RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jżid ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bil-għan li jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea u li jkunu aġġornati t-tabelli tal-persunal tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2
5.9.2017 - (11812/2017– C8 0303/2017 – 2017/2078(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jens Geier
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jżid ir-riżorsi baġitarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bil-għan li jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea u li jkunu aġġornati t-tabelli tal-persunal tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2
(11812/2017 – C8 0303/2017 – 2017/2078(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3] (ir-Regolament dwar il-QFP),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],
– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 5/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ''Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ'',
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Mejju 2017 (COM(2017)0288),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Ġunju 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11812/2017 – C8-0303/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0282/2017),
A. billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2017 huwa marbut mal-forniment ta' EUR 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), kif miftiehem mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-ftehim tagħhom dwar il-baġit 2017, kif ukoll mal-emendar tal-organigrammi tal-aġenzija deċentralizzata ACER u l-Impriża Konġunta SESAR2, mingħajr ma jkunu hemm tibdil fil-baġit ġenerali jew fl-għadd totali ta' karigi;
B. billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tipproponi baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġu pprovduti EUR 500 miljun għall-YEI fl-2017 iffinanzjati mill-Marġini Globali għall-Impenji, malli jiġi adottat l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-QFP;
C. billi, b'segwitu għall-adozzjoni tal-aġġustament tekniku, il-Kummissjoni qed tipproponi għaldaqstant li temenda l-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 u żżid l-Artikolu 04 02 64 ''Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ'';
D. billi, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar żieda ta' EUR 1,2 biljun għall-YEI għall-2017-2020, u l-Parlament Ewropew enfasizza, fid-dikjarazzjoni tiegħu marbuta mar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-QFP, li dan il-limitu huwa ta' natura politika mingħajr l-ebda implikazzjoni legali;
E. billi, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-QFP, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll fid-dikjarazzjoni tagħha, li għandha tiġi kkunsidrata żieda fil-finanzjament għall-YEI lil hinn mill-ammont miftiehem ta' EUR 1,2 biljun, billi jintuża l-marġini disponibbli taħt il-Marġini Globali għall-Impenji skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP;
F. billi r-rekwiżit għall-eżerċizzju ta' klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2017 huwa meħtieġ kemm għall-aġenzija deċentralizzata ACER kif ukoll għall-Impriża Konġunta SESAR2;
1. Jenfasizza, bħala kwistjoni ta' prijorità, il-ħtieġa urġenti li jkompli jiżdied l-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ permezz ta' finanzjament addizzjonali għall-YEI;
2. Jiddispjaċih dwar id-dewmien, minħabba l-imblukkar u l-approvazzjoni tardiva min-naħa tal-Kunsill għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, fil-modifika tal-baġit tal-Unjoni għall-2017 biex tiżdied il-YEI kif maqbul matul il-proċedura baġitarja annwali tal-2017;
3. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017, kif ippreżentat mill-Kummissjoni;
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw programmazzjoni mill-ġdid rapida tal-programmi operazzjonali rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-pakkett addizzjonali kollu tal-YEI ta' EUR 500 miljun ikun impenjat għalkollox u b'mod effiċjenti sa tmiem l-2017; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jwettqu l-valutazzjonijiet tan-nuqqasijiet u l-analiżijiet tas-suq qabel ma jiġu stabbiliti l-iskemi sabiex jottimizzaw il-benefiċċji tal-YEI;
5. Jieħu nota tal-modifiki fl-organigrammi tal-aġenzija deċentralizzata ACER u tal-Impriża Konġunta SESAR2; jinnota li dawn il-modifiki ma jibdlux l-għadd totali ta' karigi u li jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan il-baġit annwali tal-korpi għal din is-sena; jaqbel li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kariga fil-grad ta' AD15 għall-Impriża Konġunta SESAR2 hija ad personam, u se tiskadi fi tmiem il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali;
6. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
30.8.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Anneli Jäätteenmäki, Giovanni La Via, Tomáš Zdechovský |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
29 |
+ |
|
ALDE |
Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki, Urmas Paet |
|
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk |
|
GUE/NGL |
Liadh Ní Riada, Younous Omarjee |
|
PPE |
Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský |
|
S&D |
Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos |
|
VERTS/ALE |
Indrek Tarand, Monika Vana |
|
3 |
- |
|
ECR |
Bernd Kölmel |
|
ENF |
André Elissen, Marco Zanni |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni