Proċedura : 2017/0190(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0285/2017

Testi mressqa :

A8-0285/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2017 - 5.9

Testi adottati :

P8_TA(2017)0394

RAPPORT     ***I
PDF 582kWORD 53k
14.9.2017
PE 609.500v03-00 A8-0285/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

(COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Alain Cadec

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

(COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0424),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0239/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0285/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013(1) introduċa l-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet li għalihom hemm limiti tal-qbid jew daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Il-metodi ta' implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art iridu jiġu ddefiniti fi pjanijiet ta' ġestjoni reġjonali pluriennali adottati permezz tal-kodeċiżjoni. Minħabba li l-adozzjoni tal-pjanijiet pluriennali kienet mistennija li tieħu xi ftit żmien, madankollu, bħala soluzzjoni temporanja r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-adozzjoni ta' atti delegati tal-Kummissjoni li jistabbilixxu pjanijiet għall-ħut skartat, li jkunu validi għal mhux aktar minn tliet snin, imfassla fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni konġunta maħruġa mill-Istati Membri kkonċernati. Il-pjanijiet għall-iskartar jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sajd jew speċijiet li għalihom japplika diġà l-obbligu ta' ħatt l-art u jistgħu jipprovdu, b'mod partikolari, għal eżenzjonijiet de minimis abbażi ta' rati ta' soppravivenza għoljin u jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-dokumenti ta' qbid u, fejn xieraq, l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

L-ewwel Regolamenti delegati tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-pjanijiet għall-iskartar daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015 u se jiskadu fi tmiem l-2017. Il-pjanijiet pluriennali għandhom jintużaw biex jinkiseb l-għan ta' sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u għandhom ikunu jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi differenti tas-sajd u jkun fihom is-setgħat meħtieġa għall-adozzjoni ta' atti delegati li jkunu jinkludu l-flessibbiltajiet l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-obbligu ta' ħatt l-art. Konsegwentement, wara l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' tliet snin, il-Kummissjoni biss ikollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu esklussivament eżenzjonijiet de minimis.

Sal-ġurnata tal-lum, hemm biss fis-seħħ il-pjan pluriennali għall-Baltiku(2), filwaqt li żewġ proposti tal-Kummissjoni dwar pjan pluriennali għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar tat-Tramuntana u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fl-Adrijatiku bħalissa qed jiġu nnegozjati bejn il-koleġiżlaturi(3).

Il-kontenut tal-proposta

Qed jiġi propost li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta pjanijiet għall-iskartar għal perjodu totali massimu ta' tliet snin oħra, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta, li għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art sakemm jiġu adottati l-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali reġjonali.

Ir-rapporteur tagħkom jipproponi l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni bi proċedura simplifikata b'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

(1)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)

  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

(3)

  COM(2016) 0493 final - 2016/0238 (COD) u COM(2017) 097 final - 2017/043 (COD).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd

Referenzi

COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.8.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

11.9.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Alain Cadec

12.7.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

12.7.2017

Eżami fil-kumitat

30.8.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.8.2017

 

 

 

Data tat-tressiq

14.9.2017

Avviż legali - Politika tal-privatezza