RAPPORT dwar l-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

5.9.2017 - (2016/2324(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio
Rapporteur (*):
Francisco Assis, Kumitat għall-Affarijiet Barranin
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2016/2324(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0283/2017
Testi mressqa :
A8-0283/2017
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

(2016/2324(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-TFUE, li jafferma mill-ġdid li l-UE "għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha",

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-NU fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottati fi New York fis-16 ta' Diċembru 1966, u l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra s-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument finali adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"[1],

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-"Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea - Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'saħħitha" li ġiet ippreżentata f'Ġunju 2016 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà[2],

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015[3],

–  wara li kkunsidra l-Pjanijiet Direzzjonali tal-Pajjiżi tal-UE għall-Impenn mas-Soċjetà Ċivili,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-"Ftehim ta' Cotonou"), u r-reviżjonijiet tiegħu tal-2005 u l-2010,

–  wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Prattika Tajba għall-Parteċipazzjoni Ċivili fil-Proċess tat-Teħid tad-Deċiżjoni, li ġie adottat mill-Konferenza tal-INGOs fl-1 ta' Ottubru 2009,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Berlin tal-laqgħa annwali tal-Grupp Ristrett tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili għall-Bini tal-Paċi u tal-Istat, li saret mis-6 sad-9 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020[4] u r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi[5],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp[6] kif ukoll id-Dikjarazzjoni I tal-Ftehim ta' Cotonou ("Dikjarazzjoni Konġunta tal-atturi fis-sħubija"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ("ir-Regolament Finanzjarju")[7],

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 tad-DCI għall-"Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali"[8],

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2012 bit-titolu "L-għeruq ta' demokrazija u żvilupp sostenibbli: il-kooperazzjoni tal-Ewropa mas-Soċjetà Ċivili fir-relazzjonijiet esterni" (COM(2012)0492),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-27 ta' Ġunju 2016 dwar l-ispazju tas-soċjetà ċivili[9],

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, u l-politika tal-UE għall-2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi[10],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020[11],

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll il-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tar-reliġjon jew it-twemmin, adottati mill-Kunsill fl-24 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għad-Delegazzjonijiet Interparlamentari tal-PE dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija waqt iż-żjarat tagħhom f'pajjiżi mhux membri tal-UE[12],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2013 bit-titolu "Responsabbilizzazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali fil-pajjiżi msieħba għal governanza aħjar u iktar effettiva tal-eżiti tal-iżvilupp",

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-24 ta' Frar 2015 bit-titolu "Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar rakkomandazzjonijiet prattiċi tal-11 ta' April 2016 għall-ħolqien u ż-żamma ta' ambjent sigur u abilitanti għas-soċjetà ċivili, abbażi ta' prattiki tajbin u tagħlimiet meħuda[13], u r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u d-dritt ta' assoċjazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2017 dwar ir-Riskji Globali tal-Forum Ekonomiku Dinji[14],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-reviżjoni tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp[15],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp[16],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp[17],

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030[18],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili: l-involviment tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli[19],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0283/2017),

A.  billi l-Artikolu 21 tat-TUE jiddikjara li l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali, li tinkludi fiha l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, trid tiġi ggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

B.  billi s-soċjetà ċivili tirrappreżenta t-tielet settur ta' soċjetà b'saħħitha u diċenti, flimkien mas-setturi pubbliċi u privati; billi s-soċjetà ċivili hija magħmula minn organizzazzjonijiet nongovernattivi u dawk mingħajr skop ta' qligħ li għandhom posthom fil-ħajja pubblika, li jesprimu l-interessi u l-valuri tal-membri tagħhom jew oħrajn, ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet etiċi, kulturali, politiċi, xjentifiċi, reliġjużi jew filantropiċi;

C.  billi s-soċjetà ċivili tiżvolġi rwol importanti fil-bini u t-tisħiħ tad-demokrazija, fil-monitoraġġ tas-setgħa tal-istat u fil-promozzjoni tal-governanza tajba, it-trasparenza u r-responsabbiltà; billi l-preżenza ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) bħala forza vitali fis-soċjetà hija kruċjali, peress li jirrappreżentaw kontrobilanċ neċessarju għall-eżerċizzju tas-setgħat billi jiżvolġu r-rwol ta' intermedjarju u ta' medjatur bejn il-popolazzjoni u l-istat, u fil-kapaċità tagħhom bħala gwardjani tad-demokrazija; billi bosta gruppi tas-soċjetà ċivili bdew ifittxu li jinvolvu ruħhom fi proċessi ta' riforma kostituzzjonali sabiex jiġu mħarsa l-prinċipji u l-istituzzjonijiet demokratiċi;

D.  billi l-OSĊ ikopru firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll it-twettiq ta' attivitajiet fl-oqsma soċjali u ambjentali; billi s-soċjetà ċivili tkopri firxa wiesgħa u eteroġena ta' gruppi u għanijiet, inkluż mhux biss OSĊ, iżda anke NGOs, gruppi għad-drittijiet tal-bniedem u ta' komunitajiet, dijaspori, knejjes, assoċjazzjonijiet u komunitajiet reliġjużi, il-ħarsien tal-interessi tal-persuni b'diżabbiltà, movimenti soċjali u trade unions, popli indiġeni u fondazzjonijiet, u r-rappreżentanza ta' persuni vulnerabbli, diskriminati u emarġinati;

E.  billi l-Ftehim ta' Cotonou jirrikonoxxi lis-soċjetà ċivili bħala attur ewlieni fi ħdan il-kooperazzjoni AKP-UE; billi l-iskadenza tal-Ftehim fl-2020 tirrappreżenta opportunità biex isir rieżami tas-sħubija u tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni tal-OSĊ;

F.  billi l-OSĊ saru atturi importanti fl-assistenza globali għall-iżvilupp, b'mod partikolari fit-twettiq tas-servizzi soċjali bażiċi, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, il-promozzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba, is-soċjetajiet paċifiċi u inklużivi, it-trawwim tar-reżiljenza ta' individwi, familji u komunitajiet lokali, il-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u r-rispons għal kriżijiet umanitarji;

G.  billi, kif rikonoxxut minn organizzazzjonijiet internazzjonali fil-protokolli u l-prattiki tagħhom, il-knejjes, il-komunitajiet u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi, flimkien mal-organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq ir-reliġjon jew fuq it-twemmin jinsabu fost l-atturi prinċipali operazzjonali lokali li ilhom jeżistu u li jinsabu fuq quddiem nett fil-qasam tal-għoti ta' assistenza umanitarja u tal-iżvilupp;

H.  billi l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 tad-DCI għall-programm tematiku "Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali" jinkludi l-promozzjoni ta' ambjent abilitanti għall-OSĊ u l-awtoritajiet lokali bħala element trasversali; billi l-programm għandu l-għan li jsaħħaħ il-vuċi u l-parteċipazzjoni tal-OSĊ fil-proċess ta' żvilupp ta' pajjiżi sħab u li jsir progress fid-djalogu politiku, soċjali u ekonomiku;

I.  billi l-UE hija l-akbar donatur għall-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u kienet attur minn ta' quddiem fil-protezzjoni tal-atturi tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) permezz tal-użu u l-implimentazzjoni ta' firxa ta' strumenti u politiki, inklużi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), il-programm tematiku tad-DCI għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali, il-Fond Ewropew għad-Demokrazija, il-Pjanijiet Direzzjonali tas-Soċjetà Ċivili implimentati f'105 pajjiżi u dokumenti ta' strateġija tal-pajjiż;

J.  billi kien hemm żieda fid-daqs, fl-ambitu, fil-kompożizzjoni u fl-influwenza tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja tul dawn l-aħħar għaxar snin; billi, fl-istess ħin, ir-restrizzjonijiet kontra l-atturi u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili saru dejjem aktar repressivi u qawwija f'għadd dejjem jikber ta' pajjiżi madwar id-dinja, kemm dawk li qed jiżviluppaw kif ukoll dawk żviluppati;

K.  billi, barra minn hekk, l-aġenda stabbilita minn donaturi istituzzjonali tista' f'ċerti każijiet ma tipprijoritizzax il-ħtiġijiet reali tal-atturi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam;

L.  billi r-Rapport 2016 dwar l-Istat tas-Soċjetà Ċivili kkunsidra l-2015 bħala sena diżastruża għas-soċjetà ċivili hekk kif id-drittijiet ċiviċi jinsabu taħt theddida serja f'iktar minn mitt pajjiż; billi r-reġjuni tal-Afrika sub-Saħarjana u tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq (MENA) huma partikolarment ikkonċernati minn dan ir-rapport, peress li jħabbtu wiċċhom aktar spiss ma' sitwazzjonijiet ta' tensjoni politika, kunflitt u fraġilità;

M.  billi għadd dejjem jikber ta' gvernijiet qed irażżnu, b'mod legali jew amministrattiv, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż billi jimponu liġijiet restrittivi, limiti fuq il-finanzjament, proċeduri ta' liċenzjar stretti u taxxi punittivi;

N.  billi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw żdied b'mod preokkupanti l-għadd ta' rapporti dwar attivisti, membri tal-persunal tal-OSĊ, DDB, trade unionists, avukati, intellettwali, ġurnalisti u kapijiet reliġjużi li qed jiġu ppersegwitati, intimidati, stigmatizzati bħala "aġenti barranin", u arrestati jew miżmuma b'mod arbitrarju, u fl-għadd ta' vittmi ta' abbuż u vjolenza f'dawn l-aħħar snin; billi f'għadd ta' pajjiżi, dan qiegħed isir b'impunità sħiħa, u xi drabi bl-appoġġ jew f'konformità tal-awtoritajiet;

O.  billi d-drittijiet tal-bniedem huma universali u inaljenabbli, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati; billi l-ħila tas-soċjetà ċivili li taġixxi tiddependi fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni, ta' għaqda paċifika, ta' espressjoni, tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin u l-aċċess liberu għall-informazzjoni;

P.  billi hemm rabta bejn soċjetà ċivili dgħajfa, spazju politiku u ċiviku mnaqqas, livell ogħla ta' korruzzjoni, inugwaljanza soċjali u bejn is-sessi u livell baxx ta' żvilupp tal-bniedem u dak soċjoekonomiku, kif ukoll fraġilità u kunflitti;

Q.  billi kwalunkwe rispons kredibbli u effettiv tal-UE fl-indirizzar ta' spazju ċiviku dejjem jiċkien jirrikjedi valutazzjoni eżatta u fil-ħin u fehim tat-theddid u l-fatturi li joħolqu restrizzjonijiet; billi dan ir-rispons jirrikjedi wkoll approċċ koordinat bejn l-iżvilupp u l-kooperazzjoni politika, sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-istrumenti esterni u interni kollha tal-UE billi jixħtu messaġġ komuni dwar l-importanza ta' soċjetà ċivili li tiffunzjona liberament, kif ukoll kooperazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u internazzjonali;

R.  billi l-Aġenda 2030, u l-SDGs 16 u 17 b'mod partikolari, jipprevedu kooperazzjoni msaħħa mas-soċjetà ċivili bħala sieħeb ewlieni u faċilitatur fir-rigward tal-promozzjoni, l-implimentazzjoni, is-segwitu u r-rieżami tal-SDGs;

1.  Jemmen li soċjetà ċivili ġenwinament indipendenti, diversa, pluralistika u vibranti hija kruċjali fl-iżvilupp u l-istabbiltà ta' pajjiż, sabiex tiżgura l-konsolidazzjoni demokratika, il-ġustizzja soċjali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u sabiex jinbnew soċjetajiet inklużivi sabiex ħadd ma jitħalla barra; ifakkar barra minn hekk li soċjetà ċivili hija attur ewlieni biex jintlaħqu l-SDGs;

2.  Jenfasizza r-rwol ċentrali li tiżvolġi s-soċjetà ċivili madwar id-dinja fl-appoġġ tad-demokrazija, fil-garanzija tas-separazzjoni tas-setgħat u fil-promozzjoni tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-governanza tajba, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-estremiżmu vjolenti, u l-impatt dirett fuq l-iżvilupp tal-bniedem u dak ekonomiku tal-pajjiżi, kif ukoll fuq is-sostenibbiltà ambjentali;

3.  Jinsab ferm imħasseb li l-limitazzjonijiet tal-ispazju tas-soċjetà ċivili f'pajjiżi li qed jiżviluppaw qed isir dejjem aktar b'modi kumplessi u sofistikati, li huma aktar diffiċli biex jiġu indirizzati u jvarjaw minn leġiżlazzjoni, tassazzjoni, limitazzjonijiet finanzjarji, aktar burokrazija, rekwiżiti ta' rappurtar u bankarji, il-kriminalizzazzjoni u l-istigmatizzazzjoni tar-rappreżentanti tal-OSĊ, il-malafama, il-forom kollha ta' fastidju, ir-repressjoni online, il-limitazzjonijiet għall-aċċess għall-internet, iċ-ċensura, id-detenzjoni arbitrarja, il-vjolenza bbażata fuq is-sess, it-tortura u l-qtil, b'mod partikolari fi Stati milquta mill-kunflitti; jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati t-tattiċi governattivi u nongovernattivi ta' marġinalizzazzjoni ta' vuċijiet kritiċi;

4.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, meta l-OSĊ ikunu jistgħu legalment jirċievu finanzjament barrani, dawn jistgħu jiġu mlaqqma bħala ''aġenti barranin'', fatt li jistigmatizzahom u jżid b'mod sinifikanti r-riskji li jiffaċċjaw; jappella lill-UE ssaħħaħ l-istrumenti u l-politiki tagħha li jindirizzaw il-bini tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt u tinkludi punti ta' riferiment b'saħħithom għall-obbligu ta' rendikont u l-ġlieda kontra l-impunità għal arresti arbitrarji, abbuż mill-pulizija, tortura u trattament ħażin ieħor tad-DDB, filwaqt li tqis li n-nisa u l-irġiel jesperjenzaw dawn l-atti b'mod differenti;

5.  Jissottolinja li t-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili huwa fenomenu globali, li mhuwiex ristrett għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżda qed iseħħ ukoll dejjem iżjed f'demokraziji stabbiliti u f'pajjiżi bi dħul medju u għoli, inklużi Stati Membri tal-UE u wħud mill-alleati l-aktar stretti tal-UE; jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha jagħtu l-eżempju billi jħarsu b'mod strett id-drittijiet fundamentali tas-soċjetà ċivili u jindirizzaw kwalunkwe tendenza negattiva f'dan il-qasam;

6.   Jinsisti li l-Istati għandhom ir-responsabbiltà primarja u huma taħt obbligu li jipproteġu d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha, u għandhom id-dmir li jipprovdu ambjent politiku, ġuridiku u amministrattiv li jwassal għal soċjetà ċivili libera u li tiffunzjona, fejn l-operazzjoni u l-aċċess liberu u sigur għall-finanzjament huwa sigur, inkluż permezz ta' sorsi barranin;

7.  Jappella lill-UE tirrikonoxxi l-ħtieġa li tipprovdi gwida lill-gvernijiet, lill-partiti politiċi, lill-parlamenti u lill-amministrazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji dwar l-iżvilupp ta' strateġiji biex jiġi stabbilit l-ambjent legali, amministrattiv u politiku adegwat biex l-OSĊ ikunu jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti;

8.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-attakki dejjem jiżdiedu kontra d-DDB madwar id-dinja; jistieden lill-UE, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), b'mod partikolari, jadottaw politika biex jiddenunzjaw, b'mod sistematiku u mingħajr ekwivoku, il-qtil ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) u kwalunkwe tentattiv biex ikunu suġġetti għal kull forma ta' vjolenza, persekuzzjoni, theddid, fastidju, għajbien furzat, priġunerija jew arrest arbitrarju, jikkundannaw lil dawk li jwettqu jew jittolleraw tali atroċitajiet, u jintensifikaw id-diplomazija pubblika f'appoġġ miftuħ u ċar għad-DDB; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE u lir-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw b'mod attiv lid-DDB, partikolarment billi jimmonitorjaw il-proċessi b'mod sistematiku, iżuruhom fil-ħabs u joħorġu dikjarazzjonijiet dwar każijiet individwali, meta jkun xieraq;

9.  Iqis li, f'każijiet ta' tnaqqis rapidu u drammatiku tal-ispazju għas-soċjetà ċivili, l-Istati Membri jenħtieġu li jagħtu livell għoli ta' rikonoxximent pubbliku lill-NGOs tad-drittijiet tal-bniedem/lid-DDB individwali affettwati għal xogħolhom, pereżempju billi jsirulhom żjarat waqt żjarat uffiċjali;

10.  Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa linji gwida dwar il-libertà ta' għaqda paċifika u l-libertà ta' assoċjazzjoni; jappella lill-UE tagħmel użu sħiħ mill-Istrateġiji tal-Pajjiżi li l-UE telabora fir-rigward tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, biex tistabbilixxi għodod ta' monitoraġġ għall-implimentazzjoni konġunta effettiva tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u biex tiżgura li ma jkun hemm ebda lakuna fil-protezzjoni u li abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jiġu ssodisfati permezz ta' sanzjonijiet;

11.  Ifakkar li s-soċjetà ċivili tiżvolġi rwol importanti fil-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;

12.  Jenfasizza li huwa essenzjali li r-relazzjoni tal-OSĊ maċ-ċittadini u mal-istat hija msaħħa, sabiex il-komunitajiet u l-kostitwenzi, inklużi n-nisa u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-gruppi vulnerabbli kollha, ikunu verament rappreżentati, u sabiex tgħin tagħmel l-istat aktar effettiv u responsabbli fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kollha;

13.  Jilqa' l-impenn u l-appoġġ li l-UE ilha tagħti għal żmien twil lis-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jtenni t-talba inekwivoka tiegħu għal appoġġ kontinwu u dejjem ikbar u finanzjament mill-UE fil-ħolqien ta' ambjent liberu u abilitanti għas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u dak lokali, inkluż permezz tal-programmar annwali; jistieden lill-UE tiddiversifika u timmassimizza modalitajiet u mekkaniżmi ta' finanzjament għall-atturi tas-soċjetà ċivili, billi jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tagħhom u jiġi żgurat li ma jiġix limitat il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom għal azzjoni jew in-numru ta' interlokuturi potenzjali;

14.  Jappella lill-UE tiżgura li l-finanzjament tal-UE jintuża kemm għal sostenn fuq perjodu ta' żmien twil kif ukoll għal interventi ta' emerġenza, sabiex jgħin lil attivisti tas-soċjetà ċivili f'riskju b'mod partikolari;

15.   Ifakkar li l-parteċipazzjoni ċivika u s-saħħa tas-soċjetà ċivili jentieġ li jiġu meqjusa bħala indikatur għad-demokrazija; iħeġġeġ bil-qawwa kwalunkwe dibattitu interparlamentari dwar id-demokrazija biex jinkludi l-membri tal-OSĊ u s-soċjetà ċivili jkunu involuti fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni kollha li taffettwa dan;

16.  Jappella lill-UE tkompli taħdem lejn iktar awtonomija tal-ispazju ċiviku mhux biss permezz tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp u tad-drittijiet tal-bniedem, iżda anke billi tintegra l-politiki interni u esterni l-oħra kollha tal-UE, inklużi l-ġustizzja, l-affarijiet interni, il-politiki kummerċjali u ta' sigurtà, f'konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;

17.  Iwissi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha rigward approċċ iktar rilassat dwar it-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili u kwistjonijiet oħra rigward id-drittijiet tal-bniedem meta huma kkonċernati pajjiżi li magħhom l-UE tikkoopera dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni; jissottolinja l-fatt li l-ispazju tas-soċjetà ċivili li qed jiċkien u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jikkontribwixxu l-migrazzjoni furzata; 

18.  Jenfasizza l-fatt li l-indirizzar tal-ispazju tas-soċjetà ċivili li qed jiċkien jirrikjedi approċċ unifikat u konsistenti fir-relazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex b'mod proattiv jindirizzaw il-kawżi tal-fatt li qed jiċkien l-ispazju tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari permezz tal-integrazzjoni tal-impenn u l-parteċipazzjoni min-naħa tal-OSĊ fil-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali bħala sħab fi djalogu politiku, ekonomiku u soċjali; jappella, f'dan ir-rigward, lill-UE tqis id-daqsijiet differenti, il-kapaċitajiet u l-għarfien espert tal-OSĊ;

19.  Iħeġġeġ lill-UE ssir faċilitatur attiv u tippromwovi mekkaniżmi istituzzjonali u inizjattivi ta' bosta partijiet interessati sabiex jissaħħu d-djalogi u jiġu żviluppati koalizzjonijiet u sħubiji aktar b'saħħithom u usa' fost il-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-OSĊ, l-awtoritajiet lokali u s-settur privat dwar ambjent għas-soċjetà ċivili abilitanti; jissottolinja l-importanza ta' spazji siguri għal dawn id-djalogi;

20.  Jappella lill-UE timmonitorja miżuri kontra t-terroriżmu u l-aspetti ta' kontra l-ħasil tal-flus u l-leġiżlazzjoni dwar it-trasparenza, u biex tieħu azzjoni biex tiżgura li dawn ma jqegħdux limiti illeġittimi fuq il-finanzjament u l-attivitajiet tal-OSĊ; itenni, f'dan il-kuntest, li r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) jenħtieġ li ma jiġux interpretati u applikati b'mod li jirrestrinġi bla bżonn l-ispazju għas-soċjetà ċivili; 

21.  Ifakkar li s-settur privat huwa sieħeb ewlieni biex jintlaħqu l-SDGs, u għandu rwol importanti fit-trawwim ta' spazju ċiviku u l-promozzjoni ta' ambjent abilitanti għall-OSĊ u t-trade unions, b'mod partikolari billi jafferma mill-ġdid ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-obbligi tad-diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista, u permezz tal-użu ta' sħubijiet pubbliċi-privati;

22.   Itenni l-obbligu impost fuq is-settur privat biex jirrispetta kemm id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-ogħla standards soċjali u ambjentali; jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jimpenjaw ruħhom b'mod attiv fil-ħidma tan-NU sabiex jistabbilixxu trattat internazzjonali li jżomm responsabbli lill-korporazzjonijiet involuti fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u billi jintroduċu valutazzjonijiet tar-riskju dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-akkwist pubbliku u l-investiment;

23.  Jitlob lill-UE tistabbilixxi diliġenza dovuta obbligatorja u legalment infurzabbli, fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għall-attivitajiet kummerċjali mwettqa f'pajjiżi terzi minn kumpaniji residenti fl-UE;

24.  Jemmen li ftehimiet kummerċjali u ta' investiment konklużi mill-UE u l-Istati Membri tagħha ma jridux jikkompromettu, direttament jew indirettament, il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-ispazju ċiviku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iqis li klawsoli vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet kummerċjali huma għodda influwenti għall-ftuħ ta' spazju ċiviku; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-atturi tas-soċjetà ċivili fil-ftehimiet kummerċjali tal-istituzzjonijiet, inklużi Gruppi Konsultattivi Domestiċi u Kumitati Konsultattivi tal-FSE;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ta' monitoraġġ ta' strumenti ta' finanzjament estern tal-UE, b'enfasi speċjali fuq id-drittijiet tal-bniedem;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jistabbilixxu l-aħjar prattiki u jiżviluppaw punti ta' riferiment u indikaturi ċari relatati mat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u tar-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-EIDHR, sabiex ikejlu l-progress tanġibbli;

27.  Jistieden lill-atturi kollha tal-UE jħeġġu b'mod aktar effettiv fil-fora multilaterali t-tisħiħ tal-qafas ġuridiku internazzjonali li jirfed id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn billi jinvolvu ruħhom ma' organizzazzjonijiet multilaterali bħalma huma n-NU, inkluż il-mekkaniżmu tal-Proċeduri Speċjali tan-NU u tar-Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UPR), u ma' organizzazzjonijiet reġjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), l-Unjoni Afrikana (UA), l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), il-Lega Għarbija u l-Grupp ta' Ħidma tal-Komunità tad-Demokraziji dwar l-abilitazzjoni u l-protezzjoni tas-soċjetà ċivili; ifakkar fl-importanza għall-Unjoni li jiġi stabbilit djalogu inklużiv dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-istati sħab kollha billi jiġu inklużi l-OSĊ; jistieden kemm lill-Unjoni u kemm lill-Istati Membri tagħha jħaffu l-programmi ta' governanza tajba tagħhom ma' pajjiżi terzi, u jippromwovu l-iskambju ta' prattiki tajba fir-rigward tal-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-OSĊ fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet; iqis li jeħtieġ li jiġu promossi djalogi tripartitiċi bejn il-gvernijiet, l-UE u l-OSĊ, inkluż dwar kwistjonijiet diffiċli ħafna bħalma huma s-sigurtà u l-migrazzjoni;

28.  Jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Twissija Bikrija għat-Tnaqqis tal-Ispażju tas-Soċjetà Ċivili, bl-involviment tal-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE, li jkun kapaċi jimmonitorja t-theddid kontra l-ispazju tas-soċjetà ċivili u d-DDB u joħroġ twissija kull meta jkun hemm evidenza li pajjiż li qed jiżviluppa qed iħejji restrizzjonijiet ġodda serji kontra s-soċjetà ċivili, jew meta l-gvern ikun qed juża organizzazzjonijiet mhux governattivi organizzati mill-gvern (GONGOs) b'tali mod li joħloq l-apparenza qarrieqa li teżisti soċjetà ċivili indipendenti, biex b'hekk l-UE tkun tista' tirrispondi b'mod aktar f'waqtu, koordinat u tanġibbli;

29.  Jappella lill-UE ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-parteċipazzjoni sħiħa u l-emanċipazzjoni ta' minoranzi u gruppi vulnerabbli oħra, bħal persuni b'diżabbiltà, popli indiġeni u popolazzjonijiet iżolati fi proċessi kulturali, soċjali, ekonomiċi u politiċi; jistieden lill-Istati, f'dan ir-rigward, li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni u l-politiki tagħhom ma jdgħajfux t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom jew l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili li jiddefendu d-drittijiet tagħhom;

30.  Jiddeplora n-nuqqas ta' organizzazzjonijiet li jgħinu lill-vittmi ta' terroriżmu f'pajjiżi terzi fi żmien meta t-terroriżmu globali qed jiżdied; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa urġenti li tiġi stabbilita klima sigura għal tali organizzazzjonijiet sabiex jipproteġu lill-vittmi tat-terroriżmu;

31.  Jissottolinja r-rwol kritiku tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa fil-qasam tal-progress soċjali, inklużi l-movimenti mmexxija miż-żgħażagħ; jistieden lill-UE tinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-ħolqien ta' ambjent sigur u abilitanti għall-OSĊ tan-nisa u tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, u li jiġu indirizzati l-forom speċifiċi ta' repressjoni bbażati fuq is-sess, partikolarment f'reġjuni milquta minn kunflitti;

32.  Jenfasizza l-importanza li tingħata kontribuzzjoni b'mod attiv għall-appoġġ ta' politiki u azzjonijiet relatati mad-drittijiet tan-nisa, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;

33.  Itenni kemm huwa importanti li l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet jiġi integrat fil-politika tal-iżvilupp tal-UE, bl-għan li jiġu integrati l-prinċipji dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fl-attivitajiet ta' żvilupp tal-UE u li jiġu sinkronizzati l-attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

34.  Ifakkar fl-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fit-tisħiħ ta' ambjenti abilitanti għas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jippromwovu d-djalogu u l-aħjar prattika għall-protezzjoni u l-impenn mas-soċjetà ċivili;

35.  Jilqa' l-Pjanijiet Direzzjonali tal-Pajjiżi tal-UE għall-Impenn mas-Soċjetà Ċivili bħala għodda effikaċi u bħala l-qafas tal-UE possibbli ġdid għall-impenn mas-soċjetà ċivili; iqis li huwa ta' importanza fundamentali li l-OSĊ jiġu involuti mhux biss fil-proċess ta' konsultazzjoni li jwassal għall-abbozzar tal-pjanijiet direzzjonali, iżda anke fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fir-rieżami tagħhom;

36.  Jimpenja ruħu li jistabbilixxi, fuq bażi annwali u permezz ta' konsultazzjoni fil-fond ma' atturi istituzzjonali u NGOs rilevanti, lista ta' pajjiżi fejn l-ispazju għas-soċjetà ċivili jinsab l-aktar taħt theddida;

37.  Jistieden lill-VP/RGħ biex tqiegħed regolarment fuq l-aġenda tal-Kunsill Affarijiet Barranin, għal diskussjoni u segwitu, l-isforzi tal-UE biex ikomplu jiġu rilaxxati d-DDB, il-ħaddiema umanitarji, il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, il-persuni arrestati minħabba t-twemmin reliġjuż jew morali tagħhom, u oħrajn li ntbagħtu l-ħabs riżultat tat-tnaqqis fl-ispazju tas-soċjetà ċivili;

38.  Jilqa' l-ħatra ta' punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili fid-Delegazzjonijiet tal-UE ddedikati biex titjieb il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili lokali, b'mod partikolari fl-għoti ta' għajnuna lil gruppi u individwi vulnerabbli u marġinalizzati; jitlob lid-Delegazzjonijiet tal-UE biex b'mod sistematiku jqajmu kuxjenza dwar l-ispazju tas-soċjetà ċivili li qed jiċkien u l-protezzjoni tal-attivisti mal-membri nazzjonali tal-parlamenti, il-gvernijiet u l-uffiċjali tal-awtoritajiet lokali, u biex ikomplu jimpenjaw ruħhom mal-OSĊ fiċ-ċiklu ta' programmar tal-fondi tal-UE u għall-monitoraġġ sussegwenti tagħhom, anke meta l-kooperazzjoni bilaterali tkun qed titneħħa gradwalment; jistieden, barra minn hekk, lid-Delegazzjonijiet tal-UE biex, b'mod regolari u trasparenti, jipprovdu informazzjoni lis-soċjetà ċivili dwar il-fondi u l-opportunitajiet ta' finanzjament;

39.  Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex b'mod sistematiku jinkludu spazju ċiviku dejjem jiċkien fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom u biex jagħmlu użu mill-istrumenti u l-għodod disponibbli kollha, inkluż fl-oqsma tal-iżvilupp u tal-kummerċ, sabiex ikun żgurat li l-pajjiżi sħab jirrispettaw l-impenn tagħhom li jipproteġu u jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-UE timmonitorja mill-qrib l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili f'pajjiżi sħab u jħeġġeġ lill-gvernijiet jirrevokaw il-liġijiet kollha li jiksru d-drittijiet għal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; iqis, f'dan ir-rigward, li l-UE jenħtieġ li tintroduċi kundizzjonalità pożittiva fl-appoġġ baġitarju fir-rigward ta' kwalunkwe restrizzjoni ta' spazju ċiviku;

40.  Jenfasizza li s-soċjetà ċivili tal-Punent jenħtieġ li tappoġġja l-ħolqien u t-tisħiħ ta' NGOs permezz tat-trasferiment tal-għarfien sabiex tgħinhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-pajjiżi tagħhom stess;

41.  Iħeġġeġ bil-qawwa s-sinerġiji bejn l-Istrumenti ta' Finanzjament Estern tal-UE b'appoġġ għas-soċjetà ċivili, u jitlob li jsir eżerċizzju ta' mmappjar komprensiv fil-livell tal-pajjiżi tal-finanzjament kollu tal-UE għas-soċjetà ċivili, sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet u trikkib, u biex jgħinu jiġu identifikati nuqqasijiet u ħtiġijiet ta' finanzjament possibbli;

42.  Iħeġġeġ lill-UE tadotta linji gwida dwar sħubijiet ma' knejjes u organizzazzjonijiet reliġjużi u mexxejja reliġjużi f'kooperazzjoni għall-iżvilupp, abbażi tal-esperjenzi ta' organizzazzjonijiet u programmi internazzjonali (bħall-UNICEF, il-Bank Dinji, id-WHO jew il-Programm ta' Żvilupp tan-NU), u prattiki tajba fl-Istati Membri tal-UE u lil hinn minnha;

43.  Jirrakkomanda bil-qawwa protezzjoni aħjar għar-rappreżentanti tal-OSĊ f'pajjiżi terzi sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe ostilità diretta lejhom;

44.  Jilqa' l-flessibbiltà akbar pprovduta minn għadd ta' strumenti ta' finanzjament tal-UE rilevanti għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, billi, inter alia, tippermetti reġistrazzjoni eħfef għall-applikanti tal-għotjiet u l-kunfidenzjalità tar-riċevituri fejn meħtieġ; iqis, madankollu, li jista' jsir aktar biex jingħata l-aktar rispons xieraq u mfassal għal sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inkluża informazzjoni aktar avvanzata dwar sejħiet għal proposti, aktar opportunitajiet ta' finanzjament, aktar aġġornamenti regolari tal-pjanijiet direzzjonali, l-armonizzazzjoni u s-semplifikazzjoni ta' modalitajiet ta' finanzjament, u appoġġ għal OSĊ fil-proċeduri amministrattivi tagħhom;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fil-Programm Indikattiv Pluriennali 2018-2020 tad-DCI, sejħa tematika globali għal proposti li tindirizza speċifikament il-kwistjoni tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-fondi tal-EIDHR biex tindirizza t-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili u s-sitwazzjoni tad-DDB; jiddeplora l-fatt li f'xi pajjiżi s-somom annwali jinsabu f'livell baxx ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika forom ġodda ta' attiviżmu li għandhom jiġu ffinanzjati mill-EIDHR, billi tadotta approċċ komprensiv għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tistabbilixxi proċedura aktar flessibbli u semplifikata ta' aċċess għall-finanzjament mill-EIDHR, speċjalment għaż-żgħażagħ, inklużi aktar eċċezzjonijiet sinifikanti għal dawk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jinsabu f'riskju partikolari u appoġġ lil gruppi mhux reġistrati li eventwalment għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet; iqis li għandha ssir aktar enfasi fuq gruppi u atturi lokali, peress li l-kwistjonijiet b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem spiss huma esperjenzati b'mod aktar reali u profond fil-livell lokali; itenni l-importanza tal-EIDHR fl-għoti ta' appoġġ finanzjarju u materjali dirett urġenti għad-DDB li jinsabu f'riskju, kif ukoll tal-fond ta' emerġenza li jippermetti lid-delegazzjonijiet tal-UE jagħtuhom għotjiet diretti ad hoc; jirrikonoxxi l-importanza ta' koalizzjonijiet jew konsorzji ta' atturi tas-soċjetà ċivili internazzjonali u nazzjonali biex jiffaċilitaw u jipproteġu x-xogħol tal-NGOs lokali kontra miżuri ripressivi; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni konġunta effettiva tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-pajjiżi terzi kollha fejn is-soċjetà ċivili tinsab f'riskju, u dan billi jadottaw strateġiji lokali għall-operazzjonalizzazzjoni sħiħa tagħhom;

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (11.7.2017)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar l-indirizzar tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw
(2016/2324(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Francisco Assis

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jiddenunzja l-fenomenu tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili, li huwa parti minn reazzjoni awtoritarja globali kontra d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora l-fatt li f'ċerti pajjiżi terzi l-awtoritajiet spiss jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni sabiex issikktu d-dissens jew il-kritika, inkluż online billi jimblukkaw l-internet fuq iċ-ċellulari, jiimponu restrizzjonijiet fuq il-midja soċjali u jipprojbixxu l-komunikazzjoni ma' gruppi barranin; ifakkar li ċerti gruppi, bħalma huma n-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni LGBTI u l-minoranzi, pereżempju r-Rom, il-persuni indiġeni u l-persuni b'diżabilità, isofru b'mod sproporzjonat taħt dawn ir-restrizzjonijiet; jistieden lill-gvernijiet jinvestigaw u jiżguraw ir-responsabilità għal atti ta' fastidju u intimidazzjoni kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u attivisti individwali, li ma jkunu qed jagħmlu xejn ħlief jeżerċitaw drittijiethom fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni; iwissi kontra ż-żieda fl-użu bla bżonn u eċċessiv tal-forza mill-forzi tas-sigurtà biex jirreprimu l-ġemgħat, inkluż permezz ta' sorveljanza, arrest arbitrarju, tortura u maltrattament ieħor, u l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-istampa minn ċerti stati li jżarmaw il-midja indipendenti permezz ta' fastidju u leġiżlazzjoni ripressiva, u b'hekk iġiegħlu lill-ġurnalisti u lill-bloggers jagħżlu bejn l-awtoċensura, il-fastidju u l-arrest, kif ukoll l-eżilju; ifakkar li l-istabilità fit-tul, id-demokrazija u r-reżiljenza ta' soċjetà jistgħu jinkisbu u jinżammu biss billi jiġu żgurati l-ftuħ u l-awtonomija tal-ispazju ċiviku u billi jinżammu d-drittijiet għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, inkluż fuq l-internet, kif ukoll ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni; jinnota li restrizzjonijiet u theddidiet fir-rigward tas-soċjetà ċivili jistgħu joriġinaw ukoll minn atturi mhux statali, inkluż mis-settur tan-negozju; jikkundanna l-impunità li għandhom għadd ta' stati fl-attakk tagħhom fuq is-soċjetà ċivili u jiddeplora l-fatt li r-relazzjonijiet bejn ċerti stati u l-UE xi kultant ma jiġux affettwati minn tali attakk;

2.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-attakki dejjem jiżdiedu kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) madwar id-dinja; jistieden lill-UE, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), b'mod partikolari, jadottaw politika biex jiddenunzjaw, b'mod sistematiku u mingħajr ekwivoku, il-qtil tad-DDB u kwalunkwe tentattiv biex ikunu suġġetti għal kull forma ta' vjolenza, persekuzzjoni, theddid, fastidju, għajbien furzat, priġunerija jew arrest arbitrarju, jikkundannaw lil dawk li jwettqu jew jittolleraw tali atroċitajiet, u jintensifikaw id-diplomazija pubblika f'appoġġ miftuħ u ċar għad-DDB; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE u lir-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw b'mod attiv lid-DDB, partikolarment billi jimmonitorjaw il-proċessi b'mod sistematiku, iżuruhom fil-ħabs u joħorġu dikjarazzjonijiet dwar każijiet individwali, meta jkun xieraq;

3.  Jenfasizza li t-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili huwa fenomenu globali, li mhuwiex ristrett għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżda qed iseħħ ukoll dejjem iżjed f'demokraziji stabbiliti u f'pajjiżi bi dħul medju u għoli, inklużi Stati Membri tal-UE u wħud mill-alleati l-aktar stretti tal-UE; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jagħtu l-eżempju billi jħarsu b'mod strett id-drittijiet fundamentali tas-soċjetà ċivili u jindirizzaw kwalunkwe tendenza negattiva f'dan il-qasam;

4.  Jitlob lill-UE tirrikonoxxi l-ħtieġa li tipprovdi gwida lill-gvernijiet, lill-partiti politiċi, lill-parlamenti u lill-amministrazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji dwar l-iżvilupp ta' strateġiji biex jiġi stabbilit l-ambjent legali, amministrattiv u politiku adegwat biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti;

5.  Iqis li l-UE għandha tuża l-istrumenti tal-politika barranija tagħha, inklużi l-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-iżvilupp, kif ukoll ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi, biex tindirizza l-għeruq strutturali tal-problema tat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili u tfassal approċċ multidimensjonali, peress li xi pajjiżi, inklużi pajjiżi li qed jiżviluppaw, qed jimponu restrizzjonijiet bħal rekwiżiti arbitrarji ta' reġistrazzjoni u ta' rappurtar, akkużi kriminali mgħawġa, inklużi liġijiet dwar il-malafama kriminali, rejds u awditi, miżuri kontra t-terroriżmu u ta' sigurtà, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi u ċ-ċaħda tal-libertà; jesprimi tħassib dwar il-fatt li, meta l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu legalment jirċievu finanzjament barrani, dawn jistgħu jiġu mlaqqma bħala ''aġenti barranin'', fatt li jistigmatizzahom u jżid b'mod sinifikanti r-riskji li jiffaċċjaw; jitlob lill-UE ssaħħaħ l-istrumenti u l-politiki tagħha li jindirizzaw il-bini tal-istituzzjonijiet u l-istat tad-dritt u tinkludi punti ta' riferiment b'saħħithom għall-obbligu ta' rendikont u l-ġlieda kontra l-impunità għal arresti arbitrarji, abbuż mill-pulizija, tortura u trattament ħażin ieħor tad-DDB, filwaqt li tqis li n-nisa u l-irġiel jesperjenzaw dawn l-atti b'mod differenti;

6.  Iqis li hemm bżonn li jkun hemm konnessjoni aktar ċara bejn l-istrumenti ta' politika barranija differenti tal-UE: pereżempju, meta jiġu determinati l-allokazzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp għal pajjiżi terzi, għandu jittieħed kont tat-tendenzi u s-sitwazzjoni fir-rigward tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet demokratiċi fil-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll ta' kemm il-pożizzjonijiet tal-politika barranija tiegħu jqarrbu lejn dawk tal-UE;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), lill-Istati Membri, lill-VP/RGħ u lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem issemmgħu leħinhom aktar u jkunu aktar konsistenti u f'waqthom billi jesprimu oġġezzjonijiet ferm qabel ma jiġu adottati liġijiet u prattiki restrittivi b'rabta mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jistedinhom iqajmu din il-kwistjoni b'mod sistematiku fid-djalogi politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem fl-ogħla livell; iwissi kontra każijiet fejn tintuża definizzjoni wiesgħa ħafna tat-terroriżmu biex jiġu msikkta ġurnalisti, DDB u dissidenti politiċi; iqis li l-atturi tal-UE għandhom ikomplu japplikaw il-kundizzjonalità fl-allokazzjoni ta' għajnuna finanzjarja lil gvernijiet ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, abbażi tal-ispazju permess lis-soċjetà ċivili; jenfasizza l-importanza tar-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE u jinkoraġġixxi l-involviment ulterjuri tagħhom fl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u attivisti individwali, inkluż billi joffru għajnuna fil-proċessi ġudizzjarji u permezz tal-monitoraġġ tal-proċedimenti ġudizzjarji tad-DDB; iqis li, f'każijiet ta' tnaqqis rapidu u drammatiku tal-ispazju għas-soċjetà ċivili, l-Istati Membri għandhom jagħtu livell għoli ta' rikonoxximent pubbliku lill-NGOs tad-drittijiet tal-bniedem/lid-DDB individwali affettwati għal xogħolhom, pereżempju billi jsirulhom żjarat waqt żjarat uffiċjali;

8.  Jistieden lill-atturi kollha tal-UE jħeġġu b'mod aktar effettiv fil-fora multilaterali t-tisħiħ tal-qafas ġuridiku internazzjonali li jirfed id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fost l-oħrajn billi jinvolvu ruħhom ma' organizzazzjonijiet multilaterali bħalma huma n-NU, inkluż il-mekkaniżmu tal-Proċeduri Speċjali tan-NU u tar-Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UPR), u ma' organizzazzjonijiet reġjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), l-Unjoni Afrikana (UA), l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), il-Lega Għarbija u l-Grupp ta' Ħidma tal-Komunità tad-Demokraziji dwar l-abilitazzjoni u l-protezzjoni tas-soċjetà ċivili; ifakkar fl-importanza għall-Unjoni li jiġi stabbilit djalogu inklużiv dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-istati sħab kollha billi jiġu inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden kemm lill-Unjoni u kemm lill-Istati Membri tagħha jħaffu l-programmi ta' governanza tajba tagħhom ma' pajjiżi terzi, u jippromwovu l-iskambju ta' prattiki tajba fir-rigward tal-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet; iqis li jeħtieġ li jiġu promossi djalogi tripartitiċi bejn il-gvernijiet, l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż dwar kwistjonijiet diffiċli ħafna bħalma huma s-sigurtà u l-migrazzjoni;

9.  Jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Twissija Bikrija għat-Tnaqqis tal-Ispażju tas-Soċjetà Ċivili, bl-involviment tal-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE, li jkun kapaċi jimmonitorja t-theddid kontra l-ispazju tas-soċjetà ċivili u d-DDB u joħroġ twissija kull meta jkun hemm evidenza li pajjiż li qed jiżviluppa qed iħejji restrizzjonijiet ġodda serji kontra s-soċjetà ċivili, jew meta l-gvern ikun qed juża organizzazzjonijiet mhux governattivi organizzati mill-gvern (GONGOs) b'tali mod li joħloq l-apparenza qarrieqa li teżisti soċjetà ċivili indipendenti, biex b'hekk l-UE tkun tista' tirrispondi b'mod aktar f'waqtu, koordinat u tanġibbli;

10.  Jimpenja ruħu li jistabbilixxi, fuq bażi annwali u permezz ta' konsultazzjoni fil-fond ma' atturi istituzzjonali u NGOs rilevanti, lista ta' pajjiżi fejn l-ispazju għas-soċjetà ċivili jinsab l-aktar taħt theddida;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-fondi tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) biex tindirizza t-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili u s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora l-fatt li f'xi pajjiżi s-somom annwali jinsabu f'livell baxx ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika forom ġodda ta' attiviżmu li għandhom jiġu ffinanzjati mill-EIDHR, billi tadotta approċċ komprensiv għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tistabbilixxi proċedura aktar flessibbli u simplifikata ta' aċċess għall-finanzjament mill-EIDHR, speċjalment għaż-żgħażagħ, inklużi aktar eċċezzjonijiet sinifikanti għal dawk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jinsabu f'riskju partikolari u appoġġ lil gruppi mhux reġistrati li eventwalment għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet; iqis li għandha ssir aktar enfasi fuq gruppi u atturi lokali, peress li l-kwistjonijiet b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem spiss huma esperjenzati b'mod aktar reali u profond fil-livell lokali; itenni l-importanza tal-EIDHR fl-għoti ta' appoġġ finanzjarju u materjali dirett urġenti għad-DDB li jinsabu f'riskju, kif ukoll tal-fond ta' emerġenza li jippermetti lid-delegazzjonijiet tal-UE jagħtuhom għotjiet diretti ad hoc; jirrikonoxxi l-importanza ta' koalizzjonijiet jew konsorzji ta' atturi tas-soċjetà ċivili internazzjonali u nazzjonali biex jiffaċilitaw u jipproteġu x-xogħol tal-NGOs lokali kontra miżuri ripressivi; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jippromwovu l-implimentazzjoni konġunta effettiva tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-pajjiżi terzi kollha fejn is-soċjetà ċivili tinsab f'riskju, u dan billi jadottaw strateġiji lokali għall-operazzjonalizzazzjoni sħiħa tagħhom;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jistabbilixxu l-aħjar prattiki u jiżviluppaw punti ta' riferiment u indikaturi ċari relatati mat-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u tar-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-EIDHR, sabiex ikejlu l-progress tanġibbli.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

1

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, András Gyürk, Javi López, Marietje Schaake, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ádám Kósa, Ernest Urtasun, Bodil Valero

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

58

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Javier Nart, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen

ECR

Bas Belder, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Eleni Theocharous, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

NI

Aymeric Chauprade

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, András Gyürk, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ádám Kósa, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jaromír Štětina, László Tőkés, Luis de Grandes Pascual

S&D

Francisco Assis, Inés Ayala Sender, Brando Benifei, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Arne Lietz, Javi López, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Elena Valenciano, Boris Zala

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Bodil Valero

1

EFDD

James Carver

7

0

ENF

Mario Borghezio

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

Janusz Korwin-Mikke

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

11.7.2017

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Raymond Finch, Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Thierry Cornillet, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Paul Rübig, Rainer Wieland

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

ALDE

Thierry Cornillet, Charles Goerens, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Paul Rübig, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Joachim Zeller, Anna Záborská

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Maria Heubuch

1

-

EFDD

Raymond Finch

1

0

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni