RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
16.10.2017 - (COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Luděk Niedermayer
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
(COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0755),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0003/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0306/2017),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(1a) Id-diskrepanza tal-VAT fl-Unjoni huwa stmat għal 12.8 % jew EUR 152 biljun fis-sena, inkluż EUR 50 biljun ta' frodi transfruntiera tal-VAT, u dan qed jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(5) Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata għandha tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali. |
(5) Peress li, bl-iskemi speċjali, Stat Membru tal-identifikazzjoni jiġbor u jikkontrolla l-VAT f'isem l-Istati Membri tal-konsum, xieraq li jiġi pprovdut għal mekkaniżmu li bih l-Istat Membru tal-identifikazzjoni jirċievi dritt mingħand l-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati li jikkumpensa għall-kostijiet tal-ġbir u tal-kontroll. Madankollu, peress li s-sistema attwali li biha tinżamm miżata mill-ammonti tal-VAT ittrasferiti mill-Istat Membru tal-identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum ħolqot kumplikazzjonijiet għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari meta jkunu involuti r-rimborżi, tali miżata jenħtieġ li tiġi kkalkolata u titħallas darba fis-sena, barra l-iskemi speċjali, u fejn titħallas rifużjoni bejn il-muniti nazzjonali differenti, jenħtieġ li tkun applikata r-rata tal-kambju valida ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali. |
(6) Sabiex jiġi ssimplifikat il-ġbir tad-data statistika rigward l-applikazzjoni tal-iskemi speċjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun awtorizzata taċċessa b'mod awtomatiku l-informazzjoni ġenerali relatata mal-iskemi speċjali maħżunin fis-sistemi elettroniċi tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-data rigward il-persuni taxxabbli individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiżguraw li din l-informazzjoni ġenerali tkun disponibbli għal awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, jekk dan mhuwiex diġà l-każ, sabiex jiġu miġġielda l-frodi tal-VAT u l-ħasil tal-flus. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(7a) Il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li tkun adegwata u effikaċi, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament fiż-żmien opportun. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(9a) L-użu tal-IT fil-ġlieda kontra l-frodi, jista' jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw netwerks ta' frodi aktar malajr u b'mod komprensiv. Approċċ immirat u ekwilibrat bl-użu ta' teknoloġiji ġodda jista' jnaqqas il-ħtieġa ta' miżuri ġenerali kontra l-frodi tal-Istati Membri u jtejjeb fl-istess ħin l-effiċjenza tal-politika kontra l-frodi. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 1 – Artikolu 47a – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Meħtieġa għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. | |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 3 – Artikolu 47j – paragrafu 4 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – sottotaqsima 4 – Artikolu 471 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 5 – Artikolu 47m – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b Regolament (UE) Nru 904/2010 Taqsima 3 – Sottotaqsima 6 – Artikolu 47n – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Din il-proposta, imressqa mill-Kummissjoni fl-1 ta' Diċembru 2016, hija parti mill-pakkett ta' leġiżlazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-VAT għall-kummerċ elettroniku B2C transfruntier. Il-proposta tipprovdi l-bażi għall-infrastruttura tal-IT sottostanti u r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal kooperazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata estensjoni b'suċċess tal-Mini One Stop Shop (MOSS) għal servizzi lil hinn mis-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament (li għalihom diġà japplika l-MOSS) u għal bejgħ ta' oġġetti mill-bogħod, kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-UE. Il-pakkett sħiħ huwa stmat li jżid id-dħul mill-VAT għall-Istati Membri b'EUR 7 biljun fis-sena u jnaqqas il-kosti regolatorji għan-negozji b'EUR 2.3 biljun fis-sena.
Din il-proposta hi marbuta mill-qrib mal-proposta li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM/2016/757; 2016/0370 (CNS)), minħabba li timplimenta t-tibdiliet imressqa f'dik il-proposta permezz ta' emendi għar-Regolament 2010/904 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud; iż-żewġ proposti jenħtieġ li għaldaqstant jiġu ttrattati flimkien.
Il-proposta hija meqjusa li għandha implikazzjonijiet baġitarji pożittivi importanti għall-Istati Membri. Il-koordinazzjoni tal-awditi u l-inċentiv tal-miżata amministrattiva mħallsa mill-Istat Membru li jirċievi l-VAT miġbura mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni tal-persuna taxxabbli jenħtieġ li twassal f'awditi bbażati fuq ir-riskju. Proċess ta' awditjar aktar simplifikat u effiċjenti li jiffoka fuq ir-redditu tal-awditi u b'mod sinifikanti jnaqqas il-burokrazija għan-negozji jenħtieġ li jġib miegħu rati akbar ta' konformità meta mqabbel mal-alternattiva ta' approċċ mhux koordinat li jista' juża riżorsi żejda għalxejn.
Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja bis-sħiħ din il-proposta mill-Kummissjoni. Peress li din il-proposta tikkostitwixxi allinjament tekniku tar-Regolament dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jirriżulta mill-bidliet imressqa fil-proposta dwar l-Immodernizzar tal-VAT għall-kummerċ elettroniku transfruntier (kif deskritt hawn fuq), ir-rapporteur jirrakkomanda l-adozzjoni ta' din il-proposta, u jitlob lill-Kunsill biex jadotta din il-proposta b'mod rapidu.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud |
||||
Referenzi |
COM(2016)0755 – C8-0003/2017 – 2016/0371(CNS) |
||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
21.12.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 16.1.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 16.1.2017 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 25.1.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Luděk Niedermayer 15.12.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
20.6.2017 |
30.8.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
53 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Alain Cadec, David Coburn, Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Judith Sargentini |
||||
Data tat-tressiq |
16.10.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
53 |
+ |
|
ALDE |
Thierry Cornillet, Petr Ježek, Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld |
|
ECR |
Ashley Fox, Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne |
|
EFDD |
Marco Valli |
|
ENF |
Barbara Kappel, Bernard Monot, Marco Zanni |
|
GUE/NGL |
Fabio De Masi, Marisa Matias, Miguel Viegas |
|
PPE |
Burkhard Balz, Alain Cadec, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere,, Esther de Lange |
|
S&D |
Pervenche Berès, Udo Bullmann, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker |
|
Verts/ALE |
Michel Reimon, Judith Sargentini, Molly Scott Cato |
|
1 |
- |
|
EFDD |
David Coburn |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni