RAPPORT dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE
23.10.2017 - (2017/2085(INI))
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch
Rapporteur għal opinjoni (*):
Daniel Dalton, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat "Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE – Rapport dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi avvanzati tas-sikurezza tal-vetturi, tal-kosteffettività u tal-fattibbiltà tagħhom għar-reviżjoni tar-regolamenti dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi u dwar il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi u ta' persuni oħrajn li jużaw it-triq (COM(2016)0787) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2016)0431),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom[1],
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta' utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE[2],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE[3],
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq[4],
– wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali[5],
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar "L-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli"[6],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 dwar it-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea[7],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar "is-Sikurezza fit-toroq 2011-2020 – L-ewwel stadji lejn strateġija dwar korrimenti"[8],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq 2011-2020[9],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-"Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti"[10],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata" (COM(2016)0766),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020" (COM(2010)0389),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "CARS 2020: Pjan ta' azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa" (COM(2012)0636),
– wara li kkunsidra l-white paper tal-Kummissjoni bl-isem "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (COM(2011)0144),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni intitolat "Benefit and feasibility of a range of new technologies and unregulated measures in the field of vehicle occupant safety and protection of vulnerable road users" (Benefiċċji u l-fattibbiltà ta' firxa ta' teknoloġiji ġodda u miżuri mhux regolati fil-qasam tas-sikurezza u l-ħarsien ta' utenti vulnerabbli tat-triq), li ġie mħejji mit-Transport Research Laboratory, u ppubblikat fil-31 ta' Marzu 2015,
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu "On the implementation of objective 6 of the European Commission's policy orientations on road safety 2011-2020 – First milestone towards an injury strategy" (Dwar l-implimentazzjoni tal-objettiv 6 tal-orjentazzjonijiet ta' politika tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza tat-toroq 2011-2020 – L-ewwel pass lejn strateġija dwar korrimenti) (SWD(2013)0094),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq b'appoġġ għad-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta, ta' Marzu 2017,
– wara li kkunsidra l-pakkett "Ewropa Attiva", ippubblikat mill-Kummissjoni fil-31 ta' Mejju 2017, li jinkludi sett ta' tmien inizjattivi leġiżlattivi b'attenzjoni speċjali fuq it-trasport bit-triq,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/260 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU "Improving global road safety" (Titjib fis-sikurezza tat-toroq fuq livell globali) tal-15 ta' April 2016,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0330/2017),
A. billi, kull sena jmutu madwar 25 500 ruħ fit-toroq tal-Ewropa, u madwar 135 000 ruħ ikorru serjament, tant li hu meħtieġ li jittieħdu aktar miżuri, u anki miżuri aktar effettivi, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, jekk il-mira ta' "żero fatalitajiet" għandha tintlaħaq;
B. billi s-sikurezza fit-toroq tiddependi fuq tliet fatturi: il-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tas-sewwieqa, u għalhekk huma meħtieġa l-miżuri fit-tliet oqsma kollha sabiex tiżdied is-sikurezza fit-toroq, u jenħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi fil-qasam tas-sikurezza attiva u passiva tal-vetturi;
C. billi l-età medja tal-karozzi tal-passiġġieri, vetturi ħfief u vetturi heavy-duty fl-UE qed tiżdied il-ħin kollu u issa taqbeż l-10 snin; billi l-età ta' vettura għandha impatt dirett fuq il-konsegwenzi ta' inċident stradali u fuq il-korrimenti mġarrba f'dawn l-inċidenti;
D. billi s-sistemi ta' għajnuna tas-sewwieqa jagħmlu l-vetturi aktar sikuri kif ukoll jgħinu fil-parteċipazzjoni sikura u attiva tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u tal-anzjani fit-traffiku tat-toroq;
E. billi sistemi ta' sewqan intelliġenti jnaqqsu l-konġestjoni, iwissu lis-sewwieqa dwar il-perikli fuq ir-rotta tagħhom, u b'hekk jgħinu biex jitnaqqas ir-riskju li wieħed jikkaġuna inċident;
F. billi t-tranżizzjoni lejn vetturi li jinstaqu b'mod awtonomu miexja b'pass imgħaġġel, u s-sikurezza tat-toroq hija b'mod ġenerali kwistjoni urġenti, b'tali mod li reviżjoni tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali trid titressaq quddiem il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-ewwel tliet xhur tal-2018; billi f'kull każ kwalunkwe dewmien ieħor ikun inaċċettabbli;
G. billi 38 % tal-fatalitajiet kollha jseħħu f'żoni urbani u spiss jinvolvu utenti vulnerabbli tat-toroq, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu in kunsiderazzjoni l-utenti tat-toroq vulnerabbli fl-ippjanar tat-traffiku urban, billi jitjieb it-trattament tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' modi ta' trasport bħal karozzi u xarabanks; billi l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta r-rieżami tagħha ta' regolamentazzjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi;
H. billi hemm rabta ċara bejn is-sikurezza fit-toroq u l-kundizzjonijiet ta' xogħol għall-utenti tat-toroq professjonali;
Rekwiżiti ġenerali
1. Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli effiċjenti u regolari tas-sewwieqa fit-toroq, peress li l-kawżi ewlenin tal-inċidenti, għadhom sal-lum, il-livelli ta' veloċità li huma sproporzjonati u eċċessivi għall-kundizzjonijiet tas-sewqan ikkonċernati, id-distrazzjoni u s-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew id-droga, u l-għaja eċċessiva, u għaldaqstant:
(a) jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi perċentwali għall-għadd ta' vetturi li għandom jiġu eżaminati fil-kategoriji M1 u N1;
(b) jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi kontrolli aktar stretti biex tinforza b'mod xieraq il-limiti tal-ħin tax-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ obbligatorji għal sewwieqa li huma utenti professjonali tat-toroq;
(c) jistieden lill-Istati Membri jżidu skambji tal-aħjar prattiki, speċjalment fir-rigward ta' strateġiji ta' infurzar intelliġenti, u biex jintroduċu sanzjonijiet li jservu ta' deterrent għal min jikser il-liġi;
2. Jinnota li madwar 25 % tal-imwiet tat-traffiku annwali kollha fl-UE huma kkawżati mill-konsum tal-alkoħol; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tevalwa l-valur miżjud possibbli tal-armonizzazzjoni tal-limiti ta' konċentrazzjoni tal-alkoħol fid-demm tal-UE fil-livell ta' 0.0 % għal sewwieqa ġodda matul l-ewwel sentejn u għal sewwieqa professjonali, u jilqa' l-politika ta' tolleranza żero ta' ċerti Stati Membri għal sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;
3. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta wieħed iżomm f'moħħu d-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta dwar it-titjib tas-sikurezza fit-toroq maħruġa mill-Presidenza Maltija fid-29 ta' Marzu 2017, li tinkludi miri ġodda biex jitnaqqas bin-nofs l-għadd ta' korrimenti serji fit-toroq tal-UE fl-istrateġija l-ġdida tagħha għas-sikurezza tat-toroq għall-għaxar snin bejn l-2020 u l-2030;
4. Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni tal-infrastruttura tat-toroq tagħhom permezz ta' manutenzjoni regolari u effettiva, inkluż ta' sinjali tat-traffiku u s-sistemi ta' sinjali, u titjib xieraq biex jittrattaw il-volumi tat-traffiku, u biex idaħħlu miżuri innovattivi li jipprovdu funzjonalità sħiħa u titjib tal-interoperabbiltà ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, li tirriżulta f'dak li jissejjaħ infrastruttura intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu biex jiġi żgurat li l-infrastruttura tat-toroq Ewropej tibqa' f'kundizzjoni adegwata;
5. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tibdiliet infrastrutturali (pereżempju ċerti tipi ta' apparat għall-ilqugħ kontra l-ħbit u li jtaffu t-traffiku) kultant jistgħu jikkawżaw inċidenti jew jagħmluhom agħar, speċjalment meta jkunu involuti vetturi b'żewġ roti li jaħdmu bil-mutur; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tipproponi kwalunkwe miżura ta' standardizzazzjoni li tista' tirrimedja dawn l-iżvantaġġi;
6. Josserva li ħafna sewwieqa mhumiex konxji tal-ħtieġa ta' jew kif jinħoloq kuritur għal aċċess tal-vettura ta' emerġenza fl-awtostradi, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi standards komuni għall-ħolqien ta' dawn il-kurituri u biex tniedi kampanja ta' sensibilizzazzjoni Ewropea;
7. Josserva li kważi nofs l-imwiet kollha fit-toroq ta' persuni mexjin fit-triq u ċiklisti jikkonċernaw persuni li għandhom aktar minn 65 sena, u li l-inċidenti tat-toroq huma l-akbar kawża ta' mwiet fost iż-żgħażagħ; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jagħmluha possibbli li l-anzjani u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jużaw it-toroq b'sikurezza billi jiżviluppaw programmi rreklamati biżżejjed għall-prevenzjoni ta' inċidenti relatati mal-età;
8. Josserva li f'51 % tal-każijiet il-vittmi tal-inċidenti fatali fit-toroq f'żoni urbani huma persuni mexjin jew ċiklisti, u għalhekk iħeġġeġ l-ibliet biex jinkludu miri fil-pjanijiet tagħhom ta' mobbiltà ħalli jnaqqsu n-numru ta' inċidenti stradali u tat-traffiku; barra minn hekk, jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu kunsiderazzjoni akbar lil utenti iktar vulnerabbli tat-toroq, billi jindirizzaw hotspots kritiċi tal-inċidenti u billi tinbena u tinżamm infrastruttura aktar sikura bil-mixi u bir-rota jew billi tiżdied u tiġi mmodernizzata l-infrastruttura eżistenti filwaqt li jiġu żgurati wkoll indikazzjonijiet aħjar; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni ulterjuri fuq il-livell tal-UE apparti d-disponibbiltà tal-iskemi ta' finanzjament eżistenti, sabiex tiffaċilita l-progress kbir miksub għal infrastruttura taċ-ċikliżmu u biex jingħata mandat lit-teknoloġiji ġodda tas-sikurezza attiva u passiva tal-vetturi li jipproteġu b'mod partikolari lill-utenti vulnerabbli tat-toroq;
9. Jinnota li minħabba li xi ċiklisti ma jafux ir-regolamenti tat-traffiku u/jew jonqsu milli josservawhom, xi kultant jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn is-sikurezza tagħhom stess u dik ta' utenti oħra tat-toroq ikunu pperikolati; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra liema tip ta' proposta tista' tagħmel biex tippromwovi l-użu tar-roti, u b'hekk jingħaqad mingħajr xkiel mal-mezzi l-oħra ta' mobbiltà urbana;
10. Jinkoraġġixxi sistema ta' trasport intelliġenti (ITS) u operaturi tat-trasport pubbliku biex jiġu żviluppati aktar it-teknoloġiji għall-vetturi li jħeġġu lix-xufiera sabiex jaqilbu għal modi tat-trasport iktar sikuri meta jidħlu f'żoni urbani;
11. Josserva li mezzi ġodda ta' trasport, bħal roti elettriċi u apparati elettriċi oħra, qed isiru dejjem aktar popolari; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni teżamina mingħajr dewmien ir-rekwiżiti ta' sikurezza għal tali vetturi, u biex tagħmel proposti dwar l-integrazzjoni sikura tagħhom fit-trasport bit-toroq, filwaqt li tqis is-sussidjarjetà;
12. Jinnota li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' sikurezza għandhom joffru s-sikurezza fit-toroq, u li dan il-proċess se jeħtieġ xi xorta ta' perjodu ta' adattament; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tippermetti ż-żmien meħtieġ biex jiġu żviluppati dawn is-sistemi qabel ma l-leġiżlazzjoni teknika speċifika tidħol fis-seħħ;
13. Ifakkar li l-frodi tal-odometru tibqa' problema mhux trattata, b'mod speċjali fis-suq tal-karozzi użati, kif innutat il-Kummissjoni fl-istudju tagħha dwar il-funzjonament tas-suq tal-karozzi użati minn perspettiva tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwistjoni ta' manipulazzjoni jew ta' tbagħbis tal-odometri permezz ta' miżuri u leġiżlazzjoni effettivi;
14. Jinnota li aktar ma jkun hemm vetturi fit-triq, aktar ikun probabbli li jseħħu l-inċidenti; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-mobbiltà kollettiva u kondiviża, speċjalment f'żoni urbani, sabiex jitnaqqas l-ammont ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, kif ukoll miżuri biex jiżdied il-proporzjon ta' roti u vetturi misjuqa b'mod professjonali;
15. Jirrimarka li t-tagħmir li għandu jinġarr b'mod obbligatorju f'vettura jvarja minn Stat Membru għal ieħor, u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tfassal lista vinkolanti madwar l-UE ta' oġġetti li għandhom jaqgħu taħt ir-rekwiżit li jinġarru;
16. Isostni li l-UE u ċ-ċentri tar-riċerka tagħha għandu jkollhom rwol ta' tmexxija fl-iżvilupp ta' vetturi awtonomi, peress li se jirrivoluzzjonaw is-settur awtomobilistiku, b'mod speċjali f'termini ta' sikurezza tat-toroq, billi dawn mistennija jsalvaw eluf ta' ħajjiet kull sena, kif ukoll jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tas-suq intern;
Sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa biex tiżdied is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq;
17. Jenfasizza li madwar 92 % tal-inċidenti kollha jistgħu jiġu attribwiti għal żbalji tal-bniedem jew l-interazzjoni tal-iżball tal-bniedem mal-vetturi u/jew l-infrastruttura, u li għalhekk għandu jkun obbligatorju li jiġu inkorporati biss dawk is-sistemi ta' assistenza tas-sewwieqa li jtejbu b'mod sinifikanti s-sikurezza tat-triq kif muri mill-evidenza xjentifika, li jkollhom proporzjon kost-benefiċċju favorevoli, u li jkunu kisbu maturità tas-suq; iqis li, barra minn hekk, iż-żidiet li jirriżultaw fil-prezz tax-xiri ma għandhomx ikunu tant eċċessivi li l-klijenti għal dawn il-vetturi ma jkunux jifilħu jixtruhom, u li sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, li huma ta' rilevanza għas-sikurezza fit-toroq, għandhom ikunu kkontrollati regolarment;
18. Jistieden lill-Kummissjoni tittestja l-apparati ta' sikurezza msemmija hawn fuq meta twettaq is-sorveljanza tas-suq tal-vetturi;
19. Iqis li l-benefiċċji ta' standards imtejba tas-sikurezza u tat-tagħmir jistgħu jinkisbu biss jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti u futuri jiġu implimentati u infurzati b'mod effikaċi; jappella, f'dan ir-rigward, għal sorveljanza akbar fil-livell Ewropew tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi fl-Unjoni; jappella, barra minn hekk, għal sorveljanza akbar u aktar indipendenti wara t-tqegħid fis-suq ta' vetturi fit-toroq madwar l-Unjoni biex ikun żgurat li jibqgħu jikkonformaw mal-kriterji tas-sikurezza;
20. Jenfasizza li, meta jiġu identifikati nuqqasijiet ta' konformità, il-konsumaturi Ewropej jenħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq miżuri korrettivi rapidi, xierqa u koordinati, inkluża s-sejħa lura ta' vetturi fl-Unjoni kollha meta jkun meħtieġ; iqis li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata lis-sidien ta' vetturi affettwati b'riżultat ta' nuqqas ta' konformità jew wara sejħa lura;
21. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-livell tas-sikurezza tal-vetturi eżistenti li jkunu qed jintużaw u biex jappoġġjaw l-iżviluppi u l-innovazzjonijiet li se jżidu s-sikurezza tal-karozzi diġà użati billi jinċentivizzaw u jippromwovu r-retrofitting ta' vetturi b'sistemi ta' sikurezza fit-triq kosteffikaċi li jgħinu lis-sewwieqa jirreaġixxu aħjar f'sitwazzjoni perikoluża;
22. Jistieden lill-manifatturi u l-operaturi:
(a) jagħmluha ċara għas-sewwieqa x'inhu l-istatus ta' attivazzjoni ta' kull waħda mis-sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;
(b) fil-każ ta' sistemi li jistgħu jintfew, jintroduċu mekkaniżmu ta' tifi li jikkonsisti f'żewġ stadji, fejn bl-ewwel azzjoni s-sewwieq jitfi biss is-sinjal ta' twissija, u fit-tieni azzjoni jkun jista' jiddiżattiva s-sistema nnifisha;
(c) jaraw li kull darba li s-sewwieq jerġa' jixgħel il-vettura, is-sistema ta' assistenza għas-sewwieqa terġa' tiġi attivata; and
(d) jintroduċu politika tal-prezzijiet li tħeġġeġ lill-konsumaturi jagħżlu l-vetturi mgħammra b'tagħmir ta' sikurezza u sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;
23. Jenfasizza li twissijiet evidenti għandhom ikunu distinti b'mod suffiċjenti minn xulxin biex jiżguraw li intuwittivament jagħmluha ċara għal liema sistema tappartjeni l-assistenza, u li t-twissijiet għandhom ikunu viżibbli bla ebda diffikultà għal persuni akbar fl-età, persuni b'diżabbiltà, bħal smigħ u/jew viżta batuti, u persuni b'mobbiltà mnaqqsa; jitlob, għalhekk, lill-partijiet ikkonċernati biex jadottaw standards uniformi xierqa li jippermettu l-possibbiltà ta' soluzzjonijiet li jkunu speċifiċi għall-operaturi;
24. Jilqa' l-fatt li kważi l-karozzi kollha ttestjati mill-Programm Ewropew ta' Ttestjar tal-Karozzi Ġodda għall-konsumaturi (Euro NCAP) jingħataw ħames stilel u li l-biċċa l-kbira tal-manifatturi tal-karozzi wieġbu b'suċċess għall-isfida li jissodisfaw ir-rekwiżiti Euro NCAP il-ġodda; jinnota, madankollu li mhux il-mudelli kollha ta' karozzi mibjugħa fl-Ewropa huma ttestjati mill-Euro NCAP, u mhux dawk kollha tal-istess tip jinbiegħu bl-istess speċifikazzjoni, u dan jista' joħloq nuqqas ta' ċarezza għall-konsumaturi u għalhekk jista' jagħti livell falz ta' fiduċja fil-vettura fir-rigward tal-prestazzjoni reali tal-mudell li jkun inxtara; għalhekk, ifakkar fl-importanza ta' standard sottostanti sod ta' rekwiżiti tas-sikurezza mandatorji li jiżguraw li t-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ kollu jkun preżenti fil-flotta kollha użata u mibjugħa fl-UE;
25. Huwa tal-opinjoni li l-Euro NCAP għandu dejjem jirrifletti s-sikurezza tal-karozza attwali ta' mudell speċifiku, u jħeġġu biex ikun aktar ambizzjuż fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta' vetturi ġodda minn dawk li jġiegħluh l-ħtiġijiet statutorji minimi, u biex jieħu kont tal-ħtiġijiet statutorji minimi aġġornati, sabiex jippromwovi aktar l-iżvilupp ta' vetturi li jiżguraw livell għoli ta' standards ta' sikurezza tat-triq u biex l-Ewropa tibqa' ambizzjuża u taġixxi bħala mexxej globali tas-sikurezza tal-karozzi;
26. Jistieden lill-Kummissjoni taġġusta d-definizzjoni tal-istandards mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), sabiex ikun hemm koerenza fil-livell internazzjonali u, fl-istess ħin, tillimita għall-minimu l-eċċezzjonijiet għall-obbligu tal-installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, sabiex tittejjeb is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq fuq firxa wiesgħa ħafna; jenfasizza, barra minn hekk, li l-produtturi għandhom joħolqu materjali ta' informazzjoni ċara biex is-sewwieqa jiġu megħjuna jifhmu aħjar id-diversi sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa u l-funzjonalitajiet tagħhom;
27. Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew armonizzat li jqis il-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali eżistenti kollha u jiżgura l-komplementarjetà tiegħu;
28. Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-involviment ta' vetturi bi skopijiet speċifiċi f'inċidenti f'żoni urbani, u jekk ikun hemm bżonn, tneħħi l-eċċezzjonijiet eżistenti mir-rekwiżit tal-installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;
29. Jenfasizza li t-tagħlim tas-sewwieqa għandu jinkludi taħriġ perjodiku u addizzjonali fl-użu tal-mekkaniżmi ta' assistenza għas-sewwieq obbligatorji, b'attenzjoni speċjali għall-anzjani u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa; iħeġġeġ l-iskejjel tas-sewqan, minn naħa waħda, biex jinkorporaw kwistjonijiet marbuta mal-operat ta' dawn is-sistemi fit-taħriġ tagħhom ta' dawk li jkunu qed jitgħallmu, u, min-naħa l-oħra, li jabbinaw l-akkwist tal-liċenzja tas-sewqan mal-fatt li jkunu rċevew taħriġ prattiku professjonali fit-triq;
30. Jinnota li inċentivi finanzjarji, pereżempju, għal miżuri bbażati fuq it-taxxa jew l-assigurazzjoni bħalma hija l-installazzjoni ta' sistemi addizzjonali ta' assistenza għas-sewwieqa li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza f'karozzi ġodda u karozzi użati jew l-inklużjoni tagħhom f'taħriġ għas-sewwieqa, jistgħu jiffaċilitaw it-tqegħid fis-suq ta' vetturi b'elementi ta' sikurezza avvanzata; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi bħal dawn;
31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tesiġi li l-operaturi tas-suq jipprevedu l-użu ta' standards miftuħa u punti ta' interazzjoni (interfaces) li jkomplu jtejbu l-interoperabbiltà, biex b'hekk ikunu jistgħu jitwettqu testijiet indipendenti billi jaċċessaw data rilevanti tal-vettura u tas-sistema, inklużi l-aġġornamenti tagħhom, u jkunu jistgħu jsiru minn kwalunkwe professjonist ikkwalifikat, filwaqt li tiġi rrispettata data riżervata u l-proprjetà intellettwali;
32. Jenfasizza li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni u ritenzjoni tad-data kif previst fir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) kif ukoll id-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, kif ukoll tiġi ggarantita s-sikurezza tal-IT, sabiex il-possibbiltà ta' riskji ta' inċidenti ġodda minħabba manipulazzjoni mill-bogħod ta' sistemi installati fil-vettura jew kunflitti ta' kompatibbiltà jiġu eliminati; jirrakkomanda li l-prinċipju ta' sjieda tad-data jiġi esplorat;
33. Jisħaq fuq l-importanza li jsir użu minn informazzjoni affidabbli dwar il-pożizzjoni u l-ħin minn sistemi ta' lokalizzazzjoni bis-satellita u li tiġi applikata s-sistema EGNOS/GNSS għal sikurezza attiva fit-toroq; jitlob biex ikun hemm aktar sforzi sabiex tinkiseb preċiżjoni tas-sikurezza attiva fit-toroq EGNOS/GNSS ta' anqas minn metru wieħed, bl-għan li jkun hemm bidla mill-kapaċità tas-sistema biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura għall-kapaċità tagħha li tintervjeni awtomatikament, u tiddevja t-trajettorja tal-vettura; jitlob li ssir promozzjoni ta' sikurezza msaħħa fit-toroq billi tintegra d-data EGNOS/GNSS attrezzat b'sistemi ta' kontroll fil-karozza;
Miżuri ta' sikurezza biex jiġu evitati l-inċidenti
34. Jilqa' l-fatt li l-ibbrejkjar ta' emerġenza diġà huwa obbligatorju, sa minn Novembru 2015, għat-trakkijiet u x-xarabanks il-ġodda kollha fl-UE, imma jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha obbligatorja li jiġu installati fil-karozzi assistenti tal-ibbrejkjar ta' emerġenza awtomatiku bid-detezzjoni ta' persuni bil-mixi, ċiklisti, vetturi fuq żewġ roti u motoċiklisti f'vetturi partikolari, vetturi kummerċjali ħfief, xarabanks, kowċis u, speċjalment, vetturi tqal tal-merkanzija, peress li dawn għandhom potenzjal qawwi li jevitaw l-inċidenti fit-toroq permezz ta' bbrejkjar b'saħħtu awtonomu u b'riżultat, distanzi għall-waqfien iqsar;
35. Jitlob li jkun hemm disinn aktar sikur tal-parti ta' quddiem ta' vetturi tqal li jġorru l-merkanzija marbuta ma' viżjoni aħjar ta' persuni bil-mixi u ċiklisti, kif ukoll ostakli biex jiġu evitati kolliżjonijiet u jittaffew il-konsegwenzi ta' kolliżjonijiet;
36. Jitlob l-installazzjoni obbligatorja ta' sistemi ta' assistenza intelliġenti tal-veloċità li jindikaw il-limiti tal-veloċità, is-sinjali tal-waqfien u s-sinjali tad-dawl tat-traffiku u jintervjenu biex jgħinu lis-sewwieqa biex jibqgħu taħt il-limiti tal-veloċità; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sinjali tat-toroq jinżammu fi stat eċċellenti u b'marki tat-toroq li jinqraw b'mod ċar; jenfasizza li għat-tħaddim xieraq tas-sistemi ta' assistenza intelliġenti, jeħtieġ li jkun hemm mapep tat-toroq aġġornati online b'indikazzjonijiet tal-limiti ta' veloċità attwali;
37. Jenfasizza li biex tittejjeb is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, id-deċelerazzjoni ta' vetturi għandha tiġi ssenjalata lil sewwieqa oħra fit-toroq b'mod aktar evidenti permezz ta' sinjali ċari tad-dawl fuq il-vetturi, u jistenna li jiġi introdott l-użu obbligatorju ta' indikatur tal-brejk ta' emerġenza fil-forma ta' dawl ta' bbrejkjar li jteptep jew ta' hazard lights li jteptpu;
38. Jenfasizza li, minħabba r-rilevanza tagħha għas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, għandha ssir obbligatorja assistenza biex tinżamm id-direzzjoni, li tista' tiġi diżattivata, li mhux biss tagħti sinjal ta' twissija iżda tintervjeni b'mod xieraq, mingħajr ma timpedixxi l-intervent tas-sewwieq b'mod dirett; jinnota li bl-użu ta' din is-sistema ta' twissija huwa meħtieġ li marki fit-toroq jinżammu f'kondizzjoni li tiżgura li dawn ikunu jingħarfu b'mod ċar;
39. Jenfasizza li t-twessigħ tal-viżjoni diretta għas-sewwieqa tat-trakkijiet tqal tal-merkanzija, ix-xarabanks u l-kowċis, kif ukoll it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-blind spots huma vitali biex tiżdied is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq ta' dawn il-vetturi, jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħti mandat għal standards ta' viżjoni diretta differenzjati ambizzjużi u biex tagħmilha obbligatorja li jiġu installati kameras u sensors fuq quddiem, mal-ġnub u fuq wara u sistemi ta' assistenza fid-dawrien, filwaqt li tosserva li tali miżuri jkunu f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/719 u ma jwasslux għal xi estensjoni tal-perjodi ta' skadenzi għall-implimentazzjoni stipulati hemmhekk;
40. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti kundizzjonijiet għall-istallazzjoni ta' tagħmir ta' interlocks tal-alkoħol u sistemi li jidentifikaw li s-sewwieq jkunu distratti jew għajjenin, u jħeġġeġ l-użu ta' interlocks tal-alkoħol għas-sewwieqa professjonali u għas-sewwieqa li jkunu kkawżaw inċident tat-traffiku taħt l-influwenza tal-alkoħol u għalhekk ikunu ġew ikkundannati għar-reat ta' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, bħala miżura ta' rijabilitazzjoni;
41. Josserva li t-trakkijiet huma involuti fi 15 % tal-inċidenti fatali tat-traffiku, u li l-utenti vulnerabbli tat-triq jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 1 000 fatalità kull sena li jkunu relatati mat-trakkijiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni taċċelera l-introduzzjoni mandatorja għat-trakkijiet ta' standards ambizzjużi ta' viżjoni diretta differenzjata, ta' assistenza tal-veloċità intelliġenti, u ta' sistemi awtomatiċi ta' bbrejkjar f'każ ta' emerġenza bid-detezzjoni taċ-ċiklisti u ta' persuni bil-mixi;
Miżuri ta' sikurezza bl-iskop li jittaffew il-konsegwenzi ta' inċidenti
42. Josserva li l-pressjoni tat-tajers għandha implikazzjonijiet sinifikanti għas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq u l-konsum tal-fjuwil kif ukoll għall-emissjonijiet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħmel is-sistemi diretti ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers obbligatorji; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tittrasponi fil-liġi tal-UE l-emendi tas-sistemi ta' kejl tal-pressjoni tat-tajers immirati għat-tħaddim tajjeb ta' dawn is-sistemi f'kundizzjonijiet tad-dinja reali miftiehma fil-UNECE;
43. Iqis li huwa neċessarju li jsir obbligatorju li jiġu installati sistemi intelliġenti ta' tfakkira taċ-ċinturin tas-sikurezza għas-sedili kollha ta' quddiem għall-vetturi kollha u għal sedili fuq wara għal vetturi M1 u N1;
44. Iqis li huwa importanti li ssir obbligatorja li jiġu installati sistemi ta' aġġustament taċ-ċintorini tas-sikurezza għas-sedili ta' wara biex jiġi evitat dannu għall-għonq;
45. Jistieden lill-Kummissjoni biex, mill-2019, testendi r-rekwiżit tal-istallazzjoni eCall fil-muturi, vetturi tqal tal-merkanzija u x-xarabanks u l-kowċis, u wkoll biex is-sistema ssir disponibbli għar-retrofitting sabiex ikun żgurat li tkun tista' tkopri l-ogħla numru possibbli ta' vetturi fit-toroq;
46. Jitlob statistika preċiża u affidabbli dwar l-inċidenti madwar l-UE, inkluż statistika dwar il-kawżi tal-inċidenti, data tal-espożizzjoni u lista ta' korrimenti u persuni involuti fl-inċidenti, u josserva li data recorder tal-inċidenti jista' jkun utli ħafna għal dan l-iskop, fejn id-data trid tibqa' anonima u tintuża esklussivament għal raġunijiet ta' riċerka tal-inċidenti;
47. Jitlob li tinġabar data fl-UE kollha fuq persuni fil-vetturi maqtula jew midruba minn kawża oħra ħlief dik ta' kolliżjonijiet; jinnota li ma hemm l-ebda data disponibbli dwar persuni midruba minħabba xemxati fil-karozzi;
48. Jitlob li jkun hemm regoli aħjar dwar is-sikurezza min-nar għax-xarabanks u l-kowċis b'tipi differenti ta' enerġija, inklużi xarabanks imħaddma bis-CNG, biex tiġi mmassimizzata l-protezzjoni tas-sikurezza tal-passiġġieri;
49. Josserva li protezzjoni tal-underrun ta' quddiem tat-trakkijiet iddisinnjata mill-ġdid tista' tnaqqas b'20 % l-kolliżjonijiet ta' ras imb'ras bejn karozzi u trakkijiet; jistieden lill-Kummissjoni tagħti mandat għal protezzjoni mtejba tal-underrun ta' quddiem li jassorbi l-enerġija għat-trakkijiet il-ġodda kollha;
50. Jitlob testijiet ta' kolliżjoni obbligatorji għan-naħa ta' quddiem, il-ġenb u wara tal-vetturi għal:
(a) vetturi off-road (SUVs) b'pożizzjoni elevata tas-sedili u piż massimu ta' aktar minn 2 500 kg, and
(b) vetturi li jaħdmu bl-elettriku u vetturi b'sistemi ta' propulsjoni oħra ġodda;
51. Jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna wkoll r-rekwiżiti ta' ttestjar għal sistemi ta' sikurezza passivi ta' vetturi bil-mutur sabiex tiġi inkluża l-protezzjoni tal-utenti kollha vulnerabbli tat-toroq f'impatti fuq quddiem u fuq wara, li jinkludu mhux biss persuni bil-mixi iżda wkoll iċ-ċiklisti;
52. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-suq ikollu perjodu ta' żmien realistiku u twil biżżejjed biex jiġu adottati dawn il-miżuri;
53. Jenfasizza li d-Direttiva (UE) 2015/719 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta' vetturi tqal tal-merkanzija għandha potenzjal kbir biex ittejjeb is-sikurezza tat-trakkijiet; jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef il-ħidma fuq din id-direttiva u tressaq il-valutazzjoni tagħha mingħajr dewmien;
oo o
54. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
- [1] ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
- [2] ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.
- [3] ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.
- [4] ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9.
- [5] ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1.
- [6] Testi adottati, P8_TA(2015)0310.
- [7] Testi adottati, P8_TA(2017)0228.
- [8] ĠU C 75, 26.2.2016, p. 49.
- [9] ĠU L 56E, 26.2.2013, p. 54.
- [10] ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 72.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-mira stabbilita biex jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' vittmi ta' inċidenti tat-traffiku sal-2020 u biex jinkiseb l-għan ta' Vision Zero ta' ebda vittma tat-traffiku fl-Ewropa sal-2050 għadhom 'il bogħod milli jintlaħqu. Mill-banda l-oħra, ninsabu fit-triq it-tajba. It-toroq tal-Ewropa mhux biss saru aktar sikuri, iżda huma fost l-iktar sikuri mad-dinja kollha! Madankollu, madwar 25 500 ruħ jitilfu ħajjithom kull sena fit-toroq Ewropej u madwar 135 000 ruħ oħra jkorru serjament.
Peress li s-sikurezza tat-traffiku fit-toroq tiddependi mill-vettura kif ukoll mill-infrastruttura u mis-sewwieq innifsu, għandu jkun hemm miżuri ta' sikurezza effiċjenti attivi u passivi fit-tliet livelli kollha kemm huma.
Sistemi biex tiżdied is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq
Il-fattur tal-infrastruttura huwa kruċjali. Qabel kollox il-persuni l-aktar vulnerabbli li jużaw it-toroq għandhom jiġu kkunsidrati fil-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tat-toroq. Il-perċentwali ta' persuni li jużaw it-toroq u ċ-ċiklisti involuti fl-inċidenti tat-traffiku fatali fiż-żoni urbani jilħaq iċ-ċifra xokkanti ta' 43 %. Is-separazzjoni ta' modi tat-trasport u l-bini u l-estensjoni ta' passaġġi għar-roti huma soluzzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuqhom aktar. Barra minn hekk, is-sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa jiffunzjonaw biss flimkien ma' infrastruttura żviluppata u miżmuma sew. Dan ifisser, fost affarijiet oħra, li s-sinjali tat-toroq għandhom jinqraw faċilment u anki l-immarkar fit-toroq irid ikun totalment rikonoxxibbli.
Iżda anki l-fattur uman huwa importanza kbira, u għalhekk ir-Rapporteur iqis li huwa importanti għas-sikurezza tat-taffiku fit-toroq li l-Istati Membri jkunu obbligati jagħmlu aktar kontrolli fit-toroq. Għal ċerti kategoriji ta' vetturi (pereżempju M2, M3, N2, N3) diġà ġew previsti l-perċentwali tal-vetturi li għandhom jiġu spezzjonati, u l-Kummissjoni jenħtiġilha tikkunsidra li tagħmel l-istess għall-kategoriji tal-vetturi M1 u N2.
Barra minn hekk, huwa essenzjali wkoll li tiġi żgurata disponibbiltà aħjar ta' statistika u database dwar l-inċidenti. Dawk li jeżistu diġà huma difettużi ħafna. Lista tal-kawżi ta' inċidenti, tal-korrimenti u tal-persuni involuti fl-inċidenti tkun utli ħafna, peress dawn huma sors ta' informazzjoni importanti għar-riċerka u l-iżvilupp ulterjuri ta' miżuri għas-sikurezza.
L-istallazzjoni obbligatorja ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa rilevanti għas-sikurezza
Il-fattur tal-vettura huwa fundamentali għas-sikurezza fit-toroq. Il-fatt li l-okkupanti ta' karozza jkopru 45 % tal-fatalitajiet u 95 % tal-inċidenti kollha huma kkawżati minn nuqqasijiet min-naħa tal-bniedem bħal inkapaċità għas-sewqan, eċċess, kalkoli żbaljati u distrazzjoni twassal għall-konklużjoni li huwa meħtieġ urġentement obbligu legali ta' installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa fir-rigward is-sikurezza.
Sistemi ta' sikrezza għas-sewwieqa jagħtu kontribut essenzjali għat-titjib u l-korrezzjoni ta' mġiba żbaljata tal-bniedem u għalhekk għandhom rwol essenzjali fit-titjib tas-sikurezza fit-toroq. Is-sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa ma jippermettux biss li jiġu evitati żbalji umani u inċidenti tat-traffiku, iżda jnaqqsu wkoll il-konsum ta' fjuwil/enerġija u jagħtu kontribut favur il-fluss tat-traffiku.
L-enfasi fuq is-sikurezza tal-vettura għandha wkoll impatt ukoll fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-Ewropa u tgħin biex jinħolqu l-impjiegi. Barra minn hekk, l-obbligu tal-installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa twitti t-triq għal sewqan awtomatizzat u finalment għal sewqan awtonomu, peress li din m'għadhiex iżjed sempliċement ħolma għall-ġejjieni. Jiġifieri din hija sitwazzjoni fejn jirbaħ kulħadd, li għandna naħdmu fuqha b'mod għaqli.
Naħdmu fuq il-leġiżlazzjoni b'mod għaqli biss, jekk ir-reviżjoni tar-Regolament 661/2009 ma terġax tiġi posposta ulterjorment, iżda sal-bidu tas-sena 2018 il-Kummissjoni tissottometti proposta. B'hekk inkunu għamilna wkoll pass sinifikanti lejn it-titjib tas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq.
U naħdmu wkoll fuq il-leġiżlazzjoni b'mod għaqli, jekk ma nifhmuhiex biss bħala lista ta' xewqat rigward l-installazzjoni ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa; Fil-fehma tar-rapporteur jenħtieġ li jiġu installati b'mod obbligatorju dawk is-sistemi biss li jagħtu kontribut reali lis-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, li jagħtu prova ta' relazzjoni pożittiva bejn l-ispejjeż u l-valur miksub u kif ukoll huma kummerċjalment maturi u b'hekk ma joħloqux allarmi foloz. Dawn huwa, fl-idea tiegħu, is-sistemi li ġejjin bħala miżuri ta' sikurezza attivi u passivi:
- brejk ta' emerġenza awtomatiku li jirrikonoxxi persuni mexjin u ċiklisti fit-triq
- sinjal ta' brejk ta' emerġenza
- assistenza intelliġenti li tindika l-limitu ta' veloċità,
- sistemi ta' twissija rigward ħruġ mill-karreġġjata,
- assistenza fid-dawrien u installazzjoni ta' kameras fit-trakkijiet tal-merkanzija biex jitnaqqas il-blind spot
- sistemi ta' kontroll tal-pressjoni tat-tajers
- sistemi ta' twissija għaċ-ċintorini tas-sikurezza għas-seats ta' wara
- eCall għall-muturi.
Sadattant, kważi kull manifattur joffri pakketti ta' assistenza għas-sewwieqa, u 'l fuq minn kwart tal-vetturi ġodda kollha huma mgħammra b'sistema waħda jew diversi sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa, iżda dan ifisser li, konversament, tliet kwarti mill-vetturi ma għandhom l-ebda sistema ta' assistenza għas-sewwieqa, minbarra dawk kif previst bil-liġi. Ir-raġuni għal dan huwa ċertament il-prezz addizzjonali, li jogħla minħabba l-ispiża tas-sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li s-sikurezza tat-traffiku fit-toroq jenħtieġ li ma tkunx kwistjoni ta' flus u, għalhekk, is-sewwieqa kollha jenħtieġ li jibbenefikaw mis-sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa rilevanti għas-sikurezza. Is-sikurezza tat-traffiku fit-toroq jenħtieġ li fundamentalment ma tkunx tiddependi mill-kartiera taċ-ċittadini tal-UE.
L-argumenti li l-prezz tal-vetturi l-ġodda se jispara 'l fuq minħabba l-installazzjoni obbligatorja ta' sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa jista' jiġi mxejjen bl-argument li b'pakkett ta' teknoloġiji bħalma hu l-użu simultanju ta' kameras għal-assistenza li jindikaw il-limiti tal-veloċità u assistenza dwar ħruġ mill-karreġġjata, flimkien mal-għadd għoli ta' komponenti prodotti, ifisser li l-prezzijiet mhux se jogħlew b'mod sinifikanti.
Naħdmu fuq il-leġiżlazzjoni b'mod għaqli, barra minn hekk, jekk hija tipprevedi normi u perjodi ta' skadenza konkreti, li jippermettu implimentazzjoni realistika u b'hekk tkun iggarantita ċertezza fl-ippjanar għall-industrija. Madankollu, dan il-kompitu għandu jitwettaq bħala parti mir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni nnifisha u għalhekk ma jaqax 'il barra mill-ambitu ta' dan ir-rapport ta' inizjattiva.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (28.9.2017)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar is-suġġett "Insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE"
(2017/2085(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Daniel Dalton
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota b'dispjaċir li, fl-2016, 25 500 persuna fl-Unjoni Ewropea kollha tilfu ħajjithom f'inċidenti fit-toroq, u 135 000 oħra ndarbu serjament;
2. Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-Unjoni fit-tnaqqis tal-inċidenti fit-toroq u tal-ispejjeż assoċjati bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-vetturi introdotta matul is-snin; jenfasizza li r-rati ta' tnaqqis tal-fatalitajiet madankollu baqgħu l-istess fl-aħħar snin, u jqis li jenħtieġ li jsiru sforzi ulterjuri sabiex tintlaħaq il-mira tal-UE tat-tnaqqis bin-nofs tan-numru ta' fatalitajiet fit-toroq bejn l-2010 u l-2020;
3. Jirrikonoxxi li, għalkemm l-okkupanti tal-vetturi bbenefikaw minn sikurezza mtejba tal-vetturi, l-għadd ta' mwiet ta' utenti tat-toroq mhux protetti qed jiżdied; iqis li jenħtieġ li ssir enfasi fuq l-utenti vulnerabbli tat-toroq, bħall-persuni li jimxu fit-toroq u ċ-ċiklisti, fl-attivitajiet futuri;
4. Jirrikonoxxi li t-titjib tas-sikurezza fit-toroq fl-UE huwa essenzjali għat-tnaqqis tal-għadd ta' fatalitajiet u ta' persuni midruba serjament fit-toroq tal-Unjoni Ewropea; għalhekk, jilqa' l-lista ta' teknoloġiji tas-sikurezza ppubblikata mill-Kummissjoni għall-inklużjoni fir-reviżjoni li jmiss tar-regoli;
5. Iqis li l-benefiċċji ta' standards imtejba tas-sikurezza u tat-tagħmir jistgħu jinkisbu biss jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti u futuri jiġu implimentati u infurzati b'mod effikaċi; jappella, f'dan ir-rigward, għal sorveljanza akbar fil-livell Ewropew tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi fl-Unjoni; jappella, barra minn hekk, għal sorveljanza akbar u aktar indipendenti wara t-tqegħid fis-suq ta' vetturi fit-toroq madwar l-Unjoni biex ikun żgurat li jibqgħu jikkonformaw mal-kriterji tas-sikurezza;
6. Iqis li t-titjib tas-sikurezza tat-toroq jirrikjedi approċċ koerenti u integrat, u jappella għall-integrazzjoni tal-kwistjonijiet tas-sikurezza tat-toroq fl-oqsma kollha rilevanti ta' politika, inklużi s-sensibilizzazzjoni ambjentali, il-politika tal-konsumatur u l-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali;
7. Jenfasizza li politika koerenti dwar is-sikurezza tat-toroq trid tinkludi l-fatturi kollha, bħall-imġiba tas-sewwieqa, l-infrastruttura tat-toroq u l-karatteristiċi tas-sikurezza tal-vetturi; għal dan il-għan, huwa essenzjali li jkun hemm aċċess għal data kumparabbli ta' kwalità għolja li tkun tista' tintuża għall-finijiet ta' antiċipazzjoni tal-imġiba u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi, filwaqt li tiġi rrispettata l-privatezza tad-data tal-utenti;
8. Jikkunsidra li l-ispezzjonijiet tekniċi fl-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu verifika li l-karatteristiċi tas-sikurezza tal-vetturi jkunu kompletament operattivi; dan jenħtieġ li japplika kemm għall-karatteristiċi tas-sikurezza attivi kif ukoll għal dawk passivi;
9. Jenfasizza li, meta jiġu identifikati nuqqasijiet ta' konformità, il-konsumaturi Ewropej jenħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq miżuri korrettivi rapidi, xierqa u koordinati, inkluża s-sejħa lura ta' vetturi fl-Unjoni kollha meta jkun meħtieġ; iqis li l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata lis-sidien ta' vetturi affettwati b'riżultat ta' nuqqas ta' konformità jew wara sejħa lura;
10. Jemmen li analiżi sħiħa tal-ispejjeż u l-benefiċċji fil-forma ta' valutazzjonijiet tal-impatt ex ante adegwati mill-Kummissjoni hija essenzjali għal kwalunkwe rekwiżit ta' sikurezza ġdid tal-Unjoni, u li jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari lilll-ibbilanċjar bir-reqqa tal-ispejjeż probabbli għall-industrija u l-benefiċċji usa' għas-soċjetà fir-rigward tal-ħajjiet salvati u l-prevenzjoni ta' korrimenti; jirrakkomanda, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti ġodda tal-UE dwar is-sikurezza tat-toroq tiġi koordinata mal-attivitajiet tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (UNECE); jirrakkomanda li l-Ewropa jenħtieġ li tibqa' ambizzjuża bħala mexxejja globali sabiex tikseb standards ta' sikurezzza globali ogħla u inqas diżgrazzji fit-toroq; iqis li tali objettiv jista' jinkoraġġixxi l-innovazzjoni u l-investiment fl-UE, jistimola l-kompetittività tal-industriji tagħna u jgħin fil-ħolqien tal-impjiegi;
11. Huwa tal-fehma li kwalunkwe miżura ġdida ta' sikurezza tal-UE jenħtieġ li tkun proporzjonali għall-isfidi relatati mad-disinn u l-produzzjoni li jiffaċċjaw il-manifatturi żgħar u dawk ta' vetturi personalizzati;
12. Jilqa' l-fatt li kważi l-karozzi kollha ttestjati mill-programm ta' ttestjar għall-konsumaturi Euro NCAP jingħataw ħames stilel u li l-biċċa l-kbira tal-manifatturi tal-karozzi wieġbu b'suċċess għall-isfida li jissodisfaw ir-rekwiżiti Euro NCAP il-ġodda; jinnota, madankollu li mhux il-mudelli kollha ta' karozzi mibjugħa fl-Ewropa huma ttestjati mill-Euro NCAP, u mhux dawk kollha tal-istess tip jinbiegħu bl-istess speċifikazzjoni, u dan jista' ma jkunx ċar għall-konsumaturi u għalhekk jista' jagħti livell falz ta' fiduċja fil-vettura fir-rigward tal-prestazzjoni reali tal-mudell li jkun inxtara; għalhekk, ifakkar fl-importanza ta' standard sottostanti sod ta' rekwiżiti tas-sikurezza mandatorji li jiżguraw li t-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ kollu jkun preżenti fil-flotta kollha użata u mibjugħa fl-Unjoni Ewropea;
13. Jilqa' t-titjib fis-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni li diġà ġabu magħhom l-iżviluppi teknoloġiċi mmexxija mis-suq, u jinkoraġġixxi li titkompla l-esplorazzjoni tal-opportunitajiet li r-rivoluzzjoni diġitali toffri f'dak ir-rigward, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bħal dik dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-data; jikkunsidra importanti li jiġi esplorat aktar il-prinċipju tas-sjieda tad-data; jappella biex jitkomplew ir-riċerka u l-iżvilupp ta' standards ġodda rigward l-ibbrejkjar awtonomu ta' emerġenza, l-assistenza għaż-żamma tal-korsija u t-teknoloġiji ta' assistenza għas-sewqan b'lura għall-vetturi bil-mutur u l-kabini b'viżjoni għolja, u l-kameras għall-angoli moħbija fuq quddiem għall-vetturi tqal tal-merkanzija (HGVs); jappella għal ġbir u skambju aħjar u aktar effikaċi ta' informazzjoni u data bejn il-partijiet ikkonċernati kollha rigward ir-riċerka dwar il-kawżi tal-inċidenti, fejn id-data tinġabar u tiġi skambjata liberament għal analiżi ulterjuri; iqis li l-UE tista' tappoġġja l-iżvilupp ta' vetturi kompletament awtonomi fis-snin li ġejjin, li se jirrivoluzzjonaw is-settur awtomobilistiku, b'mod speċjali f'termini ta' sikurezza tat-toroq;
14. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq ir-rekwiżiti amministrati taħt il-proċessi ta' approvazzjoni tat-tip biex tittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar il-persuni li jimxu fit-toroq u ċ-ċiklisti u s-sikurezza fir-rigward ta' vetturi heavy-duty b'angoli kbar moħbija; ifakkar fir-rekwiżiti fid-Direttiva dwar il-Piżijiet u d-Dimensjonijiet (96/63/KE) kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/719, u jappella biex il-mandat tal-Kummissjoni jiġi rieżaminat biex ikun żgurat li jkun adattat għall-iskop jew li jiġġedded f'leġiżlazzjoni futura biex tingħata ċertezza tad-dritt sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni f'dan il-qasam;
15. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-inklużjoni, fi proposti futuri, ta' sistemi ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers obbligatorji, fire extinguishers, imrietel/tagħmir għat-tkissir tat-twieqi tal-ħġieġ u tagħmir li jaqta' ċ-ċintorini tas-sikurezza, fil-vetturi kollha;
16. Jilqa' n-natura mandatorja tad-dispożizzjonijiet li jrid il-korp ta' klassifikazzjoni, li jistgħu jwasslu għal livelli aktar uniformi ta' protezzjoni, u jisħaq fuq l-importanza tagħhom;
17. Jilqa' l-lista ta' teknoloġiji tas-sikurezza ppubblikata mill-Kummissjoni f'Diċembru għall-inklużjoni fir-reviżjoni li jmiss tar-regoli; jirrikonoxxi li jekk it-teknoloġiji ta' assistenza għas-sewwieqa bħall-ibbrejkjar awtomatizzat ta' emerġenza u l-assistenza intelliġenti tal-veloċità jsiru karatteristiċi standard dan se jgħin ukoll il-perkors tal-Ewropa lejn livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni; jappella għall-istandardizzazzjoni u l-ittestjar indipendenti ta' tali karatteristiċi sabiex titwitta t-triq għal vetturi mingħajr sewwieq;
18. Isostni li l-UE u ċ-ċentri tar-riċerka tagħha jenħtieġ li jkollhom rwol ta' tmexxija fl-iżvilupp ta' vetturi awtonomi, li se jirrivoluzzjonaw is-settur awtomobilistiku, b'mod speċjali f'termini ta' sikurezza tat-toroq, billi dawn mistennija jsalvaw eluf ta' ħajjiet kull sena, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għad-diġitalizzazzjoni tas-suq intern;
19. Jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-modifiki retroattivi fuq vetturi aktar antiki, meta jkun meħtieġ, b'karatteristiċi ta' sikurezza addizzjonali inklużi f'mudelli aktar ġodda; jemmen li l-għoti ta' inċentivi għal modifiki retroattivi permezz ta' tnaqqis fit-taxxa u ta' premiums tal-assigurazzjoni aktar baxxi, jista' jkun għodda effikaċi għat-tisħiħ tas-sikurezza tal-vetturi fl-Ewropa.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
28.9.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Edward Czesak, Kaja Kallas, Adam Szejnfeld, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vladimir Urutchev |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
34 |
+ |
|
ALDE |
Dita Charanzová, Kaja Kallas, Matthijs van Miltenburg |
|
ECR |
Edward Czesak, Daniel Dalton Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt |
|
EFDD |
Marco Zullo |
|
GUE/NGL |
Jiří Maštálka |
|
PPE |
Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Adam Szejnfeld, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij, Ivan Štefanec, Mihai Ţurcanu |
|
S&D |
Lucy Anderson, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler |
|
Verts/ALE |
Pascal Durand, Igor Šoltes |
|
2 |
- |
|
EFDD |
Robert Jarosław Iwaszkiewicz |
|
ENF |
Marcus Pretzell |
|
1 |
0 |
|
EFDD |
John Stuart Agnew |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
12.10.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 1 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lars Adaktusson, Francisco Assis, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Ivo Belet, Udo Bullmann, Nicola Caputo, Matt Carthy, Alberto Cirio, Rosa D’Amato, Daniel Dalton, Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Martina Dlabajová, Bas Eickhout, André Elissen, Rosa Estaràs Ferragut, Jill Evans, Markus Ferber, Knut Fleckenstein, Michael Gahler, Enrico Gasbarra, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Theresa Griffin, Kateřina Konečná, Peter Kouroumbashev, Werner Kuhn, Philippe Loiseau, Ramona Nicole Mănescu, Rolandas Paksas, Bolesław G. Piecha, João Pimenta Lopes, Marek Plura, Franck Proust, Jozo Radoš, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Ulrike Rodust, Jens Rohde, Olga Sehnalová, Patricija Šulin, Pavel Svoboda, Dario Tamburrano, Ivica Tolić, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Herbert Dorfmann, Jaromír Kohlíček |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
43 |
+ |
|
ALDE |
Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg |
|
ECR |
Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|
EFDD |
Daniela Aiuto, Peter Lundgren |
|
EPP |
Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Herbert Dorfmann, Dieter-Lebrecht Koch, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|
GUE/NGL |
Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen |
|
S&D |
Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Olga Sehnalová, István Ujhelyi, Janusz Zemke, Claudia Țapardel |
|
Verts/ALE |
Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Keith Taylor |
|
1 |
- |
|
ECR |
Jacqueline Foster |
|
1 |
0 |
|
ENF |
Marie-Christine Arnautu |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni