RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

20.10.2017 - (COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Marju Lauristin

Proċedura : 2017/0003(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0324/2017
Testi mressqa :
A8-0324/2017
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

(COM(2017)0010 – C8 0009/2017 – 2017/0003(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0009/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet ippreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek, mill-Bundesrat Ġermaniż, mill-Parlament Spanjol, mill-Kamra tad-Deputati Taljana, mis-Senat tan-Netherlands u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0324/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") jipproteġi d-dritt fundamentali ta' kulħadd għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Ir-rispett għall-privatezza tal-komunikazzjonijiet tal-persuna huwa dimensjoni essenzjali ta' dan id-dritt. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika tiżgura li l-informazzjoni skambjata bejn il-partijiet u l-elementi esterni ta' tali komunikazzjoni, inkluż meta l-informazzjoni ġiet mibgħuta, minn fejn, lil min, ma għandha tiġi żvelata lil ħadd aktar minbarra lill-partijiet involuti f'komunikazzjoni. Il-prinċipju ta' kunfidenzjalità għandu japplika għal mezzi ta' komunikazzjoni attwali u tal-ġejjieni, inklużi telefonati, aċċess għall-Internet, applikazzjonijiet ta' messaġġi instantanji, posta elettronika, telefonati bl-Internet u messaġġi personali pprovduti permezz il-midja soċjali.

(1)  L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") jipproteġi d-dritt fundamentali ta' kulħadd għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Ir-rispett għall-privatezza tal-komunikazzjonijiet tal-persuna huwa dimensjoni essenzjali ta' dan id-dritt. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika tiżgura li l-informazzjoni skambjata bejn il-partijiet u l-elementi esterni ta' tali komunikazzjoni, inkluż meta l-informazzjoni ġiet mibgħuta, minn fejn, lil min, ma għandha tiġi żvelata lil ħadd aktar minbarra lill-partijiet għall-komunikazzjoni. Il-prinċipju ta' kunfidenzjalità jenħtieġ li japplika għal mezzi ta' komunikazzjoni attwali u tal-ġejjieni, inklużi telefonati, aċċess għall-Internet, applikazzjonijiet ta' messaġġi instantanji, posta elettronika, telefonati bl-Internet u messaġġi interpersonali pprovduti permezz tal-midja soċjali. Dan jenħtieġ li japplika wkoll meta l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika u l-privatezza tal-ambjent fiżiku jikkonverġu, jiġifieri meta t-tagħmir terminali għall-komunikazzjoni elettronika jista' jisma' wkoll l-ambjent fiżiku tiegħu jew juża mezzi oħra ta' input bħalma huma s-sinjalar bil-Bluetooth jew is-sensuri tal-moviment.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jista' jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista' jirriżulta f'dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B'mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista' wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta' kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ.

(2)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jista' jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista' jirriżulta f'dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B'mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista' wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta' kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ.. Il-metadata tista' wkoll tiġi pproċessata u analizzata ħafna iktar faċilment milli jista' jsir fil-każ tal-kontenut, peress li diġà tkun miġjuba f'format strutturat u standardizzat. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kundizzjoni essenzjali għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali konnessi l-oħra, bħalma huma l-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-libertà tal-għaqda, u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Skont l-Artikolu 8(1) tal-Karta u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali dwaru jew dwarha. Ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u regoli relatati mal-moviment liberu ta' data personali. Data ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi data personali kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679.

(4)  Skont l-Artikolu 8(1) tal-Karta u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali dwaru jew dwarha. Ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u regoli relatati mal-moviment liberu ta' data personali. Data ta' komunikazzjoni elettronika hija ġeneralment data personali kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jippartikolarizzaw u jikkomplementaw ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni ta' data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward ta' data ta' komunikazzjoni elettronika li tikkwalifika bħala data personali. Dan ir-Regolament għalhekk ma jbaxxix il-livell ta' protezzjoni li jgawdu minnu persuni fiżiċi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandu jkun permess biss f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jippartikolarizzaw u jikkomplementaw ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni ta' data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward ta' data ta' komunikazzjoni elettronika li tikkwalifika bħala data personali. Dan ir-Regolament għalhekk ma jbaxxix il-livell ta' protezzjoni li jgawdu minnu persuni fiżiċi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. Għall-kuntrarju, għandu l-għan li jipprovdi salvagwardji addizzjonali u komplementari, li jqisu l-ħtieġa ta' protezzjoni addizzjonali fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni. L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jkun permess biss f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta' regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta' mġiba onlajn ta' utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

(6)  Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta' regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar tal-utenti. Id-Direttiva 2002/58/KE jenħtieġ li għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

__________________

__________________

22 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

22 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri għandhom jitħallew, fi ħdan il-limiti ta' dan ir-Regolament, li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifikaw u jiċċaraw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament sabiex jiżguraw applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta' dawk ir-regoli. Għaldaqstant, il-marġni ta' diskrezzjoni, li l-Istati Membri għandhom f'dan ir-rigward, għandu jżomm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika.

(7)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li, fejn ikun meħtieġ, joħroġ gwida u opinjonijiet,fi ħdan il-limiti ta' dan ir-Regolament biex iżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifika u jiċċara ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament sabiex jiżgura applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta' dawk ir-regoli. Il-kooperazzjoni u l-konsistenza bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Protezzjoni tad-Data, huma essenzjali biex jinżamm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, għal fornituri ta' direttorji disponibbli pubblikament, u għal fornituri ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inklużi l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jibagħtu komunikazzjoni kummerċjali ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jew jiġbru informazzjoni relatata ma' jew maħżuna f'tagħmir terminali tal-utenti aħħarin.

(8)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, għal fornituri ta' direttorji disponibbli pubblikament, u għal fornituri ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inklużi l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jibagħtu komunikazzjoni kummerċjali ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jew jiġbru informazzjoni trażmessa lit-tagħmir terminali tal-utenti, maħżuna fih, relatata miegħu jew ipproċessata minnu.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal data ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni.

(9)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal data ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jkun il-każ irrispettivament minn jekk il-komunikazzjoni elettronika hijiex marbuta ma' ħlas jew le. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta l-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, huwa jenħtieġ li jaħtar, bil-miktub, rappreżentant fl-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24 ]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta' servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta' komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web, magħrufa wkoll bħala "servizzi over-the-top" (OTTs). Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni tagħhom, irrispettivament mill-mezz teknoloġiku magħżul. Ma jkoprix biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web.

__________________

 

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament għandu japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' kunfidenzjalità minqux f'dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Salvagwardji speċifiċi jistgħu jiġu adottati wkoll taħt leġiżlazzjoni settorjali, bħal pereżempju d-Direttiva 2014/53/UE.

imħassar

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. B'kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni.

(13)  L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħalma huma l-punti ta' aċċess tal-internet mingħajr wajers li jinsabu f'postijiet differenti ġewwa belt, bħal pereżempju fi stabbilimenti kummerċjali kbar li jbiegħu kollox, ċentri kummerċjali, sptarijiet, ajruporti, lukandi u ristoranti. Dawn il-punti ta' aċċess jista' jkun li jirrikjedu login jew li tingħata password u jista' jkun li jiġu pprovduti wkoll minn amministrazzjonijiet pubbliċi, inklużi korpi u aġenziji tal-Unjoni. Peress li dawk in-netwerks tal-komunikazzjonijiet huma pprovduti lil utenti, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' tali netwerks jenħtieġ li tkun protetta. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. Dan ir-regolament jenħtieġ li japplika wkoll għall-profili u għall-gruppi tal-midja soċjali magħluqa li l-utenti jkunu ddefinixxew bħala ristretti jew privati. B'kuntrast, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri ta' organizzazzjoni. Is-sempliċi rekwiżit ta' password jenħtieġ li ma jitqiesx bħala l-għoti ta' aċċess lil grupp magħluq ta' utenti finali jekk l-aċċess għas-servizz kollu jkun ipprovdut lil grupp mhux definit ta' utenti finali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b'mod suffiċjentement wiesa' u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta' komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b'wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma' sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta' komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika.

(14)  Data ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li tiġi ddefinita b'mod suffiċjentement wiesa' u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta' komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni. Jenħtieġ li tinkludi wkoll id-data neċessarja biex jiġi identifikat it-tagħmir terminali tal-utenti u d-data li toħroġ minn tagħmir terminali fit-tfittxija għal punti ta' aċċess jew tagħmir ieħor. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b'wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma' sinjali tali jenħtieġ li titqies bħala metadata ta' komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika. L-esklużjoni tas-servizzi li jipprovdu "kontenut trażmess bl-użu ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika" mid-definizzjoni ta' "servizz ta' komunikazzjoni elettronika" fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ma tfissirx li l-fornituri ta' servizzi li joffru kemm servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u kemm servizzi ta' kontenut huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li japplika għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Is-servizzi moderni ta' komunikazzjoni elettronika, li jinkludu l-Internet u s-servizzi OTT li joperaw permezz tal-Internet, jiffunzjonaw abbażi ta' stakkament tal-protokoll. Kull protokoll jiddefinixxi l-kontenut (imsejjaħ ukoll payload), header u xi kultant trailer. Protokoll ogħla fl-istakkament ikun inkapsulat fil-parti tal-kontenut ta' livell iktar baxx tal-protokoll. Pereżempju, segment TCP ikun fil-parti tal-kontenut ta' pakkett IP, li l-header tiegħu jkun jinkludi s-sors u l-indirizzi ta' destinazzjoni tal-IP li bejniethom jenħtieġ li jgħaddi l-pakkett IP. Is-segmenti IP jenħtieġ li jkollhom messaġġ SMTP fil-parti tal-kontenut tagħhom, jiġifieri posta elettronika. Fil-livell tal-protokoll SMTP, il-header ikun notevolment jinkludi l-indirizzi tal-posta elettronika ta' min jibgħat u min jirċievi u l-parti tal-kontenut tkun tinkludi l-messaġġ innifsu. Fil-prattika, il-header u t-trailer ta' messaġġ tal-protokoll jikkorrispondu għal metadata għall-protokoll speċifiku. Dan ifisser li l-metadata fuq saff wieħed tal-protokoll se tkun il-kontenut għas-saffi aktar baxxi li jinkapsulaw l-informazzjoni. Fejn dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli differenti għall-ipproċessar tal-kontenut u tal-metadata, dan jenħtieġ li jinftiehem għas-servizz rispettiv ta' komunikazzjoni elettronika u s-saff ta' protokoll li fuqu jkun qiegħed jopera. Għal fornitur ta' aċċess għall-Internet, pereżempju, is-suġġett, min jibgħat, min jirċievi u t-test innifsu tal-posta elettronika se jitqiesu flimkien bħala kontenut tal-pakketti IP li jgħaddu minnu. Madankollu, rigward fornitur tal-posta elettronika, is-suġġett u t-test innifsu tal-posta elettronika se jitqiesu bħala kontenut, filwaqt li min jirċievi u min jibgħat se jitqiesu bħala metadata. Din is-separazzjoni tas-saffi tal-protokoll hija kruċjali biex tinżamm in-newtralità tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (in-newtralità tal-Internet), li hija protetta skont ir-Regolament (UE) 2015/2120.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dan ifisser li kwalunkwe interferenza fit-trażmissjoni ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, kemm jekk direttament b'intervent uman kif ukoll jekk permezz tal-intermedjazzjoni ta' pproċessar awtomatizzat b'magni, mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha għall-komunikazzjoni għandha tiġi pprojbita. Il-projbizzjoni tal-interċezzjoni ta' data ta' komunikazzjonijiet għandha tapplika waqt li tkun qed tintbagħat, jiġifieri sakemm l-indirizzat maħsub tal-komunikazzjoni elettronika ikun irċieva l-kontenut. L-interċezzjoni ta' data ta' komunikazzjoni elettronika tista' sseħħ, pereżempju, meta xi ħadd ieħor minbarra l-partijiet għall-komunikazzjoni, jisma' t-telefonati, jaqra, jiskennja jew jaħżen il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika, jew il-metadata assoċjata għal finijiet oħra minbarra għall-iskambju ta' komunikazzjonijiet. L-interċezzjoni sseħħ ukoll meta partijiet terzi jissorveljaw siti web miżjura, il-ħin taż-żjarat, l-interazzjoni mal-oħrajn, eċċ., mingħajr il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Hekk kif it-teknoloġija tevolvi, il-modi tekniċi ta' kif issir l-interċezzjoni żdiedu ukoll. Modi tali jistgħu jvarjaw mill-installazzjoni ta' tagħmir li jiġbor data minn tagħmir terminali fuq żoni mmirati, bħall-hekk imsejħa IMSI (Identità Internazzjonali ta' Abbonati tal-Mowbajl) catchers, sa programmi u tekniki li, pereżempju, jissorveljaw bil-moħbi l-attitudnijiet ta' bbrawżjar bil-għan li joħolqu profili tal-utenti aħħarin. Eżempji oħra ta' interċezzjoni jinkludu l-ħtif ta' data ta' payload jew data ta' kontenut minn netwerks u ruters mingħajr wajers mhux kriptati, inklużi l-attitudnijiet ta' bbrawżjar mingħajr il-kunsens tal-utenti aħħarin.

(15)  Il-komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dan ifisser li kwalunkwe interferenza fit-trażmissjoni ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, kemm jekk direttament b'intervent uman kif ukoll jekk permezz tal-intermedjazzjoni ta' pproċessar awtomatizzat b'magni, mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha għall-komunikazzjoni jenħtieġ li tiġi pprojbita. Meta l-ipproċessar ikun permess taħt kwalunkwe eċċezzjoni għall-projbizzjonijiet skont dan ir-Regolament, kwalunkwe pproċessar ieħor abbażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li jitqies bħala pprojbit, inkluż l-ipproċessar għal għan ieħor abbażi tal-Artikolu 6(4) ta' dak ir-Regolament. Dan jenħtieġ li ma jwaqqafx li jintalab kunsens addizzjonali għal operazzjonijiet ta' pproċessar ġodda. Il-projbizzjoni tal-interċezzjoni ta' data ta' komunikazzjonijiet għandha tapplika wkoll waqt li tkun qed tintbagħat. Għall-komunikazzjoni elettronika mhux f'ħin reali bħall-email jew il-messaġġerija, it-trażmissjoni tibda bis-sottomissjoni tal-kontenut għall-kunsinna u tispiċċa meta l-fornitur tas-servizz tad-destinatarju intiż jirċievi l-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. L-interċezzjoni ta' data ta' komunikazzjoni elettronika tista' sseħħ, pereżempju, meta xi ħadd ieħor minbarra l-partijiet għall-komunikazzjoni, jisma' t-telefonati, jaqra, jiskennja jew jaħżen il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika, jew il-metadata assoċjata għal finijiet oħra minbarra għall-iskambju ta' komunikazzjonijiet. L-interċezzjoni sseħħ ukoll meta partijiet terzi jissorveljaw siti web miżjura, il-ħin taż-żjarat, l-interazzjoni mal-oħrajn, eċċ., mingħajr il-kunsens tal-utent kkonċernat. Hekk kif it-teknoloġija tevolvi, il-modi tekniċi ta' kif issir l-interċezzjoni żdiedu ukoll. Tali modi jistgħu jvarjaw mill-installazzjoni ta' tagħmir li jiġbor data minn tagħmir terminali fuq żoni mmirati, bħall-hekk imsejħa IMSI (Identità Internazzjonali ta' Abbonati tal-Mowbajl) catchers, sa programmi u tekniki li, pereżempju, jissorveljaw bil-moħbi l-attitudnijiet ta' bbrawżjar bil-għan li joħolqu profili tal-utenti aħħarin. Eżempji oħra ta' interċezzjoni jinkludu l-qbid tad-data tal-payload jew id-data tal-kontenut minn netwerks u ruters mingħajr wajers mhux kriptati, u l-analiżi tad-data dwar it-traffiku tal-utenti, inklużi d-drawwiet ta' bbrawżjar mingħajr il-kunsens tal-utenti.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta' theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malwar jew l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta' rekwiżiti ta' servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ.

(16)  Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Jenħtieġ li ma tipprojbixxix l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn awtoritajiet pubbliċi, skwadri ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters (CERTs), skwadri ta' rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs), fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u minn fornituri ta' teknoloġiji u servizzi għas-sigurtà, f'konformità mar-Regolament 2016/679 u sa fejn ikun strettament meħtieġ u proporzjonat għall-iskopijiet uniċi tal-iżgurar tas-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, [jiġifieri l-preservazzjoni tad-disponibbiltà, l-integrità] u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, u l-iżgurar tas-sigurtà tas-servizzi relatati offruti minn dawk in-netwerks u s-sistemi jew aċċessibbli permezz tagħhom. Dan jista', pereżempju, jinkludi l-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika u tad-distribuzzjoni ta' kodiċijiet malizzjużi u l-waqfien ta' attakki ta' "ċaħda ta' servizz" u l-ħsara lis-sistemi tal-kompjuters u lis-sistemi tal-komunikazzjoni elettronika, l-iċċekkjar tat-theddidiet għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malwer, spam jew għall-verifika kontra attakki DDoS, jew l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta' rekwiżiti ta' servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ.. Tali proċessar jista' jitwettaq minn parti oħra li taġixxi bħala proċessur tad-data skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-fornitur tas-servizz.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa' l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta' utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika m'għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(17)  L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Madankollu, l-utenti jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li jenħtieġ li tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li ma titqiesx bħala metadata. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar jenħtieġ li jsiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u tali moviment ma jkunx jista' jintwera. Tali użu ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-utenti aħħarin jistgħu jagħtu l-kunsens għall-ipproċessar tal-metadata tagħhom biex jirċievu servizzi speċifiċi bħal servizzi ta' protezzjoni kontra attivitajiet frodulenti (permezz tal-analizzar tad-data ta' użu, il-post u l-kont tal-klijent fi żmien reali). Fl-ekonomija diġitali, is-servizzi ta' spiss huma fornuti b'kontra-prestazzjoni li ma tkunx flus, pereżempju billi l-utenti aħħarin ikunu esposti għal reklami. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kunsens ta' utent aħħari, irrispettivament minn jekk dan tal-aħħar ikunx persuna fiżika jew ġuridika, għandu jkollu l-istess tifsira u jkun soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħall-kunsens tas-suġġett ta' data taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. Aċċess għall-internet broadband bażiku u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi għandhom jiġu meqjusa bħala servizzi essenzjali biex l-individwi jkunu jistgħu jikkomunikaw u jieħdu sehem fil-benefiċċji tal-ekonomija diġitali. Il-kunsens għall-ipproċessar ta' data mill-użu tal-Internet jew tal-komunikazzjoni bil-vuċi mhux ser ikun validu jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina u libera, jew jekk ma jkunx jista' jirrifjuta jew jirtira l-kunsens tiegħu mingħajr dannu.

(18)  L-utent jew l-utent aħħari jista' jagħti l-kunsens għall-ipproċessar tal-metadata tiegħu biex jirċievi servizzi speċifiċi bħal servizzi ta' protezzjoni kontra attivitajiet frodulenti (permezz tal-analizzar tad-data ta' użu, il-post u l-kont tal-klijent fi żmien reali). Fl-ekonomija diġitali, is-servizzi ta' spiss huma fornuti b'kontra-prestazzjoni li ma tkunx flus, pereżempju billi l-utenti aħħarin ikunu esposti għal reklami. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kunsens ta' utent, jenħtieġ li jkollu l-istess tifsira u jkun soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħall-kunsens tas-suġġett ta' data skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Aċċess għall-internet broadband bażiku u servizzi ta' komunikazzjonijiet bil-vuċi għandhom jiġu meqjusa bħala servizzi essenzjali biex l-individwi jkunu jistgħu jikkomunikaw u jieħdu sehem fil-benefiċċji tal-ekonomija diġitali. Il-kunsens għall-ipproċessar ta' data mill-użu tal-Internet jew tal-komunikazzjoni bil-vuċi mhux ser ikun validu jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina u libera, jew jekk ma jkunx jista' jirrifjuta jew jirtira l-kunsens tiegħu mingħajr dannu. Il-kunsens jenħtieġ li ma jitqiesx li ngħata liberament jekk huwa meħtieġ għall-aċċess għal kwalunkwe servizz jew miksub permezz ta' talbiet ripetittivi. Sabiex jiġu evitati tali talbiet abbużivi, l-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jordnaw lill-fornituri tas-servizzi li jiftakru l-għażla tagħhom ta' rifjut tal-kunsens u li jaderixxu ma' speċifikazzjonijiet tekniċi li jissinjalaw ir-rifjut tal-kunsens, l-irtirar tal-kunsens, jew oġġezzjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għandha titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra abbuż. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Fl-ipproċessar ta' tip ta' data tali, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Konsultazzjoni tali għandha tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-preżunzjoni ma tinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq għall-finijiet u t-tul ta' żmien strettament neċessarju u proporzjonat għal servizz tali. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent aħħari u ġie riċevut mill-utent aħħari jew l-utenti aħħarin maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent aħħari, l-utenti aħħarin jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Kwalunkwe pproċessar ta' data tali għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

(19)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe pproċessar tad-data tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jitħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u jkun soġġett għal salvagwardji adegwati kontra abbuż.. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti kkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Meta jkun qed jipproċessa dan it-tip ta' data, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li dejjem iwettaq valutazzjoni tal-impatt kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 u jekk meħtieġ skont dak ir-Regolament, jikkonsulta lill-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent u ġie riċevut mill-utent jew l-utenti maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent, l-utenti jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data, liema parti tista' tkun il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Kwalunkwe pproċessar ta' tali data ta' komunikazzjoni maħżuna fejn id-data hija maħżuna f'isem l-utent jenħtieġ li jkun konformi ma' dan ir-Regolament. L-utent jista' jipproċessa d-data ulterjorment, u jekk din ikun fiha data personali, irid ikun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pproċessata d-data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tal-provvista ta' servizzi mitluba b'mod espliċitu minn utent għal finijiet personali jew għal finijiet personali relatati max-xogħol bħall-funzjonalità tat-tiftix jew tal-indiċjar ta' kliem ewlieni, assistenti virtwali, magni li jittrasferixxu l-kitba f'diskors u servizzi ta' traduzzjoni, inkluż minn stampi għal vuċi jew ipproċessar ta' kontenut awtomatiku ieħor użat bħala għodda ta' aċċessibbiltà minn persuni b'diżabilità. Dan jenħtieġ li jkun possibbli mingħajr il-kunsens tal-utenti kollha imma jista' jseħħ bil-kunsens tal-utent li jitlob is-servizz. Dan il-kunsens jipprekludi wkoll lill-fornitur milli jipproċessa dik id-data għal skopijiet oħra.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)  L-interferenza fil-kunfidenzjalità tal-metadata jew l-interferenza fil-protezzjoni tal-informazzjoni maħżuna fit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin u dik relatata ma' dan l-istess tagħmir tista' titqies li hija legali biss fejn huwa strettament meħtieġ u proporzjonat biex jiġi protett interess li huwa essenzjali għall-ħajja tas-suġġett tad-data jew għall-ħajja ta' persuna fiżika oħra. Interferenza bħal din ibbażata fuq l-interess vitali ta' persuna fiżika oħra jenħtieġ li ssir biss f'każ speċifiku u fejn l-ipproċessar ma jistax ikun manifestament ibbażat fuq bażi ġuridika oħra.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Tagħmir terminali ta' utenti aħħarin ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-użu ta' tagħmir terminali tali, kemm jekk maħżuna f'tali tagħmir jew emessa minnu, mitluba minn jew ipproċessata sabiex ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u jew tagħmir tan-netwerk, huma parti mill-isfera privata tal-utenti aħħarin li jirrikjedu protezzjoni taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Peress li tagħmir tali fih jew jipproċessa informazzjoni li tista' tiżvela dettalji ta' kumplessitajiet emottivi, politiċi u soċjali ta' individwu, inkluż il-kontenut ta' komunikazzjonijiet, ritratti, il-post tal-individwi billi jkun hemm aċċess għall-kapaċitajiet ta' GPS tal-apparat, listi ta' kuntatt, u informazzjoni oħra diġà maħżuna fl-apparat, l-informazzjoni relatata ma' tagħmir tali tirrikjedi protezzjoni tal-privatezza mtejba. Barra minn hekk, l-hekk imsejjaħ spyware, web bugs, identifikaturi moħbija, cookies ta' traċċar u għodda ta' traċċar mhux mixtieqa simili oħra jistgħu jidħlu fit-tagħmir terminali tal-utent aħħar mingħajr ma jkunu jafu sabiex jiksbu aċċess għal informazzjoni, biex jaħżnu informazzjoni moħbija u biex jitraċċaw l-attivitajiet. Informazzjoni relatata mal-apparat tal-utent aħħari tista' tinġabar ukoll mill-bogħod għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ittraċċar, bl-użu ta' tekniki bħall-hekk imsejħa "magna għat-teħid tal-marki tas-swaba'", ta' spiss mingħajr ma jkun jaf l-utent aħħari, u tista' tkun ta' intrużjoni serja fil-privatezza ta' dawn l-utenti aħħarin. Tekniki li jissorveljaw bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utenti aħħarin, pereżempju bl-ittraċċar tal-attivitajiet tagħhom onlajn jew tal-post tat-tagħmir terminali tagħhom, jew jaqilbu l-ħidma tat-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin huma ta' theddida serja għall-privatezza tal-utenti aħħarin. Għaldaqstant, kwalunkwe interferenza tali mat-tagħmir terminali tal-utent aħħari għandha titħalla biss bil-kunsens tal-utent aħħari u għal finijiet speċifiċi u trasparenti.

(20)  Tagħmir terminali ta' utenti ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-użu ta' tagħmir terminali tali, kemm jekk maħżuna f'tali tagħmir jew emessa minnu, mitluba minn jew ipproċessata sabiex ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u jew tagħmir tan-netwerk, huma parti mill-isfera privata tal-utenti li jirrikjedu protezzjoni taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Peress li tali tagħmir fih jew jipproċessa data sensittiva ħafna li tista' tiżvela dettalji tal-imġiba, il-karatteristiċi psikoloġiċi, il-kundizzjoni emottiva u l-preferenzi politiċi u soċjali ta' individwu, inkluż il-kontenut ta' komunikazzjonijiet, ritratti, il-post tal-individwi billi jkun hemm aċċess għall-kapaċitajiet ta' GPS tal-apparat, listi ta' kuntatt, u informazzjoni oħra diġà maħżuna fl-apparat, l-informazzjoni relatata ma' tagħmir tali tirrikjedi protezzjoni tal-privatezza mtejba. Informazzjoni relatata mal-apparat tal-utent tista' tinġabar ukoll mill-bogħod għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ittraċċar, bl-użu ta' tekniki bħall-hekk imsejħa "magna għat-teħid tal-marki tas-swaba'", ta' spiss mingħajr ma jkun jaf l-utent aħħari, u tista' tkun ta' intrużjoni serja fil-privatezza ta' dawn l-utenti. Barra minn hekk, l-hekk imsejħa spyware, web bugs, identifikaturi moħbija u għodda ta' traċċar simili oħra jistgħu jidħlu fit-tagħmir terminali tal-utent mingħajr ma hu jkun jaf sabiex jiksbu aċċess għall-informazzjoni jew biex jaħżnu informazzjoni moħbija, biex jipproċessaw id-data u jużaw il-funzjonalitajiet ta' input u ta' output bħalma huma s-sensuri, u biex jitraċċaw l-attivitajiet. Tekniki li jissorveljaw bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utenti, pereżempju bl-ittraċċar tal-attivitajiet tagħhom onlajn jew tal-post tat-tagħmir terminali tagħhom, jew jaqilbu l-ħidma tat-tagħmir terminali tal-utenti huma ta' theddida serja għall-privatezza tal-utenti. Għaldaqstant, kwalunkwe interferenza tali mat-tagħmir terminali tal-utent għandha titħalla biss bil-kunsens tal-utent u għal finijiet speċifiċi u trasparenti. L-utenti jenħtieġ li jirċievu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar intiż b'lingwa ċara u li tinftiehem faċilment. Tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta b'mod separat mit-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizz.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta' servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent aħħari. Dan jista' jinkludi l-ħżin ta' cookies għat-tul ta' sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Il-cookies jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web. Fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkunu involuti f'ikkontrollar tal-konfigurazzjoni biex jipprovdu s-servizz f'konformità mas-settings tal-utent aħħari u s-sempliċi lloggjar tal-fatt li l-apparat tal-utent aħħari ma jistax jirċievi kontenut mitlub mill-utent aħħari ma għandhomx jikkostitwixxu aċċess għal apparat tali jew l-użu tal-kapaċitajiet ta' pproċessar tal-apparat.

(21)  Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta' servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent. Dan jista' jinkludi l-ħżin ta' informazzjoni (bħal cookies u identifikaturi oħra) għat-tul ta' sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Tali tekniki, jekk jiġu implimentati b'salvagwardji tal-privatezza xierqa, jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web. Tali kejl jimplika li r-riżultat tal-ipproċessar mhuwiex data personali, iżda data aggregata, u li dan ir-riżultat jew id-data personali ma jintużawx f'appoġġ ta' miżuri jew deċiżjonijiet dwar kwalunkwe persuna fiżika partikolari. Fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni jistgħu jkunu involuti f'ikkontrollar tal-konfigurazzjoni biex jipprovdu s-servizz f'konformità mas-settings tal-utent u s-sempliċi lloggjar li jiżvela l-fatt li l-apparat tal-utent ma jistax jirċievi kontenut mitlub mill-utent, jenħtieġ li ma jikkostitwixxix aċċess għal tali apparat, jew l-użu tal-kapaċitajiet ta' pproċessar tal-apparat, li għalih huwa meħtieġ il-kunsens.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista' jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta' settings adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta' applikazzjoni ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta' applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B'mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web jistgħu jintużaw bħala gwardjani, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter).

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari jenħtieġ li jkunu kemm jista' jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevjeni l-użu tal-hekk imsejħa "cookie walls" u "cookie banners" li ma jgħinux lill-utenti jżommu kontroll fuq l-informazzjoni personali u l-privatezza tagħhom jew jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bi speċifikazzjonijiet tekniċi, pereżempju bl-użu ta' settings adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. Dawk is-settings jenħtieġ li jinkludu għażliet li jikkonċernaw il-ħżin ta' informazzjoni dwar it-tagħmir terminali tal-utent kif ukoll sinjal mibgħut mill-brawżer jew applikazzjoni oħra li tindika l-preferenzi tal-utent lil partijiet oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra jenħtieġ li jkunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta' applikazzjoni ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta' applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B'mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web, jew l-applikazzjonijiet jew is-sistemi operatorji mobbli jistgħu jintużaw bħala l-eżekutur tal-għażliet tal-utent, u b'hekk jgħinu lill-utenti biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha". Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw is-softwer b'tali mod li joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali; din ta' spiss tiġi ppreżentata bħala “irrifjuta cookies ta' parti terza”. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, "taċċetta qatt cookies") sa aktar baxxi (pereżempju, "dejjem aċċetta cookies") u intermedji (pereżempju, "irrifjuta cookies ta' parti terza" jew "aċċetta biss cookies talewwel parti"). Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b'mod faċilment viżibbli u intelliġibbli.

(23)  Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku huma kkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha". Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermettu l-komunikazzjoni elettronika (bħal brawżers, sistemi operattivi u apps ta' komunikazzjoni) irrispettivament minn jekk is-softwer jinkisibx b'mod separat jew raggruppat ma' hardwer, għandhom jikkonfiguraw is-softwer b'tali mod li l-privatezza tkun protetta, u li t-traċċar fuq diversi oqsma u l-ħżin ta' informazzjoni fuq it-tagħmir terminali minn partijiet terzi jkun ipprojbit b'mod awtomatiku. Barra minn hekk, il-fornituri ta' tali softwer huma obbligati joffru opzjonijiet suffiċjentement dettaljati biex jippermettu kwalunkwe kategorija distinta ta' skopijiet. Dawn il-kategoriji distinti jinkludu, mill-inqas, il-kategoriji segwenti: (i) it-traċċar għal skopijiet kummerċjali jew għal kummerċjalizzazzjoni diretta għal skopijiet mhux kummerċjali (reklamar relatat mal-imġiba); (ii) it-traċċar ta' kontentut personalizzat; (iii) it-traċċar għal skopijiet analitiċi; (iv) it-traċċar ta' data dwar il-post; (v) il-forniment ta' data personali lil partijiet terzi (inkluż il-forniment ta' identifikaturi uniċi biex titqabbel ma' data personali miżmuma minn partijiet terzi). Ma jenħtieġx kunsens għal informazzjoni li tinġabar minn tagħmir terminali tal-utenti meta jkun strettament meħtieġ biex jiġi pprovdut servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent finali, pereżempju sabiex id-daqs tal-iskrin jiġi adattat għall-apparat, jew biex wieħed jiftakar fl-oġġetti fil-basket tax-xiri. Brawżers tal-web, sistemi operattivi u apps ta' komunikazzjoni għandhom jippermettu lill-utent finali jagħti l-kunsens tiegħu għall-cookies jew informazzjoni oħra maħżuna fuq it-tagħmir terminali, jew li tinqara minnu (inkluż il-brawżer fuq dak it-tagħmir) minn sit web speċifiku jew oriġinatur anki meta s-settings ġenerali jipprevjenu l-interferenza u viċi versa. Fir-rigward ta' parti speċifika, brawżers tal-web u apps ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jippermettu wkoll lill-utenti jesprimu l-kunsens tagħhom separatament dwar traċċar mal-internet kollu. Is-settings tal-privatezza jenħtieġ li jinkludu wkoll għażliet li jippermettu lill-utent jiddeċiedi pereżempju, jekk jistgħux jiġu eżegwiti multimedia players, programming language viewers interattivi jew softwer simili, jekk sit web jistax jiġbor data ta' ġeolokalizzazzjoni mingħand l-utent, jew jekk jistax jaċċessa ħardwer speċifiku bħal webcam jew mikrofonu. Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b'mod faċilment viżibbli u intelliġibbli, u fil-mument ta' installazzjoni jew l-ewwel użu, l-utenti jenħtieġ li jiġu infurmati dwar il-possibilità li jibdlu s-settings awtomatiċi tal-privatezza fost l-għażliet varji. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin, u jenħtieġ li tinkludi informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji assoċjati mal-fatt li jiġu aċċettati insegwituri fuq diversi oqsma, inkluż il-ġbir ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-ibbrawżjar ta' individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat jew jiġi kondiviż ma' partijiet terzi. Il-produtturi ta' softwer jenħtieġ li jkunu obbligati jipprovdu modi faċli biex l-utenti jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet jew jispeċifika għal liema siti marbuta ma' dawn is-servizzi l-insegwituri u l-cookies huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex brawżers tal-web ikunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju, għall-ħżin ta' cookies ta' traċċar ta' parti terza, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta' tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta' tali cookies fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista' tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu b'mod attiv “aċċetta cookies ta' parti terza” biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom u huma mogħtija l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta' softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta' privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma' li cookies ta' parti terza jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web huma mħeġġa biex jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi “lista bajda” ta' ċerti siti web jew li jispeċifika għal liema siti web cookies ta' parti (terza) huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi.

imħassar

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti finali, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f'prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta' kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(25)  L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparati jrid ikollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f'tali prattiki jenħtieġ li jiksbu l-kunsens tal-utent jew janonimizzaw id-data immedjatament filwaqt li jillimitaw l-għan għal sempliċiment għadd ta' statistika fi żmien u spazju limitat u joffru possibbiltajiet ta' nonparteċipazzjoni effettiva.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3).

(26)  Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Sabiex ikunu salvagwardjati s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizzi, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu tal-kriptaġġ minn tarf għall-ieħor u, fejn meħtieġ, ikun obbligatorju skont il-prinċipji tas-sigurtà u l-privatezza fid-disinn. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponu ebda obbligu fuq il-fornituri ta' kriptaġġ, fuq il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew fuq kwalunkwe organizzazzjoni oħra (fi kwalunkwe livell tal-katina tal-provvista) li jwassal biex idgħajjef is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi tagħhom, bħal pereżempju l-ħolqien jew il-faċilitazzjoni ta' "backdoors".

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju.

(30)  Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika jirrikjedi li l-utenti jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju. Il-kunsens jenħtieġ li jinġabar minn fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt għal servizz bħal dan. Persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità professjonali, bħal professjonisti indipendenti, operaturi ta' intrapriżi żgħar jew freelancers, għandhom jiġu meqjusa ekwivalenti għal persuni ġuridiċi, fir-rigward tad-data tagħhom relatata mal-kapaċità professjonali tagħhom.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji tali, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b'kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija ma għandhomx neċessarjament ikunu l-istess.

(31)  Jekk l-utenti jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'tali direttorji, dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jinfurmaw lill-utenti bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw b'kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija jenħtieġ li ma jkunux neċessarjament l-istess. Il-fornituri jew id-direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-opzjonijiet tat-tfittxija, kif ukoll jekk opzjonijiet u funzjonijiet ġodda tad-direttorji humiex disponibbli f'direttorji pubblikament disponibbli.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  F'dan ir-Regolament, kummerċjalizzazzjoni diretta tirreferi għal kwalunkwe forma ta' reklamar li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika tibgħat komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta direttament lil utent aħħari wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli bl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Minbarra l-offerta ta' prodotti u servizzi għal finijiet kummerċjali, dan għandu jinkludi wkoll messaġġi mibgħuta minn partiti politiċi li jagħmlu kuntatt ma' persuni fiżiċi permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jippromwovu l-partiti tagħhom. L-istess għandu japplika għal messaġġi mibgħuta minn organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ oħra biex jappoġġjaw il-finijiet tal-organizzazzjoni.

(32)  F'dan ir-Regolament, kummerċjalizzazzjoni diretta tirreferi għal kwalunkwe forma ta' reklamar li permezz tagħha persuna fiżika jew ġuridika tibgħat komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta direttament lil utent aħħari wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli bl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, irrispettivament mill-forma li tieħu. Minbarra l-offerta ta' prodotti u servizzi għal finijiet kummerċjali, dan jenħtieġ li jinkludi wkoll messaġġi mibgħuta minn partiti politiċi li jagħmlu kuntatt ma' persuni fiżiċi permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jippromwovu l-partiti tagħhom. L-istess jenħtieġ li japplika għal messaġġi mibgħuta minn organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ oħra biex jappoġġjaw il-finijiet tal-organizzazzjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Għandhom jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta' intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta' intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta' telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta' messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent finali qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti finali sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta' persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta' regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta' kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta' relazzjoni eżistenti ma' klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi simili. It-tali possibbiltà għandha tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

(33)  Jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati jew kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta' intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta' intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta' telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, sistemi semiawtomatizzati, applikazzjonijiet ta' messaġġi instantanji, faks, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta' persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta' regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell għoli ekwivalenti ta' protezzjoni lill-utenti aħħarin kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta' kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta' relazzjoni eżistenti ma' klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi oħra. It-tali possibbiltà jenħtieġ li tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta vuċi għal vuċi li ma jinvolvux l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni, peress li huma aktar għaljin għal min jibgħathom u ma jimponu l-ebda spejjeż finanzjarji fuq l-utenti aħħarin. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jistabbilixxu u jew iżommu sistemi nazzjonali li jippermettu biss telefonati tali lil utenti aħħarin li ma oġġezzjonawx.

(36)  Telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta vuċi għal vuċi li ma jinvolvux l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjonijiet, peress li huma aktar għaljin għal min jibgħathom u ma jimponu l-ebda spejjeż finanzjarji fuq l-utenti aħħarin, jiġġustifikaw il-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu u jew iżommu sistemi nazzjonali li jippermettu biss telefonati tali lil utenti aħħarin li ma oġġezzjonawx.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b'miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta' sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta' servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta' informazzjoni dwar ir-riskji ta' sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(37)  Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika b'tali mod li jipprevjenu pproċessar mhux awtorizzat, inkluż l-aċċess jew l-alterazzjoni. Huma jenħtieġ li jiżguraw li tali aċċess mhux awtorizzat jew alterazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati, u jiżguraw ukoll li d-data ta' komunikazzjoni elettronika tkun protetta bl-użu ta' softwer u teknoloġiji ta' kriptaġġ mill-aktar avvanzati. Il-fornituri ta' servizzi jenħtieġ li jinfurmaw lill-utenti b'miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta' sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta' servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta' informazzjoni dwar ir-riskji ta' sigurtà għall-abbonat jenħtieġ li jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-obbligi tal-Artikolu 40 tal-[Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika] jenħtieġ li japplikaw għas-servizzi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi u l-obbligi tas-sigurtà relatati magħhom.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Biex tkun żgurata konsistenza sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679, l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandu jiġi fdat f'idejn l-istess awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament iserraħ fuq il-mekkaniżmu ta' konsistenza tar-Regolament (UE) 2016/679. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkollhom aktar minn awtorità superviżorja waħda, biex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għal entitajiet ġuridiċi. Kompiti addizzjonali tali ma għandhomx jipperikolaw l-abbiltà tal-awtorità superviżorja li twettaq il-kompiti tagħha fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament. Kull awtorità superviżorja għandha tiġi pprovduta bir-riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali, il-post u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti taħt dan ir-Regolament.

(38)  Biex tkun żgurata konsistenza sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679, l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi fdat f'idejn l-istess awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament iserraħ fuq il-mekkaniżmu ta' konsistenza tar-Regolament (UE) 2016/679. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkollhom aktar minn awtorità superviżorja waħda, biex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għal entitajiet ġuridiċi. Fejn tkun stabbilita aktar minn awtorità superviżorja waħda fi Stat Membru, dawn l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkooperaw ma' xulxin. Dawn jenħtieġ li jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet maħtura biex jinfurzaw il-Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika u ma' awtoritajiet tal-infurzar rilevanti oħra, bħall-awtoritajiet inkarigati bil-protezzjoni tal-konsumatur. Tali kompiti addizzjonali jenħtieġ li ma jipperikolawx l-abbiltà tal-awtorità superviżorja li twettaq il-kompiti tagħha fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament. Kull awtorità superviżorja jenħtieġ li tiġi pprovduta bir-riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali, il-post u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti taħt dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  L-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament spiss jenħtieġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta' żewġ Stati Membri jew aktar, pereżempju fil-ġlieda kontra l-interferenzi fil-kunfidenzjalità tat-tagħmir terminali. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni bla xkiel u rapida f'dawn il-każijiet, il-proċeduri tal-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni u konsistenza stabbiliti skont ir-Regolament 2016/679/UE jenħtieġ li japplikaw għall-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari bil-ħruġ ta' opinjonijiet fil-kuntest tal-mekkaniżmi ta' konsistenza jew billi jadotta deċiżjonijiet vinkolanti fil-kuntest tas-soluzzjoni għat-tilwim kif previst fl-Artikolu 65 tar-Regolament 2016/679/UE, fir-rigward tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Kull awtorità superviżorja għandha tkun kompetenti fit-territorju tal-Istat Membru proprju tagħha biex teżerċita s-setgħat u biex twettaq il-kompiti stabbliti f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-infurzar konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom l-istess kompiti u setgħat effettivi f'kull Stat Membru, mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni taħt il-liġi tal-Istat Membru, biex iressqu ksur ta' dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u biex jibdew proċedimenti legali. L-Istati Membri u l-aworitajiet superviżorji tagħhom huma mħeġġa jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(39)  Kull awtorità superviżorja jenħtieġ li tkun kompetenti fit-territorju tal-Istat Membru proprju tagħha biex teżerċita s-setgħat u biex twettaq il-kompiti, inkluża l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet vinkolanti, stabbliti f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-infurzar konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkollhom l-istess kompiti u setgħat effettivi f'kull Stat Membru, inklużi s-setgħat ta' investigazzjoni, setgħat korrettivi u sanzjonijiet, u setgħat ta' awtorizzazzjoni u konsulenza, mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni taħt il-liġi tal-Istat Membru, biex iressqu ksur ta' dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u biex jibdew proċedimenti legali. L-Istati Membri u l-aworitajiet superviżorji tagħhom huma mħeġġa jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex jissupplimentaw dan ir-Regolament. B'mod partikolari, atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluż permezz ta' ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali faċilment viżibbli u intelliġibbli tal-ġabra ta' informazzjoni maħruġa b'tagħmir terminali, il-finijiet tagħha, il-persuna responsabbli minnha u ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminimizza l-ġabra. Atti delegati huma wkoll neċessarji biex jiġi speċifikat kodiċi biex jiġu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta inklużi dawk magħmula permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta'April 201625. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(41)  Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi fil-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom u l-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u biex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex jissupplimentaw dan ir-Regolament. B'mod partikolari, atti delegati jenħtieġ li jiġu adottati fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluż permezz ta' ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali faċilment viżibbli u intelliġibbli tal-ġabra ta' informazzjoni maħruġa b'tagħmir terminali, il-finijiet tagħha, il-persuna responsabbli minnha u ta' kwalunkwe miżura li l-utent tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminimizza l-ġabra. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201625. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Pereżempju, huma neċessarji miżuri ta' implimentazzjoni biex jiġi speċifikat kodiċi biex jiġu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta inklużi dawk magħmula permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni. Huma wkoll neċessarji biex jistabbilixxu l-proċeduri u ċ-ċirkostanzi biex jieħdu preċedenza fuq l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata fuq bażi temporanja fejn l-utenti jitolbu l-ittraċċar ta' telefonati malizzjużi jew disturbanti. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

__________________

__________________

25 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14).

25 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14).

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettqa b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin.

1.  Dan ir-Regolament japplika:

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)  għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettaq b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, irrispettivament minn jekk huwiex meħtieġ pagament.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)  għall-ipproċessar ta' informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin jew ipproċessata minnhom;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c)  għat-tqegħid fis-suq ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inklużi l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d)  għall-forniment ta' direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti ta' komunikazzjoni elettronika;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e)  għall-komunikazzjoni elettronika ta' kummerċjalizzazzjoni diretta li tintbagħat lill-utenti aħħarin.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika lil utenti aħħarin fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament tal-utent aħħari;

(a)  l-offerta ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, softwer, direttorji pubblikament disponibbli, jew komunikazzjoni elettronika ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament tal-utent aħħari;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-użu ta' servizzi tali;

(b)  l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 li huma pprovduti mit-territorju tal-Unjoni;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-protezzjoni ta' informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin li jkunu jinsabu fl-Unjoni.

(c)  l-ipproċċessar ta' informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin fl-Unjoni jew ipproċessata minnu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.

2.  Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta' softwer li jippermetti l-komunikazzjoni elettronika, jew il-persuna li tipproċessa l-informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali tal-utenti jew l-utenti aħħarin jew ipproċessata minnu, il-fornitur ta' direttorji pubblikament disponibbli jew il-persuna li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tibgħat komunikazzjonijiet kummerċjali ta' kummerċjalizzazzjoni diretta ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, huma għandhom jaħtru bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-rappreżentant għandu jkollu s-setgħa li jwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

4.  Ir-rappreżentant għandu jkollu s-setgħa li jwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, lill-qrati u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-ħatra ta' rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta' komunikazzjoni elettronika b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni lil utenti aħħarin fl-Unjoni.

5.  Il-ħatra ta' rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 minn barra l-Unjoni.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Id-definizzjonijiet ta' “netwerk ta' komunikazzjoni elettronika”, “servizz ta' komunikazzjoni elettronika”, “servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali”, “servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażat fuq numru”, “servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti minn numru”, “utent aħħari” u “telefonata” fil-punti (1), (4), (5), (6), (7), (14) u (21) rispettivament tal-Artikolu 2 tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika];

(b)  id-definizzjoni ta' "telefonata" fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika];

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, id-definizzjoni ta' “servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali” għandha tinkludi servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċiment bħala karatteristika anċillari minuri li hija intrinsikament marbuta ma' servizz ieħor.

imħassar

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  "netwerk ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser sistema ta' trażmissjoni, kemm jekk ibbażata fuq infrastruttura permanenti jew kapaċità amministrattiva ċentralizzata jew le, u, fejn applikabbli, tagħmir ta' qlib jew routing u riżorsi oħra, inklużi elementi tan-netwerk li mhumiex attivi, li jippermettu li jintbagħtu sinjali bil-wajer, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi oħra, inklużi netwerks satellitari, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi ta' kejbil tal-elettriku, sakemm jintużaw għall-iskop ta' sinjali ta' trażmissjoni, netwerks użati għax-xandir bir-radju u t-televiżjoni, u netwerks tat-televiżjoni bil-cable, irrispettivament mit-tip ta' informazzjoni mwassla;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  "servizz ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser servizz ipprovdut permezz ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, kemm jekk b'rimunerazzjoni jew le, li jinkludi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: is-"servizz ta' aċċess għall-internet" kif definit fl-Artikolu 2(2) jew fir-Regolament (UE) 2015/2120; servizz ta' komunikazzjoni interpersonali; servizz li jikkonsisti totalment jew prinċipalment fit-twassil tas-sinjali, bħal servizz ta' trażmissjoni użat għall-forniment ta' servizz minn magna għal magna u għax-xandir, imma jeskludi l-informazzjoni mwassla bħala parti minn servizz tax-xandir lill-pubbliku permezz ta' netwerk jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika ħlief sal-punt li l-informazzjoni tkun tista' tiġi relatata mal-utent aħħari identifikabbli li qed jirċievi l-informazzjoni; jinkludi wkoll is-servizzi li mhumiex disponibbli pubblikament, iżda jipprovdu aċċess għal netwerk ta' komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab)  "servizz ta' komunikazzjoni interpersonali" tfisser servizz, kemm jekk ipprovdut b'rimunerazzjoni jew le, li jippermetti l-iskambju interpersonali u interattiv dirett ta' informazzjoni bejn għadd definit ta' persuni, fejn il-persuni li jibdew jew li qed jieħdu sehem fil-komunikazzjoni jiddeterminaw min jirċeviha;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ac)  "servizz ta' komunikazzjoni interpersonali bbażat fuq in-numri" tfisser servizz ta' komunikazzjoni interpersonali li jaqbad man-netwerk telefoniku pubbliku kommutat, permezz ta' riżorsi tan-numerazzjoni assenjata, jiġifieri ta' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jew billi jippermetti komunikazzjoni ma' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -ad (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ad)  "servizz ta' komunikazzjoni interpersonali u indipendenti min-numri" tfisser servizz ta' komunikazzjoni interpersonali li ma jaqbadx ma' netwerk kummutat tat-telefown pubbliku (PSTN), permezz ta' riżorsi tan-numerazzjoni assenjata, jiġifieri ta' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jew billi jippermetti komunikazzjoni ma' numru jew numri fil-pjanijiet tan-numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -ae (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ae)  "utent aħħari" tfisser entità legali jew persuna fiżika li tuża jew titlob servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt -af (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-af)  "utent" tfisser kull persuna fiżika li tuża servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, għal skopijiet privati jew ta' negozju, mingħajr ma tkun neċessarjament abbonata għal dan is-servizz;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "kontenut ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser il-kontenut skambjat permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal test, vuċi, vidjows, immaġni, u ħoss;

(b)  "kontenut ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser il-kontenut trażmess, distribwit jew skambjat permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal test, vuċi, vidjows, immaġni, u ħoss. Meta l-metadata ta' servizzi jew protokolli ta' komunikazzjoni elettronika oħrajn tiġi trażmessa, iddistribwita jew skambjata permezz tal-użu tas-servizzi rispettivi, għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għas-servizz rispettiv;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "metadata ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser data pproċessata f'netwerk ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data użata biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, data dwar il-post tal-apparat iġġenerata fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni;

(c)  "metadata ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser data pproċessata f'netwerk ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data użata biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, data dwar il-post tat-tagħmir terminali fil-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta' reklamar, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni b'interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.;

(f)  "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta' reklamar, kemm jekk f'format bil-miktub, orali jew bil-vidjo, mibgħut, innotifikat jew muri lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni b'interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, magni tal-faks, eċċ.;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser telefonati live, li ma jinkludux l-użu ta' sistemi ta' telefonati awtomatizzati u sistemi ta' komunikazzjoni;

(g)  "telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser telefonati live, li ma jinkludux l-użu ta' sistemi ta' telefonati awtomatizzati u sistemi ta' komunikazzjoni, inklużi telefonati magħmula bl-użu ta' sistemi ta' telefonati u komunikazzjoni li jikkonnettjaw il-persuna li saritilha t-telefonata ma' individwu;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  "sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni" tfisser sistemi li kapaċi awtomatikament jibdew telefonati lil riċevitur wieħed jew aktar skont l-istruzzjonijiet stabbiliti għal dik is-sistema, u li jittrażmettu ħsejjes li mhumiex taħdit live, inklużi telefonati magħmula bl-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni li jqabbdu lill-persuna li saritilha t-telefonata ma' individwu.

(h)  "sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni" tfisser sistemi li kapaċi awtomatikament jibdew telefonati lil riċevitur wieħed jew aktar skont l-istruzzjonijiet stabbiliti għal dik is-sistema, u li jittrażmettu ħsejjes li mhumiex taħdit live.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROTEZZJONI TA' KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA' INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FIT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM

PROTEZZJONI TA' KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA' PERSUNI FIŻIĊI U TA' INFORMAZZJONI PPROĊESSATA MINN U RELATATA MAT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kunfidenzjalità ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

Il-komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza, ma' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni, sorveljanza jew kwalunkwe pproċessar ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.  Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika għandha tapplika wkoll għal data relatata ma' tagħmir terminali jew ipproċessata minnu.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Proċessar legali ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

1.  Il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk ikun meħtieġ sabiex titwettaq it-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien meħtieġ għal dik ir-raġuni.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 b.  Il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew partijiet oħra li jaġixxu f'isem il-fornitur jew l-utent aħħari jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika biss jekk dan ikun teknikament neċessarju biex jinżammu jew jerġgħu jiġu stabbiliti d-disponibbiltà, l-integrità, il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika rispettivi, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

2.  Il-fornituri ta' servizzi u netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika biss jekk:

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun strettament neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien teknikament neċessarju għal dak il-għan; or

__________________

__________________

28 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

28 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, kalkolu ta' pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew

(b)  dan huwa strettament neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, stabbiliment ta' pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' użu frodulenti ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew abbonament għalilhom; or

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima.

(c)  l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil tali utenti, dment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) mingħajr l-ipproċessar ta' tali metadata.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u meta jitqiesu n-natura, il-kamp ta' applikazzjoni, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar, aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta' dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' kontenut tali; or

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku mitlub mill-utent, jekk l-utent kkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta' dak is-servizz ma jkunx jista' jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' tali kontenut mill-fornitur; or

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

(b)  jekk l-utenti kkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika jista' jipproċessa d-data tal-komunikazzjoni elettronika biss għall-forniment tas-servizz mitlub b'mod espliċitu, għall-użu purament individwali, biss għat-tul ta' żmien meħtieġ għal dak l-iskop u mingħajr il-kunsens tal-utenti kollha, biss meta tali proċessar mitlub ma jaffettwax b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali u l-interessi tal-utent jew utenti oħra.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(1b) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-provvista ta' tali servizz, kif mitlub mill-utent. Tali data tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor tali data. L-utent jista' jipproċessa d-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni.

2.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(1b) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-provvista ta' tali servizz, kif mitlub mill-utent.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn l-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata rilevanti tista' tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista' jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista' jibqa' jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali.

3.  Fejn l-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata strettament neċessarja tista' tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista' jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista' jibqa' jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Protezzjoni ta' informazzjoni maħżuna fi u relatata ma' tagħmir terminali ta' utenti aħħarin

Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa lit-tagħmir terminali tal-utenti, maħżuna fih u relatata miegħu, ipproċessata jew miġbura minnu

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

1.  L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew

(a)  dan ikun strettament neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(b)  l-utent ikun ta l-kunsens speċifiku tiegħu jew tagħha minn qabel; jew

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari; jew

(c)  dan ikun strettament neċessarju mil-lat tekniku għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni speċifikament mitlub mill-utent; jew

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari.

(d)  jekk dan ikun teknikament neċessarju għall-kejl tal-firxa ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent, dment li tali kejl isir mill-fornitur, jew f'isem il-fornitur, jew minn aġenzija tal-analitika tal-web indipendenti li taġixxi fl-interess pubbliku inkluż għal skop xjentifiku; li d-data tkun aggregata u li l-utent jingħata l-possibbiltà li joġġezzjona; u dment ukoll li l-ebda data personali ma tkun ġiet magħmula aċċessibbli għal kwalunkwe parti oħra u li tali kejl ma jaffettwax b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali tal-utent; Meta l-kejl tal-udjenza jsir f'isem fornitur ta' servizz tas-soċjeta tal-informazzjoni, id-data miġbura għandha tiġi pproċessata biss għal dak il-fornitur u għandha tinżamm separata mid-data miġbura waqt il-kejl tal-udjenza f'isem fornituri oħrajn; jew

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  dan ikun neċessarju biex jiżgura s-sigurtà, il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tat-tagħmir terminali tal-utent aħħari, permezz ta' aġġornamenti, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak l-iskop, sakemm:

 

(i)   dan ma jibdel bl-ebda mod il-funzjonalità tal-ħardwer jew tas-softwer jew tas-settings tal-privatezza magħżula mill-utent;

 

(ii)   l-utent jiġi infurmat minn qabel kull darba li jkun qed jiġi installat aġġornament; u

 

(iii)   l-utent ikollu l-possibbiltà li jipposponi jew jitfi l-installazzjoni awtomatika ta' tali aġġornament;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  fil-kuntest ta' relazzjonijiet tax-xogħol, huwa strettament neċessarju mil-lat tekniku għat-twettiq ta' xogħol ta' impjegat, fejn:

 

(i) min iħaddem jipprovdi u/jew huwa l-utent tat-tagħmir terminali;

 

(ii) l-impjegat huwa l-utent tat-tagħmir terminali; u

 

(iii) mhux użat aktar għall-monitoraġġ tal-impjegat.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-ebda utent m'għandu jiġi mċaħħad mill-aċċess għal kwalunkwe servizz jew funzjonalità tas-soċjetà tal-informazzjoni, irrispettivament minn jekk dan is-servizz jingħatax b'rimunerazzjoni jew le, għal raġunijiet li huwa jew hija ma jkunx ta l-kunsens tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 8(1)(b) għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali u/jew l-użu tal-kapaċitajiet tal-ħżin tat-tagħmir terminali tiegħu jew tagħha li mhux meħtieġ għall-forniment ta' dak is-servizz jew funzjonalità.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u, jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk:

2.  L-ipproċessar ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u, jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk:

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta' konnessjoni; jew

(a)  dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini uniku tal-istabbiliment ta' konnessjoni mitluba mill-utent; jew

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-utent ikun ġie infurmat u jkun ta l-kunsens; or

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  ir-riskji jkunu mitigati.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġi muri avviż ċar u prominenti li jipprovdi informazzjoni dwar, mill-inqas, il-modalitajiet tal-ġbir, l-għanijiet tiegħu, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir.

imħassar

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġbir ta' informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati.

imħassar

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-finijiet tal-punti (d) tal-paragrafu 1 u (ab) tal-paragrafu 2, il-kontrolli li ġejjin għandhom jiġu implimentati biex jiġu mitigati r-riskji:

 

(a)   l-għan tal-ġbir tad-data mit-tagħmir terminali għandu jkun ristrett għal għadd statistiku biss; u

 

(b)   l-ipproċessar għandu jkun limitat bħala żmien u bħala spazju sal-punt strettament meħtieġ għal dan il-għan; and

 

(c)   id-data għandha titħassar jew tiġi anonimizzata immedjatament wara li jiġi ssodisfat l-għan; and

 

(d)   l-untenti għandhom jingħataw possibbiltajiet effettivi biex joġġezzjonaw li ma jaffettwawx il-funzjonalità tat-tagħmir terminali.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-informazzjoni msemmija fil-punti (aa) u (ab) tal-paragrafu 2 għandha titwassal b'avviż ċar u prominenti li jistabbilixxi, tal-inqas, id-dettalji dwar kif l-informazzjoni se tinġabar, l-għan tal-ipproċessar, il-persuna responsabbli għaliha u informazzjoni oħra meħtieġa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn tinġabar id-data personali. Il-ġbir ta' tali informazzjoni għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 tista' tiġi pprovduta flimkien ma' ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b'mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b'mod ċar.

3.  L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 2b tista' tiġi pprovduta flimkien ma' ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b'mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b'mod ċar.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-definizzjoni ta' u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw.

1.  Id-definizzjoni ta' u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti fir-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta' applikazzjoni ta' softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet.

2.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress jew irtirat bl-użu tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jippermettu kunsens speċifiku għal finijiet speċifiċi u fir-rigward ta' fornituri speċifiċi tas-servizzi magħżula mill-utent f'kull każ, skont il-paragrafu 1. Meta tali speċifikazzjonijiet tekniċi jintużaw mit-tagħmir terminali tal-utent jew mis-softwer li jopera fih, huma jistgħu jissenjalaw il-preferenzi tal-utent abbażi ta' selezzjonijiet attivi preċedenti tiegħu. Dawn is-sinjali għandhom ikunu vinkolanti fuq kwalunkwe parti oħra, u infurzabbli kontriha.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f'intervalli perjodiċi ta' 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla.

3.  L-utenti li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) u l-punt (aa) tal-Artikolu 8(2) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f'intervalli perjodiċi ta' 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Kwalunkwe pproċessar ibbażat fuq il-kunsens ma jridx jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi li d-data personali tagħhom hija marbuta mal-komunikazzjoni jew trażmessa permezz tagħha, b'mod partikolari d-drittijiet tagħhom għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.

1.   Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu:

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)  b'mod awtomatiku, jkollu settings protettivi tal-privatezza attivati biex jipprevjenu partijiet oħra milli jittrażmettu lil jew jaħżnu informazzjoni fit-tagħmir terminali ta' utent u milli jipproċessaw l-informazzjoni maħżuna diġà f'dak it-tagħmir, għajr għall-finijiet stabbiliti mill-Artikolu 8(1)(a) u (c);

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)  mal-installazzjoni, jinforma u joffri lill-utent il-possibbiltà li jibdel jew jikkonferma l-għażliet tas-settings tal-privatezza definiti fil-punt (a) billi jitlob il-kunsens tal-utent għal setting u joffri l-opzjoni li jipprevjeni partijiet oħra milli jipproċessaw informazzjoni trażmessa lit-tagħmir terminali, maħżuna diġà fih jew miġbura minnu għall-finijiet stabbiliti permezz tal-Artikolu 8(1) punti (a), (c), (d) u (da);

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c)  joffri lill-utent il-possibbiltà li jesprimi kunsens speċifiku permezz tas-settings wara l-installazzjoni tas-softwer.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Qabel l-ewwel użu tas-softwer, is-softwer għandu jinforma lill-utent dwar is-settings tal-privatezza u l-opzjonijiet ta' settings granulari disponibbli skont is-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni aċċessat. Dawn is-settings għandhom ikunu aċċessibbli faċilment waqt l-użu tas-softwer u ppreżentati b'mod li jagħti lill-utent il-possibbiltà ta' deċiżjoni infurmata.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-fini ta':

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1,

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) l-għoti jew l-irtirar ta' kunsens skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament, u

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) l-oġġezzjonar għall-ipproċessar ta' data personali skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2017/679,

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

is-settings għandhom iwasslu għal sinjal ibbażat fuq speċifikazzjonijiet tekniċi li jintbagħat lill-partijiet l-oħra biex jinfurmahom dwar l-intenzjonijiet tal-utent f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsens jew oġġezzjoni. Dan is-sinjal għandu jkun legalment vinkolanti fuq kwalunkwe parti oħra, u infurzabbli kontriha.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Skont l-Artikolu 9(2), tali softwer għandu jiżgura li servizz speċifiku tas-soċjetà tal-informazzjoni jkun jista' jħalli lill-utent jesprimi kunsens speċifiku. Kunsens speċifiku mogħti mill-utent skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) għandu jkun prevalenti fuq is-settings tal-privatezza eżistenti għal dak is-servizz partikolari tas-soċjetà tal-informazzjoni. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, meta teknoloġija speċifika tkun ġiet awtorizzata mill-bord għall-protezzjoni tad-data għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress jew irtirat fi kwalunkwe mument kemm mit-tagħmir terminali u permezz tal-użu tal-proċeduri pprovduti mis-servizz speċifiku tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza u, biex ikompli bl-installazzjoni, għandu jirrikjedi l-kunsens tal-utent aħħari għal setting.

imħassar

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2018.

3.  Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fi [xx.xx.xxxx], ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1, 1a u 1b għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara [id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Restrizzjonijiet

 

1.  Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali.

 

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal data ta' komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta' miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti, fuq talba, b'informazzjoni dwar dawk il-proċeduri, in-numru ta' talbiet li jkunu waslu, il-ġustifikazzjoni legali invokata u t-tweġibiet tagħhom.

 

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-utent

 

1. Id-dritt tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għalih il-fornitur huwa soġġett jista' jirrestrinġi permezz ta' miżura leġiżlattiva l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u l-prinċipji relatati mal-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika prevista fl-Artikoli 6, 7 u 8 ta' dan ir-Regolament safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u l-obbligi previsti fir-Regolament (UE) 2016/679, meta tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġi ssalvagwardjat wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

2. B'mod partikolari, kwalunkwe miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Restrizzjonijiet fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet

 

1.   Id-dritt tal-Unjoni jew tal-Istat Membru jista' jirrestrinġi permezz ta' miżura leġiżlattiva l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet previsti fl-Artikolu 5 fejn tali restrizzjoni tirrispetta bis-sħiħ l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġi ssalvagwardjat wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali li ġejjin:

 

(a)   is-sigurtà nazzjonali;

 

(b)   id-difiża;

 

(c)   is-sigurtà pubblika;

 

(d)  il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali serji, l-użu mhuz awtorizzat ta' sistemi ta' komunikazzjoni elettronika jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardjar kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom.

 

2.  B'mod partikolari, kwalunkwe miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11c

 

Id-dokumentazzjoni u r-rappurtar ta' restrizzjonijiet

 

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom iżommu d-dokumentazzjoni dwar it-talbiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti biex jaċċessaw kontenut jew metadata skont l-Artikolu 11b(2). Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi għal kull talba:

 

(a) il-membru tal-persunal intern li jkun ittratta t-talba;

 

(b) l-identità tal-korp li jkun għamel it-talba;

 

(c) il-fini li għaliha intalbet l-informazzjoni;

 

(d) id-data u l-ħin tat-talba;

 

(e) il-bażi ġuridika u l-awtorità għat-talba, inkluża l-identità u l-istatus jew il-funzjoni tal-uffiċjal li jissottometti t-talba;

 

(f) l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja tat-talba;

 

(g) l-għadd ta' utenti li ntalbet id-data tagħhom;

 

(h) id-data pprovduta lill-awtorità li tagħmel it-talba; u

 

(i) il-perjodu koperti mid-data;

 

Id-dokumentazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli lill-awtorità ta' superviżjoni kompetenti meta din titlobha.

 

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jippubblikaw, darba fis-sena, rapport b'informazzjoni statistika dwar it-talbiet ta' aċċess għal data magħmula mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi skont l-Artikoli 11a u 11b. Tal-inqas ir-rapport għandu jinkludi:

 

(a) l-għadd ta' talbiet;

 

(b) il-kategoriji ta' finijiet għat-talba;

 

(c) il-kategoriji ta' data mitluba;

 

(d) il-bażi ġuridika u l-awtorità għat-talba;

 

(e) l-għadd ta' utenti li ntalbet id-data tagħhom;

 

(f) il-perjodu kopert mid-data;

 

(g) in-numru ta' risponsi negattivi u pożittivi għal dawk it-talbiet.

 

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw, darba fis-sena, rapport b'informazzjoni statistika kull xahar dwar talbiet ta' aċċess għal data skont l-Artikoli 11a u 11b, inklużi talbiet li ma kinux awtorizzati minn imħallef, li tinkludi l-punti li ġejjin iżda mhux limitata għalihom:

 

(a) l-għadd ta' talbiet;

 

(b) il-kategoriji ta' finijiet għat-talba;

 

(c) il-kategoriji ta' data mitluba;

 

(d) il-bażi ġuridika u l-awtorità għat-talba;

 

(e) l-għadd ta' utenti li ntalbet id-data tagħhom;

 

(f) il-perjodu kopert mid-data;

 

(g) in-numru ta' risponsi negattivi u pożittivi għal dawk it-talbiet.

 

Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll informazzjoni statistika għal kull xahar dwar kwalunkwe restrizzjoni oħra skont l-Artikoli 11a u 11b.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata u ċ-ċaħda jew in-nuqqas ta' kunsens ta' utent aħħari għall-ipproċessar ta' metadata, fuq bażi ta' kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi punti ta' rispons ta' sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali.

1.  Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata u ċ-ċaħda jew in-nuqqas ta' kunsens ta' utent għall-ipproċessar ta' metadata, fuq bażi ta' kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi punti ta' rispons ta' sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi fir-rigward tal-istabbiliment ta' proċeduri u ċ-ċirkostanzi fejn il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata fuq bażi temporanja, fejn l-utenti aħħarin jitolbu l-ittraċċar ta' telefonati malizzjużi jew disturbanti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta miżuri ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 26(1) fir-rigward tal-istabbiliment ta' proċeduri u ċ-ċirkostanzi fejn il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata fuq bażi temporanja, fejn l-utenti jitolbu l-ittraċċar ta' telefonati malizzjużi jew disturbanti.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jużaw l-aqwa miżuri biex jillimitaw it-telefonati mhux mixtieqa li jirċievu l-utenti aħħarin u għandhom ukoll jipprovdu lill-utent aħħari li saritlu t-telefonata l-possibbiltajiet li ġejjin, mingħajr ħlas:

Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utent aħħari li saritlu t-telefonata l-possibbiltajiet li ġejjin, mingħajr ħlas:

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew minn sorsi anonimi;

(a)  li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi, jew numri li jkollhom kodiċi jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(b), jew minn sorsi anonimi;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jwaqqaf it-trasferiment awtomatiku ta' telefonati minn parti terza għat-tagħmir terminali tal-utent aħħari.

(b)  li jwaqqaf it-trasferiment awtomatiku ta' telefonati minn parti terza għat-tagħmir terminali tal-utent.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju u, b'konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti aħħarin għall-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikoli 12 sa 22 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju disponibbli pubblikament u, b'konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti għall-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju. Il-fornituri ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jagħtu lill-utenti l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu, jappornaw, jikkompletaw u jħassru tali data. Meta l-fornituri ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti, huma għandhom jagħmlu d-data tal-utenti disponibbli għall-fornituri ta' servizzi ta' direttorju pubbliku b'mod immedjat, mhux diskriminatorju u ġust.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta' tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom.

2.  Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jipprovdu lill-utenti bl-opzjoni li jidiżattivaw tali funzjonijiet ta' tfttxija relatati mad-data proprja tagħhom.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jagħtu lil tali utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità professjonali, bħal professjonisti indipendenti, operaturi ta' intrapriżi żgħar jew freelancers, għandhom jiġu meqjusa ekwivalenti għal persuni ġuridiċi, fir-rigward tad-data tagħhom relatata mal-kapaċità professjonali tagħhom.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-informazzjoni lill-utenti u l-possibbiltà li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu, jaġġornaw, jissupplimentaw u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas u b'mod li jkun aċċessibbli faċilment mill-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  Meta d-data personali tal-utenti ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq numru tiġi inkluża f'direttorju pubblikament disponibbli qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, id-data personali ta' tali utent tista' tibqa' inkluża f'direttorju pubblikament disponibbli, inklużi verżjonijiet b'funzjonijiet ta' tfittxija, sakemm l-utenti ma jkunux esprimew l-oġġezzjoni tagħhom kontra l-inklużjoni tad-data tagħhom fid-direttorju jew kontra l-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli b'rabta mad-data tagħhom.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jibagħtu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li taw il-kunsens tagħhom.

1.  L-użu min-naħa ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inklużi telefonati awtomatizzati, sistemi ta' komunikazzjoni, sistemi semiawtomatizzati li jqabbdu l-persuna tat-telefonata ma' individwu, faks, email jew użu ieħor ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jiġu ppreżentati komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni mhux solleċitati jew diretti lil utenti, għandu jkun permess biss fir-rigward tal-utenti li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi simili proprji tagħha biss jekk il-klijenti b'mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Id-dritt ta' oġġezzjoni għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ.

2.  Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi proprji tagħha biss jekk il-klijenti b'mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Il-klijent għandu jkun infurmat dwar id-dritt ta' oġġezzjoni u għandu jingħata mezz faċli biex jeżerċita dan id-dritt fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Huwa pprojbit il-ħabi tal-identità u l-użu ta' identitajiet foloz, indirizzi jew numri ta' ritorn foloz meta jkunu qed jintbagħtu komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet.

4.  Minkejja l-paragrafu 1, it-telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-utenti jkunu jistgħu joġġezzjonaw għall-fatt li jirċievu telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta permezz ta' Reġistru Iċċempilx, biex b'hekk jiġi żgurat ukoll li l-utent ikollu jesprimi l-għażla tiegħu li ma jipparteċipax darba biss.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta' kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f'isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom, b'mod faċli, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni oħra.

6.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta' kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f'isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom, b'mod faċli u mingħajr ħlas, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni oħra.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi skont l-Artikolu 26(2) li jispeċifikaw il-kodiċi/jew il-prefiss biex ikunu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi skont l-Artikolu 26(1) li jispeċifikaw il-kodiċi/jew il-prefiss biex ikunu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' riskju partikolari li jista' jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jinforma lill-utenti aħħarin dwar riskju tali u, fejn ir-riskju jaqa' barra l-ambitu tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornitur tas-servizz, jinforma lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe rimedju possibbli, inkluża indikazzjoni tal-ispejjeż probabbli involuti.

Il-fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandu jikkonforma mal-obbligi ta' sigurtà kif preskritt fir-Regolament (UE) 2016/679 u [l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi]. Fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi u l-obbligi tas-sigurtà relatati, l-obbligi tal-Artikolu 40 tal-[Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-servizzi kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għall-obbligi previsti mill-Artikoli 32 sa 34 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-obbligi previsti mid-Direttiva (UE) 2016/1148.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed protezzjoni fis-seħħ kontra l-aċċess jew l-alterazzjonijiet mhux awtorizzati tad-data ta' komunikazzjoni elettronika, u li l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni fi trażmissjoni jew maħżuna jkunu wkoll iggarantiti mill-miżuri tekniċi skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, bħal metodi kriptografiċi inkluż il-kriptaġġ minn tarf sa tarf tad-data ta' komunikazzjoni elettronika. Meta jintuża l-kriptaġġ tad-data ta' komunikazzjoni elettronika, id-dekriptaġġ minn xi ħadd ieħor li ma jkunx l-utent għandu jkun ipprojbit. Minkejja l-Artikoli 11a u 11b ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhom jimponu l-ebda obbligu fuq il-fornituri ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika jew fuq il-manifatturi tal-ħardwer u s-softwer li jirriżulta fid-dgħajfien tal-kunfidenzjalità u l-integrità tan-netwerks tagħhom u s-servizzi tagħhom tat-tagħmir terminali, inklużi l-metodi ta' kriptaġġ użati.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, u l-manifatturi ta' softwer li jippermettu l-irkupru u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni fuq l-internet m'għandhom jużaw l-ebda mezz, irrispettivament jekk tekniku, operazzjonali jew skont termini tal-użu jew skont kuntratti, li jista' ma jħallix lill-utenti u lill-abbonati japplikaw l-aqwa tekniki disponibbli kontra intrużjonijiet u interċettazzjonijiet, u biex jassiguraw in-netwerks, tagħmir terminali u komunikazzjoni elettronika tagħhom. Minkejja l-Artikoli 11a u 11b ta' dan ir-Regolament, il-ksur, id-dekriptaġġ, ir-restrizzjoni jew l-evitar ta' tali miżuri meħuda mill-utenti jew l-abbontati għandhom ikunu pprojbiti.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Fil-każ ta' riskju partikolari li jista' jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks, tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew is-softwer, il-fornitur jew il-manifattur rilevanti għandu jinforma lill-abbonati kollha dwar tali riskju u, fejn ir-riskju jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu min-naħa tal-fornitur tas-servizz, jinforma lill-abbonati bi kwalunkwe rimedju possibbli. Huwa għandu wkoll jinforma lill-manifattur u lill-fornitur tas-servizz rilevanti.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità superviżorja indipendenti jew l-awtoritajiet responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-utenti aħħarin.

1.  L-awtorità superviżorja indipendenti jew l-awtoritajiet responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Fejn ir-Regolament (UE) 2016/679 jirreferi għas-suġġetti tad-data, il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-utenti aħħarin skont dan ir-Regolament. Fejn ir-Regolament (UE) 2016/679 jirreferi għall-kontrolluri tad-data, il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, u l-manifatturi tas-softwer skont dan ir-Regolament.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ifassal linji gwida għall-awtoritajiet superviżorji li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) u l-partikolaritajiet tal-espressjoni ta' kunsens mill-entitajiet legali;

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  joħroġ linji gwida biex jiddetermina liema speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi ta' sinjalazzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-objettivi skont l-Artikolu 10(1a);

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu bil-għan li jispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għal tipi ta' servizzi li jistgħu jintalbu għal użu purament individwali jew relatat max-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 6(3a):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)  joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu bil-għan li jispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għal:

 

(i)  kejl tal-firxa ta' servizz tas-soċjetà ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1)(d);

 

(ii)   aġġornamenti tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 8(1)(da);

 

(iii)  interferenza fil-kuntest tar-relazzjonijiet tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 8(1)(db);

 

(iv)  ipproċessar ta' informazzjoni maħruġa mit-tagħmir terminali msemmi fl-Artikolu 8(2)(c);

 

(v)  speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi ta' sinjalazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kunsens u għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 8(2a);

 

(vi)  settings tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 10(1a) u (1b); u

 

(vii)  miżuri tekniċi li jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni skont l-Artikolu 17(1a), (1b) u (1c).

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandu jkollu l-istess rimedji previsti fl-Artikoli 77, 78, u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679.

1.  Mingħajr ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u, meta jkun il-każ, kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, għandu jkollhom l-istess rimedji previsti fl-Artikoli 77, 78, 79 u 80 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni legalment vinkolanti ta' awtorità superviżorja li tikkonċerna lilu jew lilha. L-utenti aħħarin għandu jkollhom ukoll dan id-dritt fejn l-awtorità superviżorja ma tittrattax ilment jew ma tinfurmax lill-utent aħħari fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment imressaq. Il-proċedimenti kontra awtorità superviżorja għandhom jitressqu quddiem il-qorti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità superviżorja.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 b.  Kull utent aħħari tas-servizzi ta' komunikazzjoni għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn huwa jew hija jikkunsidra li nkisru d-drittijiet tiegħu jew tagħha skont dan ir-Regolament. Dawk il-proċedimenti kontra fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta' direttorju pubblikament disponibbli, il-fornitur ta' softwer li jippermetti l-komunikazzjoni elettronika jew il-persuni li jibagħtu komunikazzjonijiet kummerċjali ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jew li jiġbru informazzjoni relatata ma' jew maħżuna fit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn għandhom stabbiliment. Bħala alternattiva, dawn il-proċedimenti għandhom jitressqu quddiem il-qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-utent aħħari.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għal ksur ta' dan ir-Regolament.

1.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għal ksur ta' dan ir-Regolament, mutatis mutandis.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-obbligi ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta' komunikazzjonijiet skont l-Artikolu 8;

imħassar

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-obbligi tal-fornituri ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 11c.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-obbligi tal-fornitur ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, skont l-Artikolu 10;

imħassar

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli skont l-Artikolu 12, 13 u 14;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-ksur tal-prinċipju ta' kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, ipproċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, limiti ta' żmien għat-tħassir skont l-Artikoli 5, 6, u 7 għandu, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000, jew fil-każ ta' impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.

3.  Il-ksur tad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament għandu, skont il-paragrafu 1, ikun soġġett għal multi amministrattivi sa EUR 20 000 000, jew fil-każ ta' impriża, sa 4 % tal-fatturat annwali dinji totali tas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)  il-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni skont l-Artikolu 5;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)  l-ipproċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, skont l-Artikolu 6;

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c)  l-iskadenzi taż-żmien għat-tħassir u l-obbligi tal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 7;

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d)  l-obbligi ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta' komunikazzjoni skont l-Artikolu 8;

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e)  ir-rekwiżiti ta' rappurtar skont l-Artikolu 9;

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f)  l-obbligi tal-fornitur ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, skont l-Artikolu 10;

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g)  l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, jew il-manifatturi tas-softwer li jippermettu l-irkupru u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni fuq l-internet skont l-Artikolu 17.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali għal ksur tal-Artikoli 12, 13, 14, u 17.

4.  Fil-każ li l-istess att jew ommissjoni mill-istess persuna tirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u ma' dan ir-Regolament, il-multa amministrattiva massima m'għandhiex tkun iktar mill-multa amministrattiva massima applikabbli skont dan ir-Regolament għal dak it-tip ta' ksur.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 110 tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/201129.

1.  Għall-finijiet tal-Artikoli 13(2) u 16(2), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 110 tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/201129.

__________________

__________________

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18).

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18).

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttiva 2002/58/KE hija mħassra b'effett mill-25 ta' Mejju 2018.

1.  Id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni 611/2013 huma mħassra b'effett minn [XXX].

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta' dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta' dan ir-Regolament.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huwa għandu japplika mill-25 ta' Mejju 2018.

Huwa għandu japplika minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament].

  • [1]    ĠU C 345, 13.10.2017, p. 138.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, legalment vinkolanti sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, fl-Artikolu 7 tagħha tistabbilixxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata:

"Kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta' darha u tal-kommunikazzjonijiet tagħha".

L-Artikolu 8 jistabbilixxi d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali fit-termini li ġejjin

"1.   Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha.

2.   Din id-data trid tiġi trattata b'mod ġust għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta' aċċess għad-data miġbura li għandha x'taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha.

3.   L-osservanza ta' dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta' awtorità indipendenti."

L-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi l-bażi ġuridika għall-adozzjoni tal-istrumenti legali tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

Fl-10 ta' Jannar 2017 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE)(ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika).

Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (2002/58/KE) stabbiliet regoli li jiggarantixxu l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Din kellha l-għan li tiżgura li tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, f'konformità mad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Ir-regoli li stabbiliet kienu jikkomplementaw u jippartikolarizzaw dawk tad-Direttiva 95/46/KE (jiġifieri d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data) li kienet stabbiliet il-qafas legali ġenerali għall-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni.

Minn dak iż-żmien, l-Unjoni involviet ruħha f'rieżami profond tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni sabiex toħloq qafas modern, robust u globali li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi billi jagħtihom il-kontroll fuq id-data personali tagħhom u fl-istess ħin inaqqas il-burokrazija għall-entitajiet li jipproċessaw id-data personali. Ir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (GDPR) jistabbilixxi l-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data. Dan se jkun applikabbli mill-25 ta' Mejju 2018.

Il-proposta għal regolament dwar il-Privatezza Elettronika

Il-proposta attwali dwar il-Privatezza Elettronika għandha l-għan li tikseb il-modernizzazzjoni tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni mibdi mill-GDPR. Din tħassar id-Direttiva attwali dwar il-Privatezza Elettronika (2002/58/KE) sabiex tallinja r-regoli tagħha ma' dawk tal-GDPR u tistabbilixxi qafas legali, li jqis l-iżviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi importanti fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika sa mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika fl-2002. Illum servizzi ġodda ta' komunikazzjoni interpersonali (fornituri Over-The-Top (OTT) eċċ.), kif ukoll komunikazzjonijiet bejn magna u oħra u "l-Internet tal-Oġġetti" (IoT) jikkoeżistu b'mod parallel mas-servizzi ta' komunikazzjoni tradizzjonali u jippreżentaw sfidi u riskji ġodda li jikkonċernaw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali tal-individwi. Dawn is-servizzi l-ġodda ma kinux koperti fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/58, u b'hekk irriżultaw f'distakk fil-protezzjoni. Il-proposta l-ġdida tqis l-esperjenza miksuba matul is-snin rigward il-cookies u għodda oħra li jippermettu l-intraċċar ta' individwi li serjament jaffettwa l-ħajja privata u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Finalment, tqis il-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni tgħid li din il-proposta hija element ewlieni għat-tlestija tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, għaliex iżżid il-fiduċja u s-sigurtà tas-servizzi diġitali, li huma prekundizzjoni għall-kisba tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali.

Il-proposta dwar il-Privatezza Elettronika, lex specialis għall-GDPR

B'mod simili, għall-artikulazzjoni bejn id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 2002/58/KE u d-Direttiva 95/46/KE, ir-Regolament propost dwar il-Privatezza Elettronika jippartikolarizza u jikkomplementa r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 2016/679. Il-proposta dwar il-Privatezza Elettronika hija lex specialis għall-GDPR fir-rigward tad-data tal-komunikazzjoni elettronika li hija data personali.

Il-privatezza elettronika tfittex ukoll li tiżgura u tipproteġi d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li kienu l-oġġett ta' każistika estensiva u dettaljata kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mill-QEDB. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-importanza tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet fil-kawżi tagħha "Digital rights Ireland" u "Tele 2 and Watson".

Ir-regolament dwar il-Privatezza Elettronika jenħtieġ li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni

Ir-regoli tar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika m'għandhomx ibaxxu l-livell ta' protezzjoni mogħti

mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Madankollu, l-opinjonijiet tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data (KEPD, WP29), kif ukoll ta' diversi akkademiċi u partijiet ikkonċernati li ġew ikkonsultati mir-rapporteur għat-tħejjija ta' dan ir-rapport, jippermettu l-konklużjoni li bosta dispożizzjonijiet tal-proposta tal-Kummissjoni fil-verità jbaxxu l-livell tal-protezzjoni attwalment mogħti mid-dritt tal-Unjoni.

Id-data tal-komunikazzjonijiet (kemm il-kontenut kif ukoll il-metadata) hija estremament sensittiva għaliex tiżvela aspetti sensittivi tal-ħajja privata tal-individwi (l-orjentazzjoni sesswali, it-twemmin filosofiku jew politiku, il-libertà ta' espressjoni u informazzjoni, is-sitwazzjoni finanzjarja, il-kundizzjoni tas-saħħa), għalhekk jixirqilhom livell għoli ta' protezzjoni. Ir-rapporteur tqis li għal din ir-raġuni, il-proposta tal-Kummissjoni, sabiex ma tbaxxix il-livell għoli ta' protezzjoni żgurat mill-GDPR, jeħtieġ li tiġi emendata sabiex tiżgura li tkun qed twassal livell għoli ta' protezzjoni li jikkorrispondi tal-inqas għal dak offrut mill-GDPR.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta dwar il-Privatezza Elettronika

Il-proposta dwar il-Privatezza Elettronika tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex tkopri l-forom il-ġodda ta' komunikazzjoni elettronika u tiżgura l-istess livell ta' protezzjoni tal-individwi irrispettivament mis-servizz ta' komunikazzjoni użat (OTTs, l-Internet tal-Oġġetti u l-interazzjoni bejn magna u oħra).

Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li testendi l-kamp ta' applikazzjoni biex tkopri l-kanali u l-forom il-ġodda tal-komunikazzjoni elettronika. Hija tqis li huwa neċessarju li jiġi ċċarat li l-proposta jenħtieġ li tapplika għall-użu tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u għall-informazzjoni relatata ma' tagħmir terminali tal-utenti aħħarin u pproċessata minnu, kif ukoll għas-softwer li jippermetti l-komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin, imma wkoll għal meta jintbagħtu komunikazzjonijiet kummerċjali tal-kummerċjalizzazzjoni diretta jew meta tinġabar informazzjoni (oħra) relatata ma' jew maħżuna f'tagħmir terminali tal-utenti aħħarin minn partijiet oħra.

Il-Privatezza Elettronika jenħtieġ li tkun ukoll strument awtonomu u jkun fiha d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha biex tiġi evitata d-dipendenza mill-Kodiċi dwar Komunikazzjoni Elettronika (ECC). Id-definizzjonijiet tal-ECC huma inklużi fil-proposta, u ġew adattati fejn neċessarju sabiex iqisu s-suġġett tal-proposta; (jiġifieri l-protezzjoni tad-drittijiet tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tal-protezzjoni tad-data).

Bl-istess mod id-definizzjoni ta' "utent", ispirata mid-Direttiva attwali dwar il-Privatezza Elettronika hija inkluża sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-individwu li attwalment juża servizz ta' komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli mingħajr ma neċessarjament ikun abbonat. Ir-Rapporteur tixtieq ukoll li żżomm id-definizzjoni ta' utent aħħari, kif propost mill-Kummissjoni, sabiex tiċċara s-sitwazzjonijiet fejn anke l-entitajiet legali huma koperti mill-protezzjoni ta' dan ir-Regolament.

Id-definizzjoni tal-metadata tal-komunikazzjoni elettronika hija wkoll emendata sabiex tiċċara dan il-kunċett.

Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet (l-Artikoli 5-7)

Il-proposta ssegwi d-Direttiva attwali dwar il-Privatezza Elettronika, u tenfasizza l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika. Din tirrikonoxxi d-dritt fundamentali u li ilu żmien twil japplika tal-individwi, stabbilit fil-KEDB u fil-Karta tal-UE. L-emendi proposti jfittxu li jqisu l-iżvilupp teknoloġiku sa mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Illum il-komunikazzjoni elettronika tibqa' maħżuna għand il-fornituri ta' servizz anke wara li tintbagħat. Għalhekk, qed jiġi propost li jiġi ċċarat li l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tiġi żgurata wkoll fir-rigward tal-komunikazzjonijiet maħżuna jew ipproċessati mit-tagħmir terminali jew tagħmir ieħor (eż. ħżin fil-cloud) kif ukoll komunikazzjonijiet fl-ambjent tal-Internet tal-Oġġetti (bejn magna u oħra), meta jkunu relatati mal-utent.

Billi d-dritt tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet huwa dritt fundamentali rikonoxxut mill-Karta, legalment vinkolanti fuq l-UE u fuq l-Istati Membri, kwalunkwe interferenza fih, trid tkun limitata għal dak li hu strettament meħtieġ u proporzjonat f'soċjetà demokratika. Ir-rapporteur tipproponi bosta emendi għall-Artikolu 6, li jipprevedu l-kundizzjonijiet li jippermettu l-interferenza legali fid-dritt tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni sabiex tiġi pproċessata d-data tal-komunikazzjoni elettronika f'ċirkostanzi speċifiċi u kundizzjonijiet speċifiċi.

Protezzjoni ta' informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali ta' utenti aħħarin u relatata miegħu

Ir-rapporteur tilqa' l-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni biex tipproteġi l-informazzjoni maħżuna fit-tagħmir terminali tal-utent milli tiġi aċċessata jew milli jiġi installat jew imqiegħed softwer jew informazzjoni mingħajr il-kunsens tal-utent (l-Artikolu 8).

Madankollu, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li r-reġim propost mill-Kummissjoni ma jiżgurax bis-sħiħ livell għoli ta' protezzjoni, għall-kuntrarju anke jbaxxi dak mogħti mill-GDPR. Billi l-informazzjoni pproċessata jew maħżuna f'tagħmir terminali jew ipproċessata matul il-konnessjoni ma' apparat jew tagħmir tan-netwerk ieħor (eż. Wi-Fi bla ħlas, hotspots) tista' tiżvela dettalji sensittivi ħafna dwar individwu, l-ipproċessar ta' din l-informazzjoni jkun soġġett għal kundizzjonijiet stretti ħafna skont il-GDPR. Għalhekk, l-emendi mressqa għandhom jiżguraw konsistenza legali mal-GDPR. F'dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet li jippermettu l-aċċess għat-tagħmir terminali tal-utent jew għall-informazzjoni maħruġa minnu huma f'qafas aħjar (l-Artikolu 8(1)). Dawk l-hekk imsejħa "ħitan tal-intraċċar" huma pprojbiti (l-Artikolu 8(1) 1b)), u l-kundizzjonijiet għall-kunsens tal-utent qed jinġiebu f'konformità mal-GDPR. Barra minn hekk, l-użu ta' għodod analitiċi għall-kejl tal-udjenza tal-web huwa ddefinit b'mod ċar biex iqis it-tekniki attwali użati u biex jiżgura li din l-informazzjoni hija esklussivament użata għal dan l-għan speċifiku.

L-Artikolu 8(2) huwa emendat ukoll biex jiżgura li l-intraċċar tal-post tat-tagħmir terminali li jiġri pereżempju fuq il-bażi tal-Wi-Fi jew tas-sinjali tal-Bluetooth jinġieb f'konformità mal-GDPR.

L-Artikolu 10 tal-proposta jirreferi għal għażliet għas-settings tal-privatezza tal-għodod u tas-softwer użati biex jippermettu lill-utenti jipprevjenu partijiet oħra milli jaħżnu informazzjoni dwar it-tagħmir terminali, jew jipproċessaw informazzjoni maħżuna fuq it-tagħmir (mekkaniżmi Tintraċċax -DNTs-). Ir-rapporteur tilqa' l-objettiv tal-proposta imma tikkunsidra li, sabiex jirrifletti l-prinċipji ewlenin essenzjali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data (il-privatezza fid-disinn u prestabbilita), irid jiġi emendat. Tabilħaqq, dawn il-prinċipji bażiċi mhumiex integrati b'mod effiċjenti fil-proposta dwar il-Privatezza Elettronika tal-Kummissjoni. Għalhekk qed jiġi propost l-ewwel, li d-DNTs ikunu teknoloġikament newtrali biex ikopru tipi differenti ta' tagħmir u softwer tekniku u, it-tieni, li d-DNTs, b'mod awtomatiku jridu jikkonfiguraw is-settings tagħhom b'mod li jipprevjeni partijiet oħra milli jaħżnu l-informazzjoni fuq it-tagħmir terminali jew jipproċessaw l-informazzjoni maħżuna fuq it-tagħmir mingħajr il-kunsens tal-utent, fl-istess ħin l-utenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jibdlu jew jikkonfermaw l-għażliet awtomatiċi tas-settings tal-privatezza f'kwalunkwe ħin mal-installazzjoni. Is-settings għandhom jippermettu granulazzjoni tal-kunsens mill-utent, billi jqisu l-funzjonalità tal-cookies u tat-tekniki tal-intraċċar u d-DNTs għandhom jibagħtu sinjali lill-partijiet l-oħra biex jinformawhom dwar is-settings tal-privatezza tal-utent. Il-konformità ma' dawn is-settings għandha tkun legalment vinkolanti u infurzabbli kontra l-partijiet l-oħra kollha.

Il-preżentazzjoni tat-telefonati, id-direttorji tal-abbonati u l-kummerċjalizzazzjoni diretta (l-Artikoli 12-16)

Ir-rapporteur tappoġġja b'mod ġenerali d-dispożizzjonijiet tal-proposta relatati mal-preżentazzjoni tat-telefonati, l-ibblukkar ta' telefonati li jkunu deħlin u d-direttorji pubblikament disponibbli.

Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet mhux solleċitati għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni diretta (l-Artikolu 16), l-emendi mressqa jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni biex ikopru t-tipi differenti ta' mezzi jew tekniki użati għall-kummerċjalizzazzjoni diretta; l-użu tal-kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tkun permessa biss fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu taw il-kunsens minn qabel tagħhom. Barra minn hekk, l-irtirar tal-kunsens jew l-oġġezzjoni għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom ikunu possibbli fi kwalunkwe ħin u jkunu mingħajr ħlas għall-utent. L-Artikolu 16(3) iqiegħed f'qafas il-kundizzjonijiet biex isiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta mhux solleċitati u jsaħħaħ is-salvagwardji għall-individwi. Il-komunikazzjonijiet mhux solleċitati għandhom ikunu rikonoxxibbli b'mod ċar bħala tali u għandhom jindikaw l-identità tal-persuna jew tal-entità li tkun qed tittrażmetti l-komunikazzjoni jew f'isem min il-komunikazzjoni qed tiġi trażmessa u tiġi pprovduta l-informazzjoni neċessarja lir-riċevituri biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jopponu li jirċievu aktar messaġġi ta' kummerċjalizzazzjoni.

L-awtoritajiet superviżorji

Ir-rapporteur taqbel bis-sħiħ mal-proposta tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-awtoritajiet superviżorji indipendenti biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika għandhom ikunu l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data inkarigati mis-superviżjoni tal-GDPR. Billi r-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jikkomplementa u jippartikolarizza l-GDPR, li jiġu fdati lill-istess awtoritajiet indipendenti l-kompiti tas-superviżjoni u tal-infurzar tal-konformità ta' dan ir-Regolament se jiżguraw il-konsistenza. Għandha tiġi żgurata kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont il-Kodiċi dwar Komunikazzjoni Elettronika (ECC) għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-istrument fil-kompitu rispettiv tagħhom.

Ir-reġim tal-multi u tas-sanzjonijiet huwa emendat ukoll biex ikopri l-ksur tar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika f'konformità mal-GDPR.

Konklużjoni

Ir-rapporteur tappoġġja l-objettiv ta' din il-proposta li tistabbilixxi qafas modern komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tagħhom tar-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni tad-data. Madankollu hija tqis li xi aspetti jridu jiġu msaħħa sabiex jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni kif mogħti mir-Regolament (UE) 2016/679, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-KEDB. Il-kisba tas-Suq Uniku Diġitali tibni fuq qafas legali affidabbli għall-komunikazzjoni elettronika li se jżid il-fiduċja tal-individwi fl-ekonomija diġitali u se jippermetti wkoll lin-negozji jsegwu l-attivitajiet tagħhom b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport, ir-rapporteur wettqet diskussjonijiet estensivi u profondi mal-partijiet ikkonċernati li ġejjin li jirrappreżentaw diversi interessi.

Ir-rapporteur tistenna li l-proposti tagħha jiffurmaw bażi tajba għal qbil malajr fil-Parlament Ewropew u għal negozjati mal-Kunsill sabiex jiġi żgurat lil-qafas legali jkun fis-seħħ sal-25 ta' Mejju 2018.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Access Now

American Chamber of Commerce

App Developers Alliance

Apple

Article 29 Working Party

Association of Commercial Television in EU

AT&T

Bitkom

Bla Bla Car

Booking.com

Bouygues Europe

Business Europe

CENTR

Cisco

CNIL, the French Data Protection Authority

Computer and Communications Industry Association (ccia)

Confederation of Industry of Czech Republic

Cullen International

Deutsche Telekom

Digital Europe

Dropbox

L-Awtorità Netherlandiża għall-Protezzjoni tad-Data

EBU

EGTA

EMMA

ENPA

Etno

EU Tech Alliance

Eurocommerce

European Association of Communications Agencies

Il-Kummissjoni Ewropea

L-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

European Digital Media Association

European Digital Rights (EDRI)

European eCommerce and Omni-channel Trade Association

European Publishers Council

EYE/O

Facebook

Federation of European Direct and Interactive Marketing

Federation of German Consumer Organisations (VZBV)

Finnish Federation of Commerce

German Advertising Federation

Google

IAB

Industry Coalition for Data Protection

Interactive Software Federation of Europe

King

KPN

La quadrature du net

Microsoft

Mozilla

Nielsen

Open Xchange

Pagefair

Rappreżentanza Permanenti tal-Ġermanja

Rappreżentanza Permanenti ta' Spanja

Rappreżentanza Permanenti tal-Iżvezja

Privasee

Qualcomm

Rakuten

Samsung

Seznam

Siinda

Spotify

Swedish Trade Federation

Symantec

Syndika

Telefonica

The software Alliance (BSA)

Verizon

Video Gaming Industry

Vodafone

World Federation of Advertisers

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (4.10.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)
(COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kaja Kallas

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari r-rispett għall-ħajja privata, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni u l-protezzjoni ta' data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika iżda tiggarantixxi wkoll il-moviment liberu ta' data, tagħmir u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni.

Ir-Rapporteur ġeneralment tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa li tiġi adattata għall-innovazzjoni teknoloġika u l-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni, sabiex din il-leġiżlazzjoni tkun tista' tissodisfa l-objettivi tagħha u tkun adattata għall-iskop tagħha.

Fluss liberu ta' data u protezzjoni ta' data personali fl-Unjoni

Ir-Rapporteur tilqa' l-bidla tal-istrument legali minn direttiva għal regolament. L-implimentazzjoni tad-direttiva preċedenti wriet implimentazzjonijiet diverġenti u interpretazzjonijiet differenti tal-liġi. Għalhekk, ir-Rapporteur temmen li regolament jista' jkun għodda aħjar biex jiżgura l-protezzjoni ta' data personali fil-komunikazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u jissalvagwardja l-fluss liberu ta' data fl-Unjoni. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jeħtieġ li jkollu rwol aktar importanti sabiex jiżgura konsistenza fl-infurzar ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi joħroġ gwida u opinjonijiet, filwaqt li jibni fuq mekkaniżmu ta' konsistenza stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tilqa' l-kompitu mogħti lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data biex jinfurzaw dan ir-regolament filwaqt li tenfasizza li l-protezzjoni tad-data għandha ssir dejjem aktar kwistjoni orizzontali u l-awtoritajiet kollha għandhom jikkooperaw għal dan il-għan, billi jipprovdu assistenza teknika fejn meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakli.

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-Rapporteur tappoġġja l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal servizzi over-the-top fid-dawl tar-rwol dejjem akbar ta' tali servizzi li jippermettu l-komunikazzjoni, u r-rabta tar-regolament propost mad-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva Proposta li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. Madankollu, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza u koerenza bejn id-definizzjoni fil-Kodiċi u r-regolament dwar il-privatezza elettronika sabiex jiġu evitati lakuni iżda anke riskji ta' inapplikabbiltà ta' xi dispożizzjonijiet għal ċerti tipi ta' servizzi.

Newtralità teknoloġika

Ir-Rapporteur tilqa' l-intenzjoni u l-isforzi tal-Kummissjoni fit-tentattivi tagħha biex tindirizza l-kwistjoni kumplessa ta' "consent fatigue" u l-ħtieġa li ssib modi aktar faċli biex tinforma lill-utenti aħħarin u tagħtihom għażliet fir-rigward tal-privatezza tagħhom. Madankollu, ir-Rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija ffukata wisq fuq is-siti web filwaqt li x-xejra miexja dejjem aktar lejn l-apps, il-pjattaformi tal-internet tal-oġġetti, eċċ. Is-soluzzjonijiet proposti jiffukaw wisq fuq il-brawżers b'riskju li r-regolament ma jibqax validu matul iż-żmien. Barra minn hekk, il-proposta tagħmel distinzjoni stretta bejn cookies tal-ewwel parti u cookies ta' parti terza. Ir-Rapporteur temmen li din id-distinzjoni tista' ma tibqax valida fil-futur fid-dawl tal-innovazzjoni mgħaġġla tas-settur diġitali, fejn cookie tal-ewwel parti tista' tkompli bil-ġbir tad-data bħala cookie ta' parti terza, jew fejn tekniki oħrajn tal-ittraċċar ma jkunux għadhom ibbażati fuq cookies tal-ewwel parti jew ta' parti terza. L-impatt fuq il-privatezza ta' cookie għandu pjuttost ikun ibbażat fuq l-għan tagħha, pereżempju jekk l-għan tal-ġbir tal-informazzjoni jkun għall-kummerċjalizzazzjoni bbażata fuq l-imġiba u tintużax fl-apparat kollu, fuq it-tipi ta' informazzjoni li tiġbor, u kif tiġi kondiviża l-informazzjoni li tinġabar. Għalhekk, ir-Rapporteur ma temminx li d-distinzjoni stretta bejn cookies tal-ewwel parti u ta' parti terza hija l-aktar effettiva. L-utent għandu jkun infurmat aħjar, ikollu aċċess għal aktar trasparenza dwar il-mod li bih jiffunzjonaw il-cookies, u jkun jista' jipparteċipa.

Avviż u ikoni standardizzati

Ir-Rapporteur ma tappoġġjax il-possibbiltà tal-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jaqbad ma' apparat ieħor jew ma' tagħmir ta' netwerk, jekk ikun hemm sinjal li jinforma lill-utenti li din hija żona ta' traċċar. Tali dispożizzjoni toħloq riskju ta' biża' u ansjetà fost l-utenti aħħarin mingħajr ma tipprovdilhom għażla konkreta u prattika biex ma jiġux ittraċċati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri għandhom jitħallew, fi ħdan il-limiti ta' dan ir-Regolament, li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifikaw u jiċċaraw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament sabiex jiżguraw applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta' dawk ir-regoli. Għaldaqstant, il-marġni ta' diskrezzjoni, li l-Istati Membri għandhom f'dan ir-rigward, għandu jżomm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika.

(7)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, meta jkun meħtieġ, għandu joħroġ gwida u opinjonijiet fi ħdan il-limiti ta' dan ir-Regolament, biex jispeċifika u jiċċara ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament sabiex jiżgura applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta' dawk ir-regoli. Tali gwida u opinjonijiet għandhom iqisu l-objettiv duwali ta' dan ir-Regolament u għalhekk għandhom iżommu bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Għall-fini ta' dan ir-Regolament, meta l-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, għandu jaħtar rappreżentant fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jinħatar bil-miktub. Ir-rappreżentant jista' jkun l-istess wieħed maħtur skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/6791a.

 

___________

 

1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta’ servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta’ komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web.

_________________

_________________

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament għandu japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' kunfidenzjalità minqux f'dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Salvagwardji speċifiċi jistgħu jiġu adottati wkoll taħt leġiżlazzjoni settorjali, bħal pereżempju d-Direttiva 2014/53/UE.

(12)  Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament għandu japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' kunfidenzjalità minqux f'dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Madankollu, m'għandux japplika għal komunikazzjonijiet minn magna għal magna li m'għandhom ebda impatt fuq il-privatezza jew fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, bħat-trażmissjoni bejn elementi tan-netwerk (servers, swiċċijiet). Salvagwardji speċifiċi jistgħu jiġu adottati wkoll taħt leġiżlazzjoni settorjali, bħal pereżempju d-Direttiva 2014/53/UE.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti jeħtieġu protezzjoni addizzjonali f'dan ir-Regolament fir-rigward tad-data ta' komunikazzjoni billi l-karozzi konnessi jiġġeneraw, jittrażmettu, u jaħżnu d-data personali tal-utenti. Il-privatezza personali tal-konsumaturi fil-vetturi konnessi trid tiġi ggarantita, peress li partijiet terzi jaċċessaw u jużaw data dwar is-sewwieqa u s-sewqan.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. B'kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni.

(13)  L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali, ajruporti, lukandi, universitajiet, sptarijiet jew punti oħra bħal dawn ta' aċċess għall-internet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. B'kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni. Is-sempliċi att li tkun meħtieġa password ma għandux jitqies bħala l-għoti ta' aċċess lil grupp magħluq ta' utenti aħħarin jekk l-aċċess ikun ipprovdut lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b'mod suffiċjentement wiesa' u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta' komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b'wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma' sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta' komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika.

(14)  Data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b'mod suffiċjentement wiesa' u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta' komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta' komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta' komunikazzjoni. Għandha tinkludi wkoll data dwar il-post, bħal pereżempju, il-post attwali jew inferit tat-tagħmir terminali, il-post tat-tagħmir terminali li minnu jew li lejh tkun saret telefonata jew konnessjoni bl-internet, jew il-hotspot tal-Wi-Fi li l-apparat ikun imqabbad miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa biex jiġi identifikat it-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b'wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b'ċirkwit u trażmessi b'pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma' sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta' komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika tista' tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta' kontenut ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15 a)  L-anonimità tad-data għandha titqies bħala livell addizzjonali ta' protezzjoni u kunfidenzjalità. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet relattivi biex id-data ssir anonima awtomatikament, meta jkun possibbli. Tali proċeduri għandhom ikunu akkumpanjati minn sensiela ta' testijiet li jservu bħala prova ta' anonimità.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta' theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malwar jew l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta' rekwiżiti ta' servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ.

(16)  Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, l-awtentiċità u l-kontinwità tas-servizzi u n-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta' theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malware jew l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta' rekwiżiti ta' servizz, bħal-latenza, jitter, eċċ.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa' l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta' utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika m'għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(17)  L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà inġenerali. Vis-à-vis d-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa' l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta' utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika m'għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ulterjuri tal-metadata għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom kienet inizjalment inġabret għandu jkun permess biss f'każijiet fejn l-ipproċessar ikun kompatibbli mal-iskop inizjali li għalih inkiseb il-kunsens u jkun soġġett għal salvagwardji speċifiċi, speċjalment il-psewdonimizzazzjoni kif stabbilit fil-punt (4) tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għandha titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra abbuż. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Fl-ipproċessar ta' tip ta' data tali, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Konsultazzjoni tali għandha tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-preżunzjoni ma tinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq għall-finijiet u t-tul ta' żmien strettament neċessarju u proporzjonat għal servizz tali. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent aħħari u ġie riċevut mill-utent aħħari jew l-utenti aħħarin maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent aħħari, l-utenti aħħarin jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Kwalunkwe pproċessar ta' data tali għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

(19)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għandha titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra abbuż. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Għas-servizzi li jiġu pprovduti lill-utenti involuti f'attivitajiet purament personali jew domestiċi, pereżempju s-servizz ta' test għal vuċi, is-servizz ta' organizzazzjoni tal-mailbox jew ta' filtru tal-iSPAM, il-kunsens tal-utent aħħari li jitlob is-servizz għandu jkun biżżejjed. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Fl-ipproċessar ta' tip ta' data tali, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Konsultazzjoni tali għandha tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-preżunzjoni ma tinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq għall-finijiet u t-tul ta' żmien strettament neċessarju u proporzjonat għal servizz tali. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent aħħari u ġie riċevut mill-utent aħħari jew l-utenti aħħarin maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent aħħari, l-utenti aħħarin jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Kwalunkwe pproċessar ta' data tali għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679. Meta d-data ta' komunikazzjoni tinħażen minn parti terza, din il-parti terza għandha tiżgura li kwalunkwe informazzjoni li l-ipproċessar tagħha ma jkunx meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz mitlub mill-utent aħħari tiġi protetta b'miżuri ta' sigurtà l-aktar avvanzati applikati minn tarf sa tarf, inklużi metodi kriptografiċi bħall-kriptaġġ.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista' jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta' settings adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta’ applikazzjoni ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B’mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web jistgħu jintużaw bħala gwardjani, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin i jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter).

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu ċari u faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta' settings tekniċi adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra, li jgħinuhom jikkontrollaw il-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali, għandhom ikunu vinkolanti għal, u infurzabbli kontra, partijiet mhux awtorizzati. Barra minn hekk, fid-dawl tal-pass tal-innovazzjoni, l-użu u l-firxa dejjem akbar ta' apparati li jippermettu komunikazzjonijiet u ż-żieda fl-ittraċċar tal-utenti permezz ta' diversi apparati, jeħtieġ li dan ir-Regolament jibqa' teknoloġikament newtrali biex jilħaq l-objettivi tiegħu.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha". Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b'tali mod li joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali; din ta' spiss tiġi ppreżentata bħala "irrifjuta cookies ta' parti terza". L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, "taċċetta qatt cookies") sa aktar baxxi (pereżempju, "dejjem aċċetta cookies") u intermedji (pereżempju, "irrifjuta cookies ta' parti terza" jew "aċċetta biss cookies tal-ewwel parti"). Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b'mod faċilment viżibbli u intelliġibbli.

(23)  Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha", li jipprevjeni lill-utenti aħħarin milli jipprovdu kunsens infurmat u mogħti b'mod liberu, u jgħabbihom iżżejjed b'talbiet. Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin bil-possibbiltà li jesprimu l-kunsens tagħhom bl-użu ta' settings tekniċi adatti. Għal dak il-għan, għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw is-softwer b'tali mod li joffri l-opzjoni lill-utenti aħħarain li jagħżlu jekk jirrifjutawx jew jaċċettawx trackers jew cookies li ma jkunux meħtieġa għall-għoti tas-servizz meħtieġ mill-utent aħħari, wara li jiġu infurmati bil-funzjoni tat-trackers jew tal-cookies, kif jintużaw, u kif l-informazzjoni miġbura tiġi kondiviża. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, "taċċetta qatt trackers u cookies") sa aktar baxxi (pereżempju, "dejjem aċċetta trackers u cookies") u opzjonijiet intermedji skont it-tipi ta' informazzjoni li jixtiequ jikkondividu, il-partijiet li jagħżlu li jikkondividuha magħhom, u l-iskopijiet ta' cookie jew tracker. Għandhom jipprovdilhom ukoll opzjonijiet biex jippersonalizzaw is-settings tagħhom billi jaċċettaw trackers jew cookies għal servizzi minn soċjetajiet tal-informazzjoni meqjusa affidabbli. L-utenti aħħarin għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li ma jibqax jintuża l-ittraċċar permezz ta' diversi apparati. Meta l-utent aħħari jaċċetta cookies għall-fini ta' reklamar immirat, l-utent aħħari għandu jkun jista' wkoll jikkoreġi l-informazzjoni miġbura dwaru biex jipprevjeni l-ħsara possibbli kkawżata minn informazzjoni mhux eżatta. Settings tal-privatezza għandhom jiġu ppreżentati b'mod oġġettiv, faċilment viżibbli u intelliġibbli.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja bejn l-utenti aħħarin u l-partijiet ikkonċernati dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali, u sabiex jiġi limitat l-ammont tal-ittraċċar li jaffettwa b'mod negattiv il-privatezza, il-kapaċità tal-utenti aħħarin li jiżviluppaw il-profil tagħhom stess, pereżempju permezz ta' għodod li jinħolqu minnhom stess, għandha tiġi promossa bħala alternattiva għall-ittraċċar.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex brawżers tal-web ikunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju, għall-ħżin ta' cookies ta' traċċar ta' parti terza, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta' tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta' tali cookies fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista' tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu b'mod attiv "aċċetta cookies ta' parti terza" biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom u huma mogħtija l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta' softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta' privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma' li cookies ta' parti terza jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web huma mħeġġa biex jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi "lista bajda" ta' ċerti siti web jew li jispeċifika għal liema siti web cookies ta' parti (terza) huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi.

(24)  Biex brawżers tal-web jew applikazzjonijiet oħra jkunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta' tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta' cookies ta' traċċar jew mekkaniżmi oħra ta' traċċar fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista' tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu cookies jew trackers li jipproċessaw data lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex is-servizz jiffunzjona biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom, wara li jkunu ngħataw id-diversi opzjonijiet u jkunu ngħataw l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-impatt possibbli fuq l-esperjenza tal-konsumatur jew fuq l-abbiltà tal-utent aħħari li jaċċessa l-funzjonalitajiet kollha tas-sit web. Il-kunsens m'għandux ikun validu għall-ittraċċar tal-utenti permezz ta' diversi apparati jekk l-utent aħħari ma jkunx ġie infurmat u ma jkunx jista' jagħżel li ma jipparteċipax. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta' softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta' privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma' li cookies ta' traċċar jew mekkaniżmi oħra ta' traċċar jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web jew applikazzjonijiet oħra għandhom jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi "lista bajda" ta' ċerti partijiet jew cookies li huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi. Meta mudell ta' negozju jkun ibbażat fuq reklamar immirat, il-kunsens m'għandux jitqies bħala mogħti liberament jekk l-aċċess għas-servizz isir kundizzjonali għall-ipproċessar tad-data. F'każijiet bħal dawn, l-utent aħħari għandu jingħata opzjonijiet ġusti u raġonevoli oħra li ma jipproċessawx id-data ta' komunikazzjoni tiegħu , bħal pereżempju s-sottoskrizzjoni, l-aċċess imħallas, jew l-aċċess limitat għal partijiet tas-servizz.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f'prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta' kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(25)  L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti fi prattiki tali. Il-fornituri involuti fi prattiki tali għandhom jitolbu l-kunsens tal-utenti aħħarin ikkonċernati, wara li jagħtuhom l-informazzjoni, permezz ta' notifika li tasal fit-tagħmir terminali tagħhom, qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679. Meta ma jkunx possibbli li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari, tali prattiki għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għall-fini tal-għadd statistiku u għandhom ikunu limitati fiż-żmien u fl-ispazju. Id-data għandha ssir anonima jew titħassar malli ma tibqax meħtieġa għal dan il-għan.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3).

(26)  Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jipprevedu f'dan ir-regolament li jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet, meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, wara inġunzjoni u skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Sabiex ikunu salvagwardjati s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizzi, għandu jiġi promoss l-użu tal-kriptaġġ minn tarf għal tarf u, meta jkun meħtieġ, dan għandu jkun obbligatorju skont il-prinċipji tas-sigurtà u l-privatezza fid-disinn. L-Istati Membri m'għandhom jimponu ebda obbligu fuq il-fornituri ta' kriptaġġ, fuq il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq kwalunkwe organizzazzjoni oħra (fi kwalunkwe livell tal-katina tal-provvista) li jwassal biex idgħajjef is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi tagħhom, bħal pereżempju l-ħolqien jew il-faċilitazzjoni ta' "backdoors".

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju.

(30)  Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika li ma taġixxix fil-kapaċità kummerċjali tagħha jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi u persuni fiżiċi li jaġixxu fil-kapaċità kummerċjali tagħhom jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi u l-persuni fiżiċi li jaġixxu fil-kapaċità kummerċjali tagħhom ikollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju. Fil-każijiet fejn l-informazzjoni ma tkunx inġabret oriġinarjament għall-finijiet ta' direttorju disponibbli pubblikament, l-ewwel parti li tiġbor id-data għandha tkun dik li titlob il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Il-kunsens għandu jinġabar mill-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt għal tali servizz.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji tali, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b'kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija ma għandhomx neċessarjament ikunu l-istess.

(31)  Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji tali, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, meta jagħtu l-kunsens tagħhom l-utenti aħħarin għandhom jiġu infurmati bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b'kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija ma għandhomx neċessarjament ikunu l-istess. Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-opzjonijiet tat-tfittxija, kif ukoll jekk opzjonijiet u funzjonijiet ġodda tad-direttorji jkunu disponibbli f'direttorji pubblikament disponibbli.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b'miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(37)  Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 40 tad-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi]. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm biżżejjed protezzjoni fis-seħħ kontra aċċess jew alterazzjonijiet mhux awtorizzati tad-data tal-komunikazzjoni elettronika, u li l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni jkunu ggarantiti minn miżuri tekniċi skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, bħal metodi kriptografiċi, inkluż il-kriptaġġ minn tarf sa tarf tad-data ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex jissupplimentaw dan ir-Regolament. B’mod partikolari, atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluż permezz ta’ ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali faċilment viżibbli u intelliġibbli tal-ġabra ta’ informazzjoni maħruġa b’tagħmir terminali, il-finijiet tagħha, il-persuna responsabbli minnha u ta’ kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex jimminimizza l-ġabra. Atti delegati huma wkoll neċessarji biex jiġi speċifikat kodiċi biex jiġu identifikati telefonati ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta inklużi dawk magħmula permezz ta’ sistemi awtomatizzati ta’ telefonati u komunikazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’April 20168. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(41)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

___________

 

8 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14).

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali.

2.  Dan ir-Regolament jiżgura l-funzjonament preċiż u sostenibbli tas-suq uniku diġitali u l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolamentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali hija meħtieġa sabiex jitqiegħdu salvagwardji fis-seħħ.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jbaxxux il-livell tal-protezzjoni li jgawdu l-persuni fiżiċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 iżda jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettqa b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin.

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettaq meta jitqiegħdu għad-dispożizzjoni u jiġu utilizzati servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u servizzi tan-netwerk, u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin.

Ġustifikazzjoni

Is-"servizzi ta' komunikazzjoni elettronika" u s-"servizzi tan-netwerk" għandhom jissemmew b'mod distint sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.

2.  Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub, u qabel ma jibda l-attività tiegħu fl-Unjoni, rappreżentant fl-Unjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, id-definizzjoni ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali” għandha tinkludi servizzi li jippermettu komunikazzjoni interpersonali u interattiva sempliċiment bħala karatteristika anċillari minuri li hija intrinsikament marbuta ma’ servizz ieħor.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta' reklamar, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni b'interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.;

(f)  "komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser kwalunkwe forma ta' reklamar, kemm jekk bil-miktub, bl-audio, bil-video, orali jew fi kwalunkwe format ieħor, mibgħut, imxandar, servut jew ippreżentat lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inklużi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni b'interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser telefonati live, li ma jinkludux l-użu ta' sistemi ta' telefonati awtomatizzati u sistemi ta' komunikazzjoni;

(g)  "telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta" tfisser telefonati live, li ma jinkludux l-użu ta' sistemi ta' telefonati awtomatizzati u sistemi ta' komunikazzjoni; dan m'għandux jinkludi telefonati u messaġġi testwali marbuta mas-sistema AMBER Alert;

Ġustifikazzjoni

Amber Alert – In-Network Ewropew ta' Allerta għas-Salvataġġ tat-Tfal u tan-Netwerk tal-Pulizija għat-Tfal Neqsin, kif appoġġjat mid-Dikjarazzjoni bil-Miktub 7/2016 tal-Parlament Ewropew.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROTEZZJONI TA' KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA' INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FIT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM

PROTEZZJONI TA' KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA' INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FI, IPPROĊESSATA MINN U RELATATA MA', IT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni jew sorveljanza ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Proċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Proċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

1.  Il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

1.  Il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

(a)  dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(b)  dan ikun neċessarju biex tinżamm jew terġa' tiġi stabbilita s-sigurtà ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan.

(b)  dan ikun strettament neċessarju għall-fini tal-iżgurar tas-sigurtà tan-netwerk jew tas-servizzi jew biex jinżammu, jiġu restawrati jew jiġu żgurati d-disponibbiltà, is-sigurtà, l-integrità, il-kunfidenzjalità jew l-awtentiċità ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan;

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u l-fornituri ta' netwerks jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

(a)  dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan, jew

 

(aa)  dan ikun neċessarju sabiex jiġi lokalizzat individwu wara telefonata lis-servizzi tal-emerġenza, fosthom għal Amber Alert, anke jekk l-utent aħħari jkun ċaħad jew ma jkunx ta l-kunsens biex il-metadata tiegħu tiġi pproċessata, sakemm id-data ta' lokazzjoni tintuża strettament għal dak l-iskop u titħassar malli ma tkunx aktar meħtieġa għall-iskop tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni; jew

(b)  dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, kalkolu ta' pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew

(b)  dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew

(c)  l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima.

(c)  l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' data li hija magħmula anonima; jew

 

(ca)  l-ipproċessar tad-data għal skop speċifiku ieħor ikun kompatibbli mal-iskop li għalih id-data kienet ġiet inizjalment miġbura u jkun soġġett għal salvagwardji speċifiċi, speċjalment il-psewdonimizzazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta' komunikazzjoni elettronika biss:

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u l-fornituri ta' netwerks jistgħu jipproċessaw kontenut ta' komunikazzjoni elettronika biss:

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta' dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' kontenut tali; jew

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha, għad-durata meħtieġa għal dak l-iskop, sakemm il-forniment ta' dak is-servizz speċifiku ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' kontenut tali mill-fornitur;

 

(aa)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku espliċitament mitlub minn utent aħħari matul użu jew attività domestika purament personali, jekk l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu, u dak is-servizz ma jkunx jista' jiġi pprovdut mingħajr l-ipproċessar ta' tali kontenut, meta tali pproċessar jipproduċi effetti unikament b'rabta mal-utent aħħari li jkun talab is-servizz u ma jaffettwax b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali ta' utenti oħra; jew

(b)  jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

(b)  jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

28 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Ħażna u tħassir ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Ħażna u tħassir ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a), (aa) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni.

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a), (c) u (ca) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni.

3.  Fejn l-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata rilevanti tista' tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista' jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista' jibqa' jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali.

3.  Fejn l-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata li tkun strettament neċessarja għal dan l-iskop biss tista' tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista' jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista' jibqa' jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Protezzjoni ta' informazzjoni maħżuna fi u relatata ma' tagħmir terminali ta' utenti aħħarin

Protezzjoni ta' informazzjoni maħżuna fi, ipproċessata minn u relatata ma' tagħmir terminali ta' utenti aħħarin

1.  L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

1.  L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)  dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew

(a)  dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(c)  dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari; jew

(c)  dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari għad-durata neċessarja għal dak il-forniment tas-servizz; jew

(d)  jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari.

(d)  ikun neċessarju sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-kwalità jew l-effikaċja ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun ingħata jew dwar il-funzjonalità ta' tagħmir terminali, u ma jkollu eba impatt jew ikollu impatt żgħir fuq il-privatezza tal-utent aħħari kkonċernat.

 

(da)  ikun neċessarju biex jiżgura s-sigurtà, il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tat-tagħmir terminali tal-utent aħħari, b'mod partikolari permezz ta' aġġornamenti, jew biex jiġu identifikati ħsarat jew żbalji, għad-durata neċessarja għal dak l-iskop, sakemm:

 

(i)  dan ma jibdel bl-ebda mod il-funzjonalità tal-ħardwer jew tas-softwer jew tas-settings tal-privatezza magħżula mill-utent;

 

(ii)  l-utent jiġi infurmat minn qabel kull darba li jkun qed jiġi installat aġġornament; u

 

(iii)  l-utent ikollu l-possibbiltà li jipposponi jew jitfi l-installazzjoni awtomatika ta' kwalunkwe aġġornament.

Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u, jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk:

Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk:

(a)  dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta' konnessjoni; jew

(a)  dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta' konnessjoni; jew

(b)  jiġi muri avviż ċar u prominenti li jipprovdi informazzjoni dwar, mill-inqas, il-modalitajiet tal-ġbir, l-għanijiet tiegħu, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir.

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu wara li jkun ġie infurmat, permezz ta' notifika fit-tagħmir terminali tiegħu, dwar l-iskop tal-ġbir tal-informazzjoni inklużi l-modalitajiet tal-ġbir, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir; jew

 

(ba)  dan ikun strettament neċessarju għall-iskop ta' għadd statistiku, ikun limitat fiż-żmien u fl-ispazju sal-punt strettament neċessarju għal dan l-iskop u d-data ssir anonima jew titħassar malli ma tibqax meħtieġa għal dan l-iskop b'tali mod li ma tistax tibqa' tkun konnessa mat-tagħmir terminali jew tintuża biex jiġu identifikati utenti aħħarin abbażi tat-tagħmir terminali tagħhom, u tiġi pproċessata aktar għal skopijiet statistiċi li jiġġeneraw informazzjoni aggregata.

Il-ġbir ta' informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati.

Il-ġbir ta' informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.  L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 tista’ tiġi pprovduta flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b’mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b’mod ċar.

 

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-ikona standardizzata u l-proċeduri għall-forniment ta' ikoni standardizzati.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Kunsens

Kunsens

1.  Id-definizzjoni ta' u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw.

1.  Id-definizzjoni ta' u l-kundizzjonijiet għal kunsens infurmat previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw.

2.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta' applikazzjoni ta' softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet.

2.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista' jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta' applikazzjoni ta' softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet.

 

Meta l-utent jesprimi kunsens permezz ta' tali settings tekniċi, dawk is-settings għandhom ikunu vinkolanti għal, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti oħra. Meta l-aċċess għal servizz ikun jeħtieġ l-ipproċessar ta' informazzjoni li ma jkunx strettament neċessarju għall-forniment tas-servizz u utent aħħari jkun irrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tip ta' pproċessar, l-utent aħħari għandu jingħata opzjonijiet ġusti u raġonevoli oħra biex jikseb aċċess għas-servizz.

3.  L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f'intervalli perjodiċi ta' 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla.

3.  L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a), (aa) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Għandu jkun faċli li kunsens jiġi rtirat daqs kemm ikun faċli li dan jingħata.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Informazzjoni u opzjonijiet biex jiġu pprovduti s-settings tal-privatezza

Informazzjoni u opzjonijiet biex jiġu pprovduti s-settings tal-privatezza

1.  Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.

1.  Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri s-settings tekniċi adatti msemmija fl-Artikolu 9(2). Tali settings għandhom jiprrovdu awtomatikament l-opzjoni li partijiet terzi oħra ma jitħallewx jużaw il-kapaċitajiet ta' pproċessar u ta' ħżin tat-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew jiġbru informazzjoni minn, dak it-tagħmir li ma tkunx meħtieġa għall-forniment tas-servizz speċifiku mitlub mill-utent aħħari.

 

Is-softwer imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu joffri l-opzjoni li wieħed ma jibqax jipparteċipa fl-ittraċċar permezz ta' diversi apparati.

2.  Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza u, biex ikompli bl-installazzjoni, għandu jirrikjedi l-kunsens tal-utent aħħari għal setting.

2.  Is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza mal-installazzjoni u, wara kull aġġornament fis-softwer li jaffettwa l-ħżin tal-informazzjoni fuq it-tagħmir terminali tal-utent aħħari jew l-ipproċessar tal-informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.

 

L-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li l-utent aħħari jkun jista' jieħu deċiżjoni għalkollox infurmata.

 

L-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza għandhom ikunu aċċessibbli u modifikabbli faċilment matul l-użu tat-tagħmir terminali jew tas-softwer.

 

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu joħroġ linji gwida dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta' kunsens permezz ta' settings tekniċi adatti, sa mhux aktar tard mill-25 ta' Novembru 2018.

3.  Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2018.

3.  Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta' Novembru 2019.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Restrizzjonijiet

Restrizzjonijiet

1.  Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali.

1.  Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali li ġejjin:

 

(a)  is-sigurtà nazzjonali;

 

(b)  id-difiża;

 

(c)  il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali serji jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardjar kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom.

 

B'mod partikolari, kwalunkwe miżura leġiżlattiva li tirrestrinġi l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 5 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi, meta jkun rilevanti, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u għandha tiġi implimentata abbażi ta' inġunzjoni.

 

B'konformità mal-Artikolu 17, l-ebda miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 ma tista' tippermetti li jiddgħajfu l-metodi kriptografiċi użati jew is-sigurtà u l-integrità tat-tagħmir terminali, jew in-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal data ta' komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta' miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti, fuq talba, b'informazzjoni dwar dawk il-proċeduri, in-numru ta' talbiet li jkunu waslu, il-ġustifikazzjoni legali invokata u t-tweġibiet tagħhom.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprovdu, fuq talba, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-pubbliku, informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal data ta' komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta' miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1, b'mod partikolari n-numru ta' talbiet li jkunu waslu, in-numru ta' talbiet aċċettati, u il-ġustifikazzjoni legali invokata.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata u ċ-ċaħda jew in-nuqqas ta' kunsens ta' utent aħħari għall-ipproċessar ta' metadata, fuq bażi ta' kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi punti ta' rispons ta' sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali.

1.  Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta' telefonata, fuq bażi ta' kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' komunikazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi punti ta' rispons ta' sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali.

Ġustifikazzjoni

Imħassra u miżjuda fl-Artikolu 6(2a)(ġdid).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għar-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tas-sistema fil-vettura e-Call ibbażata fuq is-servizz 112 (Regolament 2015/758) u għandu jippermetti lill-eCall timmaniġġja sitwazzjonijiet ta' emerġenza u twettaq il-kompiti bl-iktar mod effikaċi possibbli;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew minn sorsi anonimi;

(a)  li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew numri li jkollhom kodiċi jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(b), jew minn sorsi anonimi;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Direttorji pubblikament disponibbli

Direttorji pubblikament disponibbli

1.  Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju u, b'konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti aħħarin għall-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jikkondividu d-data personali tagħhom mal-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli u, b'konsegwenza, għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin b'informazzjoni dwar l-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun neċessarja għall-fini tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

2.  Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta' tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom.

2.  Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta' tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom.

3.  Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi jew lill-persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità kummerċjali bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi jew lil persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità kummerċjali l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

4.  Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas.

4.  Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas u b'manjiera faċilment aċċessibbli mill-fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew direttament mill-fornitur ta' direttorju pubblikament disponibbli.

 

4a.  Meta d-data personali tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi tiġi inkluża f'direttorju pubblikament disponibbli qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, u meta l-ksib ta' kunsens jikkostitwixxi piż mhux raġonevoli fuq id-direttorju jew il-fornitur tas-servizz ta' oriġini, id-data personali ta' tali utenti aħħarin tista' tibqa' inkluża f'direttorju pubblikament disponibbli, inklużi verżjonijiet b'funzjonijiet ta' tfittxija, sakemm l-utenti aħħarin ma jkunux esprimew l-oġġezzjoni ċara tagħhom kontra l-inklużjoni tad-data tagħhom fid-direttorju jew kontra l-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli b'rabta mad-data tagħhom.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Komunikazzjonijiet mhux solleċitati

Komunikazzjonijiet mhux solleċitati

1.  Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jibagħtu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li taw il-kunsens tagħhom.

1.  Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bil-għan li jibagħtu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi u taw il-kunsens tagħhom.

2.  Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi simili proprji tagħha biss jekk il-klijenti b'mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Id-dritt ta' oġġezzjoni għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ.

2.  Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi proprji tagħha biss jekk il-klijenti b'mod ċar u distintivament jingħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Il-klijent għandu jiġi infurmat dwar id-dritt ta' oġġezzjoni u għandu jingħata mod faċli kif jeżerċitah fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ.

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet li jsiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom:

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet li jsiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom:

(a)  jippreżentaw l-identità ta' linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; jew

(a)  jippreżentaw l-identità ta' linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; jew

(b)  jippreżentaw kodiċi/jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni.

(b)  jippreżentaw kodiċi/jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni.

4.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet.

4.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-utenti jistgħu joġġezzjonaw għall-fatt li jirċievu l-komunikazzjonijiet mhux solleċitati permezz ta' Reġistru Ċċempilx nazzjonali, biex b'hekk jiġi żgurat ukoll li l-utent ikun meħtieġ li jagħżel in-nonparteċipazzjoni darba biss.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-qafas tal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli, li l-interess leġittimu ta' utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi fir-rigward ta' komunikazzjonijiet mhux solleċitati mibgħuta b'mezzi stabbiliti taħt il-paragrafu 1 ikun suffiċjentement protett.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-qafas tal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli, li l-interess leġittimu ta' utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi fir-rigward ta' komunikazzjonijiet mhux solleċitati mibgħuta b'mezzi stabbiliti taħt il-paragrafu 1 ikun suffiċjentement protett.

6.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta' kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f'isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom, b'mod faċli, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni oħra.

6.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex tittrażmetti komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandha tinforma lill-utenti aħħarin bin-natura ta' kummerċjalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u bl-identità tal-persuna ġuridika jew fiżika f'isem min qed tiġi trażmessa l-komunikazzjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex ir-riċevituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom jew li joġġezzjonaw mingħajr ħlas, kif previst fl-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) Nru 2016/679, biex jirċievu komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni oħra. Għandu jiġi pprojbit kwalunkwe użu ta' identità tal-mittent mistura, informazzjoni ta' kuntatt falza jew indirizz jew numru ta' ritorn falz għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta.

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi skont l-Artikolu 26(2) li jispeċifikaw il-kodiċi/jew il-prefiss biex ikunu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi skont l-Artikolu 26(2) li jispeċifikaw il-kodiċi/jew il-prefiss biex ikunu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Informazzjoni dwar riskji ta' sigurtà skoperti

Obbligi ta' sigurtà

Fil-każ ta' riskju partikolari li jista' jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jinforma lill-utenti aħħarin dwar riskju tali u, fejn ir-riskju jaqa' barra l-ambitu tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornitur tas-servizz, jinforma lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe rimedju possibbli, inkluża indikazzjoni tal-ispejjeż probabbli involuti.

Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jikkonformaw mal-obbligi ta' sigurtà kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi]. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed protezzjoni fis-seħħ kontra aċċess jew alterazzjonijiet mhux awtorizzati tad-data tal-komunikazzjoni elettronika u li l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni jkunu ggarantiti minn miżuri tekniċi skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, inklużi metodi kriptografiċi, bħall-kriptaġġ minn tarf sa tarf.

 

Sabiex tingħata informazzjoni lill-utenti aħħarin dwar l-istandards tas-sigurtà, għandhom jiġu promossi skemi ta' awtoċertifikazzjoni jew ta' tikkettar li jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-sigurtà u tal-kwalità tas-softwer u tat-tagħmir terminali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ifassal linji gwida għall-awtoritajiet superviżorji li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) u l-partikolaritajiet tal-espressjoni ta' kunsens mill-entitajiet ġuridiċi;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Utent aħħari jew grupp ta' utenti aħħarin għandu jkollhom id-dritt li jagħtu mandat lil korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, li jkunu mingħajr skop ta' qligħ, li jkunu kkostitwiti kif meħtieġ skont il-liġi ta' Stat Membru, li l-objettivi statutorji tagħhom ikunu fl-interess pubbliku, u li jkunu attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom u l-protezzjoni tal-privatezza biex iressqu l-ilment f'ismu jew f'isimha, biex jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu f'ismu jew f'isimha, u biex jeżerċitaw id-dritt li jirċievu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 22 f'ismu jew f'isimha fejn previst mil-liġi tal-Istat Membru.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, indipendentement mill-mandat tal-utent aħħari, għandu jkollhom id-dritt li jressqu, fl-Istat Membru li jkunu rreġistrati fih, ilment mal-awtorità superviżorja li tkun kompetenti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu jekk iqisu li nkisru d-drittijiet tal-utent aħħari skont dan ir-Regolament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Kapitolu VI – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Eżerċitar tad-delega

 

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

 

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

 

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

Artikolu 27

Revoka

Revoka

1.  Id-Direttiva 2002/58/KE hija mħassra b'effett mill-25 ta' Mejju 2018.

1.  Id-Direttiva 2002/58/KE hija mħassra b'effett mill-25 ta' Novembru 2018.

2.  Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

2.  Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

Artikolu 28

Klawżola ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

Klawżola ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta' dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta' dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha, fejn ikun il-każ, tinforma proposta biex jiġi emendat jew revokat dan ir-Regolament fid-dawl ta' żviluppi legali, tekniċi jew ekonomiċi.

Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha, fejn ikun il-każ, tinforma proposta biex jiġi emendat jew revokat dan ir-Regolament fid-dawl ta' żviluppi legali, tekniċi jew ekonomiċi.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Huwa għandu japplika mill-25 ta' Mejju 2018.

2.  Huwa għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2018.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u t-tħassir tad-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

Referenzi

COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kaja Kallas

16.3.2017

Eżami fil-kumitat

21.6.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

5

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Miroslav Poche, Michel Reimon, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Pervenche Berès, Michał Boni, Rosa D’Amato, Jens Geier, Françoise Grossetête, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Răzvan Popa, Dennis Radtke, Dominique Riquet

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudia Schmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Nicolas Bay, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Françoise Grossetête, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Aldo Patriciello, Dennis Radtke, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Claudia Schmidt, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

Pervenche Berès, José Blanco López, Jens Geier, Adam Gierek, Theresa Griffin, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Carlos Zorrinho

5

-

EFDD

Jonathan Bullock

GUE

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

7

0

EFDD

David Borrelli, Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

Verts/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Michel Reimon, Claude Turmes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (29.9.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)
(COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Maydell

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari r-rispett għall-ħajja privata, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u l-protezzjoni tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika hija wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali (DSM), bħalma hija l-garanzija għall-moviment liberu tad-data, tat-tagħmir u tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-atturi tas-suq kollha.

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni timmira li tikseb dawn l-għanijiet, billi tirrevedi d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 2016/679 (GDPR) huwa importanti li tiġi żgurata konsistenza bejn l-istrumenti legali differenti li jindirizzaw id-data personali fl-ambjent diġitali, bl-objettiv li tiżdied il-fiduċja fis-servizzi diġitali u s-sigurtà tagħhom fid-DSM.

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta bħala parti importanti mill-Istrateġija DSM, iżda temmen li sabiex jinkisbu l-objettivi ewlenin tagħha huma meħtieġa bidliet differenti.

L-ewwel u qabel kollox ir-rapporteur temmen li l-proposta għandha tiċċara biss id-dispożizzjonijiet tal-GDPR u timla l-lakuni regolatorji fejn ikunu jeżistu, iżda m’għandhiex tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-GDPR u toħloq ostakoli u piżijiet addizzjonali.

Il-proposta għalhekk għandha tiffaċilita u tgħin lill-attivitajiet kummerċjali u soċjali online, il-qafas leġiżlattiv f'dan il-qasam għandu jippermetti u jipprovdi ambjent tan-negozju xieraq għall-ħolqien ta' prodotti u servizzi ġodda biex b'hekk tiżdied il-kompetizzjoni u jingħata l-aċċess għal aktar għażla u servizzi għall-konsumaturi.

Ir-regolamentazzjoni żejda u proċeduri kumplessi li jimpedixxu l-evoluzzjoni tad-DSM u s-sodisfazzjon tad-domandi tal-utenti aħħarin ikunu kontroproduttivi ħafna u ta' piż għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej. Għalhekk, ambjent diġitali attraenti għall-konsumaturi għandu jkun fil-qalba ta' din il-proposta sabiex tiġi pprovduta għażla infurmata tas-settings tal-privatezza.

Sabiex jinkiseb dan l-għan, diversi emendi tar-rapporteur qed jindirizzaw, fost l-oħrajn, ir-referenza wiesgħa għal komunikazzjonijiet minn magna għal magna u l-estensjoni mhux ċara tal-eżenzjoni tan-netwerks korporattivi. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li huma meħtieġa emendi biex jipprevedu aktar flessibbiltà għall-ipproċessar permess ta' informazzjoni bbażata fuq il-kunsens.

Fl-Artikolu 3, dwar il-kamp ta' applikazzjoni u r-rappreżentant territorjali, ġiet introdotta emenda biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-regolamentazzjoni. Il-GDPR jimponi rekwiżit fuq il-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika mhux stabbiliti fi ħdan l-Unjoni biex jinħatar rappreżentant.

Fl-Artikolu 4, dwar id-definizzjonijiet, ir-rapporteur temmen li dan ir-regolament irid ikun allinjat mad-Direttiva proposta dwar l-istabbiliment tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika, sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti tas-"servizzi anċillari" fl-istrumenti legali kollha tal-Istrateġija DSM.

Fl-Artikolu 5, dwar il-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjoni elettronika, ir-rapporteur temmen li l-ipproċessar tad-data ġie kopert b'mod estensiv mill-Artikolu 6 fil-proposta attwali għal regolament kif ukoll fil-GDPR.

Fl-Artikolu 6, rigward l-ipproċessar permess tad-data, tal-metadata u tal-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika, ir-rapporteur temmen li hija meħtieġa simplifikazzjoni tat-test. Ir-rapporteur tqis li l-ipproċessar tad-data miġbura preċedentement għal skopijiet kompatibbli, bħall-iżvilupp ta' servizzi li fl-aħħar mill-aħħar jipprovdu valur miżjud għall-utenti aħħarin u l-esperjenza tal-utent tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji għandu jkun permess.

Ir-rapporteur tipproponi t-tħassir tal-Artikolu 7 minħabba li l-ħżin u l-użu aktar tard tad-data ta' komunikazzjonijiet ta' persuni fiżiċi huma koperti mill-GDPR. Kif propost, l-Artikolu 7 ikun jirrikjedi t-tħassir immedjat tad-data ta' komunikazzjonijiet wara t-trażmissjoni bi ftit eċċezzjonijiet limitati biss. Bil-wasla tal-komunikazzjonijiet diġitali li jużaw komponenti tal-awdjo, tat-test u tal-vidjo, il-fornituri tas-servizz spiss ikunu jeħtieġu li jaħżnu kontenut tal-messaġġi għall-użu aktar tard, bħall-permess lill-utent biex ikollu aċċess għal komunikazzjoni u messaġġi antiki. Dawn il-prattiki diġà se jkunu soġġetti għal-limitazzjonijiet tal-GDPR fuq il-ħżin u l-użu aktar tard tad-data personali tal-utenti aħħarin.

Fl-Artikolu 10, ir-rapporteur topponi t-teħid tal-għażliet obbligatorju, iżda temmen fi skema miftuħa li tippermetti u tissimplifika l-esperjenza tal-utenti aħħarin. Il-libertà tal-għażla għandha dejjem tiġi ggarantita iżda din għandha ma ssirx obbligatorja. Fl-Artikolu 11, dwar ir-Restrizzjonijiet, tressqu xi emendi biex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-fornituri.

Fl-Artikolu 15, ir-rapporteur temmen li l-fornituri ta' servizzi elettroniċi huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiksbu l-kunsens tal-utent aħħari rigward l-inklużjoni tad-data tagħhom fid-direttorji pubbliċi. Fl-Artikolu 16, ir-rapporteur temmen li ż-żewġ miżuri proposti għandhom skop differenti. Filwaqt li huwa essenzjali li tiġi ppreżentata l-identità tal-linja ta' kuntatt, obbligu ta' prefiss jista' jirrappreżenta spejjeż sproporzjonati addizzjonali għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi speċjalment il-mikrointrapriżi u n-negozji l-ġodda.

Finalment, fl-Artikolu 17, ir-rapporteur temmen li huwa fl-aħjar interess tal-utenti aħħarin li jkunu konxji mir-riskji serji possibbli ta' ksur ta' sigurtà, speċjalment biż-żieda ta' theddid għaċ-ċibersigurtà globali.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jista' jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista' jirriżulta f'dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B'mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista' wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta' kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ.

(2)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jista' jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni. B'mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista' wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet hija kundizzjoni essenzjali għar-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali konnessi l-oħra, bħalma huma l-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-libertà tal-għaqda, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u tal-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta' regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta' imġiba onlajn ta' utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

(6)  Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta f'ċarezza insuffiċjenti u f'infurzar inkonsistenti tal-protezzjoni tal-privatezza u tal-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta' regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta' imġiba online ta' utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għalhekk jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.

__________________

__________________

5 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

5 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, għal fornituri ta' direttorji disponibbli pubblikament, u għal fornituri ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inklużi l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jibagħtu komunikazzjoni kummerċjali ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jew jiġbru informazzjoni relatata ma' jew maħżuna f'tagħmir terminali tal-utenti aħħarin.

(8)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, għal fornituri ta' direttorji disponibbli pubblikament, u għal fornituri ta' softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inklużi l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jibagħtu komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jew jiġbru informazzjoni relatata ma' jew maħżuna f'tagħmir terminali tal-utenti aħħarin.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti finali meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika24 ]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta' servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta' komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta' komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b'mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u s-servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b'servizzi online funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni tagħhom, irrispettivament mill-mezz teknoloġiku magħżul. Dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi24 ]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta' aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta' sinjali iżda anki servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta' messaġġi u servizzi ta' posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta' servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta' komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.

__________________

__________________

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament għandu japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' kunfidenzjalità minqux f’dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Salvagwardji speċifiċi jistgħu jiġu adottati wkoll taħt leġiżlazzjoni settorjali, bħal pereżempju d-Direttiva 2014/53/UE.

(12) Apparati u makkinarji konnessi qed jikkomunikaw dejjem aktar ma' xulxin bl-użu ta' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika (Internet tal-Oġġetti). It-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna tinvolvi t-twassil ta' sinjali fuq netwerk u, għalhekk, normalment tikkostitwixxi servizz ta' komunikazzjoni elettronika. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet għall-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u biex jiġi promoss Internet tal-Oġġetti fdat u sigur fis-suq uniku diġitali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għat-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet minn magna għal magna. Madankollu, fil-kuntest tal-ktajjen ta' provvista awtomatizzati u f'ambiti oħra fil-kuntest tal-manifattura jew dak industrijali, meta l-komunikazzjoni permezz tal-magni involuti ma tkunx interpersonali u ma tinvolvix persuni fiżiċi, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta' komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u netwerks ta' komunikazzjonijiet pubbliċi. B'kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni.

(13) L-iżvilupp ta' teknoloġiji bla fili rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta' aċċess għall-Internet permezz ta' netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal "hotspots" f'postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta' komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta' tali netwerks għandha tkun protetta. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal data ta' komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jkollhom fil-mira tagħhom lill-pubbliku ġenerali u n-netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal profili u gruppi tal-midja soċjali magħluqa li l-utent ikun irrestrinġa jew iddefinixxa bħala privati. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għal tip ieħor ta' gruppi magħluqa ta' utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni. Dawn in-netwerks huma offruti lil grupp definit ta' utenti aħħarin. Madankollu, anki jekk utenti aħħarin mhux definiti jużaw in-netwerk inkwistjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tal-grupp definit tal-utenti aħħarin dan jenħtieġ li ma jwaqqafhomx milli jitqiesu barra mill-kamp ta' applikazzjoni materjali tar-Regolament. Pereżempju, pjattaforma ta' kollaborazzjoni ta' intrapriża użata primarjament mill-impjegati tagħha li tippermetti lill-partijiet terzi jmorru jew inkella jidħlu fil-post tax-xogħol jenħtieġ li ma tkunx koperta. Is-sempliċi att li tintalab password jenħtieġ li ma jitqiesx bħala l-għoti ta' aċċess lil grupp magħluq ta' utenti aħħarin jekk l-aċċess ikun ipprovdut lil grupp mhux definit ta' utenti aħħarin.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika. Jenħtieġ li ma tipprojbixxi la l-ipproċessar tad-data tal-komunikazzjonijiet elettroniċi biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż l-ikkontrollar tat-theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta' malware, u lanqas l-ipproċessar ta' metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa tar-rekwiżiti tas-servizzi, bħall-latenza, jitter, eċċ.

(16)  Il-projbizzjoni ta' ħżin ta' komunikazzjonijiet matul it-trażmissjoni mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta' din l-informazzjoni sakemm dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipprojbixxi la l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà, l-awtentiċità u l-kontinwità tas-servizzi u n-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar tat-theddid għas-sigurtà relatat mas-servizz rispettiv u lanqas l-ipproċessar ta' metadata tas-servizz rispettiv biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa tar-rekwiżiti tas-servizzi, bħal-latenza, jitter, eċċ.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a b'mod espliċitu jirrikonoxxi l-ħtieġa li tingħata protezzjoni addizzjonali lit-tfal, minħabba li jistgħu jkunu anqas konxji mir-riskji u l-konsegwenzi assoċjati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti wkoll attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-privatezza tat-tfal. Dawn huma fost l-aktar utenti tal-internet attivi u l-esponiment tagħhom għat-tfassil ta' profil u għal tekniki ta' reklamar li jagħraf l-imġiba jenħtieġ li jkun ipprojbit.

 

______________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa' l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta' utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika m'għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta' pproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(17)  L-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista' jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament jestendi l-possibbiltajiet għall-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw ulterjorment metadata ta' komunikazzjoni elettronika. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet online tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2016/679 meta jkunu qed jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika, li jenħtieġ li tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat. L-ipproċessar ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika għal finijiet għajr dawk li għalihom id-data personali kienet inġabret inizjalment jenħtieġ li jiġi permess f'każijiet fejn ikun inkiseb il-kunsens għall-ġbir inizjali u l-ipproċessar ulterjuri jkun kompatibbli skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679. Eżempji ta' użi kummerċjali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta' heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta' data bl-użu ta' kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta' individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f'ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta' ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f'ċerti intervalli ta' ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u tali moviment ma jkunx jista' jintwera. Użu tali ta' metadata ta' komunikazzjoni elettronika jista', pereżempju, ikun ta' benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta' trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta' u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika għandha titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji adegwati kontra abbuż. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Minħabba s-sensittività tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet, dan ir-Regolament jistabbilixxi preżunzjoni li l-ipproċessar ta' tali data ta' kontenut ser jirriżulta f'riskji għolja għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi. Fl-ipproċessar ta' tip ta' data tali, il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Konsultazzjoni tali għandha tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-preżunzjoni ma tinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq għall-finijiet u t-tul ta' żmien strettament neċessarju u proporzjonat għal servizz tali. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-utent aħħari u ġie riċevut mill-utent aħħari jew l-utenti aħħarin maħsuba, dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-utent aħħari, l-utenti aħħarin jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Kwalunkwe pproċessar ta' data tali għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

(19)  Il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jappartjeni għall-essenza tad-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dar u l-komunikazzjonijiet protett taħt l-Artikolu 7 tal-Karta. Kwalunkwe interferenza fil-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li titħalla biss taħt kundizzjonijiet iddefiniti ċari ħafna, għal finijiet speċifiċi u tkun soġġetta għal salvagwardji kontra l-abbużi. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika fi tranżitu, bil-kunsens infurmat tal-utenti aħħarin ikkonċernati kollha. Pereżempju, il-fornituri jistgħu joffru servizzi li jinvolvu l-iskennjar ta' posta elettronika biex ineħħu ċertu materjal iddefinit minn qabel. Għas-servizzi li jiġu pprovduti lill-utenti involuti f'attivitajiet purament personali, domestiċi jew kummerċjali, il-kunsens tal-utent aħħari li jitlob is-servizz jenħtieġ li jkun biżżejjed. Fejn servizz ta' komunikazzjoni elettronika li huwa bbażat fuq tekonoloġiji ġodda x'aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi wara li jitqiesu n-natura, il-kamp ta' applikazzjoni, il-kuntest u l-finijiet tas-servizz il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li dejjem jikkonsulta l-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar. Tali konsultazzjoni jenħtieġ li tkun skont l-Artikolu 36 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-obbligu ma jinkludix l-ipproċessar ta' data ta' kontenut biex jiġi pprovdut servizz mitlub mill-utent aħħari meta l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu għal ipproċessar tali u jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Wara li kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jkun intbagħat mill-ispeditur u ġie riċevut mir-riċevitur(i)maħsub(a), dan jista' jiġi rrekordjat jew maħżun mill-ispeditur, mir-riċevitur(i) jew minn parti terza mogħtija l-kompiti minnhom li tirrekordja jew taħżen tali data. Għal komunikazzjonijiet li ma jseħħux f'ħin reali, bħall-ittri elettroniċi u l-messaġġi, it-trażmissjoni tintemm hekk kif il-komunikazzjoni tasal għand il-fornitur tas-servizz fdat jew tinġabar mid-destinatarju. Kwalunkwe pproċessar ta' tali data jrid ikun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-data ta' komunikazzjoni elettronika tiġi pproċessata għall-finijiet tal-forniment ta' servizzi mitluba minn utent għal skopijiet personali jew relatati max-xogħol bħalma huma l-funzjonalità tat-tiftix jew tal-indiċjar ta' kliem ewlieni, magni li jaqilbu l-kitba f'diskors u servizzi ta' traduzzjoni, inkluż minn stampi għall-vuċi jew ipproċessar awtomatizzat ieħor ta' kontenut użati bħala għodda ta' aċċessibbiltà minn persuni b'diżabilità. Dan jenħtieġ li jkun possibbli mingħajr il-kunsens tal-utenti kollha li huma parti mill-komunikazzjoni, imma jista' jseħħ bil-kunsens tal-utent li jitlob is-servizz. Dan il-kunsens speċifiku jipprekludi wkoll lill-fornitur milli jipproċessa dik id-data għal skopijiet differenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta' servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent aħħari. Dan jista' jinkludi l-ħżin ta' cookies għat-tul ta' sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Il-cookies jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web. Fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkunu involuti f'ikkontrollar tal-konfigurazzjoni biex jipprovdu s-servizz f'konformità mas-settings tal-utent aħħari u s-sempliċi lloggjar tal-fatt li l-apparat tal-utent aħħari ma jistax jirċievi kontenut mitlub mill-utent aħħari ma għandhomx jikkostitwixxu aċċess għal apparat tali jew l-użu tal-kapaċitajiet ta' pproċessar tal-apparat.

(21)  Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f'tagħmir terminali jew ipproċessata minnu, jenħtieġ li jkunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss, pereżempju l-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament neċessarju u proporzjonat għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta' servizz mitlub mill-konsumatur. Dan jista' jinkludi l-ħżin ta' informazzjoni (bħal cookies u identifikaturi) għat-tul ta' sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli online fuq diversi paġni. Dan jista' jkopri wkoll sitwazzjonijiet fejn l-utenti aħħarin jużaw servizz fuq l-apparat għall-finijiet tal-personalizzazzjoni tas-servizz u tar-rakkomandazzjoni tal-kontenut. Il-cookies, jekk jiġu implimentati b'salvagwardji tal-privatezza adegwati, jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web. Dan il-kejl jista' wkoll jitwettaq minn parti oħra li taġixxi bħala proċessur tad-data fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-fornitur tas-servizz. B'mod simili, il-fornituri ta' tagħmir terminali u tas-softwer meħtieġa biex iħaddmu dan it-tagħmir jeħtieġu aċċess għall-konfigurazzjoni u informazzjoni oħra tal-apparat u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar u l-ħżin biex jinżamm it-tagħmir jew l-użu tiegħu u jiġu kkoreġuti problemi relatati mat-tħaddim tat-tagħmir. Għalhekk, il-kunsens jenħtieġ ukoll li ma jkunx neċessarju jekk l-informazzjoni pproċessata jew maħżuna tkun neċessarja biex jiġu protetti l-privatezza, is-sigurtà jew is-sikurezza tal-utent aħħari, jew biex jiġu protetti l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tat-tagħmir terminali; Il-fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-fornituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jkunu involuti f'ikkontrollar tal-konfigurazzjoni biex jipprovdu s-servizz f'konformità mas-settings tal-utent aħħari u s-sempliċi lloggjar tal-fatt li l-apparat tal-utent aħħari ma jistax jirċievi kontenut mitlub mill-utent aħħari jenħtieġ li ma jikkostitwixxix aċċess illeġittimu.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista' jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta' traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta' settings adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta' applikazzjoni ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta' applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B'mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web jistgħu jintużaw bħala gwardjani, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter).

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta' informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari jenħtieġ li jkunu kemm jista' jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta' cookies ta' traċċar u tekniki ta' traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu tali cookies ta' traċċar fit-tagħmir terminali tagħhom. B'riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b'talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta' mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta' settings trasparenti u faċli għall-utent, jista' jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens jew oġġezzjoni permezz ta' settings tekniċi adatti. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta' privatezza ġenerali tagħhom ta' brawżer jew applikazzjoni oħra jenħtieġ li jkunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, partijiet mhux awtorizzati, sakemm ma jkunx hemm kunsens speċifiku separat mogħti mill-utent aħħari. Il-brawżers tal-web huma tip ta' applikazzjoni ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta' applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-pass tal-innovazzjoni, l-użu u l-firxa dejjem akbar ta' apparati li jippermettu komunikazzjonijiet u ż-żieda fl-ittraċċar tal-utenti permezz ta' diversi apparati, jeħtieġ li dan ir-Regolament jibqa' teknoloġikament newtrali biex jissodisfa l-objettivi tiegħu. B'mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web, l-applikazzjonijiet jew is-sistemi operatorji mobbli jenħtieġ li ma jabbużawx mill-pożizzjoni tagħhom bħala gwardjani u jippermettu dejjem il-possibbiltà għall-utent li jagħti l-kunsens individwali tiegħu fir-rigward ta' ċertu servizz jew fornitur ta' servizz speċifiku. Tali kunsens jenħtieġ li jirbaħ fuq is-settings tal-privatezza magħżula f'data aktar bikrija jew fil-punt tal-istallazzjoni tas-softwer.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq "aċċetta l-cookies kollha". Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b'tali mod li joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali; din ta' spiss tiġi ppreżentata bħala "irrifjuta cookies ta' parti terza". L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, "taċċetta qatt cookies") sa aktar baxxi (pereżempju, "dejjem aċċetta cookies") u intermedji (pereżempju, "irrifjuta cookies ta’ parti terza" jew "aċċetta biss cookies talewwel parti"). Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b'mod faċilment viżibbli u intelliġibbli.

(23)  Il-prinċipji ta' protezzjoni ta' data bid-disinn u b'mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Għaldaqstant il-fornituri ta' softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet jenħtieġ li jkollhom obbligu li jinfurmaw lill-utent aħħari dwar il-possibbiltà li jesprimi jew jirtira l-kunsens tiegħu billi juża settings tekniċi adatti; L-utent aħħari jenħtieġ li jiġi offrut opzjonijiet multipli biex jagħżel minnhom, inkluż l-opzjoni li jipprevjeni l-ħżin ta' informazzjoni fuq it-tagħmir terminali. L-utenti aħħarin jenħtieġ li jiġu offruti sett ta' opzjonijiet ta' settings tal-privatezza, li jvarjaw, pereżempju, minn rifjut ta' cookies jew traċċaturi li mhumiex meħtieġa għall-funzjonalità tas-sit web jew softwer ieħor, pereżempju, għall-aċċettazzjoni ta' traċċar meħtieġ għall-funzjonalità tas-sit web jew ta' softwer ieħor kif ukoll għal finijiet oħra jew, pereżempju, aċċettazzjoni ta' traċċar meħtieġ għall-funzjonalità tas-sit web jew softwer ieħor u traċċar għal finijiet oħra minn partijiet li juru l-konformità mal-Artikoli 40 u 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-possibbiltà ta' nonparteċipazzjoni fl-ittraċċar permezz ta' diversi apparati. Dawn l-opzjonijiet jistgħu jkunu wkoll aktar dettaljati u, fost aspetti oħra, jirriflettu l-possibbiltà li parti oħra tista' taġixxi bħala proċessur tad-data fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-fornitur tas-servizz. Fil-każijiet fejn mudell ta' negozju jkun ibbażat fuq reklamar immirat, il-kunsens jenħtieġ li ma jitqiesx bħala mogħti liberament jekk l-aċċess għas-servizz ikun soġġett għall-ipproċessar tad-data. Għalhekk, l-utent aħħari jenħtieġ li jitħalla jagħżel bejn li jaċċetta cookies jew li jiġi pprovdut b'opzjonijiet ġusti u raġonevoli biex ikollu aċċess għas-servizz, bħas-sottoskrizzjoni, pagament jew aċċess limitat għal partijiet tas-servizz jew opzjonijiet oħra. Meta l-utent aħħari jaċċetta cookies għall-finijiet ta' reklamar immirat, l-utent aħħari jenħtieġ li jkun jista' wkoll jikkoreġi l-informazzjoni miġbura dwaru biex jipprevjeni l-ħsara possibbli kkawżata minn informazzjoni mhux preċiża. Tali settings tal-privatezza jenħtieġ li jiġu ppreżentati b'mod faċilment viżibbli u intelliġibbli. L-informazzjoni pprovduta tista' tinkludi eżempji ta' benefiċċji u riskji assoċjati mal-kunsens għall-ħżin ta' cookies ta' parti terza fil-kompjuter. Tali obbligi ma jirriżultawx meta s-softwer diġà jfittex li jimpedixxi l-ħżin ta' informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew l-ipproċessar ta' informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  It-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tal-privatezza online tagħhom. Normalment jibdew jużaw l-internet ta' età bikrija u jsiru utenti attivi ħafna. Madankollu, jistgħu jkunu anqas konxji mir-riskji u l-konsegwenzi assoċjati mal-attivitajiet online tagħhom, kif ukoll anqas konxji mid-drittijiet tagħhom. Salvagwardji speċifiċi huma meħtieġa fir-rigward tal-użu tad-data tat-tfal, b'mod partikolari għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ħolqien ta' profili tal-personalità jew tal-utenti.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex brawżers tal-web ikunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju, għall-ħżin ta' cookies ta' traċċar ta' parti terza, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta' tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta' tali cookies fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista' tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu b’mod attiv “aċċetta cookies ta' parti terza” biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom u huma mogħtija l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta' softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta' privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta' privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma’ li cookies ta' parti terza jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta' rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta' tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web huma mħeġġa biex jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi “lista bajda” ta' ċerti siti web jew li jispeċifika għal liema siti web cookies ta' parti (terza) huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi.

imħassar

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f'prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta' kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(25)  L-aċċess għal netwerks ta' komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta' ċerti pakketti ta' data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparat ieħor fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparat irid ikollu indirizz uniku assenjat sabiex ikun identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta' sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta' Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta' bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta' aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista' tinqabad tali informazzjoni. Tfaċċaw fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta' informazzjoni relatata ma' tagħmir b'funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta' persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta' persuni f'żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista' tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b'offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta' individwi fuq perjodu ta' żmien, inklużi żjarat ripetuti f'postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f'tali prattiki jenħtieġ li jitolbu l-kunsens tal-utenti aħħarin, jew fejn il-kunsens ma jkunx possibbli, tali prattiki jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-finijiet ta' għadd tal-istatistika, ikunu limitati fiż-żmien u jwettqu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u f'dan il-każ id-data miġbura hija jew hija magħmula psewdonima jew anonima jew titħassar hekk kif ma tibqax meħtieġa għal dan il-għan. Meta valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-ipproċessar jirriżulta f'riskju għoli fin-nuqqas ta' miżuri meħuda mill-kontrollur biex jimmitiga r-riskju, jenħtieġ li titwettaq konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja, kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-fornituri jenħtieġ li juru jew jagħmlu disponibbli avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta' kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f'perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta' interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3).

(26)  Meta l-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jaqa' fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta tali restrizzjoni tkun immirata lejn persuni suspettati li wettqu reat kriminali u tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta' awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti jenħtieġ li jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li ma jkunux obbligati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jdgħajfu kwalunkwe miżura li tiżgura l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Sabiex ikunu salvagwardjati s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizzi, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu tal-kriptaġġ minn tarf sa tarf u, fejn meħtieġ, ikun obbligatorju skont il-prinċipji tas-sigurtà u l-privatezza fid-disinn. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponu ebda obbligu fuq il-fornituri ta' kriptaġġ, fuq il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew fuq kwalunkwe organizzazzjoni oħra (fi kwalunkwe livell tal-katina tal-provvista) li jwassal biex idgħajjef is-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi tagħhom, bħal pereżempju l-ħolqien jew il-faċilitazzjoni ta' "backdoors".

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f'direttorju. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju.

(30)  Direttorji pubblikament disponibbli ta' utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huma mqassma b'mod wiesa'. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta' kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta' indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta' persuna fiżika li taġixxi f'kapaċità professjonali tirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jingħataw informazzjoni trasparenti dwar id-data li qed tiġi inkluża fid-direttorju u bil-mezz li jivverifikaw, jikkoreġu, jaġġornaw, jissupplimentaw u jħassru d-data li tikkonċernahom mingħajr ħlas, kif ukoll il-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji pubbliċi. L-interess leġittimu ta' entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f'direttorju.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-data tagħhom tiġi inkluża f'direttorji tali, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw fuq bażi ta' kunsens liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju. L-utenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b’kunsens fuq il-bażi ta' liema kategoriji ta' data personali jistgħu jiġu mfittxija d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Il-kategoriji ta' data personali inklużi fid-direttorju u l-kategoriji ta' data personali abbażi ta' liema dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari jistgħu jiġu mfittxija ma għandhomx neċessarjament ikunu l-istess.

(31)  Jekk l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi ma joġġezzjonawx għall-fatt li d-data tagħhom tiġi inkluża f'tali direttorji, dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu oġġezzjoni fuq liema kategoriji ta' data personali huma inklużi fid-direttorju (pereżempju isem, indirizz tal-posta elettronika, indirizz tad-dar, isem tal-utent, numru tat-telefown). Barra minn hekk, il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli jew il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jinfurmaw lill-utenti aħħarin bl-għanijiet tad-direttorju u bil-funzjonijiet ta' tfittxija tad-direttorju qabel ma jinkluduhom f'dak id-direttorju.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Għandhom jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta' intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta' intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta' telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta' messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta' persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta' regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta' kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta' relazzjoni eżistenti ma' klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi simili. It-tali possibbiltà għandha tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

(33)  Jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati, inkluż għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta' intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta' intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta' teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta' telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta' messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta' persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta' regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta' kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta' relazzjoni eżistenti ma' klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi. It-tali possibbiltà jenħtieġ li tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b'miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta' sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta' servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta' informazzjoni dwar ir-riskji ta' sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(37)  Il-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jenħtieġ li jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika b'tali mod li jipprevjenu l-ipproċessar mhux awtorizzat, fosthom l-aċċess, l-iżvelar jew l-alterazzjoni. Jenħtieġ li jiżguraw li tali aċċess, żvelar jew alterazzjoni mhux awtorizzati jkunu jistgħu jiġu aċċertati, u jiżguraw ukoll li d-data ta' komunikazzjoni elettronika tiġi protetta bl-użu ta' softwer u teknoloġiji tal-kriptaġġ tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. Il-fornituri ta' servizz jenħtieġ li jinfurmaw ukoll lill-utenti aħħarin b'miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu l-anonimità tagħhom u s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom, pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' softwer jew teknoloġiji ta' kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta' sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta' servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta' informazzjoni dwar ir-riskji ta' sigurtà għall-abbonat jenħtieġ li jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Kull awtorità superviżorja għandha tkun kompetenti fit-territorju tal-Istat Membru proprju tagħha biex teżerċita s-setgħat u biex twettaq il-kompiti stabbliti f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-infurzar konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom l-istess kompiti u setgħat effettivi f'kull Stat Membru, mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni taħt il-liġi tal-Istat Membru, biex iressqu ksur ta' dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u biex jibdew proċedimenti legali. L-Istati Membri u l-aworitajiet superviżorji tagħhom huma mħeġġa jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(39)  Kull awtorità superviżorja jenħtieġ li tkun kompetenti fit-territorju tal-Istat Membru proprju tagħha biex teżerċita s-setgħat u biex twettaq il-kompiti stabbliti f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-infurzar konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkollhom l-istess kompiti u setgħat effettivi f'kull Stat Membru, mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni taħt il-liġi tal-Istat Membru, biex iressqu ksur ta' dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u biex jibdew proċedimenti legali. L-Istati Membri u l-aworitajiet superviżorji tagħhom huma mħeġġa jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti f'oqsma oħra tal-infurzar kif xieraq.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta' dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa timponi penali inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament, flimkien, jew minflok kwalunkwe miżura adatta oħra skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f'kull każ individwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b'mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Bil-għan li tiġi stabbilita multa taħt dan ir-Regolament, intrapriża għandha tkun mifhuma bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat.

(40)  Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta' dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja jenħtieġ li jkollha s-setgħa timponi penali inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament, flimkien, jew minflok kwalunkwe miżura adatta oħra skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f'kull każ individwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b'mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Bil-għan li tiġi stabbilita multa taħt dan ir-Regolament, intrapriża jenħtieġ li tkun mifhuma bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. Il-penali doppji li jirriżultaw mill-ksur kemm ta' dan ir-Regolament kif ukoll tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-istess att jew ommissjoni jenħtieġ li jiġu evitati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat biex jissupplimentaw dan ir-Regolament. B'mod partikolari, atti delegati għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluż permezz ta' ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali faċilment viżibbli u intelliġibbli tal-ġabra ta' informazzjoni maħruġa b'tagħmir terminali, il-finijiet tagħha, il-persuna responsabbli minnha u ta' kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex jimminimizza l-ġabra. Atti delegati huma wkoll neċessarji biex jiġi speċifikat kodiċi biex jiġu identifikati telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta inklużi dawk magħmula permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' telefonati u komunikazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta'April 201625. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi meta previst minn dan ir-Regolament. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(41)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat implimentattivi meta previsti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

_________________

 

25 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14).

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Id-Direttiva 2002/58/KE għandha titħassar.

(43)  Jenħtieġ li d-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 611/20131a jitħassru.

 

_____________

 

1a Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2013 tal-24 ta' Ġunju 2013 dwar il-miżuri applikabbli għan-notifika ta' ksur ta' dejta personali skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 2).

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2013 dwar il-miżuri applikabbli għan-notifika ta' ksur ta' data personali jenħtieġ li jitħassar għaliex il-bażi legali tiegħu, id-Direttiva 2002/58/KE, se titħassar, u l-GDPR se japplika għan-notifiki ta' ksur.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali.

2.  Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu ta' data ta' komunikazzjoni elettronika u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Ir-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-materji kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali li mhumiex speċifikatament koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inklużi l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-individwi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettqa b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta' utenti aħħarin.

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika mwettqa b'konnessjoni mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.

2.  Fejn il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni, il-parti identifikata skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha taġixxi bħala r-rappreżentanta tiegħu fl-Unjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f'wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-utenti aħħarin ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tali.

imħassar

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta' interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

Id-data ta' komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma' data ta' komunikazzjoni elettronika matul it-trażmissjoni, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, jew tipi oħra ta' interċettazzjoni jew sorveljanza ta' data ta' komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr min jibgħatha jew id-destinatarji intenzjonati, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċessar permess ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Proċessar legali ta' data ta' komunikazzjoni elettronika

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

1.  Il-fornituri ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli jistgħu jipproċessaw data ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

(a)  dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun teknikament neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(b)  dan ikun neċessarju biex tinżamm jew terġa' tiġi stabbilita s-sigurtà ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan.

(b)  dan ikun teknikament neċessarju biex tinżamm jew terġa' tiġi stabbilita d-disponibbiltà, l-integrità, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika rispettivi, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika, jew biex jieqaf l-użu frodulenti tas-servizz għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Id-data ta' komunikazzjoni elettronika ġġenerata fil-kuntest ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika maħsub b'mod partikolari għat-tfal jew immirat direttament lejn it-tfal m'għandhiex tintuża għat-tfassil ta' profili jew għall-finijiet ta' reklamar immirat skont l-imġiba tal-persuni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

2.  Il-fornituri ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta' komunikazzjoni elettronika jekk:

(a)  dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta' rekwiżiti ta' servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun neċessarju għall-finijiet ta' kwalità tas-servizz, inklużi l-ġestjoni tan-netwerk u r-rekwiżiti ta' kwalità tas-servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/212028 għat-tul ta' żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(b)  dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, kalkolu ta' pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew

(b)  dan huwa neċessarju għal ħruġ ta' kontijiet, kalkolu ta' pagamenti ta' interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta' abbonament frodulenti għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew

 

(ba)  l-ipproċessar ulterjuri ta' din il-metadata għal skop speċifiku ieħor ikun kompatibbli mal-iskop li għalih id-data tkun inġabret inizjalment u jkun soġġett għal salvagwardji speċifiċi, speċjalment il-psewdonimizzazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679;

(c)  l-utent aħħari kkonċernat ta(t) minn qabel il-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil tali utenti aħħarin, dment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima.

(c)  l-utent aħħari kkonċernat ta(t) minn qabel il-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta' komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta' servizzi speċifiċi lil tali utenti aħħarin, dment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima.

__________________

__________________

28 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

28 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta' komunikazzjoni elettronika biss:

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta' komunikazzjoni elettronika:

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent finali, jekk l-utent finali jew l-utenti finali kkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha jew il-forniment ta' dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' kontenut tali; jew

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin kkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha jew il-forniment ta' dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta' tali kontenut; jew

(b)  l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta' informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

(b)   jekk l-utenti aħħarin tal-fornituri tas-servizz ikunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tagħhom skont ir-Regolament(UE) 2016/679; jew

 

(ba)  għall-uniku fini tal-forniment ta' servizz speċifiku mitlub espliċitament minn utent aħħari matul attività purament personali, domestika jew kummerċjali, jekk l-utent aħħari kkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tal-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika tiegħu u dak is-servizz ma jkunx jista' jingħata mingħajr l-ipproċessar ta' tali kontenut.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a), (aa) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Tali data tista' tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti, li tista' tkun il-fornitur tas-servizz tal-komunikazzjoni elettronika, fdata speċifikament mill-utent aħħari biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b'xi mod ieħor tali data. L-utent aħħari jista' jkompli jipproċessa l-kontenut skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jekk applikabbli.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni.

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta' komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima jew psewdonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

1.  L-użu ta' kapaċitajiet ta' pproċessar u ħżin ta' tagħmir terminali u l-ġbir ta' data personali mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)  dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew

(a)  dan ikun teknikament neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta' komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta' komunikazzjoni elettronika; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(c)  dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari; jew

(c)  dan ikun neċessarju għall-forniment ta' servizz mitlub mill-utent aħħari speċjalment sabiex ikunu żgurati l-integrità, is-sigurtà, u l-aċċess tas-servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni, jew għal miżuri għall-protezzjoni minn aċċess mhux awtorizzat għas-servizzi ta' soċjetà tal-informazzjoni, skont it-termini tal-użu għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tas-servizz lill-utent aħħari; jew

(d)  jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari.

(d)  jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari, jew f'isem dan il-fornitur, inkluż il-kejl ta' indikaturi għall-użu ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni sabiex jiġi kkalkulat il-ħlas dovut, u diment li tali kejl tal-udjenza ma jaffettwax b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali tal-utent aħħari jew ikun meħtieġ sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-kwalità teknika jew l-effikaċja ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkun ingħata u li jkollu ftit jew xejn impatt fuq il-privatezza tal-utent aħħari kkonċernat. Meta l-kejl tal-udjenza jsir f'isem fornitur ta' servizz tas-soċjeta tal-informazzjoni, id-data miġbura għandha tiġi pproċessata biss għal dak il-fornitur u għandha tinżamm separata mid-data miġbura waqt il-kejl tal-udjenza f'isem fornituri oħrajn; jew

 

(da)  ikun neċessarju għall-protezzjoni tal-privatezza, is-sigurtà jew is-sikurezza tal-utent aħħari, jew għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tat-tagħmir terminali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u, jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk:

2.  Il-ġbir ta' informazzjoni maħruġa minn tagħmir terminali biex dan ikun jista' jagħmel konnessjoni ma' apparat ieħor u, jew ma' tagħmir tan-netwerk għandu jkun ipprojbit, ħlief jekk:

(a)  dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini tal-istabbiliment ta' konnessjoni; jew

(a)  dan isir esklużivament biex, għall-ħin neċessarju għal, u għall-fini uniku tal-istabbiliment ta' konnessjoni mitluba mill-utent; jew

 

(ab)  id-data tkun anonimizzata u r-riskji jkunu mmitigati kif xieraq; jew

 

(ac) dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' għadd statistiku, li jkun limitat fiż-żmien u fl-ispazju sal-punt strettament meħtieġ għal dan il-għan u d-data tkun anonimizzata jew titħassar malli ma tibqax meħtieġa għal dan l-iskop.

(b)  jiġi muri avviż ċar u prominenti li jipprovdi informazzjoni dwar, mill-inqas, il-modalitajiet tal-ġbir, l-għanijiet tiegħu, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir.

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu wara li jkun ġiet infurmat permezz ta' avviż ċar u prominenti dwar, mill-inqas, il-modalitajiet tal-ġbir, l-għanijiet tiegħu, il-persuna responsabbli minnu u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 fejn tinġabar data personali, kif ukoll kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista' jieħu biex iwaqqaf jew jimminimizza l-ġbir.

Il-ġbir ta' informazzjoni tali għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati.

Il-ġbir ta' tali informazzjoni għandu jkun kundizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat livell ta' sigurtà adatt għar-riskji, kif imniżżel fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679, ġew applikati.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 tista' tiġi pprovduta flimkien ma' ikoni standardizzati sabiex tingħata spjegazzjoni ġenerali sinifikattiva tal-ġbir b'mod faċilment viżibbli, intelliġġibbli u leġġibbli b'mod ċar.

imħassar

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 li jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-ikona standardizzata u l-proċeduri għall-forniment ta' ikoni standardizzati.

imħassar

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  It-tagħmir terminali li jkun maħsub b'mod partikolari għall-użu mit-tfal għandu jimplimenta miżuri speċifiċi biex jimpedixxi l-aċċess għall-kapaċitajiet ta' ħżin u ta' pproċessar tal-apparat għall-fini tat-tfassil tal-profili tal-utenti tiegħu jew għat-traċċar tal-imġiba tagħhom għal skopijiet kummerċjali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-aċċess għal servizz ikun jeħtieġ l-ipproċessar ta' informazzjoni li ma tkunx strettament meħtieġa għall-forniment ta' servizz u utent aħħari jkun irrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-tip ta' pproċessar, l-utent aħħari għandu jingħata opzjonijiet ġusti u raġonevoli oħra biex jikseb aċċess għas-servizz.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f'intervalli perjodiċi ta' 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla.

3.  L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data ta' komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-kunsens għandu jkun faċli li jiġi rtirat daqs kemm ikun faċli li jingħata.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.

1.  Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li ma titħalliex tinħażen informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari jew tiġi pproċessata l-informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza u, biex ikompli bl-installazzjoni, għandu jirrikjedi l-kunsens tal-utent aħħari għal setting.

2.  Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza. Is-settings tekniċi għandhom jikkonsistu f'opzjonijiet multipli li l-utent aħħari jista' jagħżel minnhom, fosthom opzjoni li ma titħalliex tinħażen informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta' utent aħħari u li tiġi pproċessata l-informazzjoni diġà maħżuna f'dak it-tagħmir jew ipproċessata minnu. Dawn is-settings għandhom ikunu aċċessibbli faċilment waqt l-użu tas-softwer.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2018.

3.  Fil-każ ta' softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta' Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta' wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta' monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali għal interessi tali.

1.  Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista' tirrestrinġi bis-saħħa ta' miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f'soċjetà demokratika għas-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-liġi tal-Istati Membri ma tistax titlob it-tneħħija jew il-korruzzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni teknika, bħall-kriptaġġ minn tarf sa tarf; lanqas ma għandha b'xi mod ieħor tiddetermina n-natura ta' tali miżuri, meta dawn ikunu applikati direttament mill-fornitur tan-netwerk, is-servizz jew it-tagħmir terminali tal-komunikazzjoni elettronika, jew mill-utent aħħari.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa u ta' telefonata hija offruta skont l-Artikolu [107] tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika], il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu dan li ġej:

1.  Fejn il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa u ta' telefonata hija offruta skont l-Artikolu [107] tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika], il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu dan li ġej, soġġett għall-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika:

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju u, b'konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti aħħarin għall-inklużjoni ta' data skont il-kategorija ta' data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

1.  Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, il-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni, komunikazzjoni u telekomunikazzjoni elettroniċi għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi d-dritt li joġġezzjonaw li data marbuta magħhom tiddaħħal f'direttorji u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti dwar l-informazzjoni mdaħħla fid-direttorju u l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu, jaġġornaw u jħassru tali data.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta' tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom.

2.  Il-fornituri ta' direttorju pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu informazzjoni aċċessibbli u li tinftiehem lill-utenti aħħarin, li huma persuni fiżiċi u li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju, dwar il-funzjonijiet ta' tfittxija disponibbli tad-direttorju u lill-utenti aħħarin jagħtuhom l-għażla li jiddiżattivaw dawn il-funzjonijiet ta' tfittxija relatati mad-data tagħhom stess.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri ta' direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.

3.  Il-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni, komunikazzjoni jew telekomunikazzjoni elettroniċi għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu, jaġġornaw, jissupplimentaw u jħassru tali data. Persuni fiżiċi li jaġixxu f'kapaċità professjonali, bħal professjonisti indipendenti, operaturi ta' intrapriżi żgħar jew freelancers, huma meqjusa ekwivalenti għal persuni ġuridiċi.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas.

4.  Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f'direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu, jaġġornaw, jissupplimentaw u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas u b'mod faċilment aċċessibbli.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għal data u informazzjoni ppubblikati f'sorsi aċċessibbli għall-pubbliku u d-data pprovduta mill-utenti aħħarin infushom, u lanqas ma għandhom japplikaw għal data ppubblikata fid-direttorji mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm l-utenti aħħarin ma jkunux oġġezzjonaw għall-inklużjoni tad-data tagħhom fid-direttorju jew għall-funzjonijiet ta' tiftix ta' rekords disponibbli b'rabta mad-data tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għal posta elettronika mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi simili proprji tagħha biss jekk il-klijenti jingħataw b'mod ċar u distintivament l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal użu tali. Id-dritt ta' oġġezzjoni għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ.

2.  Fejn persuna fiżika jew ġuridika tikseb id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-email mill-klijent tagħha, fil-kuntest tal-bejgħ ta' prodott jew servizz, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, dik il-persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-kummerċjalizzazzjoni diretta ta' prodotti jew servizzi proprji tagħha biss jekk il-klijenti jingħataw b'mod ċar u distintivament l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għal tali użu. Il-klijent għandu jkun infurmat dwar id-dritt ta' oġġezzjoni u għandu jingħata mezz faċli biex jeżerċita dan id-dritt fil-mument tal-ġbir u kull darba li jintbagħat messaġġ.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet li jsiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom:

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-finijiet li jsiru telefonati ta' kummerċjalizzazzjoni diretta għandhom jippreżentaw l-identità ta' linja li jistgħu jiġu kkuntattjati fuqha u jistgħu jippreżentaw kodiċi jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata kummerċjali.

(a)  jippreżentaw l-identità ta' linja li fuqha jistgħu jiġu kkuntattjati; jew

 

(b)  jippreżentaw kodiċi/jew prefiss speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta' kummerċjalizzazzjoni.

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet.

4.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu bil-liġi li telefonati vuċi għal vuċi ta' kummerċjalizzazzjoni diretta lil utenti aħħarin jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' utenti aħħarin li ma esprimewx l-oġġezzjoni tagħhom li jirċievu dawk il-komunikazzjonijiet. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-utenti jkunu jistgħu joġġezzjonaw għall-fatt li jirċievu l-komunikazzjonijiet mhux solleċitati permezz ta' reġistru nazzjonali li jimblokka t-telefonati, biex b'hekk jiġi żgurat ukoll li l-utent ikun meħtieġ li jagħżel in-nonparteċipazzjoni darba biss.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Informazzjoni dwar riskji ta' sigurtà skoperti

 

Fil-każ ta' riskju partikolari li jista' jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika għandu jinforma lill-utenti aħħarin dwar riskju tali u, fejn ir-riskju jaqa' barra l-ambitu tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornitur tas-servizz, jinforma lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe rimedju possibbli, inkluża indikazzjoni tal-ispejjeż probabbli involuti.

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità superviżorja indipendenti jew l-awtoritajiet responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-utenti aħħarin.

1.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi li awtorità pubblika indipendenti waħda jew aktar ikunu responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-utenti aħħarin.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw kull meta jkun il-każ mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont id-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika].

2.  Kull awtorità superviżorja għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha. L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw kull meta jkun il-każ mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont id-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a).

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) 2006/2004 (ĠU ...).

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra utenti aħħarin affettwata b’mod negattiv minn ksur ta' dan ir-Regolament u li għandha interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni tal-ksur allegat, inkluż fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jkun qed jipproteġi l-interessi kummerċjali leġittimi tiegħu, għandu jkollha dritt li tressaq proċedimenti legali fir-rigward tat-tali ksur.

imħassar

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe utent aħħari ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li sofra dannu materjali jew nonmaterjali bħala riżultat ta' ksur ta' dan ir-Regolament għandu jkollu d-dritt li jirċievi kumpens mingħand il-kontraventur għad-dannu soffert, diment li l-kontraventur ma jurix li ma huwa bl-ebda mod responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679.

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Kapitolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ATTI DELEGATI U ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Eżerċitar tad-delega

 

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delgati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

 

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

 

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttiva 2002/58/KE hija mħassra b'effett mill-25 ta' Mejju 2018.

1.  Id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni 611/2013 huma mħassra b'effett minn [XXX].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u t-tħassir tad-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)

Referenzi

COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.2.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eva Maydell

9.2.2017

Eżami fil-kumitat

4.9.2017

25.9.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

28.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

13

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Edward Czesak, Kaja Kallas, Adam Szejnfeld, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimir Urutchev

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Matthijs van Miltenburg

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Adam Szejnfeld, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij, Ivan Štefanec, Mihai Ţurcanu

13

-

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Jiří Maštálka

S&D

Lucy Anderson, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

5

0

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

ENF

Marcus Pretzell

Verts/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (5.10.2017)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta’ data personali f’komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika)
(COM(2017)0010 – C8-0009/2017 – 2017/0003(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Svoboda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur ma jilqax il-proposta dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika).

L-għanijiet kollha għall-kisba sħiħa ta’ suq uniku diġitali (tkabbir, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, ekonomija Ewropea mmexxija mid-data, “free-flow-of-data", kif ukoll il-promozzjoni tal-SMEs) mhumiex se jinkisbu, anzi jinkisbu riżultati bil-kontra. Bosta mudelli ta’ negozju eżistenti mhux se jkunu jistgħu jiġu implimentati aktar.

Il-proposta twassal għal inkonsistenza legali kbira fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (minn hawn ’il quddiem GDPR) u l-proposta għal Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (minn hawn ’il quddiem EECC) u inċertezza ġuridika estrema fil-konfront ta’ data u konsegwenzi bla loġika fl-użu ta’ data personali.

In-nuqqas ta’ kuraġġ, in-nuqqas ta’ kreattività, il-persistenza favur strutturi u konvinzjonijiet qodma ma jawgurawx tajjeb għas-suċċess futur tal-ambjent diġitali.

Il-proposta:

1)  għandha tittratta prinċipalment il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni.

2)  għandha toħloq kundizzjonijiet ekwi (a) fis-settur tal-komunikazzjoni, u (b) tersaq viċin sitwazzjoni globali.

3)  ma għandhiex tkun “lex specialis” għall-GDPR, iżda tkun komplementari għaliha.

4)  għandha tevita strutturi doppji (pereżempju, it-twassil ta’ data personali lil pajjiżi terzi, sanzjonijiet, Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, eċċ.) fil-konfront tal-GDPR. Data personali għandha tkun soġġetta għal sistema legali waħda biss. Data ta’ komunikazzjoni bħala data personali bl-ebda mod ma għandha tiġi trattata b’mod separat. L-istess data għandha tkun soġġetta għall-istess dritt/prinċipji. L-Artikolu 6 tal-GDPR għandu japplika bl-istess mod preċiż.

5)  għandha tkun orjentata lejn il-ġejjieni u tkun konsistenti mal-EECC.

6)  għandha żżomm bogħod mill-konċentrazzjoni fuq il-kunsens; Il-kunsens illum m’għadux l-għodda t-tajba; l-appoċċ l-aktar sensibbli jkun l-użu tat-trasparenza, is-sjieda tad-data, l-eliminazzjoni tal-kontradizzjonijiet, p.e. dwar data psewdonomizzata) jew għallinqas divrenzjar aħjar skont data anonimizzata, psewdonimizzata u kkodifikata. Barra minn hekk, il-bilanċ bejn il-protezzjoni tal-isfera privata u t-teknoloġiji l-ġodda li jinsab fil-GDPR jirriskja li jinkiser, billi f’oqsma estensivi l-ipproċessar tad-data, li jkun ammissibbli taħt il-GDPR, jew ikun soġġett għal forma aktar stretta tal-kunsens jew jiġi pprojbit kompletament. Dan huwa kompletament kontroproduttiv.

Nilqgħu b’sodisfazzjoni li:

•  ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jiġi adattat għar-realtà teknika u għall-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

•  il-Kummissjoni qed tintegra s-servizzi ta’ komunikazzjoni “over-the-top” fil-kamp ta’ applikazzjoni.

•  il-Kummissjoni għandha r-rieda li tissinkronizza l-punt tad-dħul fis-seħħ mal-GDPR. De facto dan mhux se jkun fattibbli għall-impriżi, b’mod partikolari jekk jippersistu l-istrutturi doppji bil-kumplessità tagħhom.

F’aktar dettall:

•  B’mod partikolari l-Artikolu 4 huwa bbażat fuq l-EECC. Għalhekk, ir-regolament dwar il-Privatezza Elettronika ma jistax jiġi applikat qabel ma jiġi adottat l-EECC. Dan huwa żball sistemiku, li jista’ jiġi kkoreġut.

•  Il-proposta ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn il-kontenut, id-data u l-informazzjoni.

•  Il-limiti safejn jasal ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika fil-konfront tal-GDPR mhumiex ċari. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali għandu jiġi ċċarat meta strument legali wieħed japplika u meta japplika l-ieħor, sabiex tinħoloq sistema legali komprensibbli għal dawk responsabbli. Għalhekk, hija biss data personali tul il-proċess ta’ komunikazzjoni li għandha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika, kif inhu regolat bid-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każijiet l-oħra kollha mbagħad japplika il-GDPR. Għal dan il-għan għandu jiġi ċċarat b’mod legali meta komunikazzjoni tintemm.

•  Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-kunfidenzjalità tal-kontenut ta’ komunikazzjoni u l-ipproċessar ta’ data (protezzjoni tad-data), peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jinkorpora apparat u magni konnessi. Din il-proposta, madankollu, fiha nuqqas ta’ ċarezza fid-definizjonijiet u fil-kamp ta’ applikazzjoni. Dan iwassal għal impatt imprevist u mhux loġiku fuq il-komunikazzjoni bejn magna u oħra (p.e. fl-industrija tal-karozzi, il-qasam tal-loġistika, id-djar intelliġenti). Mhuwiex ċar fejn it-twassil ta’ komunikazzjoni skont ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika jibda u fejn it-twassil ta’ data jibda skont il-GDPR. Mhuwiex ċar ukoll xi jkun ifisser il-kunsens għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra, jew bil-kontra.

•  Il-proposta tagħmel l-ipproċessar saħansitra ta’ data anonima soġġett għall-kunsens, li huwa totalment illoġiku u teknikament impossibbli. Hawnhekk, kien ikun aħjar kieku l-kunċett tal-psewdonomizzazzjoni seta’ jiġi elaborat ulterjorment fil-GDPR.

•  Huwa wkoll illoġiku fil-fatt għaliex metadata (ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika) għandha tiġi protetta aħjar minn data dwar is-saħħa (GDPR).

•  Huwa wkoll inkomprensibbli li jiġu introdotti żewġ sanzjonijiet għall-istess data.

•  Għad irid jiġi aċċertat jekk hemmx ħtieġa ta’ eċċezzjoni għall-ambjent domestiku.

•  Il-proposta tar-regola dwar il-cookies tiffavorixxi l-kumpaniji l-kbar u tkun ta’ żvantaġġ għall-SMEs (Ewropej). Eżattament il-kuntrarju jkun il-każ.

•  L-Artikolu 5 tal-proposta jista', fid-diċitura tiegħu, jipperikola l-eżistenza tal-posta elettronika.

F’ħafna postijiet hemm il-ħtieġa ta’ titjib. Għaldaqstant, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-kumitat responsabbli biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jipproteġi d-dritt fundamentali ta’ kulħadd għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Ir-rispett għall-privatezza tal-komunikazzjonijiet tal-persuna huwa dimensjoni essenzjali ta’ dan id-dritt. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika tiżgura li l-informazzjoni skambjata bejn il-partijiet u l-elementi esterni ta’ tali komunikazzjoni, inkluż meta l-informazzjoni ġiet mibgħuta, minn fejn, lil min, ma għandha tiġi żvelata lil ħadd aktar minbarra lill-partijiet involuti f’komunikazzjoni. Il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità għandu japplika għal mezzi ta’ komunikazzjoni attwali u tal-ġejjieni, inklużi telefonati, aċċess għall-Internet, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, posta elettronika, telefonati bl-Internet u messaġġi personali pprovduti permezz il-midja soċjali.

(1)  L-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jipproteġi d-dritt fundamentali ta’ kulħadd għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Ir-rispett għall-privatezza tal-komunikazzjonijiet tal-persuna huwa dimensjoni essenzjali ta’ dan id-dritt. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika tiżgura li l-informazzjoni skambjata bejn il-partijiet u l-elementi esterni ta’ tali komunikazzjonijiet, inkluża informazzjoni rigward meta l-informazzjoni ġiet mibgħuta, minn fejn, lil min, ma għandha tiġi żvelata lil ħadd aktar minbarra lill-partijiet tal-komunikazzjoni. Il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità għandu japplika għal mezzi ta’ komunikazzjoni attwali u tal-ġejjieni, inklużi telefonati, aċċess għall-Internet, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, messaġġi fuq pjattaforma bejn utenti ta’ netwerk soċjali, posta elettronika, telefonati bl-Internet u messaġġi personali pprovduti permezz il-midja soċjali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista’ jirriżulta f’dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B’mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista’ wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta’ kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ.

(2)  Il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jiżvela informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-persuni fiżiċi involuti fil-komunikazzjoni, minn esperjenzi u emozzjonijiet personali sa kundizzjonijiet mediċi, preferenzi sesswali u opinjonijiet politiċi, li l-iżvelar tagħha jista’ jirriżulta f’dannu pesonali u soċjali, telf ekonomiku jew mistħija. B’mod simili, metadata meħuda minn komunikazzjoni elettronika tista’ wkoll tiżvela informazzjoni sensittiva u personali ħafna. Din il-metadata tinkludi n-numri li wieħed ċempel, is-siti web miżjura, il-post ġeografiku, il-ħin, id-data u d-dewmien meta dan għamel telefonata, eċċ., li tagħmilha possibbli li jsiru konklużjonijiet preċiżi dwar il-ħajjiet privati tal-persuni involuti fil-komunikazzjoni elettronika, bħar-relazzjonijiet soċjali tagħhom, l-abitudnijiet u l-attivitajiet tagħhom tal-ħajja ta’ kuljum, l-interessi u l-gosti tagħhom, eċċ. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet hija kundizzjoni essenzjali għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali konnessi oħra, bħall-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-libertà tal-għaqda, il-libertà ta’ espressjoni u informazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jippartikolarizzaw u jikkomplementaw ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika li tikkwalifika bħala data personali. Dan ir-Regolament għalhekk ma jbaxxix il-livell ta’ protezzjoni li jgawdu minnu persuni fiżiċi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun permess biss f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(5)  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jippartikolarizzaw u jikkomplementaw ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika li tikkwalifika bħala data personali. Dan ir-Regolament għalhekk ma jistax ibaxxi l-livell ta’ protezzjoni li jgawdu minnu persuni fiżiċi taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkun permess biss f’konformità ma’ u fuq il-bażi legali speċifikament prevista f’dan ir-Regolament.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta’ regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta’ imġiba onlajn ta’ utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament.

(6)  Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika bl-użu ta’ midja ġdida. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika (inklużi servizzi ġodda ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq il-web, inklużi t-telefown onlajn, il-messaġġi instantanji u l-posta elettronika bl-Internet) li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta’ regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta’ imġiba onlajn ta’ utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament.

__________________

__________________

22 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

22 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri għandhom jitħallew, fi ħdan il-limiti ta’ dan ir-Regolament, li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifikaw u jiċċaraw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dan ir-Regolament sabiex jiżguraw applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta’ dawk ir-regoli. Għaldaqstant, il-marġni ta’ diskrezzjoni, li l-Istati Membri għandhom f’dan ir-rigward, għandu jżomm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika.

imħassar

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni.

(9)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jkun il-każ irrispettivament minn jekk il-komunikazzjonijiet elettroniċi humiex marbuta ma’ pagament jew le.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta’ komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b’mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b’servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta’ aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta’ sinjali iżda anki servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali li hija anċillari għal servizz ieħor; għaldaqstant, dan it-tip ta’ servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta’ komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.

(11)  Is-servizzi użati għal finijiet ta’ komunikazzjoni, u l-mezzi tekniċi tal-forniment tagħhom, evolvew b’mod konsiderevoli. L-utenti aħħarin qed jissostitwixxu dejjem aktar it-telefonija bil-vuċi tradizzjonali, il-messaġġi testwali (SMS) u servizzi biex tintbagħat il-posta elettronika b’servizzi onlajn funzjonalment ekwivalenti bħal Vuċi fuq IP (Voice over IP), servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva u ugwali tal-utenti aħħarin meta jkunu qed jużaw servizzi funzjonalment ekwivalenti, dan ir-Regolament juża d-definizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżla fid-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika24]. Dik id-definizzjoni tinkludi mhux biss servizzi ta’ aċċess għall-Internet u servizzi li jikkonsistu kompletament jew parzjalment fit-twassil ta’ sinjali iżda anki servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali, li jistgħu jew jistgħu ma jkunux ibbażati fuq numri, bħal pereżempju, Vuċi fuq IP, servizzi ta’ messaġġi u servizzi ta’ posta elettronika bbażati fuq il-web. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni hija kruċjali anki fir-rigward ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali li huma anċillari għal servizz ieħor, bħall-messaġġi interni, newsfeeds, kronoloġiji u funzjonijiet simili f’servizzi onlajn fejn il-messaġġi jiġu skambjati ma’ utenti oħra f’dak is-servizz jew barra minnu (jiġifieri newsfeeds u kronoloġiji disponibbli pubblikament u privatament); għaldaqstant, dan it-tip ta’ servizzi li għandhom ukoll funzjonalità ta’ komunikazzjoni għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament.

__________________

__________________

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

24 Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM/2016/0590 final - 2016/0288 (COD)).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-iżvilupp ta’ teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta’ aċċess għall-Internet permezz ta’ netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal “hotspots” f’postijiet differenti ġewwa belt, stabbilimenti, ċentri kummerċjali u sptarijiet. Peress li dawk in-netwerks ta’ komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta’ utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta’ netwerks tali għandha tkun protetta. Il-fatt li servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi. B’kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta’ utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni.

(13)  L-iżvilupp ta’ teknoloġiji mingħajr wajers rapidi u effiċjenti rawwem id-disponibbiltà li qed tiżdied għall-pubbliku ta’ aċċess għall-Internet permezz ta’ netwerks mingħajr wajers aċċessibbli minn kwalunkwe peruna fi spazji pubbliċi u semiprivati bħal “hotspots” f’postijiet differenti ġewwa belt, department stores, ċentri kummerċjali, ajruporti, lukandi, hostels, sptarijiet u punti ta’ aċċess għall-Internet simili oħra. Peress li dawk in-netwerks ta’ komunikazzjoni huma pprovduti lil grupp mhux definit ta’ utenti aħħarin, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet trażmessi permezz ta’ netwerks tali għandha tkun protetta adegwatament. Il-fatt li servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika mingħajr wajers jistgħu jkunu anċillari għal servizzi oħra ma għandux ifixkel milli tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data tal-komunikazzjonijiet u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika li tuża servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi. B’kuntrast, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal gruppi magħluqa ta’ utenti aħħarin bħal netwerks korporattivi, li l-aċċess għalihom huwa limitat għal membri tal-korporazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b’mod suffiċjentement wiesa’ u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b’wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b’ċirkwit u trażmessi b’pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma’ sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta’ komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika.

(14)  Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ddefinita b’mod suffiċjentement wiesa’ u teknoloġikament newtrali biex tiġi inkluża kwalunkwe informazzjoni dwar il-kontenut trażmess jew skambjat (kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika) u l-informazzjoni dwar utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, post ġeografiku u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li tinkludi wkoll data dwar il-post, bħal pereżempju, il-post attwali jew inferit tat-tagħmir terminali, il-post tat-tagħmir terminali li minnu jew li lejh tkun saret telefonata jew konnessjoni bl-internet, jew il-hotspot tal-Wi-Fi li l-apparat ikun imqabbad miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa biex jiġi identifikat it-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin. Jekk dawn is-sinjali u d-data relatata jitwasslux b’wajer, radju, mezzi ottiċi jew elettromanjetiċi, inklużi netwerks satellitari, netwerks bil-kejbil, netwerks terrestri fissi (trażmessi b’ċirkwit u trażmessi b’pakkett, inkluż l-Internet) u mobbli, sistemi bil-kejbil tal-elettriku, id-data relatata ma’ sinjali tali għandha titqies bħala metadata ta’ komunikazzjoni elettronika u għaldaqstant tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ tinkludi informazzjoni li hija parti mill-abbonament għas-servizz meta tali informazzjoni tiġi pproċessata għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Id-data dwar il-post tat-tagħmir jenħtieġ li tinkludi d-data trażmessa jew maħżuna f’tagħmir terminali ġġenerata minn aċċelerometri, barometri, boxxli, sistemi tal-ippożizzjonar bis-satellita jew sensuri jew apparati simili.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dan ifisser li kwalunkwe interferenza fit-trażmissjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, kemm jekk direttament b’intervent uman kif ukoll jekk permezz tal-intermedjazzjoni ta’ pproċessar awtomatizzat b’magni, mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha għall-komunikazzjoni għandha tiġi pprojbita. Il-projbizzjoni tal-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjonijiet għandha tapplika waqt li tkun qed tintbagħat, jiġifieri sakemm l-indirizzat maħsub tal-komunikazzjoni elettronika ikun irċieva l-kontenut. L-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ sseħħ, pereżempju, meta xi ħadd ieħor minbarra l-partijiet għall-komunikazzjoni, jisma’ t-telefonati, jaqra, jiskennja jew jaħżen il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika, jew il-metadata assoċjata għal finijiet oħra minbarra għall-iskambju ta’ komunikazzjonijiet. L-interċezzjoni sseħħ ukoll meta partijiet terzi jissorveljaw siti web miżjura, il-ħin taż-żjarat, l-interazzjoni mal-oħrajn, eċċ., mingħajr il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Hekk kif it-teknoloġija tevolvi, il-modi tekniċi ta’ kif issir l-interċezzjoni żdiedu ukoll. Modi tali jistgħu jvarjaw mill-installazzjoni ta’ tagħmir li jiġbor data minn tagħmir terminali fuq żoni mmirati, bħall-hekk imsejħa IMSI (Identità Internazzjonali ta’ Abbonati tal-Mowbajl) catchers, sa programmi u tekniki li, pereżempju, jissorveljaw bil-moħbi d-drawwiet ta’ bbrawżjar bil-għan li joħolqu profili tal-utenti finali. Eżempji oħra ta’ interċezzjoni jinkludu l-ħtif ta’ data ta’ payload jew data ta’ kontenut minn netwerks u ruters mingħajr wajers mhux kriptati, inklużi l-attitudnijiet ta’ bbrawżjar mingħajr il-kunsens tal-utenti aħħarin.

(15)  Data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dan ifisser li kwalunkwe interferenza fit-trażmissjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, kemm jekk direttament b’intervent uman kif ukoll jekk permezz tal-intermedjazzjoni ta’ pproċessar awtomatizzat b’magni, mingħajr il-kunsens tal-partijiet kollha għall-komunikazzjoni għandha tiġi pprojbita. Il-projbizzjoni tal-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjonijiet għandha tapplika wkoll waqt li tkun qed tintbagħat, jiġifieri sakemm l-indirizzat maħsub tal-komunikazzjoni elettronika ikun irċieva l-kontenut, u meta jiġi maħżun. L-interċezzjoni ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ sseħħ, pereżempju, meta xi ħadd ieħor minbarra l-partijiet għall-komunikazzjoni, jisma’ t-telefonati, jaqra, jiskennja jew jaħżen il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika, jew il-metadata assoċjata għal finijiet oħra minbarra għall-iskambju ta’ komunikazzjonijiet. L-interċezzjoni sseħħ ukoll meta partijiet terzi jissorveljaw siti web miżjura, il-ħin taż-żjarat, l-interazzjoni mal-oħrajn, eċċ., mingħajr il-kunsens tal-utent aħħari kkonċernat. Modi tali jistgħu jvarjaw mill-installazzjoni ta’ tagħmir li jiġbor data minn tagħmir terminali fuq żoni mmirati, bħall-hekk imsejħa IMSI (Identità Internazzjonali ta’ Abbonati tal-Mowbajl) catchers, sa programmi u tekniki li, pereżempju, jissorveljaw bil-moħbi d-drawwiet ta’ bbrawżjar bil-għan li joħolqu profili tal-utenti finali. Eżempji oħra ta’ interċezzjoni jinkludu l-ħtif ta’ data ta’ payload jew data ta’ kontenut minn netwerks u routers mingħajr wajers mhux kriptati, l-injezzjoni ta’ reklami jew kontenut ieħor u analiżi ta’ data tat-traffiku tal-klijenti, inklużi l-attitudnijiet ta’ bbrawżjar mingħajr il-kunsens tal-utenti aħħarin.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-projbizzjoni ta’ ħżin ta’ komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta’ din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta’ theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta’ malwar jew l-ipproċessar ta’ metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ.

(16)  Il-projbizzjoni ta’ ħżin ta’ komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta’ din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta’ theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta’ malware jew l-ipproċessar ta’ metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ. Meta tip ta’ pproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għal dawn il-finijiet aktarx li jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, jenħtieġ li jitwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u, skont il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa’ l-possibbiltajiet għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta’ utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika m’għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta’ użi kummerċjali ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta’ heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta’ data bl-użu ta’ kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta’ individwi. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f’ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta’ ħin, huwa neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f’ċerti intervalli ta’ ħin. Dan l-identifikatur ikun nieqes kieku kellha tintuża data anonima u moviment tali ma jkunx jista’ jintwera. Użu tali ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jista’, pereżempju, ikun ta’ benefiċċju għall-awtoritajiet pubbliċi u operaturi ta’ trasport pubbliku biex jiddefinixxu fejn għandhom jiżviluppaw infrastruttura ġdida, abbażi tal-użu ta’ u l-pressjoni fuq l-istruttura eżistenti. Fejn tip ta’ pproċessar ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, u b’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, qabel l-ipproċessar għandhom isiru valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, u skont ma jkun il-każ, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679. 2016/679.

(17)  L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika jista’ jkun utli għan-negozji, il-konsumaturi u s-soċjetà in ġenerali. Vis-à-vis id-Direttiva 2002/58/KE, dan ir-Regolament iwessa’ l-possibbiltajiet għall-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, abbażi tal-kunsens ta’ utenti aħħarin. Madankollu, l-utenti aħħarin jagħtu importanza kbira lill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom, inklużi l-attivitajiet onlajn tagħhom, u li jridu jikkontrollaw l-użu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet oħra minbarra biex titwassal il-komunikazzjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin biex jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, li għandha tinkludi data dwar fejn jinsab l-apparat iġġenerata għall-għan li jingħataw u jinżammu l-aċċess u l-konnessjoni mas-servizz. Id-data dwar il-lok iġġenerata barra mill-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika m’għandhiex titqies bħala metadata. Eżempji ta’ użi kummerċjali ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jinkludu l-forniment ta’ heatmaps; rappreżentazzjoni grafika ta’ data bl-użu ta’ kuluri biex tiġi indikata l-preżenza ta’ individwi. Dan jenħtieġ li jsir f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Biex jintwerew il-movimenti tat-traffiku f’ċerti direzzjonijiet waqt ċertu perjodu ta’ ħin, jista’ jkun neċessarju identifikatur biex iqabbel il-pożizzjonijiet tal-individwi f’ċerti intervalli ta’ ħin. Meta tiġi pproċessata metadata ta’ komunikazzjoni elettronika, qabel l-ipproċessar jenħtieġ li ssir konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja, skont l-Artikoli 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-użu ta’ tagħmir terminali tali, kemm jekk maħżuna f’tali tagħmir jew emessa minnu, mitluba minn jew ipproċessata sabiex ikun jista’ jagħmel konnessjoni ma’ apparat ieħor u jew tagħmir tan-netwerk, huma parti mill-isfera privata tal-utenti aħħarin li jirrikjedu protezzjoni taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Peress li tagħmir tali fih jew jipproċessa informazzjoni li tista’ tiżvela dettalji ta’ kumplessitajiet emottivi, politiċi u soċjali ta’ individwu, inkluż il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet, ritratti, il-post tal-individwi billi jkun hemm aċċess għall-kapaċitajiet ta’ GPS tal-apparat, listi ta’ kuntatt, u informazzjoni oħra diġà maħżuna fl-apparat, l-informazzjoni relatata ma’ tagħmir tali tirrikjedi protezzjoni tal-privatezza mtejba. Barra minn hekk, l-hekk imsejjaħ spyware, web bugs, identifikaturi moħbija, cookies ta’ traċċar u għodda ta’ traċċar mhux mixtieqa simili oħra jistgħu jidħlu fit-tagħmir terminali tal-utent aħħar mingħajr ma jkunu jafu sabiex jiksbu aċċess għal informazzjoni, biex jaħżnu informazzjoni moħbija u biex jitraċċaw l-attivitajiet. Informazzjoni relatata mal-apparat tal-utent aħħari tista’ tinġabar ukoll mill-bogħod għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ittraċċar, bl-użu ta’ tekniki bħall-hekk imsejħa “magna għat-teħid tal-marki tas-swaba’”, ta’ spiss mingħajr ma jkun jaf l-utent aħħari, u tista’ tkun ta’ intrużjoni serja fil-privatezza ta’ dawn l-utenti aħħarin. Tekniki li jissorveljaw bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utenti aħħarin, pereżempju bl-ittraċċar tal-attivitajiet tagħhom onlajn jew tal-post tat-tagħmir terminali tagħhom, jew jaqilbu l-ħidma tat-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin huma ta’ theddida serja għall-privatezza tal-utenti aħħarin. Għaldaqstant, kwalunkwe interferenza tali mat-tagħmir terminali tal-utent aħħari għandha titħalla biss bil-kunsens tal-utent aħħari u għal finijiet speċifiċi u trasparenti.

(20)  Tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u kwalunkwe informazzjoni relatata mal-użu ta’ tagħmir terminali tali, kemm jekk maħżuna f’tali tagħmir jew emessa minnu, mitluba minn jew ipproċessata sabiex ikun jista’ jagħmel konnessjoni ma’ apparat ieħor u jew tagħmir tan-netwerk, huma parti mill-isfera privata tal-utenti aħħarin li jirrikjedu protezzjoni taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Peress li tagħmir tali fih jew jipproċessa informazzjoni li tista’ tiżvela dettalji ta’ kumplessitajiet emottivi, politiċi u soċjali ta’ individwu, inkluż il-kontenut ta’ komunikazzjonijiet, ritratti, il-post tal-individwi billi jkun hemm aċċess għall-kapaċitajiet ta’ GPS tal-apparat, listi ta’ kuntatt, u informazzjoni oħra diġà maħżuna fl-apparat, l-informazzjoni relatata ma’ tagħmir tali tirrikjedi protezzjoni tal-privatezza mtejba. Barra minn hekk, l-hekk imsejjaħ spyware, web bugs, identifikaturi moħbija, cookies ta’ traċċar u għodda ta’ traċċar mhux mixtieqa simili oħra jistgħu jidħlu fit-tagħmir terminali tal-utent aħħar mingħajr ma jkunu jafu sabiex jiksbu aċċess għal informazzjoni, biex jaħżnu informazzjoni moħbija u biex jitraċċaw l-attivitajiet jew biex jinstigaw ċerti operazzjonijiet jew kompiti tekniċi, spiss mingħajr l-għarfien tal-utent. Informazzjoni relatata mal-apparat tal-utent aħħari tista’ tinġabar ukoll mill-bogħod għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ittraċċar, bl-użu ta’ tekniki bħall-hekk imsejħa “magna għat-teħid tal-marki tas-swaba’”, ta’ spiss mingħajr ma jkun jaf l-utent aħħari, u tista’ tkun ta’ intrużjoni serja fil-privatezza ta’ dawn l-utenti aħħarin. Tekniki li jissorveljaw bil-moħbi l-azzjonijiet tal-utenti aħħarin, pereżempju bl-ittraċċar tal-attivitajiet tagħhom onlajn jew tal-post tat-tagħmir terminali tagħhom, jew jaqilbu l-ħidma tat-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin huma ta’ theddida serja għall-privatezza tal-utenti aħħarin. Jenħtieġ li jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta’ protezzjoni tal-isfera privata tal-utenti fir-rigward tal-privatezza u tal-kunfidenzjalità tal-kontenut, il-funzjonament u l-użu tat-tagħmir terminali tal-utenti. Għaldaqstant, kwalunkwe interferenza tali mat-tagħmir terminali tal-utent aħħari għandha titħalla biss bil-kunsens tal-utent aħħari u għal finijiet speċifiċi, limitati u trasparenti.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f’tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta’ servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent aħħari. Dan jista’ jinkludi l-ħżin ta’ cookies għat-tul ta’ sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Il-cookies jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web. Fornituri tas-soċjetà tal-informazzjoni li jkunu involuti f’ikkontrollar tal-konfigurazzjoni biex jipprovdu s-servizz f’konformità mas-settings tal-utent aħħari u s-sempliċi lloggjar tal-fatt li l-apparat tal-utent aħħari ma jistax jirċievi kontenut mitlub mill-utent aħħari ma għandhomx jikkostitwixxu aċċess għal apparat tali jew l-użu tal-kapaċitajiet ta’ pproċessar tal-apparat.

(21)  Eċċezzjonijiet għall-obbligu li jinkiseb kunsens biex isir użu mill-kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali jew biex ikun hemm aċċess għal informazzjoni maħżuna f’tagħmir terminali għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvu l-ebda intrużjoni tal-privatezza jew intrużjoni limitata ħafna biss. Pereżempju, ma għandux jintalab il-kunsens għall-awtorizzazzjoni tal-ħżin tekniku jew l-aċċess strettament meħtieġa u proporzjonati għall-fini leġittimu li jsir possibbli l-użu ta’ servizz speċifiku espliċitament mitlub mill-utent aħħari. Dan jista’ jinkludi l-ħżin ta’ cookies għat-tul ta’ sessjoni stabbilita unika fuq sit web biex jinżamm rekord tal-input tal-utent aħħari meta jkunu qed jimtlew formoli onlajn fuq diversi paġni. Il-cookies jistgħu wkoll ikunu għodda leġittima u utli, pereżempju, biex jitkejjel it-traffiku fuq il-web għal sit web mill-persuna jew persuna ġuridika inkarigata mis-sit web ("l-analitika tal-ewwel parti").

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Id-data dwar il-lok tat-tagħmir tista’ tagħti intwizzjoni dettaljata u intrużiva ħafna tal-ħajja personali tal-individwu jew tan-negozju u tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni. L-ipproċessar tad-data dwar il-lok minn kwalunkwe sors, kemm jekk metadata tal-komunikazzjoni elettronika kif ukoll jekk data dwar il-lok tat-tagħmir jenħtieġ li jitwettaq fuq il-bażi ta’ regoli ċari.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta’ informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista’ jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta’ cookies ta’ traċċar u tekniki ta’ traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta’ traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B’riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b’talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta’ mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta’ settings trasparenti u faċli għall-utent, jista’ jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bl-użu ta’ settings adatti ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti aħħarin meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta’ privatezza ġenerali tagħhom ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta’ applikazzjoni ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f’pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent aħħari jikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B’mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web jistgħu jintużaw bħala gwardjani, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter).

(22)  Il-metodi użati għall-forniment ta’ informazzjoni u biex jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari għandhom ikunu kemm jista’ jkun faċli għall-utent. Minħabba l-użu persistenti ta’ cookies ta’ traċċar u tekniki ta’ traċċar oħra, l-utenti aħħarin huma dejjem aktar mitluba jipprovdu l-kunsens biex jinħażnu cookies ta’ traċċar tali fit-tagħmir terminali tagħhom. B’riżultat, l-utenti aħħarin huma mgħobbija żżejjed b’talbiet biex jipprovdu kunsens. L-użu ta’ mezzi tekniċi biex jiġi pprovdut kunsens, pereżempju, permezz ta’ settings trasparenti u faċli għall-utent, jista’ jindirizza din il-problema. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevjeni l-użu tal-hekk imsejħa “cookie walls” u “cookie banners” li ma jgħinux lill-utenti jżommu kontroll fuq l-informazzjoni personali u l-privatezza tagħhom jew li jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi l-possibbiltà li jiġi espress kunsens bi speċifikazzjonijiet tekniċi, pereżempju bl-użu ta’ settings adatti ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra. Dawn is-settings jenħtieġ li jinkludu għażliet li jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni dwar it-tagħmir terminali tal-utent kif ukoll sinjal mibgħut mill-brawżer jew applikazzjoni oħra li tindika l-preferenzi tal-utent lil partijiet oħra. L-għażliet magħmula mill-utenti meta jkunu qed jistabbilixxu s-settings ta’ privatezza ġenerali ta’ brawżer jew applikazzjoni oħra għandhom ikunu vinkolanti fuq, u infurzabbli kontra, kwalunkwe parti terza. Il-brawżers tal-web huma tip ta’ applikazzjoni ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Tipi oħra ta’ applikazzjonijiet, bħal dawk li jippermettu telefonati u messaġġi jew jipprovdu gwida tar-rotta, ukoll għandhom l-istess kapaċitajiet. Il-brawżers tal-web jimmedjaw ħafna minn dak li jiġri bejn l-utent aħħari u s-sit web. Minn din il-perspettiva, huma jinsabu f’pożizzjoni privileġġata biex ikollhom rwol attiv biex jgħinu lill-utent jikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni lejn u mit-tagħmir terminali. B’mod aktar partikolari, il-brawżers tal-web, l-applikazzjonijiet jew is-sistemi operatorji mobbli jistgħu jintużaw bħala l-eżekutur tal-għażliet ta’ utent aħħari, u hekk jgħinu lill-utenti aħħarin biex jipprevjenu l-aċċess jew il-ħżin ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tagħhom (pereżempju smart phone, tablet jew kompjuter).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ data bid-disinn u b’mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq “aċċetta l-cookies kollha”. Għaldaqstant il-fornituri ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b’tali mod li joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali; din ta’ spiss tiġi ppreżentata bħala “irrifjuta cookies ta’ parti terza”. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti sett ta’ opzjonijiet ta’ settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, “taċċetta qatt cookies”) sa aktar baxxi (pereżempju, “dejjem aċċetta cookies”) u intermedji (pereżempju, “irrifjuta cookies ta’ parti terza” jew “aċċetta biss cookies tal-ewwel parti”). Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b’mod faċilment viżibbli u intelliġibbli.

(23)  Il-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ data bid-disinn u b’mod awtomatiku ġew ikkodifikati taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679. Attwalment, is-settings awtomatiċi għal cookies fil-biċċa l-kbira tal-brawżers attwali huma stabbiliti fuq “aċċetta l-cookies kollha”. Għaldaqstant il-fornituri ta’ softwer li jippermetti l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandu jkollhom obbligu li jikkonfiguraw s-softwer b’tali mod li joffri l-opzjoni li jevita b’mod awtomatiku l-intraċċar fuq diversi oqsma u l-ħżin ta’ informazzjoni fuq it-tagħmir terminali minn partijiet oħra; din ta’ spiss tiġi ppreżentata bħala “irrifjuta traċċaturi u cookies ta’ parti terza”. L-utenti aħħarin għandhom jiġu offruti, b’mod awtomatiku, sett ta’ opzjonijiet ta’ settings tal-privatezza, li jvarjaw minn aktar għolja (pereżempju, “taċċetta qatt traċċaturi u cookies”) sa aktar baxxi (pereżempju, “dejjem aċċetta traċċaturi u cookies”) u intermedji (pereżempju, “irrifjuta t-traċċaturi u l-cookies kollha li mhumiex strettament meħtieġa biex jipprovdu servizz mitlub b’mod espliċitu mill-utent” jew “irrifjuta l-intraċċar kollu fuq diversi oqsma”). Dawn l-għażliet jistgħu jkunu wkoll aktar dettaljati. Is-settings tal-privatezza jenħtieġ li jinkludu wkoll għażliet li jippermettu lill-utent jiddeċiedi pereżempju, jekk jistax jiġi eżegwit Flash, JavaScript jew softwer simili, jekk sit web jistax jiġbor data ta’ lokalizzazzjoni mingħand l-utent, jew jekk jistax ikollu aċċess għal ħardwer speċifiku bħal webcam jew mikrofonu. Settings tal-privatezza tali għandhom jiġu ppreżentati b’mod faċilment viżibbli, oġġettiv u intelliġibbli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex brawżers tal-web ikunu jistgħu jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin kif iddefinit taħt ir-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju, għall-ħżin ta’ cookies ta’ traċċar ta’ parti terza, dawn għandhom, fost oħrajn, jirrikjedu azzjoni affermattiva ċara mill-utent aħħari ta’ tagħmir terminali biex juri l-qbil tiegħu jew tagħha mogħti liberalment, infurmat speċifiku, u mhux ambigwu għall-ħżin u l-aċċess ta’ tali cookies fit-tagħmir terminali u minnu. Azzjoni tali tista’ tiġi kkunsidrata li hi affermattiva, pereżempju, jekk l-utenti aħħarin huma rikjesti li jagħżlu b’mod attiv “aċċetta cookies ta’ parti terza” biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom u huma mogħtija l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu l-għażla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-fornituri ta’ softwer li jippermetti aċċess għall-Internet ikunu rikjesti li, fil-mument tal-installazzjoni, jinfurmaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibbiltà li jagħżlu s-settings ta’ privatezza fost id-diversi opzjonijiet u jitolbuhom jagħmlu għażla. L-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tiddiswadi lill-utenti aħħarin milli jagħżlu settings ta’ privatezza aktar għoljin u għandha tinkludi informazzjoni rilevatni dwar ir-riskji assoċjati ma’ li cookies ta’ parti terza jitħallew jinħażnu fil-kompjuter, inkluż il-ġabra ta’ rekords fuq perjodu fit-tul tal-istejjer tal-ibbrawżjar tal-individwi u l-użu ta’ tali rekords biex jintbagħat reklamar immirat. Il-brawżers tal-web huma mħeġġa biex jipprovdu modi faċli biex l-utenti aħħarin jibdlu s-settings tal-privatezza fi kwalunkwe ħin waqt l-użu u biex jippermettu lill-utent jagħmel eċċezzjonijiet għal, jew li jistabbilixxi “lista bajda” ta’ ċerti siti web jew li jispeċifika għal liema siti web cookies ta’ parti (terza) huma dejjem permessi jew ma huma qatt permessi.

imħassar

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-aċċess għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta’ ċerti pakketti ta’ data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta’ sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta’ Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta’ bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta’ aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista’ tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta’ informazzjoni relatata ma’ tagħmir b’funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta’ persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta’ persuni f’żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista’ tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b’offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta’ individwi fuq perjodu ta’ żmien, inklużi żjarat ripetuti f’postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f’prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta’ kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f’perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta’ kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(25)  L-aċċess għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika jirrikjedi l-emissjoni regolari ta’ ċerti pakketti ta’ data sabiex tkun skoperta jew miżmuma konnessjoni man-netwerk jew apparti oħra fuq in-netwerk. Barra minn hekk, l-apparti għandu jkollhom indirizz uniku assenjat sabiex ikunu identifikabbli fuq dak in-netwerk. Standards tal-telefonija mingħajr wajers u ċellulari bl-istess mod jinvolvu l-emissjoni ta’ sinjali attivi li jkun fihom identifikaturi uniċi bħal indirizz MAC, l-IMEI (International Mobile Station Equipment Identity - Identità tat-Tagħmir ta’ Stazzjon Mobbli Internazzjonali), l-IMSI, eċċ. Stazzjon ta’ bażi mingħajr wajers unika (jiġifieri trażmettitur u riċevitur), bħal punt ta’ aċċess mingħajr wajers, għandha firxa speċifika li fiha tista’ tinqabad informazzjoni tali. Tfaċċaw fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ traċċar ibbażati fuq l-iskennjar ta’ informazzjoni relatata ma’ tagħmir b’funzjonalitajiet diversi, inkluż li jiġu magħduda n-nies, li tiġi pprovduta data dwar in-numru ta’ persuni li jkunu qed jistennew fil-kju, il-konferma tan-numru ta’ persuni f’żona speċifika, eċċ. Din l-informazzjoni tista’ tintuża għal finijiet aktar intrużivi, bħal biex jintbagħtu messaġġi kummerċjali lil utenti aħħarin, pereżempju meta jidħlu fi ħwienet, b’offerti personalizzati. Filwaqt li xi wħud minn dawn il-funzjonalitajiet ma jinvolvux riskji għall-privatezza għoljin, xi oħrajn jinvolvu riskji għall-privatezza għoljin, pereżempju dawk li jinvolvu l-ittraċċar ta’ individwi fuq perjodu ta’ żmien, inklużi żjarat ripetuti f’postijiet speċifikati. Il-fornituri involuti f’prattiki tali għandhom juru avviżi prominenti li jkunu jinsabu fix-xifer taż-żona ta’ kopertura li jinfurmaw lill-utenti aħħarin qabel ma jidħlu fiż-żona ddefinita li qed titħaddem it-teknoloġija f’perimetru partikolari, l-għan tal-ittraċċar, il-persuna responsabbli minnu u l-eżistenza ta’ kwalunkwe miżura li l-utent aħħari tat-tagħmir terminali jista’ jieħu biex jimminizza jew iwaqqaf il-ġbir. Informazzjoni addizzjonali għandha tiġi pprovduta fejn data personali hija miġbura skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, dawn il-fornituri jenħtieġ li jiksbu l-kunsens tal-utent aħħari jew janonimizzaw id-data immedjatament filwaqt li jillimitaw l-għan għal sempliċement għadd ta’ statistika fi żmien u spazju limitat u joffru possibbiltajiet ta’ nonparteċipazzjoni effettiva.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jaqa’ fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta’ komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta’ awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3).

(26)  Meta l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika minn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jaqa’ fl-ambitu tiegħu, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet speċifiċi jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta restrizzjoni tali tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi speċifiċi inklużi s-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika u objettivi importanti oħra ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-abbiltà tal-Istati Membri li jwettqu interċettazzjoni legali ta’ komunikazzjoni elettronika jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji u proporzjonati biex jissalvagwardjaw l-interessi pubbliċi msemmija hawn fuq, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-kriptaġġ u miżuri oħra ta’ sigurtà huma kritiċi biex jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-komunikazzjoni elettronika u s-sigurtà u l-integrità tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika inġenerali. Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri jenħtieġ li ma jinvolvu l-ebda obbligu fuq il-fornitur tan-netwerk jew tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika li jirriżulta fid-dgħajfien tas-sigurtà u tal-kriptaġġ tan-netwerks u tas-servizzi tagħhom. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jipprevedu proċeduri adatti biex jiffaċilitaw talbiet leġittimi ta’ awtoritajiet kompetenti, u fejn rilevanti għandu jiġi meqjus ukoll ir-rwol tar-rappreżentant maħtur skont l-Artikolu 3(3).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Il-komunikazzjoni lil rappreżentanti eletti jew awtoritajiet pubbliċi dwar kwistjonijiet ta’ ordni pubbliku, leġiżlazzjoni jew attivitajiet oħra ta’ istituzzjonijiet demokratiċi jenħtieġ li ma titqiesx bħala kummerċjalizzazzjoni diretta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Għandhom jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta’ intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta’ intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta’ persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta’ regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta’ relazzjoni eżistenti ma’ klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi simili. It-tali possibbiltà għandha tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

(33)  Għandhom jiġu pprovduti salvagwardji biex l-utenti aħħarin jiġu protetti minn komunikazzjonijiet mhux solleċitati għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, li jistgħu jkunu ta’ intrużjoni fil-ħajja privata tal-utenti aħħarin. Il-livell ta’ intrużjoni fil-privatezza u malizzja huwa meqjus relattivament simili indipendentement mill-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji u modi użati biex issir din il-komunikazzjoni elettronika, kemm jekk jintużaw sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni awtomatizzati, applikazzjonijiet ta’ messaġġi instantanji, posta elettronika, SMS, MMS, Bluetooth, eċċ. Huwa għaldaqstant iġġustifikat li jkun rikjest li jinkiseb il-kunsens tal-utent aħħari qabel ma tintbagħat komunikazzjoni elettronika kummerċjali għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta lill-utenti aħħarin sabiex jiġu effettivament protetti l-individwi mill-intrużjoni fil-ħajja privata tagħhom kif ukoll l-interess leġittimu ta’ persuni ġuridiċi. Iċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli li jipproteġu kontra komunikazzjoni elettronika mhux solleċitata jibqgħu tajbin fil-ġejjieni jiġġustifikaw il-ħtieġa li jiġi ddefinit sett uniku ta’ regoli li ma jvarjax skont it-teknoloġija użata biex titwassal din il-komunikazzjoni mhux solleċitata, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta’ protezzjoni liċ-ċittadini kollha fl-Unjoni kollha. Madankollu, huwa raġonevoli li jitħalla l-użu tad-dettalji ta’ kuntatt tal-posta elettronika fil-kuntest ta’ relazzjoni eżistenti ma’ klijent biex jiġu offruti prodotti jew servizzi simili. It-tali possibbiltà għandha tapplika biss għall-istess kumpanija li tkun kisbet id-dettalji ta’ kuntatt elettroniċi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u għal perjodu ta’ żmien limitat biss.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex ikun faċli li l-kunsens jiġi rtirat, il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta b’posta elettronika għandhom jippreżentaw link, jew indirizz ta’ posta elettronika validu, li jistgħu jintużaw faċilment mill-utenti aħħarin biex jirtiraw il-kunsens tagħhom. Persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta permezz ta’ telefonati vuċi għal vuċi u permezz tal-awtomatizzazzjoni ta’ sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni għandhom juru l-linja ta’ identità tagħhom li fuqha wieħed jista’ jċempel lill-kumpanija jew jippreżentaw kodiċi speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(35)  Sabiex ikun faċli li l-kunsens jiġi rtirat, il-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta b’posta elettronika għandhom jippreżentaw link, jew indirizz ta’ posta elettronika validu, li jistgħu jintużaw faċilment mill-utenti aħħarin biex jirtiraw il-kunsens tagħhom. Persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jkunu qed iwettqu komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta permezz ta’ telefonati vuċi għal vuċi u permezz tal-awtomatizzazzjoni ta’ sistemi ta’ telefonati u komunikazzjoni għandhom juru l-linja ta’ identità tagħhom li fuqha wieħed jista’ jċempel lill-kumpanija u jippreżentaw kodiċi speċifiku li jidentifika l-fatt li t-telefonata hija telefonata ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b’miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta’ softwer jew teknoloġiji ta’ kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b’riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta’ sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta’ sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(37)  Il-fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jipproċessaw id-data ta’ komunikazzjoni elettronika b’tali mod li jevitaw l-aċċess, id-divulgazzjoni jew l-alterazzjoni mhux awtorizzati, jiżguraw li tali aċċess, divulgazzjoni jew alterazzjoni mhux awtorizzati jkunu jistgħu jiġu aċċertati, u jiżguraw ukoll li tali data ta’ komunikazzjoni elettronika tiġi protetta billi jużaw tipi speċifiċi ta’ softwer u teknoloġiji ta’ kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b’riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta’ sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta’ sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-obbligi tal-Artikolu 40 tal-[Kodiċi Ewropew dwar Komunikazzjoni Elettronika] jenħtieġ li japplikaw għas-servizzi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi u l-obbligi tas-sigurtà relatati magħhom.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa timponi penali inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, flimkien, jew minflok kwalunkwe miżura adatta oħra skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f’kull każ individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b’mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Bil-għan li tiġi stabbilita multa taħt dan ir-Regolament, intrapriża għandha tkun mifhuma bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat.

(40)  Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa timponi penali inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament, flimkien, jew minflok kwalunkwe miżura adatta oħra skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f’kull każ individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b’mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Bil-għan li tiġi stabbilita multa taħt dan ir-Regolament, intrapriża għandha tkun mifhuma bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. L-impożizzjoni ta’ penali doppji li jirriżultaw mill-ksur kemm tar-Regolament (UE) 2016/279 kif ukoll ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ipprojbita.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u b’mod partikolari, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u b’mod partikolari, id-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

2.  Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

2.  Dan ir-Regolament jiżgura, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, il-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, li la għandu jkun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet relatati mar-rispett għall-ħajja privata u l-komunikazzjonijiet ta’ persuni fiżiċi u l-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jippartikularizzaw u jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jikkomplementaw ir-Regolament (UE) 2016/679 billi jistabbilixxu regoli speċifiċi meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li japplikaw sakemm dan ir-Regolament ma jistipulax dispożizzjonijiet speċjali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mwettqa b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin.

1.  Dan ir-Regolament japplika:

 

(a)  għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mwettqa b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin, jew ipproċessata minnu, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament mill-utent;

 

(b)   għal informazzjoni trażmessa, maħżuna, miġbura minn, ipproċessata minn, jew inkella relatata ma’ tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, jekk ma tkunx protetta skont ir-Regolament (UE) 2016/679;

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)  attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-liġi tal-Unjoni;

(a)  attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-liġi tal-Unjoni;

(b)  attivitajiet tal-Istati Membri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b)  attivitajiet tal-Istati Membri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(c)  servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mhumiex pubblikament disponibbli;

(c)  servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mhumiex pubblikament disponibbli skont l-Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679;

(d)  attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;

(d)  attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika;

3.  L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huwa rregolat mir-Regolament (UE) 00/0000 [Regolament ġdid li jissostitwixxi r-Regolament 45/2001]

3.  L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huwa rregolat mir-Regolament (UE) 00/0000 [Regolament ġdid li jissostitwixxi r-Regolament 45/2001]

4.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizz intermedjarju fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

4.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizz intermedjarju fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

5.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE.

5.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE.

________________

________________

1 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)( ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16).

1 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)( ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni u rappreżentant territorjali

Kamp ta’ applikazzjoni u rappreżentant territorjali

1.  Dan ir-Regolament japplika għal:

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, fejn l-utent aħħari huwa fl-Unjoni:

(a)  il-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lil utenti aħħarin fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament tal-utent aħħari;

 

(b)  l-użu ta’ servizzi tali;

 

(c)  il-protezzjoni ta’ informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin li jkunu jinsabu fl-Unjoni.

 

2.  Fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.

2.  Fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta’ direttorju pubblikament disponibbli, il-fornitur ta’ softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika jew il-persuna li tiġbor informazzjoni trażmessa lejn, maħżuna fi, miġbura minn, ipproċessata minn jew altrimenti relatata ma’ tagħmir terminali tal-utenti aħħarin ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni huma għandhom jaħtru bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.  Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-utenti aħħarin ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tali.

3.  Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-utenti aħħarin ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tali.

4.  Ir-rappreżentant għandu jkollu s-setgħa li jwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b’mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.  Ir-rappreżentant għandu jkun awtorizzat u pprovdut bl-informazzjoni rilevanti mill-fornitur li jirrappreżenta biex iwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b’mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, lill-qrati u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.  Il-ħatra ta’ rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta’ komunikazzjoni elettronika b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni lil utenti aħħarin fl-Unjoni.

5.  Il-ħatra ta’ rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 minn barra l-Unjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  “metadata ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser data pproċessata f’netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data użata biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, data dwar il-post tal-apparat iġġenerata fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni;

c)  “metadata ta’ komunikazzjoni elettronika” tfisser data pproċessata f’netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tat-trażmissjoni, id-distribuzzjoni jew l-iskambju ta’ kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika; inkluża data użata biex jiġu ttraċċati u identifikati s-sors u d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni, data dwar il-post tal-apparat iġġenerata fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, u d-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni; Din tinkludi data mxandra jew trażmessa mit-tagħmir terminali biex jiġu identifikati l-komunikazzjonijiet tal-utenti aħħarin u/jew it-tagħmir terminali fin-netwerk u jippermettulu jaqbad ma’ tali netwerk jew apparat ieħor.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f)  “komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” tfisser kwalunkwe forma ta’ reklamar, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ telefonati u komunikazzjoni b’interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.;

f)  “komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” tfisser kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni kummerċjali, kemm jekk bil-miktub jew orali, mibgħut lil utent wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ telefonati u komunikazzjoni b’interazzjoni umana jew mingħajrha, posta elettronika, SMS, eċċ.;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PROTEZZJONI TA’ KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA’ INFORMAZZJONI MAĦŻUNA FIT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM

PROTEZZJONI TA’ KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI U TA’ INFORMAZZJONI PPROĊESSATA MINN U RELATATA MAT-TAGĦMIR TERMINALI TAGĦHOM

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Id-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta’ interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

1.  Id-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta’ interċettazzjoni, sorveljanza jew kwalunkwe pproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika irrispettivament minn jekk din id-data hijiex fi tranżitu jew maħżuna, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.

 

1a.   Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali kif definiti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, biex tiġi protetta l-integrità tat-tagħmir terminali u s-sikurezza, is-sigurtà u l-privatezza tal-utenti, il-fornituri jew in-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jieħdu miżuri xierqa bbażati fuq ir-riskju u fuq l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex b’mod raġonevoli jevitaw id-distribuzzjoni permezz tan-netwerks jew tas-servizzi tagħhom ta’ softwer malizzjuż kif imsemmi fl-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 2013/40/UE.

 

1b.  Il-kunfidenzjalità tad-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tinkludi wkoll it-tagħmir terminali u l-komunikazzjonijiet minn magna għal magna meta tkun relatata ma’ utent.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Proċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Proċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Proċessar permess ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Proċessar legali ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

1.  Il-fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta’ komunikazzjoni elettronika jekk:

1.  Il-fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi jistgħu jipproċessaw data ta’ komunikazzjoni elettronika biss jekk:

(a)  dan ikun neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun teknikament strettament neċessarju biex jiksbu t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni, għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan u d-data tinżamm f’format binarju; jew

(b)  dan ikun neċessarju biex tinżamm jew terġa’ tiġi stabbilita s-sigurtà ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan.

(b)  dan ikun teknikament strettament neċessarju biex tinżamm jew terġa’ tiġi stabbilita d-disponibbiltà, l-integrità, il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika rispettivi, jew biex jinkixfu ħsarat tekniċi u/jew żbalji fit-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika, għat-tul ta’ żmien teknikament neċessarju għal dak il-għan. jew

 

(ba)  fejn tali pproċessar jipproduċi effetti biss b’relazzjoni mal-utent li jkun talab is-servizz u ma jaffettwax b’mod negattiv id-drittijiet fundamentali ta’ utenti oħra, meta l-utent ikun ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha, u sal-punt li l-iskop ikkonċernat ma setax jintlaħaq mingħajr l-ipproċessar ta’ tali metadata.

2.  Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jekk:

2.  Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw metadata ta’ komunikazzjoni elettronika biss:

(a)  dan ikun neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta’ rekwiżiti ta’ servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/2120 għat-tul ta’ żmien neċessarju għal dak il-għan; jew

(a)  dan ikun strettament neċessarju biex tintlaħaq il-kwalità obbligatorja ta’ rekwiżiti ta’ servizz skont [id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika] jew ir-Regolament (UE) 2015/2120 għat-tul ta’ żmien teknikament neċessarju għal dak il-għan; jew

(b)  dan huwa neċessarju għal ħruġ ta’ kontijiet, kalkolu ta’ pagamenti ta’ interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta’ abbonament frodulenti għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv tagħhom; jew

(b)  dan huwa strettament neċessarju għal ħruġ ta’ kontijiet, kalkolu ta’ pagamenti ta’ interkonnessjoni, is-sejbien jew it-twaqqif ta’ abbonament frodulenti għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jew tal-użu abbużiv u illegali tagħhom;

jew

(c)  l-utent ikkonċernat ta(t) (i)l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar tal-metadata ta’ komunikazzjonijiet tiegħu jew tagħha għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil utenti aħħarin tali, diment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li hija magħmula anonima.

(c)  l-utent aħħari kkonċernat, wara li jkun irċieva l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar intenzjonat b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem faċilment, ipprovduta b’mod separat mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur, ikun ta minn qabel il-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tal-metadata ta’ komunikazzjonijiet tiegħu għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar, inkluż għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi lil tali utenti aħħarin, dment li l-fini jew il-finijiet ikkonċernat(i) ma setax/setgħux jiġi/u sodisfatt(i) mingħajr l-ipproċessar ta’ tali metadata.

3.  Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika biss:

3.  Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika jistgħu jipproċessaw kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika biss:

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta’ servizz speċifiku lil utent aħħari, jekk l-utent aħħari jew l-utenti aħħarin ikkonċernat(i) ikun(u) ta(w) (i)l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta’ dak is-servizz ma jistax jiġi ssodisfat mingħajr l-ipproċessar ta’ kontenut tali; jew

(a)  għall-uniku fini tal-forniment ta’ servizz speċifiku mitlub mill-utent aħħari, jekk l-utent aħħari kkonċernat ikun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha minn qabel għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tiegħu jew tagħha u l-forniment ta’ dak is-servizz ma jkunx jista’ jiġi sodisfatt mingħajr l-ipproċessar ta’ kontenut tali mill-fornitur, u l-kunsens ma jkunx kundizzjoni biex wieħed ikollu aċċess għal servizz jew jużah; jew

(b)  jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u ssodisfat(i) bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

(b)  jekk l-utenti aħħarin ikkonċernati kollha taw il-kunsens tagħhom minn qabel għall-ipproċessar tal-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika tagħhom għal fini(jiet) speċifikat(i) wieħed jew aktar li ma jistax/jistgħux jiġi/u sodisfatt(i) bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li hija magħmula anonima, u l-fornitur ikkonsulta l-awtorità superviżorja. Il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw għall-konsultazzjoni tal-awtorità superviżorja.

 

3a.  Għall-għoti ta’ servizz mitlub b’mod espliċitu minn utent ta’ servizz tal-komunikazzjoni elettronika għall-użu purament individwali tiegħu jew għall-użu individwali relatat max-xogħol, il-fornitur tas-servizz tal-komunikazzjoni elettronika jista’ jipproċessa d-data tal-komunikazzjoni elettronika biss għall-għoti tas-servizz mitlub b’mod espliċitu u mingħajr il-kunsens tal-utenti kollha biss fejn dan l-ipproċessar mitlub jipproduċi effetti biss fir-rigward tal-utent li jkun talab is-servizz u ma jaffettwax b’mod negattiv id-drittijiet fundamentali ta’ utent jew utenti oħra. Dan il-kunsens speċifiku mill-utent aħħari għandu jipprekludi lill-fornitur milli jipproċessa dik id-data għal kwalunkwe fini ieħor.

________________

________________

1 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

1 ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Ħażna u tħassir ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Ħażna u tħassir ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista’ tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b’xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

1.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1), il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-kontenut ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima wara li r-riċevitur jew ir-riċevituri maħsuba jkunu rċevew il-kontenut tal-komunikazzjoni elettronika. Data tali tista’ tiġi rrekordjata jew maħżuna mill-utenti aħħarin jew minn parti terza oħra speċifika fdata minnhom biex tirrekordja, taħżen jew tipproċessa b’xi mod ieħor data tali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni.

2.  Mingħajr ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 6(2), il-fornitur tas-servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jħassar il-metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jew irendi dik id-data anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni.

3.  Fejn l-ipproċessar ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-metadata rilevanti tista’ tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista’ jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista’ jibqa’ jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali.

3.  Fejn l-ipproċessar ta’ metadata ta’ komunikazzjoni elettronika jseħħ għall-fini tal-ħruġ tal-kontijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(2), il-data li hija strettament neċessarja tista’ tinżamm sa tmiem il-perjodu li matulu kont jista’ jiġi legalment ikkontestat jew li matulu jista’ jibqa’ jintalab pagament skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Protezzjoni ta’ informazzjoni maħżuna fi u relatata ma’ tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin

Protezzjoni ta’ informazzjoni maħżuna fi, relatata ma’ u pproċessata minn tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin

1.  L-użu ta’ kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali u l-ġbir ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, inkluż dwar is-softwer u l-ħardwer tiegħu, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

1.  L-użu ta’ kapaċitajiet ta’ pproċessar u ħżin ta’ tagħmir terminali u l-ġbir ta’ informazzjoni mit-tagħmir terminali tal-utenti aħħarin, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni permezz tat-tagħmir terminali, inkluża informazzjoni dwar jew iġġenerata mis-softwer u l-ħardwer tiegħu, u kwalunkwe data tal-kommunikazzjonijiet elttroniċi li tidentifika utenti aħħarin, minbarra l-utent aħħari kkonċernat għandu jkun ipprojbit, ħlief għar-raġunijiet li ġejjin:

  dan ikun neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika; jew

(a)  dan ikun strettament neċessarju għall-fini uniku tat-twettiq tat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni elettronika fuq netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika li fih għandha tinħażen id-data f’format binarju; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens tiegħu jew tagħha; jew

(b)  l-utent aħħari jkun ta l-kunsens speċifiku tiegħu jew tagħha, li m’għandux ikun obbligatorju biex wieħed ikollu aċċess għas-servizz;

(c)  dan ikun neċessarju għall-forniment ta’ servizz ta’ soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari; jew

(c)  dan ikun strettament neċessarju għall-forniment ta’ servizz ta’ soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari, għat-tul ta’ żmien meħtieġ għal dak l-għoti tas-servizz, sakemm l-għoti ta’ dak is-servizz speċifiku ma jistax jiġi sodisfatt mingħajr l-ipproċessar ta’ tali kontenut mill-fornitur; jew

(d)  jekk dan ikun neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web, diment li tali kejl isir mill-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari.

(d)  jekk dan ikun strettament neċessarju għall-kejl tal-udjenza tal-web tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni mitlub mill-utent aħħari, dment li tali kejl isir mill-fornitur, jew f’isem il-fornitur, jew minn aġenzija tal-analitika tal-web indipendenti li taġixxi fl-interess pubbliku jew għal skop xjentifiku; u barra minn hekk, dment li l-ebda data personali ma tkun ġiet magħmula aċċessibbli għal kwalunkwe parti oħra u li tali kejl tal-udjenza tal-web ma jirriżultax b’mod li jiġu ntraċċati l-utenti aħħarin madwar is-servizzi differenti tas-soċjetà tal-informazzjoni u li jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-utent aħħari.

 

(da)  id-data titħassar mingħajr dewmien żejjed ladarba jintilef l-iskop tal-ġbir.

 

(daa)  aġġornament tas-sigurtà huwa strettament teknikament neċessarju, dment li:

 

(i)  tali aġġornamenti bl-ebda mod ma jibdlu l-funzjonalità tal-ħardwer jew softwer jew tas-settings tal-privatezza magħżula mill-utent;

 

(ii)  l-utent jiġi infurmat minn qabel kull darba li jkun qed jiġi installat tali aġġornament; u