RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti

16.10.2017 - (COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Cătălin Sorin Ivan


Proċedura : 2016/0370(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0307/2017
Testi mressqa :
A8-0307/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti

(COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0757),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0004/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0307/2017),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammont ta' VAT li fil-fatt inġabar (id-"diskrepanza tal-VAT") fl-Unjoni fl-2015 kienet madwar EUR 152 biljun u l-frodi transfruntiera tammonta għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, u dan kollu jagħmel il-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni, u jagħmel l-adozzjoni ta' reġim tal-VAT definittiv ibbażat fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni essenzjali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar u ta' żamma tar-rekords tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar u ż-żamma tar-rekords għandhom ikunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

(3)  Il-valutazzjoni ta' dawk l-iskemi speċjali kif introdotti fl-1 ta' Jannar 2015 identifikat numru ta' oqsma fejn hemm lok għal titjib. L-ewwel nett, jenħtieġ li jitnaqqas il-piż għan-negozji mikro stabbiliti fi Stat Membru li kultant ifornu t-tali servizzi lil Stati Membri oħrajn sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT fi Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li jiddaħħal limitu li japplika madwar il-Komunità kollha li, f'ammonti anqas minnu, dawn il-provvisti għandhom jibqgħu soġġetti għall-VAT fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħhom. It-tieni, ir-rekwiżit li jridu jżommu konformità mar-rekwiżiti tal-fatturar tal-Istati Membri kollha fejn jibagħtu l-provvisti huwa wieħed li joħloq piżijiet kbar. B'hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji, ir-regoli dwar il-fatturar jenħtieġ li jkunu dawk applikabbli fl-Istat Membru tal-identifikazzjoni tal-fornitur li juża l-iskemi speċjali. It-tielet, il-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità iżda li għandhom reġistrazzjoni tal-VAT fi Stat Membru (eż. għaliex iwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali soġġetti għall-VAT f'dak l-Istat Membru) la jistgħu jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità, u lanqas l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità. Konsegwentement, huwa propost li t-tali persuni taxxabbli jenħtieġ li jitħallew jużaw l-iskema speċjali għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Filwaqt li l-valutazzjoni tal-Mini One Stop Shop (MOSS) kienet fil-biċċa l-kbira tagħha pożittiva, 99 % tad-dħul mill-VAT ipproċessat permezz tal-MOSS jiġi ddikkjarat minn 13 % biss tan-negozju rreġistrat, u dan juri l-ħtieġa li l-Istati Membri jippromwovu l-MOSS ma' firxa usa' ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex jingħelbu l-ostakli għall-kummerċ elettroniku transfruntier.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Din id-Direttiva emendatorja tista' twassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-konsenji żgħar, peress li l-pakketti rilevanti jeħtieġu marka ta' distinzjoni li turi li ntużat l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT u s-settur postali jkollu jorganizza l-pakketti skont jekk intużatx l-iskema ta' importazzjoni tal-VAT. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħtu attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-impatt fuq is-settur postali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha, fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.

(14)  Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li, fejn rilevanti, tqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu implimentati l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Istati Membri u n-negozji jadattaw is-sistema informatika tagħhom għar-reġistrazzjoni u għad-dikjarazzjoni u għall-pagament tal-VAT.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-proposta tal-Kummissjoni hija biss wieħed mill-elementi importanti biex tingħalaq id-diskrepanza tal-VAT; hemm bżonn ta' miżuri ulterjuri sabiex il-frodi tal-VAT fl-Unjoni tiġi miġġielda b'mod effikaċi;

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a.  Meta persuna taxxabbli, li taġixxi f'isimha iżda li, f'isem perusna oħra, tieħu parti f'bejgħ mill-bogħod ta' prodotti importati minn territorji jew pajjiżi terzi f'konsenja b'valur intrinsiku inqas minn EUR 150, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u jkollha fatturat annwali li jaqbeż EUR 1 000 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, matul is-sena kalendarja attwali, inklużi l-każijiet fejn netwerk tat-telekomunikazzjonijiet, interfaċċja jew portal jintużaw għall-iskop tal-bejgħ mill-bogħod, dik il-persuna taxxabbli għandha titqies li tkun irċeviet u forniet dawk il-prodotti hija stess."

Ġustifikazzjoni

Il-pjattaformi onlajn jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-VAT dovuta fuq l-importazzjoni meta jkun hemm riskju li l-VAT ma titħallasx mill-fornituri bbażati f'pajjiżi terzi. Dikjarazzjoni doganali sħiħa hija obbligatorja għall-importazzjonijiet ta' prodotti b'valur ta' aktar minn EUR 150, u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' VAT mhux imħallsa. Qed jiġi introdott limitu ta' fatturat ta' EUR 1 000 000 sabiex ma jiġix impost piż ta' responsabbiltà fuq l-SMEs jew negozji ġodda.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a);

(b)  is-servizzi huma pprovduti lil klijenti li jinsabu fi kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx l-EUR 10 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tat-tali fornimenti ma jaqbiżx il-EUR 35 000 fis-sena kalendarja attwali, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamiltx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru tal-identifikazzjoni għandu jistabbilixxi l-perjodu li matulu dawk ir-rekords għandhom jinżammu mill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fi ħdan il-Komunità.

Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta' ħames snin minn tmiem is-sena kalendarja li matulha tkun saret it-tranżazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ħames snin huma biżżejjed sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq il-kontribwenti onesti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Jannar 2021

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' April 2021

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

Mill-1 ta' April 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2006/112/KE

Titolu V — Kapitolu 3a — Artikolu 59c — paragrafu 1 — punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx l-EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

(c)  il-valur totali, mingħajr VAT, tal-fornimenti koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jaqbiżx il-EUR 35 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali fis-sena kalendarja attwali, u lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 143 – paragrafu 1 – punt ca

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni;

(ca)  l-importazzjoni ta' prodotti fejn il-VAT tiġi ddikjarata skont l-iskema speċjali fil-Kapitolu 6, Taqsima 4, tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q ikun ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tispeċifika f'att in-natura preċiża tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni;

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew is-soltu tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq bejgħ intra-Komunitaru mill-bogħod ta' prodotti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tforni kwalunkwe servizz lil persuna mhux taxxabbli biex tuża l-iskema speċjali skont dan il-kapitolu, irrispettivament mill-post fejn din il-persuna taxxabbli hija stabbilita jew fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn is-soltu tirrisjedi. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk il-prodotti jew is-servizzi kollha forniti fil-Komunità.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369l – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-valur tal-prodotti, li ma jistax jaqbeż il-EUR 150 b'konformità ma' dan il-paragrafu, għandu jiġi ddeterminat mill-konverżjoni tal-munita skont l-Artikolu 53 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, dment li l-prodotti jkunu qegħdin jiġu kkumerċjalizzati f'muniti barranin.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369y – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-persuna li għaliha jkunu ddestinati l-prodotti importati f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150 ma tapplikax l-arranġamenti standard għall-importazzjoni ta' prodotti, inkluż għall-applikazzjoni ta' rata tal-VAT imnaqqsa skont l-Artikolu 94(2), l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.

Meta l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 ma tintużax għall-importazzjoni tal-prodotti f'konsenji b'valur intrinsiku li ma jaqbiżx il-EUR 150, l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana f'isem il-persuna li għaliha l-prodotti huma ddestinati fi ħdan it-territorju tal-Komunità li tagħmel użu minn arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni fir-rigward ta' prodotti li għalihom id-dispaċċ jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369z – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.

(b)  il-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità għandha tkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT mingħand il-persuna li lilha huma ddestinati l-prodotti.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 369z – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tippreżenta l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuna li tiddikjara l-prodotti lid-dwana fi ħdan it-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma ddestinati l-prodotti.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

B'effett mill-1 ta' April 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2021.

Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' April 2021.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom obbligu legali li jippermettu lin-negozji jirreġistraw mal-punt uniku ta' kuntatt il-ġdid sal-31 ta' Diċembru 2020. Madankollu, ir-rapporteur jikkunsidra li n-negozji għandhom jingħataw 3 xhur addizzjonali biex jadattaw is-sistemi tal-IT tagħhom stess sabiex jagħmlu konnessjoni mal-punt uniku ta' kuntatt il-ġdid kif żviluppat mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Din l-emenda hija indirizzata partikolarment biex tiffaċilita l-aċċess għall-punt uniku ta' kuntatt mill-SMEs. Ir-rapporteur iqis li jkun utli li jingħataw tliet xhur addizzjonali lin-negozji, b'mod partikolari meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet li ħarġu mad-dħul fis-seħħ tal-MOSS.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva attwali tal-VAT fis-seħħ (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/12/KE) ġiet stabbilita qabel it-tkabbir tal-ekonomija diġitali u tinkludi sistema ta' tassazzjoni bbażata fuq l-oriġini li kienet maħsuba biex tkun waħda tranżitorja. Fid-dawl tar-realtajiet il-ġodda, jeħtieġ li jsir aġġornament.

Il-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett akbar ta' reazzjonijiet tal-Kummissjoni għad-diskrepanza tal-VAT kif ukoll eżerċizzju ta' modernizzazzjoni ġenerali tas-sistema tal-VAT.

Il-proposta tal-Kummissjoni tibni fuq il-mini One Stop Shop (MOSS - Punt Uniku ta' Servizz Żgħir) li ġie introdott fl-2015 biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità għall-fornituri ta' servizzi elettroniċi. Hemm qbil ġenerali li l-MOSS huwa ta' suċċess f'termini ta' tnaqqis tal-piż amministrattiv, iżda anki f'termini ta' żieda fid-dħul. Il-proposta tal-Kummissjoni għanda l-għan li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-MOSS. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni turi li l-ispejjeż tal-konformità mal-obbligi tal-VAT attwali għal negozju transfruntier bħala medja huma EUR 8 000 kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri fornut minn negozju. Din il-proposta se tnaqqas dan l-ammont b'massimu ta' 95 %. Dan se jgħin ukoll lill-Istati Membri jżidu d-dħul peress li l-valutazzjoni tal-impatt turi li l-Istati Membri jitilfu EUR 5 biljun ta' VAT kull sena minħabba l-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta' kunsinni żgħar u minħabba n-nuqqas ta' konformità ta' negozji stabbiliti barra mill-UE iżda li jagħmlu negozju onlajn fl-UE.

Ir-rapporteur jilqa' b'mod ġenerali l-proposta tal-Kummissjoni, li l-għan ġenerali tagħha hu li tissimplifika r-regoli tal-VAT dwar il-kummerċ elettroniku transfruntier, tnaqqas l-ispejjeż tal-konformità - element importanti għall-SMEs u l-mikronegozji - u tagħti spinta lill-kummerċ kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE permezz tal-eradikazzjoni tad-distorsjoni eżistenti tal-kompetittività maħluqa minn negozjanti mhux tal-UE li jdaħħlu provvisti fl-UE bla ma jħallsu l-VAT.

Ir-rapporteur jilqa' l-emenda tal-Artikolu 28 proposta mill-Kummissjoni li tipprovdi li l-pjattaformi onlajn jinżammu responsabbli għall-ġbir tal-VAT fuq il-provvista tas-servizzi. Madankollu, jissuġġerixxi wkoll li l-pjattaformi jinżammu responsabbli għall-ġbir tal-VAT meta jaġixxu ta' intermedjarji fir-rigward tal-forniment ta' merkanzija importata minn pajjiżi terzi. In-negozji tal-UE u speċjalment l-SMEs isofru żvantaġġ kompetittiv meta l-fornituri barra mill-UE jbiegħu prodotti onlajn lill-konsumaturi tal-UE mingħajr ma jħallsu l-VAT dovuta fl-UE.

Ir-rapporteur jilqa' wkoll il-proposta biex il-mini One Stop Shop (MOSS) jiġi estiż għal servizzi elettroniċi biex jiġu inklużi l-provvista ta' prodotti onlajn u biex is-servizzi transfruntiera kollha jiġu estiżi għall-konsumaturi finali, u jaqbel ukoll li l-One Stop Shop (OSS) il-ġdid jiġi estiż għal importazzjonijiet. Dan il-mekkanizmu tal-aħħar jimplika li l-VAT tista' tinġabar fil-post tal-bejgħ lill-klijenti tal-UE minn bejjiegħa fil-postijiet tas-suq u jkun ifisser mekkaniżmu doganali aktar rapidu. Rigward il-perjodu ta' implimentazzjoni madankollu, l-Istati Membri għandhom obbligu legali li jippermettu lin-negozji jirreġistraw fl-OSS il-ġdid sal-31 ta' Diċembru 2020. Madankollu, ir-rapporteur jikkunsidra li n-negozji jenħtieġ li jingħataw 3 xhur addizzjonali biex jadattaw is-sistemi tal-IT tagħhom stess sabiex jagħmlu konnessjoni mal-OSS il-ġdid, u jipproponi emenda f'dan ir-rigward sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-OSS.

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon it-tneħħija tas-sistema ta' bejgħ mill-bogħod intra-UE u tal-eżenzjoni fuq l-importazzjoni ta' kunsinni żgħar. Din il-proposta hija sforz lejn l-applikazzjoni tal-prinċipju tad-destinazzjoni għall-VAT.

Ir-rapporteur jipproponi wkoll emenda fir-rigward tal-perjodu għaż-żamma tar-rekords tat-tranżazzjonijiet koperti mill-OSS, li bħalissa huwa ta' 10 snin, u fejn il-Kummissjoni issa qed tipproponi l-applikazzjoni tar-regoli tal-pajjiż ta' oriġini. Bl-għan li jillimita l-piżijiet amministrattivi u jallinja wkoll ir-regoli fis-suq intern, ir-rapporteur jipproponi limitu ta' 5 snin għaż-żamma tar-rekords.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti

Referenzi

COM(2016)0757 – C8-0004/2017 – 2016/0370(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

21.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.1.2017

JURI

16.1.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

25.1.2017

JURI

25.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Cătălin Sorin Ivan

15.12.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2017

30.8.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

1

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alain Cadec, David Coburn, Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Judith Sargentini

Data tat-tressiq

16.10.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld

ECR

Ashley Fox, Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

ENF

Bernard Monot

PPE

Burkhard Balz, Alain Cadec, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Udo Bullmann, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Michel Reimon, Judith Sargentini, Molly Scott Cato

1

-

EFDD

David Coburn

6

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel, Marco Zanni

GUE/NGL

Fabio De Masi, Marisa Matias, Miguel Viegas

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni