RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

5.9.2017 - (COM(2017)0540 – C8-0199/2017 – 2017/2101(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Giovanni La Via

Proċedura : 2017/2101(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0280/2017
Testi mressqa :
A8-0280/2017
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

(COM(2017)0540 – C8-0199/2017 – 2017/2101(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0540 – C8-0199/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[1],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[3], u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0280/2017),

1.  Jinnota li d-deċiżjoni tirrappreżenta l-ogħla mobilizzazzjoni unika li qatt kien hemm tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

2.  Jinnota li l-livell limitu massimu tal-ħlas bil-quddiem stipulat fl-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/0020 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] spiss jaf jirrappreżenta miżura ta' għajnuna insuffiċjenti għal dawk id-diżastri li huma kklassifikati bħala "diżastri naturali maġġuri"; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi kkunsidrat livell limitu ogħla għal dawk l-ewwel kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi sabiex il-ħsarat ikkawżati minn din il-kategorija ta' diżastri jiġu ffaċċjati b'mod effettiv u rapidu;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u r-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

4.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
  • [2]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
  • [3]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [4]  Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1439).

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[2], u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)  Il-Fond ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013[3]. L-allokazzjoni sħiħa tal-2016 baqgħet ma ntefqitx, ġiet riportata għas-sena ta' wara, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 u ntużat parzjalment f'April 2017. L-allokazzjoni tal-2017 kienet għadha ma ntużatx.

(3)  Fis-16 ta' Novembru 2016, l-Italja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara terremot li laqat ir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria fl-24 ta' Awwissu 2016. Terremoti oħrajn laqtu ż-żoni li diġà kienu ntlaqtu u l-livell ta' ħsara rrappurtat qabel żdied b'mod sinifikanti. L-Italja mbagħad ressqet l-applikazzjoni finali tagħha fil-15 ta' Frar 2017, flimkien ma' stimi riveduti li jinkludu kull dannu kkawżat bejn l-24 ta' Awwissu 2016 u t-18 ta' Jannar 2017.

(4)  L-applikazzjoni tal-Italja tissodisfa l-kundizzjonjiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(5)  Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Italja.

(6)  Peress li l-ammont li jista' jiġi mobilizzat għall-2017 mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-kontribuzzjoni sħiħa, jenħtieġ li d-differenza tiġi eċċezzjonalment ffinanzjata permezz tal-ammont annwali disponibbli għall-2018 kif stipulat fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(7)  Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 196 797 579 lill-Italja f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni tapplika mill- ... [data ta' adozzjoni ta' din id-deċiżjoni][4]*.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1]   ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
  • [2]   ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [3]   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
  • [4] * Id-data għandha tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) biex tingħata assistenza finanzjarja b'rabta mat-terremoti li seħħew bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria fl-Italja.

Bejn l-aħħar ta' Awwissu 2016 u nofs Jannar 2017, serje ta' terremoti qawwija b'qawwa ta' bejn 5.9 sa 6.5 fuq l-iskala Richter, segwiti minn bosta theżżiżiet, affettwaw żoni kbar fil-katina tal-Apennini fiċ-ċentru tal-Italja, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria. Dan wassal biex 333 persuna tilfu ħajjithom, aktar minn 30 000 għandhom bżonn ta' assistenza, kif ukoll għal ħsara sinifikanti lill-infrastruttura, lin-negozji, inklużi azjendi agrikoli u s-settur tat-turiżmu, u danni għall-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni milquta. Pereżempju, iċ-ċentru tal-belt ta' Amatrice u l-Bażilika tas-seklu 14 ta' San Benedettu f'Norcia nqerdu wara t-theżżiżiet ta' Awwissu u Ottubru.

Fl-applikazzjoni tagħhom, li waslet inizjalment lill-Kummissjoni fis-16 ta' Novembru 2016, u li ntemmet fil-15 ta' Frar 2016 biex tinkludi d-danni kollha kkawżati bejn l-24 ta' Awwissu u t-18 ta' Jannar 2017, l-awtoritajiet Taljani stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta' EUR 21 878,8 miljun. Peress li dan jirrappreżenta 1,36 % tal-ING tal-Italja (EUR 3,3 biljun) u jaqbeż il-limitu massimu ta' EUR 3 biljuni, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali kbir" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar il-FSUE.

L-ispiża tal-operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza eliġibbli, kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament, ġiet stmata mill-awtoritajiet Taljani li tammonta għal EUR 2 149 363 344, bl-ikbar sehem tal-ispejjeż ikun biex l-infrastruttura terġa' tibda tiffunzjona, b'mod partikolari t-toroq, segwiti mill-ispejjeż tas-servizzi ta' salvataġġ u ta' akkomodazzjoni temporanja.

Ir-reġjuni milquta jaqgħu taħt il-kategorija ta' "reġjuni fi tranżizzjoni" u "reġjuni aktar żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE (2014-2020). L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li bi ħsiebhom jallokaw mill-ġdid il-finanzjament mill-programm tal-Fondi SIE għall-miżuri ta' rkupru.

L-Italja talbet ħlas bil-quddiem, li ngħata mill-Kummissjoni fid-29 ta' Novembru 2016, li jammonta għal EUR 30 000 000 (l-ammont massimu possibbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament) u mħallsa b'mod sħiħ.

Bi qbil mal-prassi tal-imgħoddi, il-Kummissjoni tipproponi li tapplika r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali sal-livell limitu tal-Italja għal "diżastri maġġuri" u 6 % għall-parti tal-ħsara diretta totali li tmur lil hinn minn dan il-livell limitu. L-ammont totali ta' għajnuna propost għalhekk huwa ta' EUR 1 196 797 579.

Konklużjoni

Il-mobilizzazzjoni proposta tirrikjedi emenda għall-baġit 2017 u abbozz ta' baġit emendatorju (Nru 4/2017) immirat biex iżid l-artikolu baġitarju 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 166 797 579 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Din hija t-tieni deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni tal-2017 u l-ogħla mobilizzazzjoni unika tal-FSUE li qatt saret.

L-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-bidu tas-sena 2017 kien ta' EUR 1 115 121 612, li jirrappreżenta l-allokazzjoni tal-2017 u l-allokazzjoni kollha tal-2016 li baqgħet ma ntefqitx u ġiet riportata. L-ammont li jista' jiġi mobilizzat f'dan l-istadju tas-sena 2017 huwa ta' EUR 902 826 499, li jikkorrispondi għall-ammont totali disponibbli fil-bidu tas-sena, bit-tnaqqis tal-mobilizzazzjoni preċedenti tal-Fond (EUR 71 524 810), bit-tnaqqis tal-ammont miżmum ta' EUR 140 770 303, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-regolament dwar il-QFP li jipprevedi l-obbligu li tinżamm merfugħa 25 % mill-allokazzjoni annwali sal-1 ta' Ottubru tas-sena partikolari.

Peress li dan l-ammont mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-mobilizzazzjoni sħiħa, il-Kummissjoni tipproponi li tkopri d-differenza ta' EUR 293 971 080 billi din tiġi fornuta minn qabel mill-ammont annwali disponibbli fl-2018, f'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament QFP.

Ir-rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni rapida tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport, li twassal għall-mobilizzazzjoni ta' ammont bla preċedent għal pajjiż wieħed, bħala simbolu ta' solidarjetà Ewropea għar-reġjuni Taljani milquta.

ANNESS – ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Suġġett:  Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja

Għażiż Sur Arthuis,

Il-Kummissjoni Ewropea għaddiet lill-Parlament Ewropew il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2017)0540), fuq il-bażi ta' applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ippreżentata mill-Italja wara serje ta' terremoti li seħħew bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni tal-Abruzzo, il-Lazio, il-Marche u l-Umbria.

Il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tagħti stima tal-ħsarat ikkawżati mid-diżastri kif ġej:

Diżastru

Ħsara direttatotali

 

(f'miljuni ta' EUR)

Il-limitu massimu għal diżastru maġġuri

(f'miljuni ta' EUR)

2,5 % tal-ħsara diretta sal-limitu massimu

(f'miljuni ta' EUR)

 

6 % tal-ħsara diretta 'l fuq mil-limitu massimu(EUR)

 

Ammont totali tal-għajnuna proposta

(EUR)

L-ITALJA

21 878,767

3 312,242 

82 806 050

1 113 991 529

1 196 797 579

TOTAL

1 196 797 579

Meta jitqies l-ammont ta' EUR 30 000 000 li kienu diġà tħallsu għal dan il-każ tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) bħala ħlas bil-quddiem mill-baġit tal-2016, il-Kummissjoni tipproponi wkoll Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2017 (COM(2017)0541 final) biex ikopri l-mobilizzazzjoni tal-FSUE proposta msemmija hawn fuq billi żżid l-artikolu tal-baġit 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali maġġuri b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 1 166 797 579 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw dawn il-proposti u talbuni niktiblek biex ninfurmak li l-maġġoranza tal-membri ta' dan il-Kumitat ma għandha l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex l-ammont imsemmi hawn fuq jiġi allokat kif propost mill-Kummissjoni, u tappoġġja l-korrispondenti ABE Nru 4/2017 kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Giovanni La Via, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio Massimo Castaldo

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki, Urmas Paet

ECR

Richard Ashworth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

1

-

ENF

André Elissen

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni