RAPPORT dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur:
20.10.2017 - (2017/2066(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Olle Ludvigsson
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2007 dwar "Is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni" (COM(2007)0226),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (id-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur)[1],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur)[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001[3],
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bit-titolu "Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl" (COM(2011)0941),
– wara li kkunsidra r-"Report on Good Practices on Comparison Websites" (Rapport dwar Prattiki Tajbin fuq Siti Web ta' Tqabbil) tal-2014 mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol,
– wara li kkunsidra l-opinjoni indirizzata lill-istituzzjonijiet tal-UE f'April 2016 mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol dwar "A Common Framework for Risk Assessment and Transparency for IORPs" (Opinjoni għall-Istituzzjonijiet tal-UE dwar Qafas Komuni għall-Valutazzjoni tar-Riskju u t-Trasparenza għall-IORPs),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju)[4],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE[6],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (id-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament)[7],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) (COM(2014)0509),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard[8],
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE[9],
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni)[10],
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar "Is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur: Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji" (COM(2015)0630),
– wara li kkunsidra t-tweġiba tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-21 ta' Marzu 2016 għall-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur,
– wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali 446 ta' Lulju 2016 dwar il-Prodotti u s-Servizzi Finanzjarji,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur[11],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2016 ta' Better Finance bit-titolu: "Pension Savings: The Real Return" (Tfaddil għall-pensjoni: Il-Profittabbiltà Reali),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar "FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju"[12],
– wara li kkunsidra d-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-ASE tal-21 ta' Marzu 2017,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2017 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur: Prodotti Aħjar, Aktar Għażla" (COM(2017)0139),
– wara li kkunsidra l-Istudju tas-Suq għall-Ġestjoni tal-Assi tal-Financial Conduct Authority tar-Renju Unit ta' Ġunju 2017,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0326/2017),
A. billi s-suq tal-UE fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għadu pjuttost sottożviluppat u frammentat ħafna, filwaqt li x-xogħol għadu għaddej fi Stati Membri differenti; billi, għalhekk, hemm bżonn ta' azzjoni urġenti u effiċjenti li tiffaċilita innovazzjoni li tkun ta' benefiċċju għall-utenti finali filwaqt li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, u li tista' tagħti spinta lill-kompetittività, tnaqqas il-prezzijiet u żżid l-għażla u d-diversità tal-prodotti;
B. billi għandna nibqgħu ambizzjużi fir-rigward tat-tneħħija tal-ostakli nazzjonali u t-trażżin tat-tendenzi eżistenti li jwaqqfu l-innovazzjoni fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikunu aktar ambizzjużi fil-qasam tal-investimenti għall-konsumaturi transkonfinali fil-qafas tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), billi jindirizzaw mhux biss il-kwistjonijiet l-aktar faċli iżda wkoll l-ostakli l-aktar importanti li jaffettwaw dan is-suq li jinkludu l-lingwa, it-tħassib dwar il-frodi jew il-kriminalità, l-inċertezza dwar l-implikazzjonijiet tat-taxxa, id-differenzi fit-titoli u l-liġi korporattiva, ir-rimedju mhux magħruf u l-proċedimenti ta' insolvenza, u n-nuqqas ta' fiduċja fl-oqfsa tal-protezzjoni tal-konsumatur;
C. billi suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikun vijabbli biss jekk jirrappreżenta valur miżjud reali għall-konsumaturi u għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji billi jiżgura kompetizzjoni u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, l-aktar fir-rigward ta' prodotti li huma neċessarji għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika u għall-konsumaturi vulnerabbli;
D. billi l-Ewrobarometru Speċjali 446 jikkonkludi li, fir-rigward ta' prodotti jew servizzi finanzjarji, l-Ewropej għadhom qed jixtru l-aktar f'pajjiżhom stess u spiss lanqas biss jesprimu l-ħtieġa jew ix-xewqa li jkollhom aċċess għal dawn is-servizzi barra mill-pajjiż, għalkemm xi ostakli attwali qed jipprevjenuhom ukoll milli jagħmlu dan; billi anke fi ħdan l-Istat Membru tagħhom stess, parti żgħira biss tfittex aktar offerti attraenti u jbiddel il-fornituri tiegħu; billi n-nuqqas ta' kompetizzjoni (transkonfinali) li tirriżulta tista' tipprevjeni lill-konsumaturi u lill-investituri ż-żgħar milli jiksbu l-aħjar offerta fil-prodotti u s-servizzi finanzjarji li jixtru;
E. billi d-definizzjoni tal-FinTech hija stabbilita fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Mejju 2017, li tiddikjara li l-FinTech għandha tinftiehem bħala attività finanzjarja magħmula possibbli b'teknoloġiji ġodda jew ipprovduta permezz ta' dawn it-teknoloġiji, li taffettwa lill-komponenti kollha tas-settur finanzjarju, mit-tranżazzjonijiet bankarji għall-assigurazzjoni, u l-fondi tal-pensjoni, il-konsulenza dwar l-investiment, is-servizzi ta' ħlas u l-infrastrutturi tas-swieq; billi l-applikazzjoni tat-teknoloġiji għall-għoti ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur għandha potenzjal tali li tgħin biex jingħelbu wħud mill-ostakli għas-suq uniku u biex ittejjeb l-effiċjenza operattiva tas-settur; billi d-diġitalizzazzjoni waħedha mhix biżżejjed biex jingħelbu dawn l-ostakli; billi integrazzjoni akbar tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fuq livell transkonfinali u komunikazzjoni aħjar tal-opportunitajiet li joffri dan is-suq jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' domanda infurmata li tippromwovi l-kisba ta' standards ta' kwalità aħjar f'dan il-qasam;
1. Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur ikkunsidra b'mod sħiħ parti mit-tħassib imqajjem mill-Parlament fir-rapport tiegħu dwar il-Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, bil-għan li tkun żgurata protezzjoni għall-konsumatur fil-kuntest li jsir sforz favur suq uniku sod iffaċilitat mit-teknoloġija għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, filwaqt li jkun hemm protezzjoni tal-konsumaturi, inkoraġġiment tal-kompetizzjoni, garanzija tal-protezzjoni tad-data, roħs fil-prezzijiet u ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; jemmen, madankollu, li l-Pjan ta' Azzjoni ma jilħaqx l-ambizzjoni li jinħoloq ambjent regolatorju li jwassal għat-trasparenza, it-tkabbir u l-innovazzjoni, b'livell għoli ta' fiduċja min-naħa tan-negozji u l-konsumaturi fil-prodotti finanzjarji għall-konsumaturi; jinnota l-livelli u l-opaċità tat-tariffi u tal-kummissjonijiet b'rabta mal-pensjonijiet privati, il-fondi ta' investiment u prodotti għall-konsumatur oħrajn għadhom għoljin, u dan inaqqas ir-redditu reali għall-investituri fil-livell tal-konsumaturi b'mod sinifikanti; jikkondividi, madankollu, il-fehma tal-Kummissjoni li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti leġiżlattivi li tfasslu f'dawn l-aħħar snin fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, inkluż MIFID2 u IDD, għandhom jinżammu u jingħataw prijorità, filwaqt li, jekk meħtieġ, għandhom jiġu ppreżentati inizjattivi leġiżlattivi ġodda;
2. Jilqa' l-iżvilupp ta' servizzi u ta' istituzzjonijiet finanzjarji ġodda li jikkontribwixxu għall-kompetizzjoni fis-swieq finanzjarji u għal opportunitajiet ġodda għall-konsumaturi; jinnota, madankollu, li fl-2016, il-finanzjament tal-FinTech fl-Ewropa ammonta għal USD 2,2 biljun biss meta mqabbel mat-USD 12,8 biljun fl-Istati Uniti u mat-USD 8,6 biljun fiċ-Ċina, li juri l-ħtieġa urġenti għal bidla rapida fil-mentalità u rispons regolatorju adegwat għall-iżviluppi teknoloġiċi sabiex l-Ewropa ssir suq ewlieni għall-innovazzjoni; jenfasizza li suq uniku ġenwin għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fejn jiġu żgurati livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur u kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ġodda fis-suq jagħmel l-UE attraenti bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji innovattivi u jipprovdi lill-konsumaturi għażla akbar u aħjar b'rati aktar baxxi; jenfasizza li għalkemm it-teknoloġiji l-ġodda jippreżentaw sfidi regolatorji, huma joffru wkoll opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni li minnhom jibbenefikaw l-utenti finali u jirrappreżentaw stimolu għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi;
3. Iqis li huwa essenzjali li servizzi finanzjarji ta' kull tip – inklużi iżda mhux limitati għall-ftuħ ta' kontijiet kurrenti u tat-tfaddil u l-forniment ta' kards bankarji, self għall-konsum u self ipotekarju, assigurazzjoni u dejn sovran – ikunu jistgħu jiġu pprovduti fuq bażi transkonfinali;
4. Iqis li jmur kontra l-prinċipji tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur li jintalab li konsumatur ikun residenti fl-Istat Membru, jew li jkollu dokument nazzjonali ta' identità maħruġ mill-Istat Membru fejn jiġi offrut is-servizz finanzjarju, inkluż dejn sovran, għall-forniment effikaċi tiegħu;
5. Jemmen li huwa pożittiv li jiġi ffaċilitat l-akkwist transkonfinali ta' dejn sovran min-naħa ta' investituri individwali;
6. Huwa tal-fehma li, f'konformità mal-paragrafu 135 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE[13], il-kontijiet kurrenti u ta' tfaddil m'għandhomx jiġġeneraw kummissjoni għall-utenti sakemm dawn huma marbuta ma' servizzi speċifiċi;
7. Jenfasizza li l-aċċess għall-flus kontanti permezz tal-ATMs huwa servizz pubbliku essenzjali li jrid jiġi pprovdut mingħajr ebda prattika diskriminatorja jew inġusta u għalhekk, ma jridx iġarrab kostijiet eċċessivi;
8. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet finanzjarji għadhom jikkanċellaw il-kards ta' pagament jekk id-detentur imur jgħix fi Stat Membru ieħor, u jitlob li tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward, inkluż billi l-awtoritajiet nazzjonali jiġu mwissija;
9. Jilqa' l-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni jindirizza għadd ta' kwistjonijiet importanti u li f'ċerti oqsma jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, bi skadenzi ċari;
10. Jemmen li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar proattiv fl-użu tas-CMU, filwaqt li tinvolvi mill-qrib lill-Parlament bħala parti mill-implimentazzjoni tal-ftehim ta' Pariġi, biex tappoġġja s-suq tal-investiment sostenibbli u responsabbli (SRI) li qed jikber permezz tal-promozzjoni ta' investimenti sostenibbli, bl-għoti ta' informazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG) effikaċi u standardizzata minn kumpaniji elenkati u intermedjarji finanzjarji u r-riflessjoni adegwata ta' tali kriterji fis-sistemi ta' ġestjoni tal-investiment u l-istandards ta' divulgazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tippromwovi "servizzi ta' klassifikazzjoni" ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) u qafas konsistenti għas-suq tal-bonds ekoloġiċi, billi tibni fuq l-istudju tal-Kummissjoni rilevanti u l-ħidma tal-grupp ta' studju tal-G20 dwar il-finanzjament ekoloġiku; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-ħolqien ta' "kont ta' tfaddil tal-UE" sabiex jinfetaħ il-finanzjament fit-tul u tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ekoloġika fl-Ewropa;
11. Jissottolinja l-importanza ta' ċentri finanzjarji vitali li jipprovdu swieq dinamiċi għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur;
12. Iqis li livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u trasparenza huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' suq uniku fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jinsisti, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi vulnerabbli permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tad-Direttiva dwar il-Kont Bażiku ta' Pagament u li miżuri ulterjuri huma wkoll meħtieġa, bħall-politiki ta' edukazzjoni finanzjarja; jemmen li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali dwar il-konsumaturi ta' prodotti finanzjarji jeħtieġ jissaħħaħ u, fejn meħtieġ, jiġi armonizzat ulterjorment fl-Istati Membri kollha;
13. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' "l-istess servizz, l-istess riskju, l-istess regola, l-istess superviżjoni" sabiex ma tinħoloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni, l-aktar bil-ħolqien ta' atturi ġodda; jenfasizza li dawn ir-regoli ma għandhomx jostakolaw l-innovazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara l-użu ta' dispożizzjonijiet ġenerali tajba, li attwalment jistgħu jintużaw b'mod indirett mill-Istati Membri biex jimblukkaw prodotti ġodda li jkunu deħlin fis-suq tagħhom, u tagħti s-setgħa lill-ASE jkunu medjaturi attivi bejn l-Istati Membri meta jkun hemm interpretazzjonijiet kunfliġġenti dwar l-użu ta' tali dispożizzjonijiet;
14. Jinsisti li suq Ewropew tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur irid ikun ta' benefiċċju għall-SMEs f'termini kemm tal-provvista kif ukoll tad-domanda; jispeċifika li f'termini ta' provvista, dan ifisser garanzija ta' titjib fl-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, filwaqt li f'termini ta' domanda, dan ifisser li l-SMEs ikunu jistgħu jaċċessaw swieq transkonfinali b'mod aktar faċli; jenfasizza li kompetizzjoni ikbar ma għandhiex tippenalizza lill-SMEs li jipprovdu servizzi finanzjarji għall-konsumatur li joperaw fuq bażi lokali;
15. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li s-superviżuri finanzjarji Ewropej (l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA) jingħataw is-setgħat u r-riżorsi xierqa biex iwettqu l-firxa sħiħa ta' dmirijiet regolatorji u superviżorji tagħhom fl-interessi tal-ħarsien tal-konsumatur;
16. Jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà li tintroduċi d-29 reġim għal prodotti finanzjarji għall-konsumatur; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li toħloq qafas ġuridiku armonizzat għall-għażliet predefiniti standardizzati għall-prodotti finanzjarji komunement l-aktar użati fl-UE fuq il-mudell tal-Kont Bankarju Bażiku u l-PEPP;
Azzjoni 1 – Imposti orħos fuq tranżazzjonijiet mhux f'euro
17. Ifakkar li t-tariffi għall-pagamenti transkonfinali barra ż-żona tal-euro għadhom għoljin; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tipproponi malajr kemm jista' jkun emenda tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001, sabiex jitnaqqsu t-tariffi għat-tranżizzjonijiet transkonfinali fl-Istati Membri kollha; jiddeplora, f'dan il-kuntest, in-nuqqas ta' strument komuni Ewropew ta' pagamenti bankarji online, bħal karta tal-kreditu jew tad-debitu fil-livell tal-UE u ta' proprjetà Ewropea;
Azzjoni 2 – Trasparenza fil-konverżjoni tal-munita
18. Jenfasizza li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali hija ċentrali għall-indirizzar tan-nuqqas ta' trasparenza "tal-konverżjoni dinamika tal-munita"; ifakkar li d-Direttiva (UE) 2015/2366 tistabbilixxi obbligu għan-negozjanti li jenfasizzaw b'mod ċar u jippreżentaw il-kost finali tal-konverżjoni dinamika tal-munita għall-konsumaturi, anke meta dawk il-konsumaturi jagħmlu ġbid ta' flus mill-ATM li jinvolvi konverżjoni tal-munita; jenfasizza, madankollu, li l-konsumaturi jridu jkunu jistgħu jagħżlu l-aħjar rati u għandhom ikunu konxji mit-tariffi u l-kostijiet addizzjonali meta jagħmlu tranżazzjonijiet, pagamenti barra minn pajjiżhom jew ġbid ta' flus mill-ATM, anke meta tintuża l-konverżjoni dinamika tal-munita; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-fornituri jiżvelaw kwalunkwe valwazzjoni pożittiva tar-rata tal-kambju, bħala ħlas bħala parti mid-divulgazzjoni tal-kostijiet u tal-ħlasijiet meħtieġa taħt il-PSD2, u li r-rati offruti minn fornituri differenti ta' servizzi finanzjarji jiġu ppreżentati b'mod trasparenti; jinnota li t-titjib fil-litteriżmu finanzjarju tal-konsumaturi huwa essenzjali sabiex ikun jista' jinkiseb dan l-għan; jirrakkomanda t-twettiq ta' eżerċizzji ta' "xiri bil-moħbi" fil-livell tal-UE, bil-għan li jiġu vvalutati u rrapportati pubblikament l-ostakli għall-aċċess transkonfinali, il-kwalità tas-servizz u l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u jsir monitoraġġ tal-iżviluppi fil-prodotti u s-servizzi;
Azzjoni 3 – Tibdil tal-prodotti aktar faċli
19. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huma ftit il-konsumaturi li jaqilbu minn prodott għal ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-biċċa l-kbira tal-prodotti bankarji u tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u dan hu ta' ostaklu għad-dħul fis-swieq transkonfinali tal-konsumaturi, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi li jaqilbu għal servizzi finanzjarji aktar vantaġġużi madwar l-UE kif ukoll li jitterminaw il-kuntratti finanzjarji, u sabiex is-self u prodotti finanzjarji oħra jkunu disponibbli lil hinn mill-fruntieri; jenfasizza l-potenzjal kbir għall-provvista ta' prodotti tal-assigurazzjoni fil-livell transkonfinali, bħall-assigurazzjoni tal-vetturi; jinnota, madankollu, li l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali jippermetti lill-istituzzjonijiet finanzjarji jiddeċiedu ma' min jidħlu f'kuntratt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tirrikonoxxi l-importanza tal-kontroll tas-self predatorju u s-self ta' ammonti żgħar (payday loans), li rriżultaw fl-isfruttament tal-konsumaturi vulnerabbli u l-SMEs;
20. Japprova l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tinkorpora l-kisbiet tad-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament sabiex ikun aktar faċli li jinbidlu l-fornituri tas-servizzi finanzjarji u l-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi leġiżlattivi, imfassla speċifikament għas-settur finanzjarju, biex jintemm l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat sabiex jiġi ffaċilitat it-tibdil mill-klijenti għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur aktar vantaġġużi fi Stati Membri oħra; jinnota li divulgazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur adegwati se jkunu essenzjali sabiex dan ikun jista' jinkiseb;
Azzjoni 4 – Siti web tat-tqabbil tal-kwalità
21. Jenfasizza l-utilità ta' portal ta' tqabbil tal-UE li jkun strutturat sew u faċli biex jintuża u li jkopri s-swieq finanzjarji għall-konsumatur Ewropej fl-intier tagħhom; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni teżamina l-firxa ta' portali indipendenti eżistenti fl-Istati Membri għal dan il-għan; jenfasizza li l-għodod ta' tqabbil iridu jkunu preċiżi u ta' rilevanza għall-konsumaturi u jridu jiffukaw mhux biss fuq il-prezz tal-prodotti iżda anke fuq il-kwalità tagħhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni kriterji oħra bħad-disponibbiltà ta' netwerks f'fergħat, kuntatt wiċċ imb wiċċ u sostenibbiltà ta' prattiki tan-negozju u filwaqt li jitqies li jistgħu jitqabblu biss prodotti simili; ifakkar li l-prodotti simili biss jistgħu jitqabblu bejniethom sabiex il-konsumaturi ma jitħawdux;
22. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi għodod bħall-Punti ta' Kuntatt Uniku, li jtejbu l-kompetizzjoni u jassistu lill-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi;
Azzjoni 5 – Assigurazzjoni aħjar ta' vetturi bil-mutur
23. Huwa tal-fehma li wara r-rieżami REFIT tal-Kummissjoni fir-rigward tad-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur, l-emendi għad-Direttiva ser ikunu kruċjali biex jiġi żgurat kumpens għall-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku u biex jiġu ffaċilitati l-portabbiltà transkonfinali u r-rikonoxximent tal-bonus fin-nuqqas ta' talbiet, anke fid-dawl tas-sentenzi tal-QtĠ-UE fis-sens li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur għandu jiġi rieżaminat malajr kemm jista' jkun sabiex jindirizza n-nuqqas ta' rikonoxximent tal-bonus fin-nuqqas ta' talbiet u jiġi żgurat li japplika għaċ-ċirkostanzi li kien maħsub għalihom mill-koleġiżlaturi;
Azzjoni 6 – Ipprezzar trasparenti tal-kiri tal-karozzi
24. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk humiex meħtieġa aktar inizjattivi dwar il-kiri tal-karozzi li jbigħu assigurazzjoni supplimentari, bil-għan li jiġi żgurat l-ipprezzar trasparenti li jkopri l-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi kollha madwar l-Istati Membri kollha;
Azzjoni 7 – Suq Uniku aktar profond għall-kreditu għall-konsumatur
25. Jenfasizza li, jekk il-Kummissjoni biħsiebha tesplora modi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transkonfinali għas-self, l-indirizzar tad-dejn eċċessiv tal-konsumaturi jrid jingħata prijorità; jitlob li tittieħed azzjoni dwar modi kif għandha tiġi kkoordinata l-informazzjoni dwar id-dejn, abbażi ta' konformità sħiħa mad-dritt tal-UE, inklużi l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex il-kredituri individwali jkunu jafu kemm konsumatur għandu dejn qabel ma jagħtuh aktar kreditu, li jwassal għal suq aktar effiċjenti fejn il-fornituri tal-kreditu jistgħu jikkompetu ma' xulxin; jitlob, f'dan il-kuntest, li ssir evalwazzjoni komprensiva tal-kawżi ta' dejn eċċessiv tal-konsumaturi; ifakkar li l-edukazzjoni finanzjarja hija mezz effikaċi għall-protezzjoni tal-konsumaturi li huma f'riskju ta' dejn eċċessiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tippromwovi l-edukazzjoni finanzjarja u trawwem kollaborazzjoni ma' diversi partijiet ikkonċernati f'dan il-qasam importanti; ifakkar, fil-kuntest taż-żieda fl-użu tad-data tal-klijent jew tal-big data mill-istituzzjonijiet finanzjarji, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), li jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt li jikseb spjegazzjoni ta' deċiżjoni meħuda mill-ipproċessar awtomatizzat u li jikkontesta din id-deċiżjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit li d-data mhux korretta tista' tinbidel u li tista' tintuża biss data verifikabbli u rilevanti; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex iżidu l-isforzi sabiex jiggarantixxu l-infurzar ta' dawn id-drittijiet; huwa tal-fehma li l-kunsens li jingħata għall-użu tad-data personali jeħtieġ li jkun dinamiku u li s-suġġetti tad-data jeħtiġilhom ikunu kapaċi jbiddlu u jadattaw il-kunsens tagħhom;
Azzjoni 8 – Regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur ġusti
26. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa jekk ir-regoli u l-prattiki nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur jaġixxux bħala ostakli inġusti għall-investiment transkonfinali u jekk, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern u l-każistika stabbiliti sew, humiex iġġustifikati minn raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku li huma meħtieġa u proporzjonati fid-dawl tal-objettivi li għandhom jintlaħqu; jenfasizza li r-regoli rilevanti dwar il-kondotta u l-protezzjoni tal-konsumaturi fid-dritt tal-Unjoni ta' spiss jippermettu deliberatament xi flessibbiltà għat-traspożizzjoni nazzjonali, sabiex il-leġiżlazzjoni Ewropea tkun tista' tiġi inkluża f'rekwiżiti nazzjonali eżistenti; jissottolinja madankollu li t-tneħħija tal-ostakli nazzjonali ma tridx tinkiseb għad-detriment tal-protezzjoni tal-konsumatur u li l-protezzjoni tal-konsumatur għandha tibqa' prijorità ta' gwida fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni; huwa mħasseb li ħafna mid-dokumentazzjoni li ssir b'risposta għal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-fornituri tal-prodotti u tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi fil-fatt mhijiex strettament meħtieġa bil-liġi u hija ta' ftit benefiċċju prattiku jew xejn għall-konsumaturi filwaqt li timponi piż li jista' jirriżulta f'kostijiet għoljin mhux meħtieġa għal dawk il-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi tali dokumentazzjoni bl-għan li tissimplifikaha mingħajr ma tissagrifika l-benefiċċji tal-protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza li l-aċċess għal informazzjoni pproċessata, rilevanti u komprensiva huwa kruċjali sabiex il-klijenti jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati; jinnota, madankollu, li l-fattur deċiżiv huwa l-kwalità u mhux il-kwantità tal-informazzjoni mogħtija; jenfasizza li r-rekwiżiti tal-informazzjoni fir-rigward tal-klijenti, stabbiliti f'diversi atti ġuridiċi Ewropej, iridu jiġu kkoordinati flimkien bl-aħjar mod possibbli; jenfasizza li jridu jiġu evitati rekwiżiti dwar divulgazzoni doppja jew kontradittorja, sabiex ma tinħoloqx burokrazija żejda kif ukoll spejjeż mhux meħtieġa u sabiex il-klijenti ma jitħawdux;
27. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-leġiżlazzjoni omnibus biex timxi mill-frammentazzjoni attwali bbażata fuq is-silos għall-MiFID, l-IDD, l-AIFMD, eċċ, u lejn it-tlestija ta' qafas konsistenti u solidu ta' trasparenza għall-konsumaturi, it-tneħħija ta' kumplessità mhux meħtieġa għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji, inkluża konverġenza superviżorja bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi użu estiż tal-mandat għall-protezzjoni tal-konsumatur tal-ASE fil-leġiżlazzjoni settorjali u tqis il-qafas tar-rieżami li jmiss tal-finanzjament u l-governanza tal-ASE; jistieden lill-Kummissjoni tinkariga lill-ASE biex imexxu l-ħidma dwar il-konverġenza tal-prattiki ta' superviżjoni għat-twettiq tan-negozju bejn Stat Membru u ieħor;
28. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tħejji kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar FIN-NET li huwa netwerk li jgħin lill-konsumaturi jinfurzaw id-drittijiet tagħhom, mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru l-qorti, billi jsibu korp kompetenti għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR); jemmen li FIN-NET għandu jtejjeb aktar il-kopertura tiegħu, jiċċara r-rwol tiegħu u jtejjeb is-sit web tiegħu;
Azzjoni 9 – Valutazzjonijiet aħjar tal-affidabbiltà kreditizja
29. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards u prinċipji tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, armonizzati u transkonfinali sabiex jitnaqqas aħjar ir-riskju li jiżdied id-dejn eċċessiv meta jiġi ffaċilitat il-kreditu online pan-Ewropew, billi l-konklużjonijiet tar-rapporti ppubblikati dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju u d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur jitqiesu b'mod komprensiv;
Azzjoni 10 – FinTech għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur
30. Jirrikonoxxi d-dritt tal-konsumaturi li jużaw softwer biex jibdew jagħmlu pagamenti u jikkondividu informazzjoni dwarhom;
31. Jappoġġja x-xewqa tal-Kummissjoni li tippreżenta Pjan ta' Azzjoni globali għall-FinTech fil-qafas tal-istrateġiji tagħha tas-CMU u s-suq uniku diġitali (DSM), u b'hekk tikkontribbwixxi għal suq uniku għas-servizzi finanzjarji effikaċi u li jiffunzjona sew, integrat u mmexxi mit-teknoloġija li minnu jibbenefikaw l-utenti finali Ewropej kollha, filwaqt li jiżgura livell ekwu; jappoġġja l-ħolqien ta' Task force dwar il-FinTech min-naħa tal-Kummissjoni; jinnota li x-xenarju l-ġdid li jirriżulta mill-iżvilupp tal-FinTechs jitlob l-istabbiliment ta' varjetà ta' salvagwardji ġodda xierqa bħal, fost l-oħrajn, edukazzjoni tal-konsumaturi rigward prodotti jew regoli ġodda kontra l-ħasil tal-flus u l-ingranaġġ fuq pjattaformi ta' kreditu tal-FinTech;
32. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina r-riżoluzzjoni tagħha dwar il-"FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju", biex tippromwovi l-ħarsien tal-konsumaturi, is-sigurtà, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta, u tiżgura li l-prinċipju ta' "l-istess servizzi, l-istess riskji, l-istess regoli" japplika għall-kumpaniji kollha irrispettivament mis-settur tagħhom jew minn fejn jinsabu; jenfasizza li l-FinTech għandha titqies bħala attività finanzjarja ffaċilitata jew fornuta permezz ta' teknoloġiji ġodda u dan jaffettwa s-settur finanzjarju kollu fil-komponenti kollha tiegħu, mis-settur bankarju għal dak tal-assigurazzjoni, il-fondi tal-pensjonijiet, il-konsulenza dwar l-investiment, is-servizzi ta' pagament u l-infrastrutturi tas-suq;
33. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq ambjent li jwassal għal soluzzjonijiet innovattivi; jinnota li l-kumpaniji innovattivi bħall-FinTechs jipprovdu l-kompetizzjoni meħtieġa biex jinħoloq suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi effikaċi;
34. Jissottolinja li istituzzjonijiet finanzjarji ġodda differenti taħt l-isem ta' FinTech għandhom l-istess responsabbiltajiet fil-konfront tal-klijenti u għall-istabbiltà finanzjarja daqs istituzzjonijiet u servizzi tradizzjonali korrispondenti oħrajn;
Azzjoni 11 – Kontrolli tal-identità diġitali
35. Jenfasizza l-potenzjal tal-firma elettronika u l-identifikazzjoni elettronika għal tranżazzjonijiet aktar faċli u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-ħidma marbuta mar-Regolament eIDAS; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-persuni li mhumiex kapaċi jew ma jkunux jixtiequ jużaw il-firma elettronika jew l-identifikazzjoni elettronika; jippromwovi l-interoperabbiltà tal-identifikazzjoni elettronika transkonfinali fis-settur tas-servizzi finanzjarji u jitlob li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri kollha (u possibbilment lil hinn, fil-pajjiżi taż-ŻEE u fl-Iżvizzera); jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tivvaluta b'urġenza l-ostakli regolatorji attwali għat-tekniki ta' identifikazzjoni elettronika u jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva li tittieħed għandha tkun teknoloġikament newtrali;
36. Itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tidentifika u tneħħi l-ostakli regolatorji għall-użu ta' sistemi ta' firem elettroniċi pan-Ewropej għall-abbonament ta' servizzi finanzjarji, u b'hekk tiffaċilita l-onboarding diġitali transkonfinali madwar l-UE, mingħajr ma taffettwa l-livell ta' sigurtà ta' sistemi eżistenti jew il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus;
Azzjoni 12 – Bejgħ online ta' servizzi finanzjarji
37. Jenfasizza l-ħtieġa li l-qafas ġuridiku eżistenti tal-UE jiġi adattat għad-dinja diġitali sabiex jitneħħew ir-riskji tal-protezzjoni tal-konsumatur marbuta ma' bejgħ online u mill-bogħod, u b'hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju għal kumpaniji ġodda u FinTechs Ewropej; jinnota r-riskji għall-konsumatur assoċjati mal-logħob tal-azzard online ppreżentati bħala prodotti finanzjarji, jiġifieri għażliet b'żewġ possibbiltajiet; jemmen li hemm bżonn superviżjoni Ewropea b'saħħitha u armonizzata biex il-konsumaturi jkunu protetti u jiġu evitati n-nuqqasijiet regolatorji; jenfasizza li l-istandards Ewropej dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi japplikaw kemm għall-kanali kummerċjali tradizzjonali kif ukoll għal dawk moderni;
38. Jissottolinja l-importanza taċ-ċibersigurtà u jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tindirizzax kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiżgura li dawn il-kwistjonijiet jiġu inklużi fil-ħidma tat-task force tagħha;
39. Jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' jkun hemm banek li joffru servizzi għall-konsumaturi, li jipprovdu servizz pubbliku essenzjali u huma ta' benefiċċju partikolari għall-SMEs, l-anzjani u l-konsumaturi vulnerabbli, li huwa inqas probabbli li jużaw is-servizzi bankarji elettroniċi u li jippreferu l-interazzjoni wiċċ imb wiċċ; jirrikonoxxi li l-għeluq tal-fergħat bankarji jiddegrada l-infrastruttura finanzjarja fil-livell lokali u jista' jkun ta' ħsara kbira ħafna għall-komunitajiet;
40. Jinnota li ż-żieda fl-użu tad-data tal-klijent jew tal-big data mill-istituzzjonijiet finanzjarji tista' twassal għal benefiċċji għall-konsumaturi, bħall-iżvilupp ta' offerti aktar personalizzati, issegmentati u orħos ibbażati fuq allokazzjoni aktar effiċjenti tar-riskju u tal-kapital; huwa mħasseb, min-naħa l-oħra, dwar l-iżvilupp tal-ipprezzar dinamiku u l-potenzjal tiegħu li jwassal għal riżultati agħar għall-konsumaturi fir-rigward tal-komparabbiltà tal-offerti u b'hekk kompetizzjoni effikaċi u ppuljar tar-riskji u mutwalizzazzjoni fis-settur tal-kreditu u tal-assigurazzjoni;
°
° °
41. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
- [2] ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.
- [3] ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.
- [4] ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34.
- [5] ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
- [6] ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
- [7] ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214.
- [8] ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1.
- [9] ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.
- [10] ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.
- [11] Testi adottati, P8_TA(2016)0434.
- [12] Testi adottati, P8_TA(2017)0211.
- [13] Testi adottati, P8_TA(2017)0027.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur jemmen li l-preżentazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar is-servizzi finanzjarji ġiet fil-mument opportun. Azzjoni konkreta hija essenzjali għas-snin li għad fadal mill-perjodu tal-mandat attwali sabiex jittieħdu passi ulterjuri lejn Suq Uniku ġenwin iffaċilitat mit-teknoloġija għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur.
Id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur ser tkun qed tbiddel l-imġiba tal-konsumaturi u s-swieq finanzjarji b'pass dejjem aktar mgħaġġel. Konsegwentement, it-tfassil tal-politika għandu jadatta ruħu aktar malajr biex ineħħi l-ostakli transkonfinali, iżid il-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi f'termini ta' prodotti aħjar bi prezzijiet aktar baxxi, filwaqt li fl-istess ħin jinforza r-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur. Biċċiet ġodda ta' leġiżlazzjoni għandhom jiġu monitorjati bir-reqqa fl-istadji ulterjuri taċ-ċiklu tal-politika sabiex niżguraw li l-miżura tal-livell 2 tkun kompetenti u idonea. Il-monitoraġġ kontinwu u mill-qrib tal-implimentazzjoni nazzjonali huwa importanti għall-kisba tal-objettivi politiċi mixtieqa. Finalment, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni jimmanifesta approċċ dinamiku għat-tfassil tal-politika li huwa neċessarju fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
Madankollu, ħafna tħassib imqajjem mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur jibqa' mhux imwieġeb mill-Kummissjoni. Pereżempju, l-ebda soluzzjoni koerenti mhija ppreżentata rigward il-prattiki mħawda li l-konsumaturi jiffaċċjaw meta jiġbdu l-flus mill-ATM f'każ ta' konverżjoni tal-munita, inkluż biex, fil-prattika, il-konsumaturi jifhmu u jikkontrollaw is-sitwazzjoni b'mod sħiħ. Barra minn hekk, il-konverżjoni tal-munita relatata mal-pagamenti fis-suq diġitali mhijiex indirizzata b'mod kredibbli. Il-prattika pjuttost persistenti li jiġu kkanċellati kards ta' pagament jekk id-detentur imur jgħix fi Stat Membru ieħor teħtieġ azzjoni urġenti sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità transkonfinali fi ħdan l-Unjoni.
Barra minn hekk, inizjattivi leġiżlattivi mmirati speċifikament għas-settur finanzjarju biex jintemm l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat ser ikunu kruċjali biex jiġi ffaċilitat it-tibdil mill-klijenti għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur aktar vantaġġużi fi Stati Membri oħra. L-isfida li tiżdied l-inklinazzjoni tal-konsumaturi lejn it-tibdil tal-prodotti fis-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi m'għandhiex tiġix sottovalutata. Anke fi ħdan l-Istati Membri, il-konsumaturi huma, fil-biċċa l-kbira, "leali" lejn il-bank jew il-kumpanija ta' assigurazzjoni lokali tagħhom. Madankollu, il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern għandha tiżdied sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni u prodotti finanzjarji aħjar bi prezzijiet aktar baxxi.
F'din il-perspettiva, il-Kummissjoni għandha taċċelera l-ħidma tagħha biex tippromwovi r-rikonoxximent reċiproku u l-interoperabbiltà tat-tekniki ta' identifikazzjoni diġitali, mingħajr ma taffettwa l-livell ta' sigurtà tas-sistemi eżistenti jew il-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-qafas tal-UE kontra l-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ser ikollhom jimplimentaw bir-reqqa r-Regolament eIDAS u l-leġiżlazzjoni ġdida kontra l-ħasil tal-flus, filwaqt li jidentifikaw u jneħħu l-ostakli regolatorji għall-użu ta' sistemi ta' firem elettroniċi għall-abbonament ta' servizzi finanzjarji, u b'hekk jiffaċilitaw l-onboarding diġitali transkonfinali madwar l-UE.
Sfida ġenerali ser tkun li tiġi żgurata l-inklużjoni finanzjarja fis-snin li ġejjin. L-aċċess għas-servizzi finanzjarji l-aktar essenzjali huwa garantit mid-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament, li tagħti lil kull konsumatur id-dritt għal kont ta' pagament bażiku. Filwaqt li dan huwa pass ambizzjuż fid-direzzjoni t-tajba, m'hemmx dubju li għad hemm xi jsir fis-snin li ġejjin. Il-ġlieda aktar persistenti kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa ser tkun fundamentali għall-kisba ta' tkabbir inklużiv fl-Istati Membri kollha.
Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-ħolqien u ż-żamma ta' kundizzjonijiet ekwi għandhom jikkostitwixxu objettiv ewlieni sabiex tiġi żgurata n-newtralità tal-mudell kummerċjali u tat-teknoloġija f'suq li qed jiżviluppa malajr. Għalhekk, il-bini ta' suq uniku b'saħħtu u vibranti fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur huwa proġett konsiderevoli li definittivament jixraq li jiġi segwit. Dan huwa qasam fejn il-proġett Ewropew jista' jagħmel differenza reali fil-ħajja tan-nies.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (28.9.2017)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur
(2017/2066(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Josef Weidenholzer
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur u l-enfasi tiegħu fuq ħafna mill-kwistjonijiet u l-inizjattivi essenzjali li tqajmu fir-rapport tal-Parlament dwar il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO), pereżempju dawk dwar it-tariffi fi tranżazzjonijiet transfruntieri, l-ipprezzar għall-kiri tal-karozzi, l-assigurazzjoni tal-vetturi u l-eIDAS, u dawk li għandhom l-għan li jżidu t-trasparenza u l-komparabbiltà tas-servizzi u l-prodotti finanzjarji fil-livell tal-UE; jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni biddlu s-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, bl-apparizzjoni ta' prodotti finanzjarji, mudelli kummerċjali u atturi ġodda bħall-kumpaniji l-ġodda tat-teknoloġija finanzjarja (Fintechs); jemmen li dawn l-iżviluppi jistgħu jtejbu l-għażla tal-konsumaturi, jappoġġjaw il-parteċipanti l-ġodda u l-innovazzjoni u jżidu l-użu tas-servizzi finanzjarji transfruntieri billi jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi f'dawn is-servizzi;
2. Jilqa' l-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni jindirizza għadd ta' kwistjonijiet importanti u li f'ċerti oqsma jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, bi skadenzi ċari;
3. Jemmen li l-ikkompletar tal-unjoni tas-swieq kapitali se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' suq uniku reali għas-servizzi u l-prodotti finanzjarji transfruntieri fl-Unjoni Ewropea kollha;
4. Jaqbel mal-Kummissjoni li qafas legali komprensiv waħdu mhuwiex biżżejjed, u li l-infurzar effettiv huwa kruċjali; jinnota li l-implimentazzjoni, u partikolarment l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' wara l-kriżi, li l-impatt tagħha jista' jkun viżibbli biss wara ftit snin, tirrappreżenta pass importanti għal diversi azzjonijiet proposti;
5. Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni għandu jkun parti minn viżjoni aktar fit-tul għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur sabiex il-partijiet interessati kollha, inklużi l-konsumaturi u s-swieq finanzjarji, jingħataw trasparenza u ċertezza;
6. Jenfasizza li l-konsumaturi jeħtieġ ikunu jistgħu jidentifikaw l-aktar għażla adatta meta jkunu qed jagħżlu l-aħjar offerta u jeħtieġ ikunu konxji mit-tariffi u l-ispejjeż l-oħra assoċjati meta jkunu qed jagħmlu tranżazzjonijiet jew pagamenti barra minn pajjiżhom, anke meta tintuża l-konverżjoni dinamika tal-munita (DCC); jitlob lill-Kummissjoni tidentifika u twettaq monitoraġġ tal-prattiki mhux trasparenti – li għandhom jiġu pprojbiti kompletament fl-Unjoni – u tesiġi, meta jkun xieraq, li l-valur ta' tranżazzjoni jintwera kemm fil-munita lokali kif ukoll fil-munita tal-pajjiż tal-oriġini tal-konsumatur fil-mument tat-tranżazzjoni, u li r-rati offruti minn fornituri tas-servizzi finanzjarji differenti jintwerew ukoll b'mod trasparenti li jinkludi t-tariffi kollha fiż-żewġ muniti, u jitlob, barra minn hekk, li tintwera rata ta' referenza newtrali pprovduta minn attur mhux kummerċjali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment l-ispiża reali involuta fit-tranżazzjoni;
7. Jilqa' r-rieżami u t-tnaqqis tal-ostakli kummerċjali nazzjonali iżda jwissi li dan la għandu jirriżulta fi standards aktar baxxi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-konsumatur u lanqas iqiegħed lill-konsumaturi f'riskju, u li l-istabbiltà finanzjarja għandha tiġi ppreservata; jenfasizza li standard għoli ta' ħarsien u fiduċja tal-konsumatur huma essenzjali għal suq intern ġenwin fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jilqa' l-objettiv tal-Kummissjoni li tivverifika li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE hija adatta u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja wkoll il-portabbiltà tal-prodotti finanzjarji għall-konsumatur;
8. Itenni l-fehma tiegħu li l-għodod ta' tqabbil online jistgħu jtejbu l-komparabbiltà bejn prodotti finanzjarji differenti u jgħinu lill-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata, pereżempju permezz ta' valutazzjoni komparattiva min-naħa tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u soluzzjonijiet diġitali, dment li l-għodod ta' tqabbil ikunu newtrali, inklużivi u jinvolvu d-divulgazzjoni totali tal-interessi finanzjarji kollha rilevanti u ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm; jemmen ukoll li l-għodod ta' tqabbil m'għandhomx jiffukaw biss fuq il-prezzijiet tal-prodotti, iżda anke fuq il-kwalità tagħhom, bl-għarfien li l-prodotti jew is-servizzi simili biss jistgħu jitqabblu bejn ġurisdizzjoni u oħra; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-partijiet ikkonċernati sabiex jissaħħu l-kwalità u l-affidabbiltà tas-siti web tat-tqabbil tas-servizzi finanzjarji u tikkunsidra li tissorvelja t-tnedija u l-adozzjoni tal-inizjattiva tal-partijiet ikkonċernati "Prinċipji essenzjali għall-għodod ta' tqabbil", inklużi l-iskemi ta' ċertifikazzjoni fuq bażi volontarja, u tevalwa l-ħtieġa ta' ċertifikazzjoni obbligatorja;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-FinTech: l-influwenza tat-teknoloġija fuq il-futur tas-settur finanzjarju[1], u tippromwovi l-ħarsien tal-konsumatur, is-sigurtà, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta u tiżgura li l-prinċipju "l-istess servizzi, l-istess riskji, l-istess regoli, l-istess superviżjoni" japplika għall-kumpaniji kollha irrispettivament mis-settur jew il-ġurisdizzjoni tagħhom; jenfasizza li l-FinTech għandha titqies bħala attività finanzjarja ffaċilitata jew fornuta permezz ta' teknoloġiji ġodda, u dan jaffettwa s-settur finanzjarju kollu fil-komponenti kollha tiegħu, mis-settur bankarju għal dak tal-assigurazzjoni, il-fondi tal-pensjonijiet, il-konsulenza dwar l-investiment, is-servizzi ta' pagament u l-infrastrutturi tas-suq;
10. Ifakkar li t-tariffi għall-pagamenti transfruntieri barra ż-żona tal-Euro għadhom għoljin; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tipproponi – rapidament – emenda tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001[2], sabiex jitnaqqsu t-tariffi għat-tranżizzjonijiet transfruntieri fl-Istati Membri kollha; jiddeplora, f'dan il-kuntest, in-nuqqas ta' sistema komuni Ewropea ta' pagamenti bankarji online, bħal karta tal-kreditu jew tad-debitu fil-livell tal-UE u ta' proprjetà Ewropea;
11. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm ambjent kompetittiv ġust li jħeġġeġ l-innovazzjoni u joffri flessibbiltà regolatorja għall-esperimentazzjoni, filwaqt li tiżgura livell għoli ta' sigurtà u ħarsien tal-konsumatur;
12. Jenfasizza l-potenzjal tal-firma elettronika u l-identifikazzjoni elettronika għal tranżazzjonijiet aktar faċli u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-ħidma marbuta mar-Regolament eIDAS; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-persuni li mhumiex kapaċi jew ma jkunux jixtiequ jużaw il-firma elettronika jew l-identifikazzjoni elettronika; jippromwovi l-interoperabbiltà tal-identifikazzjoni elettronika transfruntiera fis-settur tas-servizzi finanzjarji u jitlob li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri kollha (u possibbilment lil hinn, fil-pajjiżi taż-ŻEE u fl-Iżvizzera); jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tivvaluta b'urġenza l-ostakli regolatorji attwali għat-tekniki ta' identifikazzjoni elettronika u jenfasizza li kwalunkwe inizjattiva li tittieħed għandha tkun teknoloġikament newtrali;
13. Jenfasizza l-importanza taċ-ċibersigurtà u jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tindirizzax kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha, u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tagħmel dan bħala parti mill-ħidma tat-task force tagħha;
14. Jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' jkun hemm banek li joffru servizzi għall-konsumaturi, li jipprovdu servizz pubbliku essenzjali u huma ta' benefiċċju partikolari għall-SMEs, l-anzjani u l-konsumaturi vulnerabbli, li huwa inqas probabbli li jużaw is-servizzi bankarji elettroniċi u li jippreferu l-interazzjoni wiċċ imb wiċċ; jirrikonoxxi li l-għeluq tal-fergħat bankarji jiddegrada l-infrastruttura finanzjarja fil-livell lokali u jista' jkun ta' ħsara kbira ħafna għall-komunitajiet;
15. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huma ftit il-konsumaturi li jaqilbu minn prodott għal ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-biċċa l-kbira tal-prodotti bankarji u tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u dan hu ta' ostaklu għad-dħul fis-swieq transfruntieri tal-konsumaturi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tara li l-konsumaturi tkunilhom aktar faċli li jaqilbu għal servizzi finanzjarji aktar vantaġġużi madwar l-UE u li jitterminaw il-kuntratti finanzjarji, sabiex is-self u prodotti finanzjarji oħra jkunu disponibbli lil hinn mill-fruntieri; jenfasizza l-potenzjal kbir għall-provvista ta' prodotti tal-assigurazzjoni fil-livell transfruntier, bħall-assigurazzjoni tal-vetturi; jinnota, madankollu, li l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali jippermetti lill-istituzzjonijiet finanzjarji jiddeċiedu ma' min jidħlu f'kuntratt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tirrikonoxxi l-importanza tal-kontroll tas-self predatorju u s-self ta' ammonti żgħar (payday loans), li rriżultaw fl-isfruttament tal-konsumaturi vulnerabbli u l-SMEs;
16. Jirrikonoxxi li l-kapaċità li jiġu vvalutati b'mod realistiku u preċiż ir-riskji finanzjarji involuti fis-self lil konsumaturi f'pajjiż ieħor hija prerekwiżit għas-self transfruntier; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-industrija finanzjarja, kriterji u standards komparabbli għall-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja li jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja paragunabbli bejn Stat Membru u ieħor sabiex is-self transfruntier ikun faċilitat u aġevolat;
17. Jenfasizza l-potenzjal tad-data fil-ħolqien ta' valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja aktar preċiżi u personali; jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data fil-ħolqien ta' valutazzjonijiet ta' affidabbiltà kreditizja b'dan il-mod; jenfasizza li klassifikazzjoni tal-kreditu negattiva ma tistax tkun ibbażata biss fuq nuqqas ta' data bħal din, u li jeħtieġ jiġu esplorati metodi tradizzjonali ta' ħolqien ta' valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja f'każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed data;
18. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li s-superviżuri finanzjarji Ewropej, jiġifieri l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA jingħataw is-setgħat u r-riżorsi xierqa biex iwettqu l-firxa sħiħa ta' dmirijiet regolatorji u superviżorji tagħhom fl-interessi tal-ħarsien tal-konsumatur.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
28.9.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 3 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Edward Czesak, Kaja Kallas, Adam Szejnfeld, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vladimir Urutchev |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
32 |
+ |
|
ALDE ECR PPE
S&D
Verts/ALE |
Dita Charanzová, Kaja Kallas, Matthijs van Miltenburg Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiri Pospísil, Ivan Stefanec, Adam Szejnfeld, Mihai Turcanu, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij
Lucy Anderson, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler
Pascal Durand, Igor Soltes |
|
3 |
- |
|
EFDD ENF GUE |
John Stuart Agnew Marcus Pretzell Jiří Maštálka |
|
2 |
0 |
|
EFDD |
Robert Iwasekiewicz, Marco Zullo |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Testi adottati, P8_TA(2017)0211.
- [2] ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
10.10.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
46 8 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Lieve Wierinck, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Alain Cadec, David Coburn, Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Judith Sargentini |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
46 |
+ |
|
ALDE |
Thierry Cornillet, Petr Ježek, Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld |
|
ECR |
Ashley Fox, Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne |
|
PPE |
Burkhard Balz, Alain Cadec, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange |
|
S&D |
Pervenche Berès, Udo Bullmann, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker |
|
Verts/ALE |
Michel Reimon, Judith Sargentini, Molly Scott Cato |
|
8 |
- |
|
EFDD |
David Coburn, Marco Valli |
|
ENF |
Barbara Kappel, Bernard Monot, Marco Zanni |
|
GUE/NGL |
Fabio De Masi, Marisa Matias, Miguel Viegas |
|
0 |
0 |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni