Proċedura : 2013/0256(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0320/2017

Testi mressqa :

A8-0320/2017

Dibattiti :

PV 03/10/2018 - 15
CRE 03/10/2018 - 15

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2018 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0379

RAPPORT     ***I
PDF 1608kWORD 178k
20.10.2017
PE 606.167v01-00 A8-0320/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

(COM(2013)0535 – C8-0240/2013 – 2013/0256(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Axel Voss

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

(COM(2013)0535 – C8-0240/2013 – 2013/0256(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0535),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0240/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Bundestag Ġermaniż, mill-Parlament Spanjol, mis-Senat Taljan, mis-Senat Netherlandiż, mis-Senat Pollakk, mill-Parlament Portugiż u mill-Kamra tad-Deputati Rumena, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0320/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitwaqqaf mill-Eurojust, dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġu rregolati r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(4)  Billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa stabbilit b'kooperazzjoni msaħħa, ir-Regolament li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli b'mod dirett biss għall-Istati Membri li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa. Għalhekk, għal dawk l-Istati Membri li ma jiħdux sehem fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Eurojust tibqa' kompletament kompetenti għal forom ta' kriminalità serja elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-Artikolu 4 tat-Trattat jistipula l-prinċipju tal-koperazzjoni leali, meta l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f'rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Sabiex jiffaċilita l-koperazzjoni tal-Eurojust u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-kulleġġ għandu jindirizza l-kwistjonijiet rilevanti għall-UPPE fuq bażi regolari.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu kompetenza esklussiva biex jinvestiga u jieħu passi kontra reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Eurojust għandu jkun kapaċi jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed jinvestigaw u jixlu t-tali tipi ta' reati skont ir-Regolament li jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(5)  Meta jitqies il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, permezz ta' kooperazzjoni msaħħa, it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Uffiċċju u l-Eurojust fir-rigward tad-delitti li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jeħtieġ jiġi stabbilit b'mod ċar.

 

Mid-data meta l-UPPE jassumi l-kompiti tiegħu fir-rigward tar-reat ta' kompetenza tal-UPPE, l-Eurojust għandha tkun kapaċi teżerċita l-kompetenza tagħha f'tali każijiet meta jinvolvu kemm Stati Membri parteċipanti f'kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kif ukoll Stati Membri li ma jipparteċipawx. F'każijiet bħal dawn, l-Eurojust għandha taġixxi fuq it-talba ta' dawk l-Istati Membri mhux parteċipanti jew fuq it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Fi kwalunkwe każ il-Eurojust tibqa' kompetenti għall-infrazzjonijiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kull meta ma jkunx kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jew meta, għalkemm ikun kompetenti, ma jeżerċitax il-kompetenza tiegħu. L-Istati Membri li

ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jkomplu jitolbu l-appoġġ tal-Eurojust fil-każijiet kollha fir-rigward tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

 

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust għandhom jiżviluppaw kooperazzjoni operazzjonali mill-qrib f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI u tal-attivitajiet imwettqa mill-Eurojust (rapport finali tat-30 ta' Ġunju 2015) għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jissalvagwardja bis-sħiħ il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Għandhom jiġu stabbiliti l-forom ta' kriminalità serja li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew iktar li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust. Barra minn hekk, għandhom jiġu definiti l-każijiet li ma jinvolvux żewġ Stati Membri jew iktar, iżda li jeħtieġu prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dawn il-każijiet għandhom jinkludu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed biss u Stat terz, kif ukoll każijiet li jaffettwaw biss Stat Membru wieħed u l-Unjoni.

(9)  Għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar il-forom ta' kriminalità serja li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew iktar li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust. Barra minn hekk, għandhom jiġu definiti l-każijiet li ma jinvolvux żewġ Stati Membri jew iktar, iżda li jeħtieġu prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dawn il-każijiet għandhom jinkludu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed biss u Stat terz, kif ukoll każijiet li jaffettwaw biss Stat Membru wieħed u l-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, għandu jkun possibbli wkoll li l-Eurojust tassisti f'investigazzjonijiet li jinvolvu biss dak l-Istat Membru iżda li għandhom riperkussjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Eżempji ta' tali investigazzjonijiet jinkludu każijiet fejn ikun involut membru ta' istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Dawn l-investigazzjonijiet ikopru wkoll każijiet li jinvolvu għadd sinifikanti ta' Stati Membri u li potenzjalment jistgħu jirrikjedu rispons Ewropew koordinat.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiġi żgurat li l-Eurojust tista' tappoġġja u tikkoordina kif xieraq investigazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn li l-membri nazzjonali kollha jkollhom l-istess setgħat operazzjonali sabiex jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet nazzjonali b'mod effettiv. Il-membri nazzjonali għandhom jingħataw dawk is-setgħat li jippermettu lill-Eurojust tilħaq kif xieraq il-missjoni tiegħu. Dawn is-setgħat għandhom jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti fir-reġistri pubbliċi nazzjonali, il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal assistenza u rikonoxximent reċiproċi, il-kuntatt dirett u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipazzjoni f'timijiet ta' investigazzjoni konġunta u, bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew f'każ ta' urġenza, l-ordni ta' miżuri investigattivi u kunsinni kkontrollati.

(11)  Biex jiġi żgurat li l-Eurojust tista' tappoġġja u tikkoordina kif xieraq investigazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn li l-membri nazzjonali kollha jkollhom l-istess setgħat operazzjonali sabiex jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet nazzjonali b'mod koerenti u effettiv. Il-membri nazzjonali għandhom jingħataw dawk is-setgħat li jippermettu lill-Eurojust tilħaq kif xieraq il-missjoni tiegħu. Dawn is-setgħat għandhom jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti fir-reġistri pubbliċi nazzjonali, il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal assistenza u rikonoxximent reċiproċi, il-kuntatt dirett u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipazzjoni f'timijiet ta' investigazzjoni konġunta u, bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew f'każ ta' urġenza, l-ordni ta' miżuri investigattivi u kunsinni kkontrollati.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b'mod iktar effettiv u tirrispetta l-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, il-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv għandhom jiġu ċċarati u għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

(12)  Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b'mod aktar effettiv, dejjem bi qbil mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, kif stabbilit fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni tad-19 ta' Lulju 2012, filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, il-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv għandhom jiġu ċċarati u għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-twaqqif ta' Koordinazzjoni Attiva (OCC) fi ħdan il-Eurojust hija neċessarja biex il-Eurojust tkun disponibbli l-ħin kollu u biex tkun tista' tintervjeni f'każijiet urġenti. Għandha tkun ir-responsabilità ta' kull Stat Membru li jiżgura li r-rappreżentanti tiegħu fl-OCC jistgħu jaġixxu fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

(17)  It-twaqqif ta' Koordinazzjoni Attiva (OCC) fi ħdan il-Eurojust hija neċessarja biex il-Eurojust tkun effiċjenti u disponibbli l-ħin kollu u biex tkun tista' tintervjeni f'każijiet urġenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-rappreżentanti tiegħu fl-OCC jistgħu jaġixxu fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Għandhom jitwaqqfu Sistemi ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust fl-Istati Membri sabiex jikkoordinaw il-ħidma mwettqa mill-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust, il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal kwistjonijiet dwar it-terroriżmu, il-korrispondent nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u sa tliet punti ta' kuntatt oħrajn, kif ukoll rappreżentanti fin-Netwerk għat-Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerks imwaqqfin mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi network Ewropew ta' punti ta' kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra10, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha11 u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/852/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni12.

(18)  Għandhom jiġu stabbiliti sistemi ta' koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust fl-Istati Membri sabiex jikkoordinaw il-ħidma mwettqa mill-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust, il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal kwistjonijiet dwar it-terroriżmu, il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal kwistjonijiet relatati mal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew maħtur mill-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-korrispondent nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u sa tliet punti ta' kuntatt oħrajn, kif ukoll rappreżentanti fin-Netwerk għat-Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerks imwaqqfin mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi netwerk Ewropew ta' punti ta' kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra10, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha11 u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/852/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar netwerk ta' punti ta' kuntatt kontra l-korruzzjoni12.

_________________

_________________

10 ĠU L 167, 26.6.2002, p. 1.

10 ĠU L 167, 26.6.2002, p. 1.

11 ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.

11 ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.

12 ĠU L 301, 12.11.2008, p. 38.

12 ĠU L 301, 12.11.2008, p. 38.

Ġustifikazzjoni

Peress li mhux l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, għandu jinħatar korrispondent tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE (PFI) f'dawk l-Istati Membri sabiex jiġi garantit l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għall-fini ta' stimolu u tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, importanti li l-Eurojust tirċievi tagħrif rilevanti mill-awtoritajiet nazzjonali li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom għat-twaqqif u r-riżultati ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunta, bil-każijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust li jinvolvu b'mod dirett tal-inqas tliet Stati Membri u li għalihom ikunu ntbagħtu talbiet jew deċiżjonijiet dwar kooperazzjoni ġudizzjarja lil tal-inqas żewġ Stati Membri, kif ukoll, f'ċerti ċirkustanzi, tagħrif dwar kunflitti ta' ġurisdizzjoni, kunsinni kkontrollati u diffikultajiet ripetuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja.

(19)  Għall-fini ta' stimolu u tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, importanti li l-Eurojust tirċievi tagħrif rilevanti mill-awtoritajiet nazzjonali li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom l-obbligu li jgħarrfu, mingħajr dewmien, lill-membri nazzjonali tagħhom għat-twaqqif u r-riżultati ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunta, bil-każijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust li jinvolvu b'mod dirett tal-inqas tliet Stati Membri u li għalihom ikunu ntbagħtu talbiet jew deċiżjonijiet dwar kooperazzjoni ġudizzjarja lil tal-inqas żewġ Stati Membri, kif ukoll, f'ċerti ċirkustanzi, tagħrif dwar kunflitti ta' ġurisdizzjoni, kunsinni kkontrollati u diffikultajiet ripetuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat kollha tal-Eurojust dment li l-kwistjonijiet li l-Prosekutur iqis rilevanti għall-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu diskussi.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Biex tiżdied il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Eurojust u l-Europol, u b'mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess ta' korp minnhom, il-Eurojust għandha tħalli lill-Europol ikollu aċċess għad-dejta disponibbli tal-Eurojust u tħallih ifittex fl-isfond tagħha.

(26)  Biex tiżdied il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Eurojust u l-Europol, u b’mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess ta' korp minnhom, il-Eurojust għandha tħalli lill-Europol ikollu aċċess, fuq il-bażi ta' sistema ta' konkordanza/l-ebda konkordanza, għad-dejta disponibbli tal-Eurojust. Il-Eurojust u l-Europol għandhom ikunu jistgħu jikkonkludu arranġament ta' ħidma li jiżgura, b'mod reċiproku fil-mandati rispettivi tagħhom, l-aċċess għal u l-possibbiltà ta' tiftix għall-informazzjoni kollha li ġiet ipprovduta sabiex jitqabblu l-verifiki f'konformità mal-garanziji speċifiċi u l-garanziji ta' protezzjoni tad-data previsti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe aċċess għal data disponibbli fil-Eurojust għandu, b'mezzi tekniċi, ikun limitat għal informazzjoni li taqa' fil-mandati rispettivi ta' dawk il-korpi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa 26 ta' dan ir-Regolament għandha tkun allinjata mal-Premessa 28 tar-Regolament (UE) 2016/794.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Eurojust għandha tkun tista' tiskambja dejta personali ma' korpi oħrajn tal-Unjoni kemm ikun hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

(27)  Il-Eurojust għandha tkun tista' tiskambja dejta personali ma' korpi oħrajn tal-Unjoni kemm ikun hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha b'rispett sħiħ għall-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Eurojust tistazzjona maġistrati ta' kollegament f'pajjiżi terzi biex tilħaq għanijiet simili għal dawk assenjati lill-maġistrati ta' kollegament sekondati mill-Istati Membri fuq il-bażi ta' Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/277/ĠAI tat-22 ta' April 1996 dwar qafas għall-iskambju ta' maġistrati li jikkollegaw direttament sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea14.

(28)  Il-Eurojust għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-awtoritajiet kompetenti u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fuq il-bażi ta' strateġija mħejjija flimkien mal-Kummissjoni. Għal dan il-għan għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Eurojust tistazzjona maġistrati ta' kollegament f'pajjiżi terzi biex tilħaq għanijiet simili għal dawk assenjati lill-maġistrati ta' kollegament sekondati mill-Istati Membri fuq il-bażi ta' Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/277/ĠAI tat-22 ta' April 1996 dwar qafas għall-iskambju ta' maġistrati li jikkollegaw direttament sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea14.

_________________

_________________

14 ĠU L 105, 27.4.1996, p. 1.

14 ĠU L 105, 27.4.1996, p. 1.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, din għandha tingħata baġit awtonomu, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membri ta' oriġini tagħhom. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun tapplika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(30)  Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, din għandha tingħata baġit awtonomu li jkun suffiċjenti biex twettaq xogħolha sew, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li jiġġarrbu mill-Istat Membri ta' oriġini tagħhom. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun tapplika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri u jiġi approvat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Biex tiżdied it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, hemm bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-involviment tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust. Dan ma għandux ixekkel il-prinċipji ta' indipendenza fir-rigward ta' azzjoni meħuda f'każijiet operazzjonali speċifiċi jew l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

(31)  Biex tiżdied it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, hemm bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-involviment tal-Parlament Ewropew fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust, partikolarment fir-rigward tat-trażmissjoni tar-Rapport Annwali tal-Eurojust. Proċeduri simili għandhom jiġu rranġati għall-parlamenti nazzjonali. Madankollu, dawn il-mekkaniżmi ma għandhomx ixekklu l-prinċipji ta' indipendenza fir-rigward ta' azzjoni meħuda f'każijiet operazzjonali speċifiċi jew l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)16 għandu japplika għall-Eurojust.

(34)  Il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Eurojust għandha tiġi rregolata mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF;

_________________

 

16 ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Eurojust, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, għandha tkun is-suċċessur legali tal-Eurojust kif stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI.

2.  Il-Eurojust, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Eurojust kif stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'kull wieħed mill-Istati Membri, il-Eurojust għandha tgawdi l-iktar kapaċità legali estensiva mogħtija skont il-persuni legali b'konformità mal-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari, tista' tixtri u tbigħ proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

3.  F'kull wieħed mill-Istati Membri, il-Eurojust għandu jkollha l-personalità legali mogħtija lill-persuni legali b'konformità mal-liġi nazzjonali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha taħtar u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi ta' operazzjonijiet imwettqa u tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Europol.

1.  Il-Eurojust għandha taħtar u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja li l-Eurojust hija kompetenti biex tittratta skont l-Artikolu 3(1) u li hija stabbilita fl-Anness I li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi ta' operazzjonijiet imwettqa u tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-Europol, mill-UPPE u mill-OLAF.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  tieħu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe talba li tiġi minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew kwalunkwe tagħrif ipprovdut minn kwalunkwe korp kompetenti permezz ta' dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas tat-Trattati jew miġbur mill-Eurojust stess;

a)  tieħu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe talba li tiġi minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew kwalunkwe tagħrif ipprovdut mill-korpi u l-istituzzjonijiet kompetenti permezz ta' dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas tat-Trattati jew miġbur mill-Eurojust stess;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Eurojust għandha teżerċita l-kompiti tagħha fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

3.  Il-Eurojust għandha teżerċita l-kompiti tagħha fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq talba tal-UPPE.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri l-forom ta' reati elenkati fl-Anness 1. Madankollu, il-kompetenza tagħha ma għandhiex tinkludi r-reati li għalihom huwa kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

1.  Sad-data meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") ikun assuma l-kompiti tiegħu ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni mogħtija lilu f'konformità mal-Artikolu 75 tar-Regolament li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri r-reati kriminali elenkati fl-Anness 1. Madankollu, mid-data li fiha l-UPPE jassumi l-kompiti tiegħu, fir-rigward ta' reati kriminali li għalihom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hu kompetenti, il-Eurojust ma għandhiex teżerċita l-kompetenzi tagħha, ħlief f'każijiet li jinvolvu l-Istati Membri li jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa, iżda li fir-rigward tagħhom l-UPPE ma jeżerċitax il-kompetenza tiegħu, jew li jinvolvu lil Stati Membri li ma jipparteċipawx f'kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jew fejn l-UPPE nnifsu jfittex l-appoġġ tal-Eurojust. Id-dettalji prattiċi dwar l-eżerċizzju tal-kompetenza skont dan il-paragrafu għandhom jiġu rregolati minn arranġament tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 38(2a).

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Eurojust għandha tibqa' kompetenti:

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri reati relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati relatati:

2.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri reati kriminali relatati mar-reati kriminali stipulati fl-Anness 1. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew inkella tal-Kummissjoni, il-Eurojust tista' tassisti f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru u l-Unjoni.

4.  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew inkella tal-Kummissjoni, il-Eurojust tista' tassisti f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet;

b)  tiżgura l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  tagħti assistenza biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-analiżijiet tal-Europol;

c)  tassisti u ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-analiżijiet tal-Europol;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da)  tikkoopera mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-kompetenza tagħha

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ea)  tappoġġa ċentri tal-Unjoni ta' għarfien espert speċjalizzat żviluppati mill-Europol u minn korpi u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, u fejn ikun xieraq tipparteċipa fihom;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

eb)  tikkoopera mal-aġenziji, mal-korpi u man-netwerks tal-Unjoni stabbiliti fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja regolati skont it-Titolu V tat-TFUE;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ec)  tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja elenkati fl-Anness I.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta żewġ Stati Membri jew iktar ma jkunux jistgħu jaqblu dwar liema minnhom għandhom jagħmlu investigazzjoni jew jieħdu passi wara talba li tkun saret skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar il-każ. L-opinjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

4.  Meta żewġ Stati Membri jew iktar ma jkunux jistgħu jaqblu dwar liema minnhom għandhom jagħmlu investigazzjoni jew jieħdu passi wara talba li tkun saret skont il-punt (a) u (b) tal-paragrafu 2, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar il-każ. L-opinjoni għandha tintbagħat immedjatament lill-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fuq talba ta' awtorità kompetenti, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar rifjuti rikorrenti jew diffikultajiet dwar l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, diment li dan ma jkunx jista' jiġi solvut permezz ta' ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew bl-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. L-opinjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

5.  Fuq talba ta' awtorità kompetenti, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar rifjuti rikorrenti jew diffikultajiet dwar l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, diment li dan ma jkunx jista' jiġi solvut permezz ta' ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew bl-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. L-opinjoni għandha tintbagħat immedjatament lill-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-membri nazzjonali u d-deputati għandu jkollhom status ta' prosekutur, imħallef jew uffiċjali tal-pulizija b'kompetenza ekwivalenti. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħtuhom is-setgħat imsemmija f'dan ir-Regolament biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

3.  Il-membri nazzjonali u d-deputati għandu jkollhom status ta' prosekutur, imħallef jew ta' rappreżentant tal-awtorità ġudizzjarja b'kompetenzi ekwivalenti bi qbil mad-dritt nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħtuhom is-setgħat imsemmija f'dan ir-Regolament biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  It-terminu tal-mandat tal-membri nazzjonali u d-deputati tagħhom għandu jkun ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-Istati Membri jridu jinnominaw il-membri nazzjonali u d-deputati fuq il-bażi ta' livell għoli u esperjenza prattika twila fil-qasam tal-ġustizzja kriminali ppruvati.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  jħaffu jew jappoġġjaw b'xi mod ieħor il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe talba ta' assistenza legali reċiproka jew rikonoxximent reċiproku jew joħorġuhom u jeżegwixxuhom huma stess;

a)  jħaffu jew jappoġġaw b'xi mod ieħor il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe talba ta' assistenza legali reċiproka jew rikonoxximent reċiproku;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw tagħrif ma' kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru;

b)  jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw tagħrif ma' kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru jew aġenzija tal-Unjoni u kwalunkwe korp kompetenti ieħor, inkluż l-UPPE;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba)  joħorġu u jeżegwixxu kwalunkwe talba għal assistenza reċiproka jew rikonoxximent reċiproku;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da)  L-Istati Membri jistgħu jagħtu setgħat addizzjonali lill-membri nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw formalment lill-Kummissjoni u lill-Kulleġġ b'dawn is-setgħat.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-membri nazzjonali għandhom:

2.  Bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-membri nazzjonali jistgħu, f'konformità mad-dritt nazzjonali:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  jordnaw miżuri investigattivi;

a)  jordnaw u jitolbu miżuri investigattivi, kif previst fid-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew fi kwistjonijiet kriminali;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'każijiet urġenti, meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim fil-ħin, il-membri nazzjonali għandhom ikunu kompetenti sabiex jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li jgħarrfu lill-awtorità nazzjonali kompetenti malajr kemm jista' jkun.

3.  F'każijiet urġenti u sa fejn ikun possibbli li tiġi identifikata jew ikkuntattjata l-awtorità nazzjonali kompetenti f'ħin xieraq, il-membri nazzjonali għandhom ikunu kompetenti biex jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 skont id-dritt nazzjonali filwaqt li jgħarrfu immedjatament lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  F'każijiet imsemmija fil-paragrafu 3a, it-talbiet maħruġa mill-membru nazzjonali għandhom jiġu trattati mill-awtorità nazzjonali kompetenti bla dewmien żejjed.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  kondotti;

a)  rekords kriminali, inkluża s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  mill-membri nazzjonali kollha meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 4;

a)  mill-membri nazzjonali kollha;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  mill-membri nazzjonali kollha u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu skont l-Artikolu 14.

b)  u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu, wieħed minnhom għandu jkun ukoll ir-rappreżentant fil-Bord Eżekuttiv bi qbil mal-Artikolu 16(4).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jattendi l-laqgħat maniġerjali tal-Kulleġġ, bla dritt ta' vot.

3.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jattendi l-laqgħat tal-Kulleġġ, bla dritt ta' vot.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kulleġġ għandu jorganizza tal-inqas laqgħa operazzjonali waħda fix-xahar. Biex jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu, il-Kulleġġ għandu jorganizza tal-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President, wara t-talba tal-Kummissjoni, jew wara t-talba tal-inqas terz mill-membri tiegħu.

2.  Il-Kulleġġ għandu jorganizza tal-inqas laqgħa waħda fix-xahar. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President, wara t-talba tal-Kummissjoni, biex jiddiskuti l-kompiti maniġerjali tal-Kulleġġ, jew wara t-talba tal-inqas terz mill-membri tiegħu.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, il-Kulleġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu.

1.  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor u meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, il-Kulleġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza tal-membri tiegħu.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kulleġġ li jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu għandu:

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex issir distinzjoni ċara bejn il-funzjonijiet operazzjonali u maniġerjali tal-Kulleġġ, li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-membri nazzjonali kemm jista' jkun sabiex l-enfasi jinxteħet fuq il-ħidma operazzjonali tal-Eurojust. Il-kompiti maniġerjali tal-Kulleġġ għandhom jinkludu b'mod partikolari l-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma, il-baġit, ir-rapport tal-attività annwali, u l-arranġamenti tax-xogħol tal-Eurojust mas-sħab. Għandu jeżerċita s-setgħa ta' awtorità tal-ħatra fir-rigward tad-Direttur Amministrattiv. Il-Kulleġġ jista' jadotta wkoll ir-Regoli ta' Proċedura tal-Eurojust.

a)  kull sena jadotta dokument ta' programmazzjoni tal-Eurojust permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu u b'konformità mal-Artikolu 15;

 

b)  jadotta, permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Eurojust u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Eurojust skont il-Kapitolu VI;

 

c)  jadotta rapport annwali konsolidat tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Eurojust u jibagħtu, sa [data prevista fl-FFR] tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u jqiegħed ir-rapport annwali konsolidat tal-attività għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

 

d)  jadotta programmazzjoni tar-riżorsi tal-persunal bħala parti mid-dokument ta' programmazzjoni;

 

e)  jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust skont l-Artikolu 52;

 

f)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

 

g)  b'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal(1) fuq l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra(2) fuq l-Awtorità Mogħtija s-Setgħa sabiex tikkonkludi Kuntratti tax-Xogħol (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

 

h)  jaħtar id-Direttur Amministrattiv u, fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-uffiċċju b'konformità mal-Artikolu 17;

 

i)  jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità u Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data li għandhom ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiethom;

 

j)  jadotta arranġamenti ta' ħidma konklużi b'konformità mal-Artikolu 43;

 

k)  jeleġġi l-President u l-Viċi Presidenti b'konformità mal-Artikolu 11;

 

l)  jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

 

2.  Il-Kulleġġ, b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom tista' tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

 

3.  Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jeħtieġu dan, il-Kulleġġ jista' jiddeċiedi b'mod temporanju li jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Amministrattiv.

 

4.  Il-Kulleġġ għandu jasal għal deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-uffiċċju tad-Direttur Amministrattiv fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sat-[30 ta' Novembru ta' kull sena] il-Kulleġġ għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li fih programmazzjoni annwali u pluriennali, ibbażat fuq abbozz propost mid-Direttur Amministrattiv, li jieħu f'kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

1.  Sat-[30 ta' Novembru ta' kull sena] il-Kulleġġ għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li fih programmazzjoni annwali, ibbażat fuq abbozz propost mid-Direttur Amministrattiv, li jieħu f'kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi programmazzjoni strateġika ġenerali inklużi għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi anki l-programmazzjoni tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun hemm bżonn, u b'mod partikolari biex tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56.

4.  Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi programmazzjoni strateġika ġenerali inklużi għanijiet, l-istrateġija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi anki l-programmazzjoni tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun hemm bżonn, u b'mod partikolari biex tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kulleġġ għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv ma għandux ikun involut fil-funzjonijiet operazzjonali tal-Eurojust imsemmija fl-Artikoli 4 u 5.

1.  Il-Kulleġġ għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet amministrattivi biex jiżguraw it-tħaddim operazzjonali tal-Eurojust. Għandu jwettaq ukoll ix-xogħol ta' tħejjija meħtieġ fuq kwistjonijiet amministrattivi oħra għall-approvazzjoni tal-Kulleġġ skont l-Artikolu 5(2). Ma għandux ikun involut fil-funzjonijiet operazzjonali tal-Eurojust imsemmija fl-Artikoli 4 u 5.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Bord Eżekuttiv jista' jikkonsulta lill-Kulleġġ meta jkun qed iħejji l-baġit annwali tal-Eurojust, ir-rapport annwali u l-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali u jista' jikseb informazzjoni mhux operazzjonali oħra mill-Kulleġġ, fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv għandu:

2.  Il-Bord Eżekuttiv għandu:

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

aa)  iħejji l-programm ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Eurojust abbażi tal-abbozz imħejji mid-Direttur Amministrattiv u jgħaddihom lill-Kulleġġ għall-adozzjoni;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  jadotta strateġija għal kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji ta' frodi fir-rigward tal-kostijiet-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

b)  jadotta strateġija għal kontra l-frodi għall-Eurojust abbażi ta' abbozz imħejji mid-Direttur Amministrattiv;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g)  jieħu kwalunkwe deċiżjoni oħra mhux attribwita b'mod espressiv lill-Kulleġġ fl-Artikoli 5 jew 14 jew taħt ir-responsabilità tad-Direttur Amministrattiv b'konformità mal-Artikolu 18;

imħassar

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h)  jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

imħassar

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ha)  iwettaq kompiti amministrattivi addizzjonali assenjati lilu mill-Kulleġġ skont l-Artikolu 5(4);

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt hb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

hb)  jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust skont l-Artikolu 52;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

hc)  b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom tista' tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat; id-Direttur Amministrattiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jkun hemm bżonn hekk minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Kulleġġ dwar kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji, li għandhom ikunu soġġetti għal konferma mill-Kulleġġ.

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jorganizza tal-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-inqas tnejn mill-membri l-oħrajn tiegħu.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' mill-inqas darba kull tliet xhur. Jekk meħtieġ, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-inqas tnejn mill-membri l-oħrajn tiegħu.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar mill-Kulleġġ minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Għall-fini ta' konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Amministrattiv, il-Eurojust għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Kulleġġ.

2.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar mill-Kulleġġ abbażi tal-mertu u l-ħiliet dokumentati tiegħu fil-qasam tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni, kif ukoll tal-kompetenzi u l-esperjenza rilevanti tiegħu, minn lista ta’ kandidati proposta mill-Bord Eżekuttiv, b'segwitu għal kompetizzjoni miftuħa u trasparenti bi qbil mar-regoli ta' proċedura tal-Eurojust. Għall-fini ta' konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Amministrattiv, il-Eurojust għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Kulleġġ.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mandat tad-Direttur Amministrattiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu f'kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Amministrattiv.

3.  Il-mandat tad-Direttur Amministrattiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Bord Eżekuttiv għandu jwettaq valutazzjoni li tieħu f'kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Amministrattiv.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kulleġġ, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tieħu f'kunsiderazzjoni l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Amministrattiv għal mhux iktar minn ħames snin.

4.  Il-Kulleġġ, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv li tieħu f'kunsiderazzjoni l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Amministrattiv għal mhux iktar minn erba' snin.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv.

6.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Kulleġġ.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Direttur Amministrattiv jista' jitneħħa mill-uffiċċju biss wara deċiżjoni tal-Kulleġġ li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

7.  Id-Direttur Amministrattiv jista' jitneħħa mill-uffiċċju biss wara deċiżjoni tal-Kulleġġ li jaġixxi fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, għall-Kulleġġ jew għall-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Amministrattiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

2.  Bla ħsara għas-setgħat tal-Kulleġġ jew għall-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Amministrattiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  għall-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Eurojust;

a)  għall-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Eurojust u l-ġestjoni tal-persunal;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  it-tħejjija tad-dokument ta' programmazzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv u l-Kulleġġ wara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni;

c)  it-tħejjija tal-programmazzjoni ta' ħidma annwali u pluriennali u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Eżekuttiv għall-approvazzjoni;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  l-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni u r-rapportar għand il-Bord Eżekuttiv u l-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

d)  l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni ta' ħidma annwali u pluriennali u r-rapportar għand il-Bord Eżekuttiv u l-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni tagħha;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni li jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar intern jew estern, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-OLAF u r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Bord Eżekuttiv, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni li jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar intern jew estern, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-OLAF u r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kulleġġ, lill-Bord Eżekuttiv, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g)  il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'verifiki effettivi u, jekk jinqabdu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

imħassar

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ja)   jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal fuq l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-Awtorità Mogħtija s-Setgħa sabiex tikkonkludi Kuntratti tax-Xogħol ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – punt 4 – punt jb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jb)  jipprovdi l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex tiġi ffaċilitata l-ħidma operazzjonali tal-Eurojust;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt jc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jc)  għall-provvediment tal-appoġġ lill-President u lill-Viċi Presidenti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt jd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

j d)  iħejji abbozz ta' proposta għall-baġit annwali tal-Eurojust, li għandu jiġi ppreżentat u kkonsultat mill-Bord Eżekuttiv qabel l-adozzjoni mill-Kulleġġ;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rappreżentanti tal-Koordinazzjoni Attiva għandhom jaġixxu bla dewmien, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom.

3.  Ir-rappreżentanti tal-Koordinazzjoni Attiva għandhom jaġixxu b'effiċjenza, u bla dewmien, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-korrispondenti nazzjonali kollha maħtura mill-Istati Membri jrid ikollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  korrispondenti nazzjonali għal kwistjonijiet relatati mal-kompetenza tal-UPPE għall-Istati Membri mhux parteċipanti;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iżommu l-kariga u l-istatus tagħhom skont il-liġi nazzjonali.

3.  Il-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iżommu l-kariga u l-istatus tagħhom skont il-liġi nazzjonali, dment li ż-żamma tal-kariga u l-istatus tagħhom ma jostakolawhomx fil-qadi ta' dmirijiethom fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  iż-żamma ta' relazzjonijiet mill-qrib mal-Unità Nazzjonali tal-Europol.

d)  tmantni relazzjonijiet mill-qrib mal-Unità Nazzjonali tal-Europol, punti ta' kuntatt oħra tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti oħra.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw mal-Eurojust kwalunkwe tagħrif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha b'konformità mal-Artikoli 2 u 4 kif ukoll mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti f'dan ir-Regolament. Tal-inqas, dan għandu jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 5, 6 u 7.

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw mal-Eurojust kwalunkwe tagħrif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha b'konformità mal-Artikoli 2 u 4 kif ukoll mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti f'dan ir-Regolament. Tal-inqas, dan għandu jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-trażmissjoni tat-tagħrif lill-Eurojust għandha tkun interpretata bħala talba għal assistenza mill-Eurojust fil-każ ikkonċernat biss jekk dan ikun speċifikat minn awtorità kompetenti.

2.  It-trażmissjoni tat-tagħrif lill-Eurojust għandha tkun interpretata biss bħala talba għal assistenza mill-Eurojust fil-każ ikkonċernat jekk dan ikun speċifikat minn awtorità kompetenti.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom bla dewmien żejjed dwar kwalunkwe każ li jikkonċerna reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust u li tal-inqas jaffettwaw tliet Stati Membri u li għalihom intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, lil tal-inqas żewġ Stati Membri.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom bla dewmien żejjed dwar kwalunkwe każ li tal-inqas jaffettwa b'mod dirett tliet Stati Membri u li għalih intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, lil tal-inqas żewġ Stati Membri u,

 

(a)  ir-reat involut ikun punibbli fl-Istat Membru rikjedenti jew emittenti b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas ħames jew sitt snin, li jrid jiġi deċiż mill-Istat Membru kkonċernat, u hu inkluż fil-lista li ġejja:

 

(i)  traffikar tal-bnedmin;

 

(ii)  abbuż sesswali u sfruttament sesswali inklużi l-pornografija tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali;

 

(iii)  traffikar tad-drogi;

 

(iv)  traffikar illeċitu ta' armi, armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom, munizzjon u splussivi;

 

(v)  korruzzjoni;

 

(vi)  kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

 

(vii)  falsifikazzjoni ta' flus u mezzi ta' ħlas;

 

(viii)  attivitajiet ta' ħasil tal-flus;

 

(ix)  ċiberkriminalità; or

 

(b)  ikun hemm indikazzjonijiet fattwali li tkun involuta organizzazzjoni kriminali; or

 

(c)  ikun hemm indikazzjonijiet li l-każ jista' jkollu dimensjoni transfruntiera serja jew riperkussjonijiet fil-livell tal-Unjoni jew jista' jaffettwa lil Stati Membri oħrajn minbarra dawk direttament involuti.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom bla dewmien żejjed dwar kwalunkwe każ li jikkonċerna reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust u li tal-inqas jaffettwaw tliet Stati Membri u li għalihom intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, lil tal-inqas żewġ Stati Membri.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom bla dewmien żejjed dwar kwalunkwe każ li tal-inqas jaffettwa b'mod dirett tliet Stati Membri u li għalih intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, lil tal-inqas żewġ Stati Membri.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu għandu jkun ipprovdut b'mod strutturat kif stabbilit mill-Eurojust.

9.  It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu għandu jkun ipprovdut b'mod strutturat kif stabbilit mill-Eurojust. L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jiġu obbligati jipprovdu din l-informazzjoni meta din tkun diġà ġiet trażmessa lill-Eurojust f'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tagħrif dwar ir-riżultati tal-ipproċessar tat-tagħrif, inkluża l-eżistenza ta' rabtiet ma' każijiet li diġà kienu maħżuna fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet. Dan it-tagħrif jista' jinkludi dejta personali.

1.  Il-Eurojust għandha tipprovdi mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tagħrif dwar ir-riżultati tal-ipproċessar tat-tagħrif, inkluża l-eżistenza ta' rabtiet ma' każijiet li diġà kienu maħżuna fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet. Dan it-tagħrif jista' jinkludi dejta personali.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwieġbu bla dewmien żejjed għat-talbiet u l-opinjonijiet tal-Eurojust li jsiru skont l-Artikolu 4. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma' talba msemmija fl-Artikolu 4(2) jew jiddeċiedu li ma jsegwux opinjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 4(4) jew (5), dawn għandhom jgħarrfu lill-Eurojust bla dewmien żejjed bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha. Meta ma jkunx possibbli li jingħataw ir-raġunijiet għar-rifjut milli jikkonformaw ma' talba għaliex din tkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali jew għax tkun ixxekkel is-sikurezza ta' individwi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiċċitaw raġunijiet operazzjonali.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwieġbu bla dewmien żejjed, f'każijiet urġenti l-Eurojust tista' tistabbilixxi skadenza għal risposta, għat-talbiet u l-opinjonijiet tal-Eurojust li jsiru skont l-Artikolu 4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu konformi mat-talba magħmula mill-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 4(2) il-ġdid jew isegwu opinjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 4(4) jew (5), ħlief jekk jistgħu jiġġustifikaw lill-Eurojust, f'opinjoni motivata, li l-konformità mmedjata, tipperikola s-suċċess tal-investigazzjoni kontinwa jew is-sigurtà ta' individwu. Kwalunkwe dewmien fil-konformità mat-talbiet u l-opinjonijiet magħmula mill-Eurjust skont l-Artikolu 4 jrid ikun ġustifikat.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet imsawra minn fajls tax-xogħol temporanji u werrej li fihom dejta personali kif imsemmi fl-Anness 2 u dejta mhux personali.

1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet li tinkludi fajls tax-xogħol temporanji u werrej li fihom dejta personali kif imsemmi fl-Anness 2 u dejta mhux personali.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  tħaffef il-monitoraġġ tal-legalità u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-ipproċessar ta' dejta personali.

c)  tħaffef il-monitoraġġ tal-legalità u l-konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar l-ipproċessar ta' dejta personali.

Emenda ta' kompromess li tissostittwixxi l-Emenda 315

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-werrej għandu jkun fih referenzi għal fajls tax-xogħol temporanji pproċessati fi ħdan il-qafas tal-Eurojust u ma jista' jkun fih l-ebda dejta personali minbarra dik imsemmija fil-punti (1)(a) sa (i), (k) u (m) u (2) tal-Anness 2.

4.  Il-werrej għandu jkun fih referenzi għal fajls tax-xogħol temporanji pproċessati fi ħdan il-qafas tal-Eurojust u ma jista' jkun fih l-ebda dejta personali minbarra dik imsemmija fil-punt (2) tal-Anness 2.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Għall-ipproċessar ta' dejta personali operazzjonali, il-Eurojust ma tistax tistabbilixxi xi fajl tad-dejta awtomatizzat minbarra s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet jew fajl tax-xogħol temporanju.

6.  Għall-ipproċessar ta' dejta personali operazzjonali, il-Eurojust ma tista' tistabbilixxi l-ebda fajl ta' dejta awtomatizzat għajr is-Sistema ta' Ġestjoni ta' Każijiet [...].

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji tagħha għandhom ikunu disponibbli sabiex jintużaw mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

7.  Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji tagħha għandhom ikunu disponibbli sabiex jintużaw mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fil-qasam ta' kompetenza tiegħu.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Madankollu, it-tagħrif imdaħħal fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet, il-fajls tax-xogħol temporanji u l-werrej mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma għandux ikun disponibbli biex jiġi aċċessat fil-livell nazzjonali.

8.  Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fil-qasam ta' kompetenza tiegħu. Madankollu, it-tagħrif imdaħħal fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet, il-fajls tax-xogħol temporanji u l-werrej mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma għandux ikun disponibbli biex jiġi aċċessat fil-livell nazzjonali.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-membru nazzjonali li fetaħ fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddeċiedi liema tagħrif relatat ma' dan il-fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddaħħal fil-werrej.

3.  Il-membru nazzjonali li fetaħ fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddeċiedi liema tagħrif relatat ma' dan il-fajl tax-xogħol temporanju, u f'konformità mal-Artikolu 24(4), għandu jiddaħħal fil-werrej.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' data personali

L-ipproċessar tal-Informazzjoni

1.  Diment li dan ikun meħtieġ biex tilħaq il-kompitu tagħha ddikjarat b'mod espliċitu, il-Eurojust, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq il-funzjonijiet operazzjonali tagħha, tista' tipproċessa permezz ta' mezzi awtomatizzati jew f'fajls manwali strutturati b'konformità ma' dan ir-Regolament dik id-dejta personali elenkata fil-punt 1 tal-Anness 2 biss, dwar persuni li, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati huma ssuspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat li l-Eurojust hija kompetenti għalih jew li ġew ikkundannati għat-tali reat.

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Eurojust fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha.

2.  Il-Eurojust tista' tipproċessa biss id-dejta personali elenkata fil-punt 2 tal-Anness 2, fuq persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, huma meqjusin bħala xhieda jew vittmi f'investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali rigward tip wieħed jew iktar minn fost id-delitti u r-reati msemmija fl-Artikolu 3, jew persuni ta' inqas minn 18-il sena. L-ipproċessar tat-tali dejta personali jista' jseħħ biss jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jitwettaq il-kompitu tal-Eurojust iddikjarat b'mod espliċitu, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq il-funzjonijiet operazzjonali tagħha.

 

3.  F'każijiet eċċezzjonali, il-Eurojust tista' anki, għal perjodu limitat ta' żmien li ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ għall-konsultazzjoni tal-każ li miegħu hija relatata d-dejta pproċessata, tipproċessa dejta personali minbarra dik imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 relatata maċ-ċirkustanzi ta' reat meta din tkun immedjatament rilevanti u tkun inkluża għal investigazzjonijiet kurrenti li l-Eurojust tkun qed tikkoordina jew tgħin fil-koordinazzjoni tagħhom u meta l-ipproċessar tagħha jkun strettament neċessarju għall-fini speċifikati fil-paragrafu 1. L-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 31 għandu jkun mgħarraf minnufih bir-rikors għal dan il-paragrafu u biċ-ċirkustanzi speċifiċi li jiġġustifikaw il-ħtieġa tal-ipproċessar ta' din id-dejta personali. Meta dejta oħra bħal din tkun tirreferi għal xhieda jew vittmi skont it-tifsira tal-paragrafu 2, id-deċiżjoni li tiġi pproċessata għandha tittieħed b'mod konġunt minn tal-inqas żewġ membri nazzjonali.

 

4.  Dejta personali, ipproċessata b'mezzi awtomatizzati jew oħrajn, li tikxef oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosifiku, sħubija fi trejdjunjins, u dejta li għandha x'taqsam mas-saħħa jew il-ħajja sesswali tista' tiġi pproċessata mill-Eurojust biss meta din id-dejta tkun strettament neċessarja għall-investigazzjonijiet nazzjonali kkonċernati kif ukoll għall-koordinazzjoni fi ħdan il-Eurojust u jekk tissupplimenta dejta personali oħra li diġà ġiet ipproċessata. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf minnufih bir-rikors għal dan il-paragrafu. Din id-dejta ma tistax tiġi pproċessata fil-Werrej imsemmi fl-Artikolu 24(4). Meta dejta oħra bħal din tirreferi għal xhieda jew vittmi skont it-tifsira tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni li tiġi pproċessata għandha tittieħed mill-Kulleġġ.

 

5.  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Eurojust fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha. Dan ir-Regolament jippartikolarizza u huwa komplimentari mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dejta personali pproċessata mill-Eurojust għall-kompiti operazzjonali tagħha.

 

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dejta personali pproċessata mill-Eurojust ma tistax tibqa' maħżuna wara l-ewwel data applikabbli minn fost dawn li ġejjin:

imħassar

a)  id-data li fiha l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Istati Membri kollha kkonċernati mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet;

 

b)  id-data li fiha l-persuna tkun ġiet liberata u d-deċiżjoni ġudizzjarja saret finali;

 

c)  tliet snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar wieħed mill-Istati Membri kkonċernati mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjonijiet saret finali;

 

d)  id-data li fiha l-Eurojust u l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew jew qablu b'mod reċiproku li ma kienx għad hemm bżonn li l-Eurojust tikkoordina l-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet, sakemm ma jkunx hemm obbligu li l-Eurojust tkun ipprovduta b'din l-informazzjoni b'konformità mal-Artikolu 21(5) jew (6);

 

e)  tliet snin wara d-data li fiha ntbagħtet id-dejta b'konformità mal-Artikolu 21(6) jew (7).

 

2.  Ir-rispett tad-dati ta' skadenza għall-ħżin imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandu jiġi analizzat b'mod kostanti bl-ipproċessar awtomatizzat xieraq. Minkejja dan, analiżi tal-bżonn ta' ħżin tad-dejta għandha ssir kull tliet snin wara li tiddaħħal. Jekk dejta li tikkonċerna l-persuni msemmija fl-Artikolu 27(4) tinħażen għal perjodu itwal minn ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi mgħarraf b'dan.

 

3.  Meta tkun għaddiet waħda mid-dati ta' skadenza għall-ħżin imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, il-Eurojust għandha tanalizza jekk hemmx bżonn li d-dejta tibqa' maħżuna sabiex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha u, permezz ta' deroga, tista' tiddeċiedi li taħżen din id-dejta sal-analiżi li jmiss. Ir-raġunijiet għall-ħżin issoktat iridu jiġu ġustifikati u rreġistrati. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-ħżin issoktat tad-dejta personali, dik id-dejta għandha titħassar b'mod awtomatiku wara tliet snin. Madankollu, ladarba l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha kkonċernati kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, id-dejta tista' tinħażen biss jekk tkun neċessarja sabiex il-Eurojust tipprovdi assistenza b'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

4.  Meta, b'konformità mal-paragrafu 3, id-dejta tkun inħażnet wara d-dati msemmija fil-paragrafu 1, kull tliet snin il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu janalizza l-bżonn li dik id-dejta tinħażen.

 

5.  Meta fajl ikun fih dejta mhux awtomatizzata u mhux strutturata, ladarba tgħaddi d-data ta' skadenza għall-ħżin tal-aħħar oġġett tad-dejta awtomatizzata mill-fajl, id-dokumenti kollha fil-fajl għandhom jitroddew lura lill-awtorità li pprovdietha u kwalunkwe kopja għandha tinqered.

 

6.  Meta l-Eurojust tkun ikkoordinat investigazzjoni jew prosekuzzjonijiet, il-membri nazzjonali kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Eurojust u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha relatati mal-każ li saru finali sabiex, fost l-oħrajn, ikun jista' jiġi applikat il-punt (b) tal-paragrafu 1.

 

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar ta' integrità u sigurtà xierqa tad-dejta, il-Eurojust għandha żżomm rekords dwar kwalunkwe ġbir, bidla, aċċess, divulgazzjoni, taħlita jew tħassir ta' dejta personali użata għal skopijiet operazzjonali. Dawn il-logs jew dokumentazzjoni għandhom jitħassru wara 18-il xahar, sakemm id-dejta ma tibqax meħtieġa għal kontroll kurrenti.

imħassar

2.  Il-logs jew id-dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu komunikati fuq talba lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu juża din l-informazzjoni biss għall-fini ta' kontroll tal-protezzjoni tad-dejta, l-iżgurar ta' pproċessar xieraq tad-dejta, u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta.

 

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma biss il-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti tagħhom, il-persuni msemmija fl-Artikolu 20(2) diment li jkunu konnessi mas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet u l-persunal awtorizzat tal-Eurojust li jistgħu, għall-fini ta' twettiq tal-kompiti tal-Eurojust u fi ħdan il-limiti stipulati fl-Artikoli 24, 25 u 26, li għandhom aċċess għal dejta personali pproċessata mill-Eurojust għall-kompiti operazzjonali tagħha.

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data b'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

imħassar

2.  Meta jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu:

 

a)  jiżgura li jinżamm rekord bil-miktub dwar it-trasferiment tad-dejta personali;

 

b)  jikkoopera mal-persunal tal-Eurojust responsabbli għall-proċeduri, it-taħriġ u l-pariri dwar l-ipproċessar tad-dejta;

 

c)  iħejji rapport annwali u jikkomunika dak ir-rapport lill-Kulleġġ u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha pproċessata mill-Eurojust u għall-bini kollu tal-Eurojust.

 

4.  Il-membri tal-persunal tal-Eurojust li jassistu lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq tal-kompiti tiegħu għandu jkollhom aċċess għad-dejta personali pproċessata fil-Eurojust u għall-bini tal-Eurojust sakemm hemm bżonn biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

 

5.  Jekk l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data jqis li ma nżammitx konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew ma' dan ir-Regolament relatat mal-ipproċessar ta' dejta personali, għandu jgħarraf lid-Direttur Amministrattiv, u jitolbu jsolvi n-nuqqas ta' konformità fi żmien speċifikat. Jekk id-Direttur Amministrattiv ma jsolvix in-nuqqas ta' konformità tal-ipproċessar fi żmien speċifikat, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jgħarraf lill-Kulleġġ u għandu jaqbel mal-Kulleġġ dwar żmien speċifiku għal tweġiba. Jekk il-Kulleġġ ma jsolvix in-nuqqas ta' konformità tal-ipproċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

 

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kwalunkwe suġġett tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt ta' aċċess għad-dejta personali jista' jagħmel talba għal dan il-għan lill-awtorità magħżula għal dan il-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Eurojust bla dewmien u dejjem fi żmien xahar mir-riċevuta.

imħassar

2.  It-talba għandha titwieġeb mill-Eurojust bla dewmien żejjed u dejjem fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tagħha mill-Eurojust.

 

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu kkonsultati mill-Eurojust fuq deċiżjoni li għandha tittieħed. Deċiżjoni dwar l-aċċess għad-dejta għandha tkun kondizzjonali fuq il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Eurojust u l-Istati Membri direttament ikkonċernati mill-komunikazzjoni tat-tali dejta. Fi kwalunkwe każ li fih Stat Membru joġġezzjona għal tweġiba proposta tal-Eurojust, dan għandu jgħarraf lill-Eurojust dwar ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu.

 

4.  Meta d-dritt ta' aċċess ikun ristrett b'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Eurojust għandha tgħarraf lis-suġġett tad-dejta b'konformità mal-Artikolu 20(3) ta' dak ir-Regolament bil-miktub. L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet prinċipali tista' titħassar meta l-forniment tat-tali informazzjoni jkun iċaħħad lir-restrizzjoni mill-effett tagħha. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun tal-inqas mgħarraf li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għamel il-verifiki kollha neċessarji.

 

5.  Il-Eurojust għandha tiddokumenta r-raġunijiet għall-ommissjoni tar-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata r-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

 

6.  Il-membri nazzjonali kkonċernati mit-talba għandhom jindirizzawha u jieħdu deċiżjoni f'isem il-Eurojust. It-talba għandha tiġi indirizzata bis-sħiħ fi żmien tliet xhur mir-riċevuta. Meta l-membri ma jaqblux bejniethom, għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-Kulleġġ, li għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba b'maġġoranza ta' żewġ terzi.

 

7.  Meta fl-applikazzjoni tal-Artikolu 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jivverifika l-legalità tal-ipproċessar imwettaq mill-Eurojust, dan għandu jgħarraf lis-suġġett tad-dejta tal-inqas li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għamel il-verifiki kollha neċessarji.

 

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk id-dejta personali li trid tiġi rettifikata, titħassar jew li l-ipproċessar tagħha jrid jiġi ristrett b'konformità mal-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tkun ġiet ipprovduta lill-Eurojust minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, partijiet privati, persuni privati jew hija r-riżultat ta' analiżijiet li saru mill-Eurojust stess, il-Eurojust għandha tirretifika, tħassar jew tirrestrinġi l-ipproċessar tat-tali dejta.

imħassar

2.  Jekk id-dejta personali li trid tiġi rettifikata, titħassar jew li l-ipproċessar tagħha jrid jiġi ristrett b'konformità mal-Artikolu 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tkun ġiet ipprovduta lill-Eurojust minn Stati Membri, il-Eurojust għandha tirretifika, tħassar jew tirrestrinġi l-ipproċessar tat-tali dejta f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri.

 

3.  Jekk intbagħtet dejta żbaljata b'mezz xieraq ieħor jew jekk l-iżbalji fid-dejta pprovduta mill-Istati Membri huma dovuti għal trasferiment li ġarrab ħsara jew intbagħtet bi ksur ta' dan ir-Regolament jew jekk tirriżulta mit-tidħil, il-pussess jew il-ħżin żbaljat tagħhom jew bi ksur ta' dan ir-Regolament mill-Eurojust, il-Eurojust għandha tirrettifika jew tħassar id-dejta f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

 

4.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-destinatarji kollha tat-tali dejta għandhom jiġu notifikati minnufih b'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'konformità mar-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji għandhom jirrettifikaw, iħassru jew jirrestrinġu l-ipproċessar ta' dik id-dejta fis-sistemi tagħhom.

 

5.  Il-Eurojust għandha tgħarraf lis-suġġett tad-dejta bil-miktub bla dewmien żejjed u dejjem fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-talba li d-dejta li tikkonċernah ġiet rettifikata, tħassret jew li l-ipproċessar tagħha ġie ristrett.

 

6.  Il-Eurojust għandha tgħarraf lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut ta' rettifika, tħassir jew restrizzjonijiet għall-ipproċessar, u dwar il-possibilità li jippreżenta lment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

 

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tipproċessa dejta personali b'tali mod li jkun jista' jiġi stabbilit liema awtorità pprovdiet id-dejta jew mnejn instabet id-dejta personali.

imħassar

2.  Ir-responsabilità għall-kwalità tad-dejta personali għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li pprovda d-dejta personali lill-Eurojust u mill-Eurojust għad-dejta personali pprovduta minn korpi tal-UE, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għad-dejta personali miksuba mill-Eurojust minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

 

3.  Ir-responsabilità għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u dan ir-Regolament għandha tiġġarrab mill-Eurojust. Ir-responsabilità għal-legalità tat-trasferiment ta' dejta personali pprovduta mill-Istati Membri lill-Eurojust għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li jipprovdi d-dejta personali, u mill-Eurojust għad-dejta personali pprovduta lil Stati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet mill-Eurojust.

 

4.  Soġġetta għal dispożizzjonijiet oħrajn f'dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tkun responsabbli għad-dejta kollha pproċessata minnha.

 

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi li jeħtieġu involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jsibu diskrepanzi qawwijin bejn il-prattiki tal-Istati Membri jew trasferiment potenzjalment illegali li jużaw kanali ta' komunikazzjoni tal-Eurojust, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajmin minn awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew iktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

imħassar

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw problemi relatati mal-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu għarfien dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-dejta, kif ikun hemm bżonn.

 

3.  L-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għall-fini spejgati f'dan l-Artikolu, kif ikun hemm bżonn. L-ispejjeż u s-servizzi meħtieġa ta' dawn il-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli tal-proċeduri għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt metodi ta' ħidma oħrajn, skont kif ikun hemm bżonn.

 

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta lment ippreżentat minn suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikun relatat ma' deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 jew 33, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta lill-korpi nazzjonali ta' sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew l-Istat Membru direttament ikkonċernat. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tista' testendi għal rifjut ta' komunikazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta' sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti.

imħassar

2.  Meta lment ikun relatat mal-ipproċessar ta' dejta pprovduta minn Stat Membru lill-Eurojust, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li saru l-verifiki meħtieġa kif suppost f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta' sorveljanza tal-Istat Membru li pprovda d-dejta.

 

3.  Meta lment ikun relatat mal-ipproċessar tad-dejta pprovduta lill-Eurojust minn korpi tal-UE, pajjiżi terzi jew partijiet privati, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-Eurojust wettqet il-verifiki meħtieġa.

 

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1  B'konformità mal-Artikolu 340 tat-Trattat, il-Eurojust għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkaġunata lil individwu li tirriżulta minn ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat tad-dejta mwettaq minnha.

imħassar

2.  L-ilmenti kontra l-Eurojust skont ir-responsabilità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinstemgħu mill-Qorti tal-Ġustizzja b'konformità mal-Artikolu 268 tat-Trattat.

 

3.  B'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkaġunata lil individwu, li tirriżulta minn ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat imwettaq minnha ta' dejta li ġiet komunikata lill-Eurojust.

 

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Diment li dawn ikunu neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Eurojust tista' tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma' korpi u aġenziji tal-Unjoni b'konformità mal-għanijiet ta' dawk il-korpi jew l-aġenziji, l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (Interpol).

1.  Diment li dawn ikunu neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Eurojust tista' tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma' korpi u aġenziji tal-Unjoni b'konformità mal-għanijiet ta' dawk il-korpi jew l-aġenziji, l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali inkluża l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (Interpol) f'konformità mal-istrateġija msemmija fl-Artikolu 43.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha u soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata b'konformità mal-Artikolu 21(8), il-Eurojust tista' tiskambja b'mod dirett l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

2.  Sa fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha u soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata b'konformità mal-Artikolu 21(8) u l-Artikolu 62, il-Eurojust tista' tiskambja b'mod dirett l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta' dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-Eurojust għandha tikkonkludi arranġamenti ta' ħidma ma' entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma m'għandhomx jiffurmaw il-bażi sabiex jippermettu l-iskambju ta' dejta personali u m'għandhomx jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Eurojust tista' tirċievi u tipproċessa dejta personali riċevuta mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 sa fejn hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV.

3.  B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Eurojust tista' tirċievi u tipproċessa dejta personali riċevuta mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 sa fejn hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-dejta personali għandha tiġi ttrasferita biss mill-Eurojust lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-Interpol jekk dan ikun neċessarju għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt il-kompetenza tal-Eurojust u b'konformità ma' dan ir-Regolament. Jekk id-dejta li għandha tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, il-Eurojust għandha tikseb il-kunsens tal-Istat Membru, sakemm:

imħassar

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi preżunta peress li l-Istat Membru ma llimitax biċ-ċar il-possibilità ta' trasferimenti ulterjuri; or

imħassar

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  l-Istat Membru ma tax l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għal trasferiment ulterjuri bħal dan, jew f'termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. It-tali kunsens jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt.

imħassar

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  It-trasferimenti ulterjuri lil partijiet terzi ta' dejta personali riċevuta mingħand il-Eurojust mill-Istati Membri, korpi jew aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol għandhom ikunu projbiti sakemm il-Eurojust ma tkunx tat il-kunsens tagħha biċ-ċar wara li qieset iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, għal skop speċifiku li mhuwiex inkompatibbli mal-iskop li għalih intbagħtet id-dejta.

imħassar

Emenda    123

Proposta għal regolament

Kapitolu 5 – taqsima 2 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RELAZZJONIJIET MAS-SĦAB

RELAZZJONIJIET MAS-SĦAB FL-UNJONI

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-Segretarjat tan-Netwerk għal Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerk stabbilit mid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI għandhom jifformaw parti mill-persunal tal-Eurojust. Is-segretarjati għandhom jaħdmu bħala unitajiet separati. Jistgħu jużaw ir-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Il-koordinazzjoni bejn is-segretarjati għandha tkun żgurata mill-Eurojust. Dan il-paragrafu għandu japplika għas-segretarjat ta' kwalunkwe netwerk ġdid stabbilit minn deċiżjoni tal-Kunsill fejn dik id-deċiżjoni tipprovdi li s-segretarjat għandu jkun ipprovdut mill-Eurojust.

2.  Is-Segretarjat tan-Netwerk għal Timijiet ta' Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerk stabbilit mid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI għandhom jifformaw parti mill-persunal tal-Eurojust. Is-segretarjati għandhom jaħdmu bħala unitajiet separati. Jistgħu jużaw ir-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Il-koordinazzjoni bejn is-segretarjati għandha tkun żgurata mill-Eurojust. Dan il-paragrafu għandu japplika għas-segretarjat ta' kwalunkwe netwerk rilevanti involut fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali li għalihom l-appoġġ fil-forma ta' segretarjat għandu jkun ipprovdut mill-Eurojust. Il-Eurojust tista' tappoġġja, inkluż fejn xieraq permezz ta' segretarjat ospitat fil-Eurojust, netwerks u korpi Ewropej rilevanti involuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tieħu kull miżura xierqa biex il-Europol, fi ħdan il-mandat tagħha, tkun tista' tagħmel aċċess fuq il-bażi ta' sistema ta' qbil/nuqqas ta' qbil mal-informazzjoni pprovduta mal-Eurojust, bla ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol li pprovdewha. Fil-każ ta' sejba, il-Europol tista' tniedi l-proċedura li skont din l-informazzjoni li ġġenerat is-sejba tista' tinqasam, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru, tal-korp tal-Unjoni, tal-pajjiż terz, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew tal-Interpol li pprovdew l-informazzjoni lill-Eurojust.

1.  Il-Eurojust għandha tieħu kull miżura xierqa biex il-Europol, fi ħdan il-mandat tagħha, tkun tista' tagħmel aċċess fuq il-bażi ta' sistema ta' qbil/nuqqas ta' qbil mal-informazzjoni pprovduta mal-Eurojust, bla ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali inkluż l-Interpol li pprovdewha. Fil-każ ta' sejba, il-Europol tista' tniedi l-proċedura li skont din l-informazzjoni li ġġenerat is-sejba tista' tinqasam, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru, tal-korp tal-Unjoni, tal-pajjiż terz, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali inkluż tal-Interpol li pprovdew l-informazzjoni lill-Eurojust.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-tiftixiet ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom isiru biss għall-fini ta' identifikazzjoni ta' jekk l-informazzjoni disponibbli fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni pproċessata fil-Europol.

2.  It-tiftixiet ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom isiru biss għall-fini ta' identifikazzjoni ta' jekk l-informazzjoni disponibbli fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni pproċessata fil-Europol. Fil-każ ta' hit, l-Europol għandu jispeċifika liema dejta jeħtieġ u l-Eurojust tista' tikkondividi d-dejta biss sal-punt li d-dejta li tkun iġġenerat il-hit tkun meħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk matul l-attivitajiet ta' pproċessar tal-informazzjoni tal-Eurojust fir-rigward ta' investigazzjoni, il-Eurojust jew Stat Membru jidentifikaw il-bżonn ta' koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ b'konformità mal-mandat tal-Europol, il-Eurojust għandha tinnotifikahom dwar dan u għandha tniedi l-proċedura għall-qsim tal-informazzjoni, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni. F'dan il-każ, il-Eurojust għandha tikkonsulta mal-Europol.

4.  Jekk matul l-attivitajiet ta' pproċessar tal-informazzjoni tal-Eurojust fir-rigward ta' investigazzjoni, il-Eurojust jew Stat Membru jidentifikaw il-bżonn ta' koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ b'konformità mal-mandat tal-Europol, il-Eurojust għandha tinnotifikahom dwar dan u għandha tniedi l-proċedura għall-qsim tal-informazzjoni, b'konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni. F'dan il-każ, il-Europol għandha tikkonsulta mal-Eurojust.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-Europol, safejn dan ikun relevanti għall-prestazzjoni tal-kompiti taż-żewġ aġenziji u għall-kisba tal-objettivi tagħhom, billi jitqies il-bżonn li tiġi evitata dupplikazzjoni tal-isforz.

 

 

 

Għal dak il-għan, id-Direttur tal-Europol u l-President tal-Eurojust għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni speċjali mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta' kooperazzjoni mill-qrib u l-iżvilupp ta' rabtiet operazzjonali, amministrattivi u maniġerjali bejniethom kif definit iktar 'l isfel. Għal dan il-għan, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-President tal-Eurojust għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni.

1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta' kooperazzjoni reċiproka fil-mandati u l-kompetenzi rispettivi tagħhom u tal-iżvilupp ta' rabtiet operazzjonali u amministrattivi bejniethom kif definit f'dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, il-President tal-Eurojust u l-Kap Prosekutur Ewropew għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni. Għandhom jiltaqgħu fuq talba tal-President tal-Eurojust jew tal-Kap Prosekutur Ewropew.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Eurojust għandha tittratta kwalunkwe talba għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha tindirizza t-tali talbiet, fejn xieraq, daqslikieku waslu minn awtorità nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja.

2.  Il-Eurojust għandha tittratta talbiet għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha tindirizza t-tali talbiet daqslikieku waslu minn awtorità nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kooperazzjoni stabbilita b'konformità mal-paragrafu 1 għandha tinvolvi l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża dejta personali. Kwalunkwe dejta li għalhekk tiġi skambjata għandha tintuża biss għall-fini li ġiet ipprovduta. Kwalunkwe użu ieħor tad-dejta għandu jkun permess biss sa fejn it-tali użu jkun jaqa' taħt il-mandat tal-korp li jirċievi d-dejta, u soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-korp li pprovda d-dejta.

4.  Fi kwistjonijiet operazzjonali rilevanti għall-kompetenzi tal-UPPE, il-Eurojust jista' jassoċja lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mal-attivitajiet tiegħu dwar każijiet transfruntiera, inkluż billi:

 

(a) jikkondividi informazzjoni, inkluża dejta personali, dwar il-każijiet tiegħu f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta;

 

(b) jitlob l-appoġġ ipprovdut mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, fejn xieraq.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-fini ta' identifikazzjoni ta' jekk l-informazzjoni disponibbli fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Eurojust għandha timplimenta mekkaniżmu għall-kontroverifika awtomatika ta' dejta mdaħħla fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet tagħha. Kull meta jkun hemm qbil bejn id-dejta mdaħħla fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u d-dejta mdaħħla mill-Eurojust, il-fatt li hemm qbil ser jiġi komunikat kemm lill-Eurojust kif ukoll lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll lill-Istat Membru li pprovda d-dejta lill-Eurojust. Fil-każijiet li fihom id-dejta tkun ġiet ipprovduta minn parti terza, il-Eurojust għandha tinnotifika lil dik il-parti terza dwar il-qbil li nstab bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

5.  Il-Eurojust għandu jkollha aċċess fuq il-bażi ta' sistema ta' konkordanza/l-ebda konkordanza għall-informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni ta' każijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Kull meta jkun hemm qbil bejn id-dejta mdaħħla fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u d-dejta miżmuma mill-Eurojust, il-fatt li hemm qbil ser jiġi komunikat kemm lill-Eurojust kif ukoll lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll lill-Istat Membru li pprovda d-dejta lill-Eurojust. Il-Eurojust għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tippermetti li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu aċċess għall-informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni ta' każijiet tagħha fuq il-bażi ta' sistema ta' konkordanza/l-ebda konkordanza.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6 a.  L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jiddependi fuq l-appoġġ tal-amministrazzjoni tal-Eurojust. Għal dan il-għan, il-Eurojust tista' tipprovdi servizzi ta' interess komuni lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Id-dettalji għandhom ikunu regolati permezz ta' arranġament bi qbil mal-Artikolu 38/2a.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Eurojust għandha tappoġġja l-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew permezz ta' servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-persunal tagħha. It-tali appoġġ dejjem għandu jinkludi:

imħassar

a) appoġġ tekniku fit-tħejjija tal-baġit annwali, id-dokument ta' programmazzjoni li fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali u l-pjan tal-ġestjoni;

 

b) appoġġ tekniku fil-ħatra ta' persunal u fil-ġestjoni tal-karrieri;

 

c) servizzi tas-sigurtà;

 

d) servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni;

 

e) servizzi ta' ġestjoni finanzjarja, kontabilistiċi u tal-awditjar;

 

f) kwalunkwe servizz ieħor ta' interess komuni.

 

Id-dettalji tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

 

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-OLAF jista' jikkontribwixxi għall-ħidma ta' koordinazzjoni tal-Eurojust rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'konformità mal-mandat tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru .../2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.

2.  L-OLAF għandu jikkontribwixxi għall-ħidma ta' koordinazzjoni tal-Eurojust rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'konformità mal-mandat tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Frontex għandha tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Eurojust inkluż billi tittrażmetti l-informazzjoni proċessata skont il-mandat u l-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) 2016/1624, l-ipproċessar tad-dejta personali għandu jkun regolat mir-regolament 45/2001.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-fini tar-riċevuta u t-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-Eurojust u l-OLAF, u bla ħsara għall-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-fini tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/199919. L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jsir bla ħsara għall-informazzjoni li trid tingħata lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont dawn ir-Regolamenti.

3.  Għall-fini tar-riċevuta u t-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-Eurojust u l-OLAF, u bla ħsara għall-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-fini tar-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF). L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jsir bla ħsara għall-informazzjoni li trid tingħata lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont dawn ir-Regolamenti.

__________________

__________________

19 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

19 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

 

Għal dak l-għan, il-Eurojust għandha tħejji, kull erba' snin, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, strateġija ta' kooperazzjoni li tidentifika pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li fir-rigward tagħhom hemm ħtieġa operazzjonali għal kooperazzjoni.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust tista' tistabbilixxi arranġamenti tax-xogħol mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 38(1).

1.  Għal dan il-għan, il-Eurojust tista' tistabbilixxi arranġamenti tax-xogħol mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 38(1).

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-maġistrati ta' kollegament ippostjati f'pajjiżi terzi

Il-maġistrati ta' kollegament ippostjati f'pajjiżi terzi u minn pajjiżi terzi fil-Eurojust

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini ta' tħaffif tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ma' pajjiżi terzi f'każijiet li fihom il-Eurojust qed tipprovdi assistenza b'konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kulleġġ jista' jippostja maġistrati ta' kollegament f'pajjiż terz soġġett għal arranġament tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 43 ma' dak il-pajjiż terz.

1.  Għall-fini ta' tħaffif tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ma' pajjiżi terzi f'każijiet li fihom il-Eurojust qed tipprovdi assistenza b'konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kulleġġ jista' jippostja maġistrati ta' kollegament f'pajjiż terz soġġett għal arranġament tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 43 ma' dak il-pajjiż terz. Il-Eurojust tista' tistabbilixxi arranġamenti tax-xogħol mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 38(1) li jistgħu jinkludu maġistrati ta' kollegament issekondati fil-Eurojust.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-kompiti tal-maġistrati ta' kollegament għandhom jinkludu kull attività maħsuba biex tinkoraġġixxi u tħaffef kull forma ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, b'mod partikolari billi jistabbilixxu kuntatti diretti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  In-nefqa tal-Eurojust għandha tinkludi remunerazzjoni tal-persunal, spejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura, spejjeż operazzjonali.

4.  In-nefqa tal-Eurojust għandha tinkludi remunerazzjoni tal-persunal, spejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura, spejjeż operazzjonali, inkluż finanzjament għat-timijiet ta' investigazzjoni konġunta.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sena, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust f'daqqa, għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluża t-tabella tal-persunal, u jibagħtu lill-Kulleġġ.

1.  Kull sena, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust f'daqqa, għas-sena finanzjarja ta' wara, inkluża t-tabella tal-persunal, u jibagħtu lill-Bord Eżekuttiv. In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u netwerks oħra tal-Unjoni involuti f'kooperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali msemmija fl-Artikolu 39 għandhom ikunu involuti fil-partijiet relatati mal-attivitajiet tagħhom fi żmien debitu qabel ma tintbagħat l-istima lill-Kummissjoni.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq il-bażi ta' dan l-abbozz, il-Kulleġġ għandu jipproduċi abbozz tal-istima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust għas-sena finanzjarja ta' wara.

2.  Fuq il-bażi ta' dan l-abbozz, il-Bord Eżekuttiv għandu jħejji abbozz tal-istima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust għas-sena finanzjarja ta' wara li għandu jintbagħat lill-Kulleġġ għall-adozzjoni.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-istimi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-istimi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Eurojust.

6.  L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-Unjoni għall-Eurojust.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Għal kwalunkwe proġett ta' bini li aktarx ikollu implikazzjonijiet importanti għall-baġit, il-Eurojust għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista' jkun skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

9.  Għal kwalunkwe proġett ta' bini li aktarx ikollu implikazzjonijiet importanti għall-baġit tal-Eurojust, għandu japplika l-Artikolu 88 tar-Regolament Delegat (UE) 1271/2013.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 10 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħlief f'każijiet ta' force majeure msemmija fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta' bini fi żmien erba' ġimgħat mir-riċevuta tiegħu miż-żewġ istituzzjonijiet.

imħassar

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 10 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proġett ta' bini għandu jitqies approvat wara li jgħaddi dan il-perjodu ta' erba' ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kontra l-proposta fi ħdan dak iż-żmien.

imħassar

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 10 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu tħassib iġġustifikat sew fi ħdan dak il-perjodu ta' erba' ġimgħat, dak il-perjodu għandu jittawwal darba b'ġimagħtejn.

imħassar

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 10 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jieħdu deċiżjoni li tmur kontra l-proġett ta' bini, il-Eurojust għandha tirtira l-proposta tagħha u tista' tippreżenta waħda ġdida.

imħassar

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Il-Eurojust tista' tiffinanzja proġett ta' akkwiżizzjoni tal-baġit permezz ta' self soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-baġit b'konformità mal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

imħassar

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Malli jaslulu l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Eurojust taħt ir-responsabilità tiegħu u jippreżentahom lill-Kulleġġ għal opinjoni.

5.  Malli jaslulu l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Eurojust taħt ir-responsabilità tiegħu u jippreżentahom lill-Bord Eżekuttiv għal opinjoni.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kulleġġ għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Eurojust.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Eurojust.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Kulleġġ.

7.  Sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Eżekuttiv.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat it-tweġiba tiegħu lill-Kulleġġ u lill-Kummissjoni wkoll.

9.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat din it-tweġiba lill-Bord Eżekuttiv ukoll u lill-Kummissjoni.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a.  Il-kwittanza għall-baġit tal-Eurojust għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont proċedura paragunabbli għal dik prevista fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 164 sa 166 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u abbażi tar-rapport ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri.

 

F'każ li l-Parlament Ewropew jiċħad li jagħti l-kwittanza, id-Direttur Amministrattiv għandu jissottometti r-riżenja tiegħu lill-Kulleġġ, li għandu jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu wara li jkun ivvaluta ċ-ċirkostanzi.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv b'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2343/2002 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej] u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitilqu mir-[Regolament 2343/2002] sakemm it-tali tluq ma jkunx meħtieġ b'mod speċifiku għall-opinjoni tal-Eurojust u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust għandhom jiġu adottati mill-Bord Eżekuttiv b'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE) 966/2012 u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitilqu mir-Regolament (UE) 1271/2013 sakemm it-tali tluq ma jkunx meħtieġ b'mod speċifiku għall-opinjoni tal-Eurojust u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet tat-timijiet konġunti ta' investigazzjoni, il-Eurojust għandha tistabbilixxi, f'kooperazzjoni mal-Europol, ir-regoli u l-kondizzjonijiet li bihom l-applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kulleġġ għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar għall-Eurojust ta' esperti nazzjonali.

2.  Il-Kulleġġ għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Eurojust u dwar l-użu ta' persunal ieħor, b'mod speċjali biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess potenzjali.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Eurojust għandha tieħu l-miżuri amministrattivi xierqa, inter alia permezz ta' strateġiji ta' taħriġ u prevenzjoni, biex tevita l-kunflitti ta' interess, inklużi dawk relatati ma' kwistjonijiet rigward il-perjodu suċċessiv għal impjieg.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlament Ewropew, li jista' jippreżenta osservazzjonijiet u konklużjonijiet.

1.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali, li jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet u konklużjonijiet.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Qabel ma jieħu l-kariga, il-President tal-Kulleġġ li jkun għadu kif inħatar għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u għandu jwieġeb il-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu jew tagħhom.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-President tal-Kulleġġ għandu jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Eurojust, u b'mod partikolari biex jippreżenta r-Rapporti Annwali tiegħu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. It-taħditiet ma għandhomx jirreferu b'mod dirett jew indirett għal azzjonijiet konkreti fir-rigward ta' każijiet operazzjonali speċifiċi.

2.  Matul il-kariga tiegħu , il-President tal-Kulleġġ għandu jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba tiegħu, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Eurojust, u b'mod partikolari biex jippreżenta r-Rapporti Annwali tiegħu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. It-taħditiet ma għandhomx jirreferu b'mod dirett jew indirett għal azzjonijiet konkreti fir-rigward ta' każijiet operazzjonali speċifiċi.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni:

3.  Minbarra l-obbligi l-oħrajn ta' informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali fil-lingwi uffiċjali rispettivi tagħhom għal skopijiet ta' informazzjoni:

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  id-dokumenti ta' pprogrammar annwali u pluriennali

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

imħassar

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlamenti Nazzjonali. Il-Eurojust għandha tibgħat ukoll lill-Parlamenti nazzjonali d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3.

imħassar

Emenda    170

Proposta għal Regolament

Artikolu 55a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 55a

 

Opinjonijiet dwar atti leġiżlattivi proposti

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Eurojust dwar l-atti leġiżlattivi proposti kollha msemmija fl-Artikolu 76 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkorpora d-dispożizzjoni tal-Artikolu 32(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, f'konformità mal-emenda tal-2008, li, b'mod inspjegabbli, mhijiex inkluża f'din il-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kulleġġ għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni tal-Eurojust.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet introdotta biex iżżomm l-istess arranġamenti lingwistiċi f'dan ir-Regolament kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/794.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7, il-persunal tal-Eurojust, il-korrispondenti nazzjonali u l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu marbutin b'obbligu ta' kunfidenzjalità fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li jsibu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

1.  Il-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7, il-persunal tal-Eurojust, il-korrispondenti nazzjonali, l-esperti nazzjonali sekondati, il-maġistrati ta' kollegament, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-membri u l-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu marbutin b'obbligu ta' kunfidenzjalità fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-obbligu ta' kunfidenzjalità għandu japplika għall-informazzjoni kollha riċevuta mill-Eurojust, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

4.  L-obbligu ta' kunfidenzjalità għandu japplika għall-informazzjoni kollha riċevuta jew skambjata mill-Eurojust, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-membri u l-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta' kunfidenzjalità fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li sabu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

imħassar

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kulleġġ għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.  Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord Eżekuttiv għandu jħejji r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għall-adozzjoni mill-Kulleġġ.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Eurojust għandha tippubbika fuq is-sit tagħha fuq l-internet il-lista tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tagħha u tal-esperti esterni u interni tagħha, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Kulleġġ u tal-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu ppubblikati b'mod sistematiku.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex titħaffef il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (UE) 1073/1999, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha taderixxi fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Eurojust billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

1.  Biex titħaffef il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (UE) Nru 883/2013, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha taderixxi fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Eurojust billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħat tal-awditjar, fuq il-bażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni mill-Eurojust.

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha twettaq regolarment awditi dwar il-konformità u l-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust, abbażi ta' dokumenti jew verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċivew fondi tal-Unjoni mill-Eurojust.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 bil-għan li jistabbilixxi jekk seħħitx xi irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta man-nefqa ffinanzjata mill-Eurojust.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 bil-għan li jistabbilixxi jekk seħħitx xi irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta man-nefqa ffinanzjata mill-Eurojust.

__________________

__________________

22 ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

22 ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-membri tal-persunal tal-Eurojust, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Kulleġġ u tal-Bord Eżekuttiv għandhom, mingħajr dewmien u mingħajr ebda possibbiltà li b'riżultat ta' dan tiġi kkonstestata r-responsabbiltà tagħhom, jinnotifikaw lill-OLAF dwar kwalunkwe każ ta' frodi li jkun wasal għall-attenzjoni tagħhom fil-qadi ta' dmirijiethom jew tal-mandat tagħhom. Jekk jonqsu milli jonoraw dan l-obbligu u milli jinformaw lill-OLAF dwar il-każi ta' frodi li jkunu jafu bihom, huma għandhom isiru personalment responsabbli għall-konsegwenzi.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u klassifikata

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Eurojust għandha tapplika l-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stipulat fl-anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, il-Euratom23. Dan għandu jkopri, inter alia, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin tat-tali informazzjoni.

Il-Eurojust għandha tistabbilixxi regoli interni dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea li għandhom ikunu konsistenti mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għal tali informazzjoni.

__________________

__________________

23 ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

23 ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Eurojust għandha tistabbilixxi regoli interni dwar it-trattament u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni mhux klassifikata sensittiva, inkluż il-ħolqien u l-ipproċessar ta' tali informazzjoni fil-Eurojust.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' responsabilità mhux kuntrattwali, il-Eurojust, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u b'mod indipendenti minn kwalunkwe responsabilità skont l-Artikolu 37, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkaġunata mill-Kulleġġ jew il-persunal tal-Eurojust fit-twettiq ta' dmirijietha.

3.  Fil-każ ta' responsabilità mhux kuntrattwali, il-Eurojust, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u b'mod indipendenti minn kwalunkwe responsabilità skont id-dritt tal-Unjoni, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkaġunata mill-Kulleġġ jew il-persunal tal-Eurojust fit-twettiq ta' dmirijietha.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 37 tħassar għax huwa diġà kopert mir-Regolament il-ġdid 45/2001.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  terroriżmu;

–  terroriżmu, reati terroristiċi, reati relatati ma' grupp terroristiku u reati relatati ma' attivitajiet terroristiċi:

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda hija meħtieġa sabiex tallinja din il-lista mad-Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  ħasil tal-flus;

–  attivitajiet ta' ħasil tal-flus;

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta jenħtieġ li tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  qtil, offiża gravi fuq il-persuna;

–  qtil u offiża gravi fuq il-persuna;

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta jenħtieġ li tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  serq organizzat;

–  serq u serq aggravat;

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta jenħtieġ li tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  kuntrabandu ta' migranti illegali;

–  kuntrabandu ta' migranti;

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta jenħtieġ li tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  traffikar illeċitu fi speċi ta' annimali fil-periklu;

–  traffikar illeċitu fi speċi ta' annimali, inklużi speċi fil-periklu;

Emenda    191

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  reati kontra l-ambjent;

–  reati kontra l-ambjent, inkluż it-tniġġis mill-bastimenti;

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta jenħtieġ li tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  tniġġis b'sors minn bastimenti;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta jenħtieġ li tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 30 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  abbuż sesswali u sfruttament sesswali, inkluż materjal marbut mal-abbuż tat-tfal u s-solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali;

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-forom ta' reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta għandha tkun konformi mal-lista ta' reati msemmija fir-Regolament tal-Europol (UE) 2016/794. Il-Bidla ġiet introdotta biex iżżomm l-annessi konsistenti u l-koerenza bejn iż-żewġ strumenti legali.

(1)

  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta' Diċembru 1961 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b'mod partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta' Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif sussegwentement ġie emendat hu stess.

(2)

  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta' Diċembru 1961 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b'mod partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta' Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif sussegwentement ġie emendat hu stess.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) twaqqfet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja fl-Unjoni Ewropea. Minn dak iż-żmien, il-Eurojust tgħin fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni biex jittrattaw każijiet li jolqtu bosta Stati Membri. Għenet biex tinbena fiduċja reċiproka u sabiex tgħaqqad il-firxa wiesgħa ta' sistemi u tradizzjonijiet legali tal-UE. Billi solviet problemi legali fil-pront u identifikat l-awtoritajiet kompetenti rispettivi f'pajjiżi oħra, il-Eurojust iffaċilitat l-eżekuzzjoni ta' talbiet ta' kooperazzjoni u l-applikazzzjoni ta' strumenti legali fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku u tejbet il-prosekuzzjoni transfruntiera.

Fis-17 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust). Ir-Regolament propost huwa soġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali parzjali bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (UPPE).

Fil-proposta għal regolament tagħha, il-Kummissjoni nnutat li l-kriminalità organizzata transfruntiera "splodiet" fl-aħħar għaxar snin. Hawnhekk ġew sottolinjati b'mod partikolari t-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi, iċ-ċiberkriminalità u l-pornografija tat-tfal. Dawn il-forom ta' kriminalità jitwettqu minn gruppi estremament mobbli u flessibbli bejn il-fruntieri, li huma attivi f'bosta ġuriżdizzjonijiet tal-UE u oqsma tal-kriminalità u skont informazzjoni tal-Kummissjoni jeħtieġu "rispons pan-Ewropew". F'dan il-kuntest, ir-rwol tal-Eurojust fit-titjib tal-kooperazzjoni u l-koordinament ġudizzjarji bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll fl-assistenza għall-investigazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi għadu estremament kruċjali.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur huwa favur il-pożizzjoni tal-Kunsill sa issa u għalhekk allinja parti kruċjali mir-rapport tiegħu mal-approċċ ġenerali parzjali tal-Kunsill. B'mod partikolari billi l-kooperazzjoni msaħħa dwar l-UPPE kienet adottata fil-Kunsill, l-artikoli u d-dispożizzjonijiet miftuħa fit-test tal-Eurojust kellhom biss jiġu allinjati.

Ir-relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Fl-istess kuntest il-Kummissjoni pproponiet miżuri wiesgħa mmirati lejn il-ħolqien tal-UPPE. Riforma tal-Eurojust saret neċessarja għaliex l-Artikolu 86(1) tat-TFUE jipprevedi li l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew joħroġ "mill-Eurojust". Billi l-Kunsill naqas milli jistabbilixxi l-UPPE b'unanimità, 19-il Stat Membru nnotifikaw l-interess tagħhom li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa.

Fil-prinċipju, ir-rapporteur huwa favur il-ħolqien tal-UPPE, bil-kundizzjoni li l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà jiġu rispettati, mas-sistema fejn il-prosekuzzjonijiet jitwettqu fil-livell tal-Istat Membru. Madankollu, ir-rapporteur jiddispjaċih li l-UPPE se jiġi stabbilit permezz ta' kooperazzjoni msaħħa. Huwa biss il-ħolqien tal-UPPE b'unanimità li kien ikun valur miżjud ta' veru għall-ĠAI tal-UE.

B'mod ġenerali dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u l-UPPE.

Għalhekk, il-kompetenzi jridu jiġu ddefiniti b'mod ċar u b'tali mod li jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt. Dan se jevita nuqqasijiet fis-sistema tal-prosekuzzjoni u d-duplikazzjoni tal-proċeduri.

Fid-dawl tal-fatt li l-UPPE mhux se jkollu kompetenza esklussiva imma kondiviża dwar ir-reati li jaffettwaw l-interess finanzjarju tal-Unjoni, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza kunflitt possibbli fil-kompetenzi dwar dan il-punt u jistieden lill-koleġiżlaturi jżommu ma' definizzjonijiet preċiżi u delimitazzjoni tal-kompetenzi.

Il-kompiti u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Eurojust huma regolati fil-Kapitolu I tal-proposta għal regolament, li fl-Anness 1 tiegħu hija miġbura l-lista tal-forom ta' kriminalità serja, li għaliha hija responsabbli l-Eurojust skont l-Artikolu 3(1).

Il-Eurojust tibqa' fi kwalunkwe każ kompetenti għall-kriminalità li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni kull meta l-UPPE ma jkunx kompetenti. Dan ifisser, li l-Eurojust tibqa' kompetenti biex tappoġġja lill-Istati Membri li ma jiħdux sehem fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE fil-każijiet kollha rigward ir-reati li jaffettwaw l-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Protezzjoni tad-data

Ir-Regolament jipprevedi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar tad-data. B'mod partikolari r-rapporteur jilqa' d-differenzjazzjoni bejn id-data personali operazzjonali u d-data personali amministrattiva introdotta mill-Kunsill. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi biss regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali għal finijiet operazzjonali. Ir-Regolament (KE) 45/2001 għandu japplika għad-data personali amministrattiva kollha miżmuma mill-Eurojust. Dan l-istess reġim speċifiku tal-protezzjoni tad-data japplika għall-Europol stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/794 u għall-UPPE. Id-Dikjarazzjoni 21 marbuta mat-Trattati tirrikonoxxi li r-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data personali u tal-moviment liberu ta' tali data fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija msejsa fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE jistgħu jkunu neċessarji minħabba n-natura speċifika tal-ĠAI. Ir-rapporteur iwissi bil-qawwa lill-koleġiżlaturi biex iwessgħu l-iskop tad-data operazzjonali skont ir-riforma attwali tar-Regolament (KE) 45/2001.

L-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Eurojust

Il-Eurojust tinkludi Membru Nazzjonali wieħed minn kull Stat Membru. Il-membri huma imħallfin, prosekuturi jew uffiċjali tal-pulizija ta' kompetenza ekwivalenti.

Il-Kulleġġ iwettaq kompiti operazzjonali, ta' appoġġ u ta' koordinazzjoni f'konnessjoni mal-investigazzjonijiet nazzjonali. Din hija l-"missjoni ewlenija" tiegħu. Bħala regola, il-kulleġġ huwa kompost mill-membri nazzjonali kollha. Il-Kunsill saħħaħ is-separazzjoni bejn il-kompiti operazzjonali u amministrattivi billi attribwixxa l-kompetenzi ta' ġestjoni kollha lill-Bord Eżekuttiv. Ir-rapporteur segwa dan l-approċċ. L-intenzjoni hija li l-Eurojust tiffunzjona b'mod effiċjenti u ekonomiku, bil-Membri Nazzjonali jkunu appoġġjati mill-Bord Eżekuttiv, li jħallihom jikkonċentraw fuq il-kompiti operazzjonali tagħhom. Madankollu, il-Kunsill u r-rapporteur iddeċidew li jillimitaw il-preżenza ta' rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni fuq il-Bord Eżekuttiv sabiex ikun konformi mar-Regolament (UE) 2016/794.

Il-Brexit, l-Irlanda u d-Danimarka

Ir-Renju Unit u l-Irlanda ma nnotifikawx ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif previst skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja anness għat-trattati.

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-trattati, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni tar-Regolament propost u mhux se tkun marbuta jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

Ir-rapporteur jiddispjaċih li l-pajjiżi msemmija hawn fuq ma jixtiqux jieħdu sehem fl-adozzjoni tar-Regolament propost. Għalhekk huwa jissuġġerixxi li jiġi kkunsidrat in-negozjar ta' Ftehimiet ta' Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u dawn l-Istati Membri, għaliex jaf tajjeb li normalment il-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni jiġu konklużi ma' pajjiżi terzi. Madankollu, ir-rapporteur jixtieq jissottolinja li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ĠAI hija ta' importanza kbira sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera.

Konklużjoni

Ir-rapporteur jasal għall-konklużjoni li l-abbozz ta' proposta jrid ikun allinjat mal-approċċ ġenerali parzjali tal-Kunsill u mar-Regolament tal-UPPE. Barra minn hekk id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data jeħtieġ li jiġu aġġornati. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kompetenzi u b'mod partikolari f'dawk li huma reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni d-definizzjonijiet preċiżi u d-delimitazzjoni tal-kompetenzi bejn l-UPPE u l-Eurojust huma ta' importanza kbira.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (15.9.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

(COM(2013)0535 – C8-0240/2013 – 2013/0256(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ingeborg Gräßle

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu kompetenza esklussiva biex jinvestiga u jieħu passi kontra reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Eurojust għandu jkun kapaċi jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed jinvestigaw u jixlu t-tali tipi ta’ reati skont ir-Regolament li jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(5)  Peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ġie stabbilit permezz ta' kooperazzjoni msaħħa, ir-Regolament li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa vinkolanti biss għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa. Għalhekk, għal dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Eurojust tibqa' kompletament kompetenti għar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jenħtieġ li l-Eurojust tkun kapaċi tappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed jinvestigaw u jħarrku t-tali forom ta' kriminalità skont ir-Regolament dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Hemm bżonn li tiġi stabbilita b'mod ċar il-firda tal-kompetenzi bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust fir-rigward tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Eurojust tkun kapaċi teżerċita l-kompetenza tagħha fil-każijiet li jkunu jinvolvu kemm lil dawk l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u kemm lil dawk l-Istati Membri li mhumiex. Fit-tali każijiet, jenħtieġ li l-Eurojust taġixxi fuq it-talba ta' dawk l-Istati Membri mhux parteċipanti jew fuq it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Fi kwalunkwe każ il-Eurojust tibqa' kompetenti għall-infrazzjonijiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kull meta ma jkunx kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jew meta, għalkemm ikun kompetenti, ma jeżerċitax il-kompetenza tiegħu. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jkomplu jitolbu l-appoġġ tal-Eurojust fil-każijiet kollha li jirrigwardaw l-infrazzjonijiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b’mod iktar effettiv u tirrispetta l-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, il-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv għandhom jiġu ċċarati u għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

(12)  Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b'mod iktar effettiv, dejjem bi qbil mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tirrispetta l-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tiġi ssalvagwardata l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv jiġu ċċarati u jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fil-Kulleġġ meta jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu u fil-Bord Eżekuttiv, biex tiżgura s-superviżjoni mhux operazzjonali u l-gwida strateġika tal-Eurojust.

(15)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun rappreżentata fil-Kulleġġ meta dan jiddiskuti jew jadotta kwistjonijiet amministrattivi u fil-Bord Eżekuttiv, biex tiżgura s-superviżjoni mhux operazzjonali u l-gwida strateġika tal-Eurojust.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, din għandha tingħata baġit awtonomu, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membri ta’ oriġini tagħhom. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(30)  Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, jenħtieġ li din tingħata baġit awtonomu, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li jiġġarrbu mill-Istat Membri ta’ oriġini tagħhom. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet jenħtieġ li jsir mill-Qorti tal-Awdituri u jiġi approvat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, din għandha tingħata baġit awtonomu, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membri ta’ oriġini tagħhom. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(30)  Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, jenħtieġ li din tingħata baġit awtonomu li jkun suffiċjenti biex twettaq xogħolha sew, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li jiġġarrbu mill-Istat Membri ta’ oriġini tagħhom. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet jenħtieġ li jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri l-forom ta’ reati elenkati fl-Anness 1. Madankollu, il-kompetenza tagħha ma għandhiex tinkludi r-reati li għalihom huwa kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

1.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri l-forom ta' kriminalità elenkati fl-Anness 1. Madankollu, ġeneralment il-Eurojust m'għandhiex teżerċita l-kompetenza tagħha fir-rigward tar-reati li fuqhom jeżerċita l-kompetenza tiegħu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, il-Eurojust għandha teżerċita l-kompetenza tagħha fil-każijiet kriminali li:

 

  jinvolvu lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa, iżda li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jeżerċitax il-kompetenza tiegħu fir-rigward tagħhom,

 

  jinvolvu lill-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, fuq it-talba ta' dawk l-Istati Membri jew fuq it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

 

Għal dan il-għan, il-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw ma' xulxin. Id-dettalji prattiċi dwar l-eżerċitar tal-kompetenza bi qbil ma' dan il-paragrafu għandhom jiġu regolati minn arranġament tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 38(2a).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  tappoġġja liċ-ċentri tal-Unjoni ta' għarfien espert speċjalizzat li jiġu żviluppati mill-Europol u korpi oħra tal-Unjoni;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, il-Eurojust tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha, sabiex:

2.  Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, il-Eurojust għandha mnejn titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha, sabiex:

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Eurojust tista’ anki:

3.  Il-Eurojust għandha mnejn anki:

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jipparteċipaw, skont il-ħtieġa, f'timijiet ta' investigazzjoni konġunta, inkluż fl-istabbiliment tagħhom;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kulleġġ għandu jkun imsawwar:

1.  Il-Kulleġġ għandu jissawwar mill-membri nazzjonali kollha għall-kwistjonijiet operazzjonali u, addizzjonalment, meta jiġu diskussi jew adottati kwistjonijiet maniġerjali jew amministrattivi, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  mill-membri nazzjonali kollha meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 4;

imħassar

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  mill-membri nazzjonali kollha u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu skont l-Artikolu 14.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, il-Kulleġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza tal-membri tiegħu.

1.  Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor u meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, il-Kulleġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza tal-membri tiegħu.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(f)  jadotta regoli għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni jew il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kulleġġ, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom tista’ tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

2.  Il-Kulleġġ, b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din id-delega tas-setgħat tkun tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat. Id-Direttur Amministrattiv għandu jirrapporta dwar id-delega jew is-sottodelega ta' dawn is-setgħat fil-laqgħa li jkun imiss tal-Kulleġġ.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jeħtieġu dan, il-Kulleġġ jista’ jiddeċiedi b’mod temporanju li jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Amministrattiv.

3.  Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu dan, il-Kulleġġ jista' jiddeċiedi b'mod temporanju , permezz ta' deċiżjoni ġġustifikata, li jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Eurojust li mhuwiex id-Direttur Amministrattiv. Il-Kulleġġ għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew dwar tali deċiżjonijiet ta' sospensjoni bil-miktub fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, jipprovdi r-raġunijiet fid-dettall u jispeċifika r-regoli ta' implimentazzjoni għad-dispożizzjonijiet ġodda jew temporanji fir-rigward tal-ġestjoni tal-Aġenzija.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar mill-Kulleġġ minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Għall-fini ta’ konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Amministrattiv, il-Eurojust għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Kulleġġ.

2.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar mill-Kulleġġ abbażi tal-mertu, il-ħiliet iddokumentati fil-livell amministrattiv u maniġerjali u l-esperjenza rilevanti, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, b'segwitu għall-pubblikazzjoni ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u sorsi oħra, bi qbil mar-Regoli ta' Proċedura tal-Eurojust, u kompetizzjoni miftuħa u trasparenti. Il-Kulleġġ għandu jiddeċiedi bi qbil mal-opinjoni tal-Parlament Ewropew abbażi tar-rakkomandazzjoni konġunta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Qabel jinħatar, il-kandidat li jkun intgħażel mill-Kulleġġ għandu jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu mill-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-mandat tad-Direttur Amministrattiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Amministrattiv.

3.  Il-mandat tad-Direttur Amministrattiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Amministrattiv.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kulleġġ, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Amministrattiv għal mhux iktar minn ħames snin.

4.  Il-Kulleġġ, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Amministrattiv darba għal mhux iktar minn erba' snin.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv.

6.  Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun obbligat jagħti rendikont ta' għemilu lill-Kulleġġ.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Direttur Amministrattiv jista’ jitneħħa mill-uffiċċju biss wara deċiżjoni tal-Kulleġġ li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

7.  Id-Direttur Amministrattiv jista' jitneħħa mill-kariga biss permezz ta' deċiżjoni tal-Kulleġġ, abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Article 18 – paragraph 4 – point f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f)  it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar intern jew estern, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-OLAF u r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Bord Eżekuttiv, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

f)  it-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni li jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet interni jew esterni, inklużi dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-OLAF u r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Bord Eżekuttiv, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ja)  l-istabbiliment, fi żmien sitt xhur minn meta jitwaqqaf, ta' strateġija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt jb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jb)  it-tħejjija ta' strateġija dwar il-protezzjoni tal-informaturi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-Direttur Amministrattiv għandu jissottometti kull strateġija lill-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Amministrattiv għandu jistabbilixxi eżerċizzji ta' rieżami regolari għal kull strateġija (l-istrateġiji kontra l-frodi, għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u dwar il-protezzjoni tal-informaturi) u r-regoli ta' implimentazzjoni rispettivi tagħha. L-ewwel rieżami għandu jsir fi żmien sitt xhur minn meta jiġu stabbiliti t-tliet strateġiji.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni speċjali mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni mill-qrib u l-iżvilupp ta’ rabtiet operazzjonali, amministrattivi u maniġerjali bejniethom kif definit iktar ’l isfel. Għal dan il-għan, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-President tal-Eurojust għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni.

1.  Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni speċjali mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta' kooperazzjoni mill-qrib u l-iżvilupp ta' rabtiet operazzjonali, amministrattivi u maniġerjali bejniethom kif definit iktar 'l isfel. Għal dan il-għan, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-President tal-Eurojust għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni u jistabbilixxu pjan ta' azzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li għandu jqis l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Eurojust għandha tappoġġja l-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew permezz ta’ servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-persunal tagħha. It-tali appoġġ dejjem għandu jinkludi:

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jiddependi fuq l-appoġġ u r-riżorsi tal-amministrazzjoni tal-Eurojust. Għal dan il-għan, il-Eurojust tista' tipprovdi servizzi ta' interess komuni lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

 

Id-dettalji tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  appoġġ tekniku fit-tħejjija tal-baġit annwali, id-dokument ta’ programmazzjoni li fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali u l-pjan tal-ġestjoni;

imħassar

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  appoġġ tekniku fil-ħatra ta’ persunal u fil-ġestjoni tal-karrieri;

imħassar

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  servizzi tas-sigurtà;

imħassar

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni;

imħassar

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)  servizzi ta’ ġestjoni finanzjarja, kontabilistiċi u tal-awditjar;

imħassar

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f)  kwalunkwe servizz ieħor ta’ interess komuni.

imħassar

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dettalji tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

imħassar

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-OLAF jista’ jikkontribwixxi għall-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-Eurojust rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’konformità mal-mandat tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru .../2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.

2.  L-OLAF jista' jikkontribwixxi għall-ħidma ta' koordinazzjoni tal-Eurojust rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'konformità mal-mandat tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-fini tar-riċevuta u t-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-Eurojust u l-OLAF, u bla ħsara għall-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/199919. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jsir bla ħsara għall-informazzjoni li trid tingħata lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont dawn ir-Regolamenti.

3.  Bl-iskop li l-Eurojust u l-OLAF jirċievu l-informazzjoni u jittrażmettuha bejniethom, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-finijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li trid tingħata lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont dawn ir-Regolamenti.

_________________

 

19 ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust tista’ tistabbilixxi arranġamenti tax-xogħol mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 38(1).

1.  Il-Eurojust tista' tistabbilixxi Memoranda ta' Qbil mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 38(1).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-Eurojust tista’ tawtorizza t-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol fuq bażi ta’ każ b’każ jekk:

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-Eurojust tista' każ b'każ tawtorizza t-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol jekk jiġu ssodisfati kundizzjoni jew kundizzjonijiet minn dawn li ġejjin:

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-trasferiment huwa neċessarju jew legalment meħtieġ b’mod ieħor għal raġunijiet ta’ interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, kif rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(c)  it-trasferiment ikun neċessarju għal finijiet oħra jew legalment rikjest għal raġunijiet ta' interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, kif rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Eurojust.

6.  L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-Unjoni għall-Eurojust.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Eurojust għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

1.  Sal-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Eurojust għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji kemm lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u kemm lill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.

2.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja kemm lill-Parlament Ewropew, kemm lill-Kunsill u kemm lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a.  Il-kwittanza għall-baġit tal-Eurojust għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont proċedura paragunabbli għal dik prevista fl-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 164 sa 166 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u abbażi tar-rapport ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri.

 

F'każ li l-Parlament Ewropew jiċħad li jagħti l-kwittanza, id-Direttur Amministrattiv għandu jissottometti r-riżenja tiegħu lill-Kulleġġ, li għandu jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu wara li jkun ivvaluta ċ-ċirkostanzi.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kulleġġ għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar għall-Eurojust ta’ esperti nazzjonali.

2.  Il-Kulleġġ għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Eurojust u dwar l-użu ta' persunal ieħor, b'mod speċjali biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess potenzjali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 54 - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Eurojust għandha tieħu l-miżuri amministrattivi xierqa, inter alia permezz ta' strateġiji ta' taħriġ u prevenzjoni, biex tevita l-kunflitti ta' interess, inklużi dawk relatati ma' kwistjonijiet rigward il-perjodu suċċessiv għal impjieg.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-obbligi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni:

3.  Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali fil-lingwi uffiċjali rispettivi tagħhom għal skopijiet ta' informazzjoni:

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Eurojust għandha tippubbika fuq is-sit tagħha fuq l-internet il-lista tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tagħha u tal-esperti esterni u interni tagħha, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-curricula vitae rispettivi tagħhom. Il-minuti tal-laqgħat tal-Kulleġġ u tal-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu ppubblikati b'mod sistematiku.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex titħaffef il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha taderixxi fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Eurojust billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

1.  Biex titħaffef il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (UE) Nru 883/2013, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Eurojust billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħat tal-awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni mill-Eurojust.

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha twettaq regolarment awditi dwar il-konformità u l-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust, abbażi ta' dokumenti jew verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċivew fondi tal-Unjoni mill-Eurojust.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 bil-għan li jistabbilixxi jekk seħħitx xi irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta man-nefqa ffinanzjata mill-Eurojust.

3.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9622 bil-għan li jistabbilixxi jekk seħħitx xi irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta man-nefqa ffinanzjata mill-Eurojust.

_________________

_________________

22 ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-membri tal-persunal tal-Eurojust, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Kulleġġ u tal-Bord Eżekuttiv għandhom, mingħajr dewmien u mingħajr ebda possibbiltà li b'riżultat ta' dan tiġi kkonstestata r-responsabbiltà tagħhom, jinnotifikaw lill-OLAF dwar kwalunkwe każ ta' frodi li jkun wasal għall-attenzjoni tagħhom fil-qadi ta' dmirijiethom jew tal-mandat tagħhom. Jekk jonqsu milli jonoraw dan l-obbligu u milli jinformaw lill-OLAF dwar il-każi ta' frodi li jkunu jafu bihom, huma għandhom isiru personalment responsabbli għall-konsegwenzi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-sess;

(d)  il-ġeneru;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-sess;

(d)  il-ġeneru;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

Referenzi

COM(2013)0535 – C7-0240/2013 – 2013/0256(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.9.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

10.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

6.5.2015

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Monika Hohlmeier

Eżami fil-kumitat

13.7.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Dennis de Jong, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Isabelle Thomas

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

15

+

ALDE

 

PPE

 

 

S&D

 

 

Verts/ALE

Nedzhmi Ali, Hannu Takkula

 

Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

 

Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Arndt Kohn, Isabelle Thomas, Derek Vaughan

 

Bart Staes

1

-

GUE/NGL

Dennis de Jong

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (11.10.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

(COM(2013)0535 – C7-0240/2013 – 2013/0256(COD))

Rapporteur għal opinjoni: António Marinho e Pinto

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-integrazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi titlob integrazzjoni sħiħa fil-qasam tal-ġudikatura u tal-ġustizzja b'mod ġenerali.

Il-korpi politiċi ma għandhomx jindaħlu fix-xogħol tal-awtoritajiet ġudizzjarji, u għalhekk ir-rapporteur iqis li jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea ma tkunx involuta fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Eurojust.

Il-kriminalità, partikolarment ta' natura ekonomika, hija ostakolu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali peress li tikser il-liġijiet ta' koeżistenza soċjali u tfixkel ir-regoli tas-suq. Din għandha tiġi miġġielda b'mod effettiv permezz ta' leġiżlazzjoni xierqa u qrati li jaġixxu b'ħeffa u b'imparzjalità.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea (KE) tikkonċentra b'mod ġenerali fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) mhuwiex membru tal-Eurojust u li jista' jattendi l-laqgħat bħala osservatur biss, "mingħajr id-dritt tal-vot", skont l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 16(7).

Madankollu, f'konformità mal-Artikolu 86(1) tat-TFUE, l-UPPE jenħtieġ li "jiġi mill-Eurojust", u għalhekk, sabiex tinżamm dik ir-rabta u jiġi żgurat li l-kriminalità transfruntiera tiġi mwaqqfa b'mod definittiv, l-UPPE jenħtieġ li jkun membru tal-Eurojust.

L-Artikolu 41(2) tal-proposta jipprevedi li "l-Eurojust għandha tittratta kwalunkwe talba għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha tindirizza t-tali talbiet, fejn xieraq, daqslikieku waslu minn awtorità nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja". Madankollu, jenħtieġ li l-Eurojust u l-UPPE jikkooperaw iktar mill-qrib.

L-Anness 1 tal-proposta jelenka t-tipi ta' kriminalità serji li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Eurojust. Dawn jinkludu "kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni".

Madankollu, l-Artikolu 3(1) tal-proposta jgħid li l-kompetenza tal-Eurojust "ma għandhiex tinkludi d-delitti li għalihom huwa kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew".

Dawn id-delitti huma deskritti fl-Artikolu 86 tat-TFUE b'mod preċiż bħala "reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni", li jżid il-probabilità ta' kunflitt eventwali ta' ġurisdizzjoni bejn l-entitajiet.

Il-Kummissjoni tqis li f'każijiet li jikkonċernaw kemm l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll dawk tal-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 13 tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534), delitti bħal dawn jistgħu jiġu rrinvjati quddiem l-awtoritajiet nazzjonali.

F'każijiet bħal dawn, il-Eurojust tista' taġixxi bħala koordinatur, peress li hija kompetenti wkoll għal delitti li jistgħu jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Din l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni, madankollu, mhijiex loġika, peress li:

(a) l-istabbiliment tal-UPPE għadu qed jiġi diskuss u mhuwiex probabbli li s-soluzzjoni fl-Artikolu 13 tinżamm fil-verżjoni finali;

(b) fi kwalunkwe każ, l-UPPE se jkun attiv biss f'għadd limitat ta' Stati Membri (b'kooperazzjoni eqreb);

(c) dik il-proċedura tista' timxi bil-mod wisq biex tkun effettiva.

Għalkemm il-proposta tafferma mill-ġdid "l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust" (ara l-Premessa 30), il-Kummissjoni tixtieq tagħmel lill-Eurojust aġenzija tal-UE, soġġetta għall-approċċ komuni tal-aġenziji miftiehem bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-2012.

Din il-viżjoni tinkludi, pereżempju, il-parteċipazzjoni ta' żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni f'atti amministrattivi tal-Eurojust, il-"funzjonijiet maniġerjali" (ara l-Artikolu 10(1)(b) u l-Artikolu 16(4)).

Skont l-opinjoni tal-Kummissjoni, madankollu, dawk il-funzjonijiet jinkludu wkoll l-elezzjoni tal-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Eurojust (l-Artikolu 14(1)(k), li b'mod ċar, jinvolvu iktar mis-sempliċi kompiti amministrattivi.

L-Artikolu 17(2) jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar mill-Kulleġġ tal-Eurojust minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, u b'hekk jirrestrinġi l-għażla tal-Kulleġġ.

Il-proposta ma ssemmi l-ebda riżoluzzjoni ta' kunflitti ta' ġurisdizzjoni, li hija waħda mill-kompiti ewlenin tal-Eurojust skont Artikolu 85(1)(c) tat-TFUE.

Il-proposta tonqos milli ssemmi kif taqbel mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI, li hija maħsuba biex ittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-ħsieb li jiġi evitat li żewġ Stati Membri jew iktar jieħdu passi kriminali simultanjament jew b'mod parallel kontra l-istess persuna, fuq il-bażi tal-istess fatti.

Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin direttament dwar proċedimenti kriminali. Meta ma jkun hemm ebda qbil, is-sitwazzjoni tiġi rriferuta lill-Eurojust, meta jkun il-każ, dment li l-kwistjoni taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħha.

Il-proposta tal-Eurojust ma tbiddilx u lanqas ma tirrevoka d-deċiżjoni qafas, u l-proposta tal-Kummissjoni lanqas ma tirreferi wkoll għall-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Eurojust fir-rigward ta' kunflitti ta' ġurisdizzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitwaqqaf mill-Eurojust, dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġu rregolati r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(4)  Billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa stabbilit b'kooperazzjoni msaħħa, ir-Regolament li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli b'mod dirett biss għall-Istati Membri li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa. Għalhekk, għal dawk l-Istati Membri li ma jiħdux sehem fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Eurojust tibqa' kompletament kompetenti għall-forom ta' kriminalità elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI u tal-attivitajiet imwettqa mill-Eurojust (rapport finali tat-30 ta' Ġunju 2015) jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-missjoni tal-Eurojust li tiffaċilita t-triq għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji hija mwettqa fil-kuntest ta' strumenti legali oħra, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI 1a, li d-dispożizzjonijiet tagħha jenħtieġ li jinġiebu f'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

____________________

 

1a Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċiżżju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jissalvagwardja bis-sħiħ il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Għandhom jiġu stabbiliti l-forom ta' kriminalità serja li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew iktar li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust. Barra minn hekk, għandhom jiġu definiti l-każijiet li ma jinvolvux żewġ Stati Membri jew iktar, iżda li jeħtieġu prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dawn il-każijiet għandhom jinkludu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed biss u Stat terz, kif ukoll każijiet li jaffettwaw biss Stat Membru wieħed u l-Unjoni.

(9)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod ċar il-forom ta' kriminalità serja li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew iktar li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti l-każijiet li ma jinvolvux żewġ Stati Membri jew iktar, iżda li jeħtieġu prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Jenħtieġ li dawn il-każijiet jinkludu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed biss u Stat terz, kif ukoll każijiet li jaffettwaw biss Stat Membru wieħed u l-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta teżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tagħha fir-rigward ta' każijiet kriminali konkreti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Eurojust għandha taġixxi jew permezz ta' membru nazzjonali wieħed jew iktar jew bħala Kulleġġ.

(10)  Meta teżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tagħha fir-rigward ta' każijiet kriminali konkreti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Eurojust għandha taġixxi jew permezz ta' membru nazzjonali wieħed jew iktar jew bħala Kulleġġ. Bl-istess mod, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Eurojust tassisti f'investigazzjonijiet li jinvolvu biss Stat Membru wieħed biss iżda li għandhom riperkussjonijiet madwar l-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiġi żgurat li l-Eurojust tista' tappoġġja u tikkoordina kif xieraq investigazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn li l-membri nazzjonali kollha jkollhom l-istess setgħat operazzjonali sabiex jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet nazzjonali b'mod effettiv. Il-membri nazzjonali għandhom jingħataw dawk is-setgħat li jippermettu lill-Eurojust tilħaq kif xieraq il-missjoni tiegħu. Dawn is-setgħat għandhom jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti fir-reġistri pubbliċi nazzjonali, il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal assistenza u rikonoxximent reċiproċi, il-kuntatt dirett u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipazzjoni f'timijiet ta' investigazzjoni konġunta u, bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew f'każ ta' urġenza, l-ordni ta' miżuri investigattivi u kunsinni kkontrollati.

(11)  Biex jiġi żgurat li l-Eurojust tista' tappoġġja u tikkoordina kif xieraq investigazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn li l-membri nazzjonali kollha jkollhom l-istess setgħat operazzjonali sabiex jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet nazzjonali b'mod iktar koerenti u effettiv. Jenħtieġ li l-membri nazzjonali jingħataw dawk is-setgħat li jippermettu lill-Eurojust jilħaq kif xieraq il-missjoni tiegħu. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti fir-reġistri pubbliċi nazzjonali, il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal assistenza u rikonoxximent reċiproċi, il-kuntatt dirett u l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipazzjoni f'timijiet ta' investigazzjoni konġunta u, bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew f'każ ta' urġenza, l-ordni ta' miżuri investigattivi u kunsinni kkontrollati.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b'mod iktar effettiv u tirrispetta l-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, il-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv għandhom jiġu ċċarati u għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

(12)  Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b'mod iktar effettiv u tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv jiġu ċċarati u li jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-twaqqif ta' Koordinazzjoni Attiva (OCC) fi ħdan il-Eurojust hija neċessarja biex il-Eurojust tkun disponibbli l-ħin kollu u biex tkun tista' tintervjeni f'każijiet urġenti. Għandha tkun ir-responsabilità ta' kull Stat Membru li jiżgura li r-rappreżentanti tiegħu fl-OCC jistgħu jaġixxu fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

(17)  It-twaqqif ta' Koordinazzjoni Attiva (OCC) fi ħdan il-Eurojust huwa neċessarju biex il-Eurojust tkun effiċjenti u disponibbli l-ħin kollu u biex tkun tista' tintervjeni f'każijiet urġenti. Jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li r-rappreżentanti tiegħu fl-OCC jistgħu jaġixxu fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Meta l-Eurojust tittrasferixxi dejta personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jew l-Interpol permezz ta' ftehim internazzjonali konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, is-salvagwardji adegwati ċitati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi jridu jiżguraw li tinżamm konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta ta' dan ir-Regolament.

(21)  Meta l-Eurojust tittrasferixxi dejta personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jew l-Interpol permezz ta' ftehim internazzjonali konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, is-salvagwardji adegwati ċitati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jridu jiżguraw li tinżamm konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta ta' dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Eurojust għandha tingħata l-opportunità li testendi d-dati ta' skadenza għall-ħżin ta' dejta personali, soġġetta għall-osservazzjoni tal-prinċipju ta' limitazzjoni tal-iskop applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet kollha tal-Eurojust, sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha. Tali deċiżjonijiet għandhom jittieħdu wara kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-interessi kollha kkonċernati, inklużi dawk tas-suġġetti tad-dejta. Kwalunkwe estensjoni tad-dati ta' skadenza għall-ipproċessar ta' dejta personali, fejn il-prosekuzzjoni tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha kkonċernati, għandha tkun deċiża biss meta jkun hemm bżonn speċifiku li tingħata assistenza skont dan ir-Regolament.

(23)  Il-Eurojust għandha tingħata l-opportunità li testendi d-dati ta' skadenza għall-ħżin ta' dejta personali, soġġetta għall-osservazzjoni tal-prinċipju ta' limitazzjoni tal-iskop applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet kollha tal-Eurojust, sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha. Jenħtieġ li tali deċiżjonijiet jittieħdu wara kunsiderazzjoni bir-reqqa u oġġettiva tal-każijiet ikkonċernati, tal-interessi kollha kkonċernati, u ugwalment tal-interessi tas-suġġetti tad-dejta. Kwalunkwe estensjoni tad-dati ta' skadenza għall-ipproċessar ta' dejta personali, fejn il-prosekuzzjoni tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha kkonċernati, jenħtieġ li tkun is-suġġett ta' deċiżjoni formali u motivata, u deċiża biss meta jkun hemm bżonn speċifiku u ġustifikabbli b'mod ċar li tingħata assistenza skont dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-Eurojust għandha żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma' korpi u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, skont kemm ikun hemm bżonn biex twettaq il-kompiti tagħha.

(25)  Jenħtieġ li l-Eurojust tikkoopera ma' korpi u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, skont kemm ikun hemm bżonn biex twettaq il-kompiti tagħha.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Premessa 25a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Jenħtieġ li l-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu d-dritt li jieħu sehem fi kwalunkwe laqgħa tal-Eurojust dment li jiġu diskussi materji li l-Prosekutur iqis rilevanti għall-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Premessa li espressament tirrifletti l-kontenut tal-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 16(7) tal-proposta hija meħtieġa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Biex tiżdied il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Eurojust u l-Europol, u b'mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess ta' korp minnhom, il-Eurojust għandha tħalli lill-Europol ikollu aċċess għad-dejta disponibbli tal-Eurojust u tħallih ifittex fl-isfond tagħha.

(26)  Biex tiżdied il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Eurojust u l-Europol, u b'mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess ta' korp minnhom, jenħtieġ li l-Eurojust tħalli lill-Europol ikollu aċċess, fuq il-bażi ta' sistema ta' tiftix "hit/no hit", għad-dejta disponibbli tal-Eurojust. Jenħtieġ li l-Eurojust u l-Europol ikunu jistgħu jikkonkludu arranġament ta' ħidma li jiżgura, b'mod reċiproku fil-mandati rispettivi tagħhom, l-aċċess għal u l-possibbiltà ta' tiftix għall-informazzjoni kollha li ġiet ipprovduta sabiex jitqabblu trażversalment il-verifiki f'konformità mal-garanziji speċifiċi u l-garanziji ta' protezzjoni tad-dejta previsti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe aċċess għal dejta disponibbli fil-Eurojust jenħtieġ li, b'mezzi tekniċi, ikun limitat għal informazzjoni li taqa' fil-mandati rispettivi ta' dawk il-korpi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa 26 ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun allinjata mal-Premessa 28 tar-Regolament (UE) 2016/794.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Eurojust għandha tkun tista' tiskambja dejta personali ma' korpi oħrajn tal-Unjoni kemm ikun hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

(27)  Jenħtieġ li l-Eurojust tkun tista' tiskambja dejta personali ma' korpi oħrajn tal-Unjoni kemm ikun hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha b'rispett sħiħ għall-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Biex tiżdied it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, hemm bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-involviment tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust. Dan ma għandux ixekkel il-prinċipji ta' indipendenza fir-rigward ta' azzjoni meħuda f'każijiet operazzjonali speċifiċi jew l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

(31)  Biex tiżdied it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, hemm bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-involviment tal-Parlament Ewropew fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust, partikolarment fir-rigward tat-trażmissjoni tar-Rapport Annwali tal-Eurojust. Jenħtieġ li proċeduri simili jiġu rranġati għall-Parlamenti nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li dawn il-mekkaniżmi ma jxekklux il-prinċipji ta' indipendenza fir-rigward ta' azzjoni meħuda f'każijiet operazzjonali speċifiċi jew l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha taħtar u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi ta' operazzjonijiet imwettqa u tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Europol.

1.  Il-Eurojust għandha taħtar u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja li l-Eurojust hija kompetenti biex tittratta skont l-Artikolu 3(1) u li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi ta' operazzjonijiet imwettqa u tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Europol.

Ara l-emenda tal-Artikolu 2(3).

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Eurojust għandha teżerċita l-kompiti tagħha fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

3.  Il-Eurojust għandha teżerċita l-kompiti tagħha fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

Ara l-emenda tal-Artikolu 2(1).

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri l-forom ta' reati elenkati fl-Anness 1. Madankollu, il-kompetenza tagħha ma għandhiex tinkludi r-reati li għalihom huwa kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

1.   Sad-data meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun assuma l-kompiti tiegħu ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni mogħtija lilu f'konformità mal-Artikolu [75] tar-Regolament [li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew], il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri l-forom ta' kriminalità elenkati fl-Anness 1. Mid-data meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jassumi l-kompiti tiegħu u fir-rigward tal-forom ta' kriminalità li għalihom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenza tiegħu, il-Eurojust għandha teżerċita biss il-kompetenzi tagħha fl-ambitu tal-mandat rispettiv tagħha filwaqt li tevita kwalunkwe duplikazzjoni tal-azzjoni meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

 

Madankollu, il-Eurojust għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha f'każijiet li jinvolvu l-Istati Membri li ma jiħdux sehem fil-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u fuq it-talba ta' dawk l-Istati Membri jew fuq it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Id-dettalji prattiċi dwar l-eżerċizzju tal-kompetenza skont dan il-paragrafu għandhom jiġu rregolati permezz ta' arranġament tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 38(2a).

 

Ir-referenza għal "kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni" fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament għandha tiġi interpretata f'konformità ma' dan il-paragrafu.

Ara l-emenda tal-Artikolu 3(4).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Eurojust għandha tibqa' kompetenti:

 

(a)  għar-reati stipulati fid-Direttiva [(UE) 2017/... dwar il-Ġlieda kontra l-Frodi tal-Interessi Finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-Liġi Kriminali ("id-Direttiva PIF"), dment li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jkunx kompetenti jew ma jeżerċitax il-kompetenza tiegħu;

 

(b)  f'każijiet li jirrigwardaw reati stipulati fid-Direttiva PIF, għal talbiet minn Stati Membri li mhumiex jieħdu sehem fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

 

(c)  f'każijiet li jinvolvu kemm l-Istati Membri parteċipanti kif ukoll l-Istati Membri li mhumiex jipparteċipaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, għal talbiet minn dawk l-Istati Membri li mhumiex jieħdu sehem fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għal talbiet mingħand l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew innifsu.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Eurojust se jkollha kompetenza residwa għar-reati PIF li tirriżulta mill-kooperazzjoni msaħħa dwar l-UPPE u t-test ta' dak l-abbozz ta' Regolament, huwa kruċjali li jkun hemm ċarezza dwar in-natura tal-kompetenza residwa tal-Eurojust.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri reati relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati relatati:

2.  Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri reati kriminali relatati mar-reati kriminali stipulati fl-Anness 1. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew inkella tal-Kummissjoni, il-Eurojust tista' tassisti f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru u l-Unjoni.

4.  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru, tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew inkella tal-Kummissjoni, il-Eurojust tista' tassisti f'investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru u l-Unjoni.

Ara l-emenda tal-Artikolu 3(1).

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li ġiet mgħarrfa dwarhom u li għandhom konsegwenzi fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħrajn minbarra dawk direttament ikkonċernati;

(a)  tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew dwar l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li ġiet mgħarrfa dwarhom u li għandhom riperkussjonijiet fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħrajn minbarra dawk direttament ikkonċernati;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet;

(b)  tiżgura l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tagħti assistenza biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-analiżijiet tal-Europol;

(c)  ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-analiżijiet tal-Europol;

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  tassisti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, skont l-Artikolu 41.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis li l-UPPE ġie stabbilit "mill-Eurojust" (ara l-Artikolu 86 tat-TFUE), wieħed mill-fatturi ewlenin tal-Eurojust huwa li tassisti lill-UPPE.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  tikkoopera u tikkonsulta, jekk ikun hemm il-ħtieġa, mal-aġenziji u mal-korpi tal-Unjoni stabbiliti fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja regolati skont it-Titolu V tat-TFUE;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  tappoġġa ċ-ċentri tal-Unjoni ta' għarfien espert speċjalizzat żviluppati mill-Europol u minn korpi tal-Unjoni oħra, u fejn ikun xieraq tipparteċipa fihom.

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta żewġ Stati Membri jew iktar ma jkunux jistgħu jaqblu dwar liema minnhom għandhom jagħmlu investigazzjoni jew jieħdu passi wara talba li tkun saret skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar il-każ. L-opinjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

4.  Meta żewġ Stati Membri jew iktar ma jkunux jistgħu jaqblu dwar liema minnhom jenħtieġ li jagħmel investigazzjoni jew jieħu passi wara talba li tkun saret skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Eurojust għandha tieħu deċiżjoni dwar il-każ. Id-deċiżjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

(Ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 4(5) u (5)(a))

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Artikolu 85(1)(c) tat-TFUE jistabbilixxi b'mod ċar il-kompetenza tal-Eurojust li tirriżolvi konflitti ta' ġurisdizzjoni, il-Eurojust għandha tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet, mhux toħroġ opinjonijiet, u dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħra.

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fuq talba ta' awtorità kompetenti, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar rifjuti rikorrenti jew diffikultajiet dwar l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, diment li dan ma jkunx jista' jiġi solvut permezz ta' ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew bl-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. L-opinjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

5.  Fuq talba ta' awtorità kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Eurojust għandha tieħu deċiżjoni dwar rifjuti rikorrenti jew diffikultajiet dwar l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, dment li dan ma jkunx jista' jiġi solvut permezz ta' ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew bl-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. Id-deċiżjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

(Ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 4(4) u (5)(a))

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Artikolu 85(1)(c) tat-TFUE jistabbilixxi b'mod ċar il-kompetenza tal-Eurojust li tirriżolvi konflitti ta' ġurisdizzjoni, il-Eurojust għandha tkun kapaċi tieħu deċiżjonijiet, mhux toħroġ opinjonijiet, u dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħra.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, il-Kulleġġ għandu jiffoka fuq kwistjonijiet operazzjonali u kwalunkwe kwistjoni oħra li hija direttament marbuta ma' kwistjonijiet operazzjonali. Huwa għandu jkun involut biss f'materji amministrattivi sal-punt meħtieġ biex ikun żgurat li l-kompiti operazzjonali tiegħu jkunu sodisfatti.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw tagħrif ma' kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru;

(b)  jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw tagħrif ma' kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru jew ma' kwalunkwe aġenzija jew korp kompetenti tal-Unjoni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jordnaw miżuri investigattivi;

(a)  jordnaw jew jitolbu u jeżegwixxu miżuri investigattivi, kif previst fid-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

Emenda    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kulleġġ għandu jkun imsawwar:

1.  Il-Kulleġġ għandu jkun kompost mill-membri nazzjonali kollha.

(a)   mill-membri nazzjonali kollha meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 4;

 

(b)   mill-membri nazzjonali kollha u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu skont l-Artikolu 14.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tnaqqas ir-riskju ta' kwalunkwe interferenza mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kulleġġ jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

4.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1)(c), il-Kulleġġ jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intiża sabiex tippreserva r-rwol tal-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, imsemmi fl-Artikolu 39(1)(c) tal-proposta.

Emenda    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  itella' l-President u l-Viċi Presidenti b'konformità mal-Artikolu 11;

imħassar

(Ara l-emenda għall-Artikolu 11)

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ppreservati l-awtonomija u l-indipendenza tal-Eurojust, l-ebda rappreżentant tal-Kummissjoni ma għandu jkun jista' jipparteċipa fl-elezzjoni tal-President u l-Viċi Presidenti.

Emenda    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sat-[30 ta' Novembru ta' kull sena] il-Kulleġġ għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li fih programmazzjoni annwali u pluriennali, ibbażat fuq abbozz propost mid-Direttur Amministrattiv, jieħu f'kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

1.  Sat-[30 ta' Novembru ta' kull sena] il-Kulleġġ għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li fih programmazzjoni annwali u pluriennali, ibbażat fuq abbozz propost mid-Direttur Amministrattiv, wara li jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tnaqqas ir-riskju ta' kwalunkwe interferenza mill-Kummissjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinvolvi għanijiet dettaljati u riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji ta' bbaġitjar u mmaniġġjar ibbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmija fil-paragrafu 4. Għandu jindika biċ-ċar liema kompiti żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabblin mas-sena finanzjarja ta' qabel.

2.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinvolvi għanijiet dettaljati u riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni ċara tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b'konformità mal-prinċipji ta' bbaġitjar u mmaniġġjar ibbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmija fil-paragrafu 4. Għandu jindika biċ-ċar liema kompiti żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabblin mas-sena finanzjarja ta' qabel.

Emenda    39

Proposta għal Regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Id-Direttur Amministrattiv jista' jitneħħa mill-uffiċċju biss wara deċiżjoni tal-Kulleġġ li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

7.  Id-Direttur Amministrattiv jista' jitneħħa mill-kariga biss wara deċiżjoni tal-Kulleġġ.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tnaqqas ir-riskju ta' kwalunkwe interferenza mill-Kummissjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rappreżentanti tal-Koordinazzjoni Attiva għandhom jaġixxu bla dewmien, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom.

3.  Ir-rappreżentanti tal-Koordinazzjoni Attiva għandhom jaġixxu b'mod effiċjenti, bla dewmien, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Għall-finijiet tal-paragrafi 3 sa 6 l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija hemmhekk sa mhux aktar tard minn 14-il jum.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tagħrif dwar ir-riżultati tal-ipproċessar tat-tagħrif, inkluża l-eżistenza ta' rabtiet ma' każijiet li diġà kienu maħżuna fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet. Dan it-tagħrif jista' jinkludi dejta personali.

1.  Il-Eurojust għandha tipprovdi mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tagħrif dwar ir-riżultati tal-ipproċessar tat-tagħrif, inkluża l-eżistenza ta' rabtiet ma' każijiet li diġà kienu maħżuna fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet. Dan it-tagħrif jista' jinkludi dejta personali.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Eurojust tista' tipproċessa biss id-dejta personali elenkata fil-punt 2 tal-Anness 2, fuq persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, huma meqjusin bħala xhieda jew vittmi f'investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali rigward tip wieħed jew iktar minn fost id-delitti u r-reati msemmija fl-Artikolu 3, jew persuni ta' inqas minn 18-il sena. L-ipproċessar tat-tali dejta personali jista' jseħħ biss jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jitwettaq il-kompitu tal-Eurojust iddikjarat b'mod espliċitu, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq il-funzjonijiet operazzjonali tagħha.

2.  Il-Eurojust tista' tipproċessa biss id-dejta personali elenkata fil-punt 2 tal-Anness 2, fuq persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, huma meqjusin bħala xhieda jew vittmi f'investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali rigward tip wieħed jew iktar minn fost id-delitti u r-reati msemmija fl-Artikolu 3, jew persuni ta' inqas minn 18-il sena. L-ipproċessar tat-tali dejta personali jista' jseħħ biss jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jitwettaq il-kompitu tal-Eurojust iddikjarat b'mod espliċitu, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq il-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Il-protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, għandhom jiġu rrispettati b'mod sħiħ.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dejta personali pproċessata mill-Eurojust ma tistax tibqa' maħżuna wara l-ewwel data applikabbli minn fost dawn li ġejjin:

1.  Dejta personali pproċessata mill-Eurojust għandha tinħażen mill-Eurojust biss sakemm tkun meħtieġa u b’mod proporzjonali għall-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata d-dejta. Dejta personali pproċessata mill-Eurojust ma tistax tibqa' maħżuna wara l-ewwel data applikabbli minn fost dawn li ġejjin:

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta lment ippreżentat minn suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikun relatat ma' deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 jew 33, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta lill-korpi nazzjonali ta' sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew l-Istat Membru direttament ikkonċernat. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tista' testendi għal rifjut ta' komunikazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta' sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti.

1.  Kwalunkwe suġġett ta' data għandu jkollu d-dritt jippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk jidhirlu li l-ipproċessar mill-Eurojust ta' dejta personali relatata miegħu jew magħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Meta lment ippreżentat minn suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikun relatat ma' deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 jew 33, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta lill-korpi nazzjonali ta' sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew l-Istat Membru direttament ikkonċernat. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tista' testendi għal rifjut ta' komunikazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta' sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-Eurojust tista' tikkonkludi arranġamenti ta' ħidma ma' entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma ma għandhomx jiffurmaw il-bażi sabiex jippermettu l-iskambju ta' dejta personali u m'għandhomx jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi preżunta peress li l-Istat Membru ma llimitax biċ-ċar il-possibilità ta' trasferimenti ulterjuri; or

imħassar

Emenda    48

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jkunu mistiedna fuq każ b'każ biex jattendu laqgħat tal-Eurojust.

(c)  il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jkunu mistiedna fuq bażi ta' każ b'każ biex jattendu laqgħat tal-Eurojust, mingħajr id-dritt tal-vot.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiċċara r-rwol tal-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Eurojust u l-Europol jistgħu jikkonkludu arranġament ta' ħidma li jiżgura, b'mod reċiproku u fil-mandati rispettivi tagħhom, aċċess għal, u l-possibbiltà li jfittxu, l-informazzjoni kollha li tkun ingħatat għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikoli 2 u 4 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jindikaw restrizzjonijiet dwar aċċess għal tali dejta u l-użu tagħha, u għandu jkun skont il-garanziji ta' protezzjoni tad-dejta stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda    50

Proposta għal Regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Eurojust għandha tittratta kwalunkwe talba għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha tindirizza t-tali talbiet, fejn xieraq, daqslikieku waslu minn awtorità nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja.

2.  Il-Eurojust għandha tittratta kwalunkwe talba għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha tindirizza t-tali talbiet daqslikieku waslu minn awtorità nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Frontex għandha tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Eurojust inkluż billi tittrażmetti l-informazzjoni proċessata skont il-mandat u l-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) 2016/16241a.

 

_____________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    52

Proposta għal Regolament

Artikolu 55a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 55a

 

Opinjonijiet dwar atti leġiżlattivi proposti

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu l-opinjoni tal-Eurojust dwar l-atti leġiżlattivi proposti kollha msemmija fl-Artikolu 76 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkorpora d-dispożizzjoni tal-Artikolu 32(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, f'konformità mal-emenda tal-2008, li, b'mod inspjegabbli, mhijiex inkluża f'din il-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlament Ewropew, li jista' jippreżenta osservazzjonijiet u konklużjonijiet.

1.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali, li jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet u konklużjonijiet.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-President tal-Kulleġġ għandu jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Eurojust, u b'mod partikolari biex jippreżenta r-Rapporti Annwali tiegħu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. It-taħditiet ma għandhomx jirreferu b'mod dirett jew indirett għal azzjonijiet konkreti fir-rigward ta' każijiet operazzjonali speċifiċi.

2.  Qabel ma jieħu l-kariga, President tal-Kulleġġ li jkun għadu kif inħatar għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u għandu jwieġeb il-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu jew tagħhom.

 

Matul il-kariga tiegħu jew tagħha, huwa jew hija għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba tiegħu, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Eurojust, u b'mod partikolari biex jippreżenta r-Rapporti Annwali tiegħu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. It-taħditiet ma għandhomx jirreferu b'mod dirett jew indirett għal azzjonijiet konkreti fir-rigward ta' każijiet operazzjonali speċifiċi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni:

3.  Minbarra l-obbligi ta' informazzjoni u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali għal informazzjoni:

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlamenti Nazzjonali. Il-Eurojust għandha tibgħat ukoll lill-Parlamenti nazzjonali d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3.

imħassar

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-obbligu ta' kunfidenzjalità għandu japplika għall-informazzjoni kollha riċevuta mill-Eurojust, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

4.  L-obbligu ta' kunfidenzjalità għandu japplika għall-informazzjoni kollha riċevuta jew mgħoddija mill-Eurojust, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Emenda    58

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Revoka

Revoki u emendi

(Ara l-emenda għall-Artikolu 67(3)(a) u (3)(b))

Emenda    59

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.  L-Artikolu 10(3) fid-Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Matul il-konsultazzjonijiet diretti, l-awtoritajiet kompetenti involuti f'dawk il-konsultazzjonijiet għandhom kull meta jkun raġonevolment possibbli jwieġbu għal talbiet għal informazzjoni li jkunu ġejjin minn awtoritajiet kompetenti oħra li huma involuti f'dawk il-konsultazzjonijiet. Madankollu, meta awtorità kompetenti tiġi mitluba minn awtorità kompetenti oħra biex tipprovdi informazzjoni speċifika li tista' tkun ta' ħsara għall-interessi ta' sigurtà nazzjonali essenzjali jew li tista' tipperikola s-sikurezza tal-individwi, hija m'għandhiex tintalab tipprovdi dik l-informazzjoni.

‘3.  Matul il-konsultazzjonijiet diretti, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni li jkunu ġejjin minn awtoritajiet kompetenti oħra li huma wkoll involuti fil-konsultazzjonijiet."

(Ara l-emenda għall-Artikolu 67).

Ġustifikazzjoni

L-emenda tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali tikkomplementa l-emendi għall-Artikoli 21 u 23 ta' din il-proposta u hija maħsuba biex tneħħi l-eċċezzjonijiet, li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-iskambju ta' informazzjoni utli.

Emenda    60

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2b.  L-Artikolu 12(2) fid-Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘2.  Fejn ma kienx possibbli li jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, il-kwistjoni għandha, fejn adatt, tiġi rriferuta lill-Eurojust, minn kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istati Membri involuti jekk l-Eurojust tkun kompetenti li taġixxi skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Eurojust.

‘2.  Kull fejn ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil skont l-Artikolu 10, il-kwistjoni għandha tiġi sottomessa lill-Eurojust mill-Istati Membri kkonċernati, permezz tal-membri nazzjonali rispettivi, fejn il-Eurojust tkun kompetenti, f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Eurojust."

(Ara l-emenda għall-Artikolu 67).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali tikkomplementa l-emendi għall-Artikolu 4(4) u (5) ta' din il-proposta u hija maħsuba biex tagħmilha obbligatorja li kunflitt ta' ġurisdizzjoni jiġi rriferut lill-Eurojust, skont l-Artikolu 85(1)(c) tat-TFUE u aktar allinjat mar-rwol tal-membri nazzjonali.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – inċiż 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  serq organizzat;

–  serq sempliċi jew organizzat;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

Referenzi

COM(2013)0535 – C7-0240/2013 – 2013/0256(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.9.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.9.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

António Marinho e Pinto

3.9.2014

Eżami fil-kumitat

11.11.2014

12.7.2017

7.9.2017

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Stefano Maullu, Angelika Niebler

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karoline Graswander-Hainz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

EFDD

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Jean-Marie Cavada, Antonio Marinho e Pinto

Joëlle Bergeron,

Kostas Chrysogonos

Stefano Maullu, Angelika Niebler, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka, Luis de Grandes Pascual

Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Karoline Graswander-Hainz, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner

Durand Pascal, Julia Reda

2

-

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

1

0

ECR

Angel Dzhambazki

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

Referenzi

COM(2013)0535 – C7-0240/2013 – 2013/0256(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.7.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.9.2013

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.9.2013

CONT

10.9.2013

JURI

10.9.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

25.6.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Axel Voss

3.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.11.2014

10.7.2017

5.10.2017

19.10.2017

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Raymond Finch, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Ignazio Corrao, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josu Juaristi Abaunz, Kaja Kallas, Sabine Lösing, Francis Zammit Dimech, Janusz Zemke

Data tat-tressiq

23.10.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Kaja Kallas, Angelika Mlinar

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara,

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Dennis de Jong, Josu Juaristi Abaunz, Sabine Lösing

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Rachida Dati, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Kati Piri, Soraya Post, Birgit Sippel, Janusz Zemke

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

5

-

EFDD

Gerard Batten, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

Harald Vilimsky, Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza