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar "Lejn kunsens imġedded dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta' Azzjoni tal-UE"[22], abbażi tal-qafas regolatorju tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u d-Direttiva dwar l-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPRED);
47. Jenfasizza l-importanza kruċjali li jiġi provdut taħriġ kontinwu u speċifiku u appoġġ psikoloġiku lill-moderaturi tal-kontenut f'entitajiet privati u pubbliċi li huma responsabbli mill-valutazzjoni ta' kontenut oġġezzjonabbli jew illegali online, għax dawn jenħtieġ li jitqiesu bħala dawk li jagħti l-ewwel rispons f'dan il-qasam;
48. Jistieden lill-fornituri tas-servizzi jipprevedu tipi ċari ta' riferiment u infrastruttura ta' servizz amministrattiv definita sew, li jagħmilha possibbli li tittieħed azzjoni malajr u xierqa f'każ ta' riferiment;
49. Jistieden lill-fornituri tas-servizzi jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex iżidu l-kuxjenza tar-riskju inerenti tal-internet, b'mod partikolari għat-tfal, billi jiżviluppaw għodod u materjal ta' informazzjoni interattivi;
Tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja
50. Huwa mħasseb li numru konsiderevoli ta' reati ċibernetiċi jibqgħu mhux ikkastigati; jiddeplora l-fatt li l-użu mill-fornituri ta' servizzi tal-internet ta' teknoloġiji bħal NAT CGN qed ifixkel ħafna l-investigazzjonijiet billi jagħmilha teknikament impossibbli li jiġi identifikat b'mod preċiż min ikun qed juża indirizz IP, u għaldaqstant min hu responsabbli għal delitti online; jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzat tal-liġi jitħallielhom l-aċċess legali għal informazzjoni rilevanti fiċ-ċirkostanzi limitati fejn dan l-aċċess huwa meħtieġ u proporzjonat għal raġunijiet ta' sigurtà u ġustizzja; jenfasizza li l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi għandhom ikunu mgħammra b'kapaċitajiet suffiċjenti biex iwettqu investigazzjonijiet leġittimi;
51. Iħeġġeġ lill-Istati Membri ma jimponux obbligi fuq il-fornituri ta' kriptaġġ li jwasslu biex tiddgħajjef jew tiġi pperikolata s-sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi tagħhom, bħall-ħolqien jew il-faċilitazzjoni ta' "back doors"; jenfasizza li soluzzjonijiet fattibbli għandhom jiġu offruti, kemm permezz ta' leġiżlazzjoni kif ukoll evoluzzjoni teknoloġika kontinwa, fejn is-sejba tagħhom hija imperattiva għall-ġustizzja u s-sigurtà; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw, f'konsultazzjoni mal-ġudikatura u l-Eurojust, fl-allinjament tal-kundizzjonijiet għall-użu legali ta' għodod investigattivi online;
52. Jenfasizza li l-interċezzjonijiet legali jista' jkun miżura effettiva ħafna biex jiġi miġġieled il-hacking illegali, sakemm ikun meħtieġ, proporzjonat, ibbażat fuq proċess ġuridiku dovut u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u mal-liġi u mal-każistika dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE; jistieden lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu mill-possibilitajiet ta' interċezzjoni legali mmirata lejn individwi sospettati, jistabbilixxu regoli ċari rigward il-proċess ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-attivitajiet tal-interċezzjoni legali, inklużi restrizzjonijiet fuq l-użu u fuq d-durata tal-għodod tal-hacking legali, jistabbilixxu mekkaniżmu ta' sorveljanza, u jipprovdu rimedji legali effettivi għall-miri tal-attivitajiet ta' hacking;
53. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvolvu lill-komunità tas-sigurtà tal-ICT u jħeġġuha tieħu rwol aktar attiv fl-hekk imsejjaħ "white hat hacking" u fl-irrappurtar ta' kontenut illegali, bħal materjal dwar l-abbuż sesswali tat-tfal;
54. Iħeġġeġ lill-Europol jistabbilixxi sistema ta' rappurtar anonimu fi ħdan netwerks moħbija, li tippermetti lill-individwi jirrappurtaw lill-awtoritajiet kontenut illegali, bħal immaġnijiet ta' abbuż sesswali tat-tfal, bl-użu ta' salvagwardji tekniċi simili għal dawk implimentati minn ħafna organizzazzjonijiet tal-istampa li jużaw sistemi simili biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' data sensittiva mal-ġurnalisti b'mod li jippermetti grad ogħla ta' anonimità u sigurtà minn dak li toffri e-mail konvenzjonali;
55. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mminimizzati r-riskji maħluqa għall-privatezza tal-utenti tal-Internet minħabba l-iżvelar ta' sfruttamenti jew għodod użati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala parti mill-investigazzjonijiet leġittimi tagħhom;
56. Jenfasizza li l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi għandhom ikunu mgħammra b'kapaċitajiet u finanzjament suffiċjenti biex ikunu jistgħu jwieġbu b'mod effettiv għaċ-ċiberkriminalità;
57. Jissottolinja li l-frammentazzjoni ta' ġuriżdizzjonijiet nazzjonali separati, iddefiniti b'mod territorjali tikkawża diffikultajiet fid-determinazzjoni tal-liġi applikabbli f'interazzjonijiet transnazzjonali u tagħti lok għal inċertezza tad-dritt, biex b'hekk tipprevjeni l-kooperazzjoni transfruntiera, li hija meħtieġa biex tiġi ttrattata b'mod effiċjenti ċ-ċiberkriminalità;
58. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata l-bażi prattika għal approċċ komuni tal-UE rigward il-kwistjoni ta' ġurisdizzjoni fiċ-ċiberspazju, kif enfasizzat fil-laqgħa informali tal-ministri tal-ġustizzja u l-affarijiet interni li saret fis-26 ta' Jannar 2016;
59. Jenfasizza f'dan ir-rigward il-bżonn li jiġu żviluppati standards proċedurali komuni li jistgħu jiddeterminaw il-fatturi territorjali li jipprovdu raġunijiet għal-liġi applikabbli fiċ-ċiberspazju u jiddefinixxu miżuri investigattivi li jistgħu jintużaw irrispettivament mill-fruntieri ġeografiċi;
60. Jirrikonoxxi li tali approċċ Ewropew komuni, li jeħtieġ li jirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-privatezza, se jibni l-fiduċja fost partijiet interessati, inaqqas id-dewmien fit-trattament ta' talbiet transkonfinali, jistabbilixxi l-interoperabbiltà fost l-atturi eteroġeni u jagħti l-opportunità li jiġu inkorporati rekwiżiti debiti tal-proċess f'oqfsa operattivi;
61. Jemmen li, fuq perjodu ta' żmien twil, standards proċedurali komuni dwar il-ġurisdizzjoni ta' infurzar fil-qasam taċ-ċiberspazju għandhom jiġu żviluppati wkoll fil-livell globali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħidma tal-Cloud Evidence Group tal-Kunsill tal-Ewropa;
Evidenza elettronika
62. Jissottolinja li approċċ Ewropew komuni għall-ġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju huwa kwistjoni ta' prijorità, għaliex għandu jtejjeb l-infurzar tal-istat tad-dritt fiċ-ċiberspazju u jiffaċilita l-kisba tal-evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali, kif ukoll se jikkontribwixxi biex il-konklużjoni tal-każijiet tkun ħafna iktar mgħaġġla mil-lum;
63. Jenfasizza l-ħtieġa li jinstabu mezzi biex tiġi żgurata u tinkiseb l-evidenza elettronika aktar malajr, kif ukoll l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż permezz ta' użu akbar tat-timijiet ta' investigazzjoni konġunti, pajjiżi terzi u fornituri tas-servizzi attivi fit-territorju Ewropew, bi qbil mal-GDPR (2016/679/UE), id-Direttiva (UE) 2016/680 tas-27 ta' April 2016 (id-Direttiva tal-Pulizija)[23] eżistenti u l-ftehimiet tal-assistenza legali reċiproka (MLA); jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt fl-Istati Membri kollha u li jiġi ottimizzat l-użu ta' punti ta' kuntatt eżistenti, billi dan se jiffaċilita l-aċċess għal evidenza elettronika kif ukoll il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, itejjeb il-kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi, u jħaffef il-proċedimenti MLA;
64. Jirrikonoxxi li l-oqsfa ġuridiċi Ewropej u nazzjonali attwali jistgħu joħolqu sfidi għall-fornituri tas-servizzi li jippruvaw jikkonformaw mat-talbiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; jistieden lill-Kummissjoni tressaq qafas ġuridiku Ewropew għall-evidenza elettronika, inklużi regoli armonizzati li jiddeterminaw l-istatus ta' fornitur bħala nazzjonali jew barrani, u li jimponu obbligu fuq il-fornituri ta' servizzi li jirrispondu għal talbiet minn Stati Membri oħra bbażati fuq il-proċess ġuridiku dovut u bi qbil mal-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew (OIE), filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità biex ikunu evitati effetti negattivi fuq l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u biex jiġi żgurati s-salvagwardji xierqa, bl-għan li tiġi stabbilita ċ-ċertezza tad-dritt kif ukoll li tittejjeb il-ħila tal-fornituri tas-servizzi u tal-intermedjarji li jirrispondu għal talbiet ta' infurzar tal-liġi;
65. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kwalunkwe qafas ta' evidenza elettronika li jinkludi biżżejjed salvagwardji għad-drittijiet u l-libertajiet ta' dawk kollha kkonċernati; jenfasizza li dan għandu jinkludi rekwiżit li t-talbiet għal evidenza elettronika jitressqu fl-ewwel istanza lill-kontrolluri jew is-sidien tad-data, sabiex jiġi żgurat rispett tad-drittijiet tagħhom — kif ukoll tad-drittijiet ta' dawk li d-data tkun dwarhom (pereżempju d-dritt tagħhom li jinvokaw privileġġ legali, u jfittxu rimedju legali fil-każ ta' aċċess sproporzjonat jew illegali b'xi mod ieħor); jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe qafas legali li jipproteġi l-fornituri u l-partijiet l-oħra kollha minn talbiet li jistgħu joħolqu kunflitti ta' liġi jew b'mod ieħor jaffettwaw is-sovranità ta' stati oħra;
66. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (id-Direttiva tal-OIE)[24] għall-finijiet tal-iżgurar effettiv u l-kisba tal-evidenza elettronika fl-UE, kif ukoll biex jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi relatati maċ-ċiberspazju fil-kodiċijiet penali nazzjonali tagħhom biex jiffaċilitaw l-ammissibbiltà tal-evidenza elettronika fil-qorti u biex l-imħallfin ikunu jistgħu jingħataw gwida aktar ċara rigward il-penalizzazzjoni taċ-ċiberkriminalità;
67. Jilqa' x-xogħol li għaddej tal-Kummissjoni lejn pjattaforma ta' kooperazzjoni b'mezz ta' komunikazzjoni sikur għal skambji diġitali tal-OIEs għal evidenza elettronika u t-tweġibiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, l-Eurojust u l-fornituri tas-servizzi, jeżaminaw u jallinjaw il-forom, għodod u proċeduri biex jitolbu l-iżgurar u l-kisba tal-evidenza elettronika sabiex tiġi ffaċilitata l-awtentikazzjoni, biex jiġu żgurati proċeduri rapidi u biex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-proċess tal-iżgurar u l-kisba ta' evidenza elettronika; jitlob li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) tiżviluppa moduli ta' taħriġ dwar l-użu effettiv tal-oqfsa attwali li jintużaw biex tiġi żgurata u tinkiseb evidenza elettronika; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li s-simplifikazzjoni tal-politiki tal-fornituri tas-servizzi se tgħin biex tnaqqas l-eteroġeneità tal-approċċi, b'mod partikolari dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex jingħata aċċess għad-data mitluba;
Bini tal-kapaċità fil-livell Ewropew
68. Jinnota li inċidenti reċenti wrew biċ-ċar il-vulnerabbiltà akuta tal-UE, u b'mod partikolari tal-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali, il-kumpaniji ewlenin Ewropej, l-infrastrutturi u netwerks tal-IT Ewropej, fir-rigward tal-attakki sofistikati permezz ta' software u malware kumplessi; jistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) biex kontinwament tivvaluta l-livell tat-theddida, u lill-Kummissjoni sabiex tinvesti aktar il-kapaċità tal-IT kif ukoll tad-difiża u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-UE għal attakki ċibernetiċi serji li joriġinaw minn organizzazzjonijiet kriminali kbar, attakki sponsorjati mill-istat jew gruppi terroristiċi;
69. Jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni importanti taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) tal-Europol u tal-Eurojust, kif ukoll tal-ENISA, fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
70. Jistieden lill-Europol jappoġġja lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali fl-istabbiliment ta' kanali tat-trażmissjoni siguri u adegwati;
71. Jiddeplora l-fatt li attwalment ma jeżisti l-ebda standard tal-UE għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni; jirrikonoxxi li x-xejriet futuri fiċ-ċiberkriminalità jeħtieġu livell akbar ta' għarfien espert mill-prattikanti; jilqa' l-fatt li l-inizjattivi eżistenti bħal pereżempju l-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (l-ECTEG), il-Proġett tat-Taħriġ tal-Ħarrieġa (TOT) u l-attivitajiet ta' taħriġ taħt iċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE huma diġà qafas li witta t-triq lejn l-indirizzar tad-diskrepanza ta' għarfien espert fil-livell tal-UE;
72. Jistieden lis-CEPOL u lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex jestendu l-offerta tagħhom ta' korsijiet ta' taħriġ iddedikati għal suġġetti relatati maċ-ċiberkriminalità lil korpi tal-infurzar tal-liġi kompetenti u lill-awtoritajiet ġudizzjarji madwar l-Unjoni;
73. Jenfasizza li l-għadd ta' reati taċ-ċiberkriminalità riferuti lill-Eurojust żdied b'30 %; Jitlob li l-finanzjament jiġi riallokat b'aktar postijiet li jsiru disponibbli jekk ikun meħtieġ biex l-Eurojust tkun tista' tlaħħaq max-xogħol dejjem jiżdied tagħha rigward iċ-ċiberkriminalità, kif ukoll biex tiżviluppa u ssaħħaħ aktar l-appoġġ tagħha għall-prosekuturi nazzjonali taċ-ċiberkriminalità f'każijiet transfruntiera, inkluż permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità;
74. Jitlob ir-reviżjoni tal-mandat tal-ENISA u t-tisħiħ tal-aġenziji nazzjonali taċ-ċibersigurtà; jitlob biex l-ENISA tiġi msaħħa f'termini tal-kompiti tagħha, il-persunal u r-riżorsi; jenfasizza li l-mandat il-ġdid għandu jinkludi wkoll rabtiet aktar b'saħħithom mal-Europol u l-partijiet interessati tal-industrija, biex l-aġenzija tkun tista' tappoġġa aħjar lill-awtoritajiet kompetenti fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;
75. Jitlob lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) biex tfassal gwida prattika u ddettaljata li tipprovdi linji gwida dwar il-kontrolli superviżorji u ta' skrutinju għall-Istati Membri;
Kooperazzjoni mtejba ma' pajjiżi terzi
76. Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib ma' pajjiżi terzi fil-ġlieda globali kontra ċ-ċiberkriminalità, inkluż permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki, investigazzjonijiet konġunti, bini ta' kapaċità u assistenza legali reċiproka;
77. Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw u jimplimentaw b'mod sħiħ il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar taċ-Ċiberkriminalità tat-23 ta' Novembru 2001 (“il-Konvenzjoni ta' Budapest”) kif ukoll il-protokolli addizzjonali tagħha, u f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, jippromwovuha fil-fora internazzjonali xierqa;
78. Jenfasizza t-tħassib sejru tiegħu fir-rigward tax-xogħol li qed isir fi ħdan il-Kumitat tal-Konvenzjoni għaċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni ta' Budapest dwar l-aċċess transkonfinali għal data informatika maħżuna ("evidenza tal-cloud"), u jopponi kwalunkwe konklużjoni ta' protokoll jew gwida addizzjonali maħsuba biex jestendu l-ambitu ta' din id-dispożizzjoni lil hinn mir-reġim attwali stabbilit minn din il-Konvenzjoni, li diġà hija eċċezzjoni maġġuri għall-prinċipju ta' territorjalità għaliex dan jista' jwassal għal aċċess mill-bogħod mingħajr ebda xkiel għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f'servers u kompjuters li jinsabu f'ġurisdizzjonijiet oħra mingħajr rikors għal MLAs jew strumenti oħra ta' kooperazzjoni ġudizzjarja implimentati sabiex jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali tal-individwu, inkluża l-protezzjoni tad-data u l-proċess ġust, inkluża b'mod partikolari l-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa;
79. Jiddispjaċih dwar il-fatt li m'hemm l-ebda liġi internazzjonali vinkolanti dwar iċ-ċiberkriminalità u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jaħdmu lejn l-istabbiliment ta' konvenzjoni dwar il-kwistjoni;
80. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi għażliet għal inizjattivi biex titjieb l-effiċjenza u jkun promoss l-użu ta' Trattati ta' Għajnuna Legali Reċiproka ( MLATs) sabiex tiġi miġġielda l-preżunzjoni ta' ġurisdizzjoni estraterritorjali minn pajjiżi terzi.
81. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw biżżejjed kapaċità biex jiġu ttrattati talbiet għal Assistenza Legali Reċiproka marbutin ma' investigazzjonijiet fiċ-ċiberspazju u jiżviluppaw programmi rilevanti ta' taħriġ għall-persunal responsabbli għat-trattament ta' dawn it-talbiet;
82. Jissottolinja li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni strateġika u operattiva bejn il-Europol u pajjiżi terzi jiffaċilitaw kemm l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll il-kooperazzjoni prattika;
83. Jieħu nota tal-fatt li l-ogħla numru ta' talbiet għall-infurzar tal-liġi jintbagħat lill-Istati Uniti u lill-Kanada; huwa mħasseb li r-rata ta' divulgazzjoni ta' fornituri tas-servizzi kbar tal-Istati Uniti b'rispons għal talbiet minn awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali Ewropea ma tilħaqx is-60 %, u jfakkar li skont il-Kapitolu V tal-GDPR, l-MLATs u ftehimiet internazzjonali oħra huma l-mekkaniżmu preferut biex jippermettu l-aċċess għal data personali miżmuma barra mill-pajjiż;
84. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq miżuri konkreti biex tħares id-drittijiet fundamentali tal-persuni ssuspettati jew akkużati meta jsir skambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi Ewropej u l-pajjiżi terzi, b'mod partikolari s-salvagwardji fir-rigward tal-ksib ta' malajr, fuq deċiżjoni tal-qorti, ta' evidenza rilevanti, informazzjoni relatata mal-abbonat jew metadata u kontenut tad-data dettaljati (jekk ma jkunux kriptati) mingħand awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u/jew fornituri ta' servizz bil-għan li tittejjeb l-assistenza legali reċiproka;
85. Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-korpi Ewropej assoċjati u, fejn meħtieġ, pajjiżi terzi biex iqisu modi ġodda biex jiżguraw u jiksbu evidenza elettronika b'mod effiċjenti ospitata f'pajjiżi terzi, f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u l-liġi tal-protezzjoni tad-data tal-UE, billi jitħaffef u jiġi ssimplifikat l-użu ta' proċedimenti ta' assistenza legali reċiproka u, fejn applikabbli, rikonoxximent reċiproku;
86. Jenfasizza l-importanza ta' Ċentru ta' Rispons għal Inċidenti Ċibernetiċi tan-NATO;
87. Jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-Forum Globali dwar l-Għarfien Espert Ċibernetiku (GFCE) sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta' sħubijiet sabiex tinbena l-kapaċità;
88. Jappoġġa l-assistenza fil-bini ta' kapaċità pprovduta mill-UE lill-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant, minħabba li ħafna attakki ċibernetiċi joriġinaw f'dawk il-pajjiżi;
°
° °
89. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 419, 16.12.2015, p. 33.
- [2] ĠU C 316, 30.8.2016, p. 109.
- [3] ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1.
- [4] Kunsill tal-Ewropa, Sensiela tat-Trattati Ewropej, Nru 185, 23.11.2001.
- [5] ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
- [6] ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.
- [7] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
- [8] ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.
- [9] ĠU L 218, 14.8.2013, p.8.
- [10] ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1.
- [11] ĠU C 93, 9.3.2016, p. 112.
- [12] ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
- [13] ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.
- [14] ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53
- [15] ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.
- [16] Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen u Secretary of State for the Home Department vs Tom Watson et, C-203/15, ECLI:EU:C:2016:970.
- [17] ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.
- [18] ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
- [19] ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.
- [20] ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
- [21] Testi adottati, P8_TA(2016)0009.
- [22] Testi adottati, P8_TA(2015)0220.
- [23] ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.
- [24] ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (13.6.2017)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità
(2017/2068(INI))
Rapporteur: Anneleen Van Bossuyt
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Premessa Aa (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
Aa. billi l-bini tal-kunfidenza u l-fiduċja fid-dinja online huwa kruċjali għall-ħolqien u s-suċċess tas-Suq Uniku Diġitali; |
Emenda 2 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Premessa Ab (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
Ab. billi qafas legali effettiv għall-protezzjoni tad-data se jippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji jibbenefikaw bis-sħiħ mill-benefiċċji tas-Suq Uniku Diġitali u fl-istess ħin se jindirizza ċ-ċiberkriminalità; |
Emenda 3 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Premessa I | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
I. billi l-interkonnessjoni kontinwament tikber tan-nies, tal-postijiet u tal-oġġetti tagħmel l-apparat tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) mira ideali għaċ-ċiberkriminalità; |
I. billi l-interkonnessjoni kontinwament tikber tan-nies, tal-postijiet u tal-oġġetti toħloq riskju akbar ta' ċiberkriminalità peress li l-apparati tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) ħafna drabi ma jkunux protetti tajjeb daqs l-apparati tradizzjonali konnessi mal-internet u b'hekk huma mira ideali għaċ-ċiberkriminalità; |
Emenda 4 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 7a (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
7a. Jissottolinja li ċ-ċiberkriminalità ddgħajjef serjament il-funzjonament tas-Suq Uniku Diġitali peress li tnaqqas il-fiduċja fil-fornituri ta' servizz diġitali, timmina t-tranżazzjonijiet transfruntiera u tagħmel ħsara kbira lill-interessi tal-konsumaturi tas-servizzi diġitali; |
Emenda 5 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 11 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambji tal-informazzjoni dwar l-isfidi li jiffaċċjaw fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll dwar is-soluzzjonijiet biex dawn jiġu indirizzati; |
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambji tal-informazzjoni dwar l-isfidi li jiffaċċjaw fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, kif ukoll dwar is-soluzzjonijiet biex dawn jiġu indirizzati; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex tippromwovi kooperazzjoni effettiva u tiffaċilità l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jiġu antiċipati u ġestiti r-riskji potenzjali, kif previst mid-Direttiva NIS; |
Emenda 6 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 13 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji ta'-sensibilizzazzjoni biex jiżguraw li ċ-ċittadini, b'mod partikolari t-tfal u utenti vulnerabbli oħra, u s-settur privat ikunu konxji mir-riskji maħluqa miċ-ċiberkriminalità, u jippromwovu l-użu ta' miżuri ta' sigurtà bħall-kriptaġġ; |
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex jiżguraw li ċ-ċittadini, b'mod partikolari t-tfal, il-minorenni u utenti vulnerabbli oħra, u s-settur privat ikunu konxji mir-riskji maħluqa miċ-ċiberkriminalità, u jippromwovu l-użu ta' miżuri ta' sigurtà bħall-kriptaġġ; |
Emenda 7 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 16 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
16. Iqis il-kooperazzjoni msaħħa mal-fornituri ta' servizz bħala fattur ewlieni għall-aċċellerazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-assistenza legali reċiproka u tal-proċeduri ta' rikonoxximent reċiproku; |
16. Iqis il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizz bħala fattur ewlieni għall-aċċellerazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-assistenza legali reċiproka u tal-proċeduri ta' rikonoxximent reċiproku; |
Emenda 8 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 16a (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
16a. Iqis li l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jkollhom is-setgħa jadottaw miżuri interim biex jipprevjenu r-riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, b'mod partikolari s-sospensjoni ta' sit web, domain jew sit, servizz jew kont diġitali simili, dment li d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u d-dritt nazzjonali jiġu rrispettati; |
Emenda 9 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 17 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
17. Jemmen li l-innovazzjoni jenħtieġ li ma tiġix ostakolata minn burokrazija żejda għall-iżviluppaturi tas-softwer u għall-produtturi tal-ħardwer; jinkoraġġixxi lis-settur privat jimplimenta miżuri volontarji mmirati biex jagħtu spinta lill-fiduċja fis-sigurtà tas-softwer u tal-apparat, bħat-tikketta ta' fiduċja tal-IoT; |
17. Jemmen li huwa fl-interessi tal-iżviluppaturi ta' softwer innovattiv u tal-produtturi tal-ħardwer li jinvestu f'soluzzjonijiet biex jipprevjenu ċ-ċiberkriminalità; jinkoraġġixxi lis-settur privat, f'dan il-kuntest, jimplimenta miżuri volontarji, bħal standards immirati biex jagħtu spinta lill-fiduċja fis-sigurtà tas-softwer u tal-apparati, bħat-tikketta ta' fiduċja tal-IoT, żviluppati abbażi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE bħad-Direttiva NIS; |
Emenda 10 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 18 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
18. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu definizzjonijiet ċari u penali minimi għad-disseminazzjoni ta' aħbarijiet foloz u inċitament online għall-mibegħda, l-obbligi relatati tal-fornituri tas-servizz tal-Internet u penali fil-każ ta' nuqqas ta' konformità; |
imħassar |
Emenda 11 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 19 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
19. Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-kamp ta' applikazzjoni legali għat-titjib fil-kontabilità tal-fornituri ta' servizz u għall-impożizzjoni ta' obbligu li jitwieġbu t-talbiet barranin għall-infurzar tal-liġi mill-UE; |
19. Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibilitajiet differenti għat-titjib fil-kontabilità tal-fornituri ta' servizz u tal-intermedjarji u l-kamp ta' applikazzjoni legali għall-impożizzjoni ta' obbligu li jitwieġbu t-talbiet barranin għall-infurzar tal-liġi mill-UE,filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, sabiex jiġi evitat li jkunu introdotti miżuri li jistgħu jxekklu jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi; |
Emenda 12 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 19a (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
19a. Jemmen li tinħtieġ gwida mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' responsabbiltà intermedjarja sabiex il-pjattaformi online ikunu jistgħu jikkonformaw mar-responsabbiltajiet tagħhom u mar-regoli dwar ir-responsabbiltà, biex titjieb iċ-ċertezza legali, u biex tiżdied il-fiduċja tal-utenti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi ulterjuri f'dan is-sens, u jfakkar li d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku teżenta lill-intermedjarji mir-responsabbiltà għall-kontenut biss meta dawn ikollhom rwol newtrali u passiv fir-rigward tal-kontenut trażmess u/jew ospitat iżda tirrikjedi wkoll reazzjoni fil-pront biex jitneħħa jew jitwaqqaf l-aċċess għall-kontenut meta intermedjarju jkollu għarfien reali ta' ksur jew attività jew informazzjoni illegali; |
Emenda 13 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 20 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
20. Jistieden lill-Istati Membri jimponu l-istess obbligi ta' kriptaġġ fuq il-fornituri ta' servizz online bħal dawk li japplikaw għall-fornituri ta' servizzi tat-telekomunikazzjonijiet tradizzjonali; |
imħassar |
Emenda 14 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 21 | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
21. Jissottolinja li l-kontenut online illegali jenħtieġ li jitneħħa immedjatament; jilqa', f'dan il-kuntest, il-progess miksub dwar l-imblokkar u t-tneħħija tal-kontenut illegali online, imma jenfasizza l-ħtieġa għal impenn aktar b'saħħtu min-naħa tal-fornituri tas-servizz ta' pjattaforma biex iwieġbu malajr u b'mod effettiv; |
21. Jemmen li l-kwistjonijiet relatati mal-kontenut online illegali jridu jiġu indirizzati b'mod effiċjenti, inkluż billi jiġi restritt l-aċċess għall-kontenut online jew permezz ta' proċeduri ta' tneħħija; jilqa', f'dan il-kuntest, il-progess miksub dwar l-imblokkar u t-tneħħija tal-kontenut illegali online, imma jenfasizza l-ħtieġa għal impenn aktar b'saħħtu min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti u tal-fornituri tas-servizz diġitali biex iwieġbu malajr u b'mod effettiv; |
Emenda 15 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 21a (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
21a. Jitlob li jkun applikat l-approċċ "segwi l-flus", kif deskritt fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar "Lejn kunsens imġedded dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta' Azzjoni tal-UE"1, abbażi tal-qafas regolatorju tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku u d-Direttiva dwar l-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali;
1 ĠU C 407, 4.11.2016, p. 25. |
Emenda 16 Mozzjoni għal riżoluzzjoni Paragrafu 21b (ġdid) | |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni |
Emenda |
|
21b. Jenfasizza li, kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali"1, ir-responsabbiltà limitata ta' intermedjarji hija essenzjali għall-protezzjoni ta' internet miftuħ, id-drittijiet fundamentali, iċ-ċertezza legali u l-innovazzjoni; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi gwida ħalli l-pjattaformi online jiġu assistiti biex ikunu konformi mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi ulterjuri f'dak is-sens, u jfakkar li l-pjattaformi li ma jiżvolġux rwol newtrali kif definit fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma jistgħux jitolbu eżenzjoni mir-responsabbiltà;
1 Testi adottati, P8_TA(2016)0009. |
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
8.6.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
0 0 0 |
|||
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
11.7.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 4 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Raymond Finch, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Pál Csáky, Anna Hedh, Marek Jurek, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Morten Helveg Petersen, John Procter, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Petri Sarvamaa, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, André Elissen, Arne Gericke, Josu Juaristi Abaunz, Georg Mayer |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
50 |
+ |
|
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Nathalie Griesbeck, Morten Helveg Petersen, Sophia in 't Veld |
|
ECR |
Arne Gericke, Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Monica Macovei, John Procter, Branislav Škripek |
|
GUE/NGL |
Malin Björk, Kostas Chrysogonos, Josu Juaristi Abaunz, Barbara Spinelli |
|
PPE |
Michał Boni, Carlos Coelho, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Petri Sarvamaa, Jaromír Štětina, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Tomáš Zdechovský |
|
S&D |
Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Soraya Post, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel |
|
VERTS/ALE |
Jan Philipp Albrecht, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero |
|
4 |
- |
|
EFDD |
Gerard Batten, Raymond Finch |
|
ENF |
André Elissen, Auke Zijlstra |
|
2 |
0 |
|
EFDD |
Kristina Winberg |
|
ENF |
Georg Mayer |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni