RAPPORT dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
31.10.2017 - (C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Indrek Tarand
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-ħatra proposta ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
(C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0333/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0343/2017),
A. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
B. billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA' João Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo
|
ESPERJENZA PROFESSJONALI |
|
|||||||||||
|
10/2016 sal-lum |
Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, assenjat għall-Awla I – Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali Responsabbli mill-awditjar fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni. Ħa sehem fit-tfassil ta' linji gwida u dokumenti strateġiċi għall-ippjanar u għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Membru tal-Kumitat Etiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
|||||||||||
|
06/2008 – 09/2016 |
Imħallef mal-Qorti tal-Awdituri Portugiża Ħa sehem fid-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni rigward l-Opinjoni dwar il-Kontijiet Ġenerali tal-Istat Portugiż. Ikkontrolla l-legalità tal-kuntratti konklużi mill-entitajiet amministrattivi jew korporattivi tal-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Istat, tar-Reġjuni Awtonomi u tal-awtoritajiet lokali: is-self u l-kirjiet, il-provvista tas-servizzi, ix-xogħlijiet, il-provvista tal-oġġetti, ix-xiri tal-proprjetà, il-kuntratti ta' kirjiet operattivi, il-konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi, sħubijiet pubbliċi-privati, il-fużjonijiet tal-impriżi lokali. Wettaq awditi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti u biex jiddetermina l-obbligazzjoni finanzjarja. Implimenta leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika fis-settur pubbliku u s-setturi tan-negozju, il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea dwar l-akkwist pubbliku, u leġiżlazzjoni amministrattiva ewlenija. Għen fit-tfassil tal-pjanijiet ta' attività u r-rapporti tal-Qorti. President tal-Kumitat tal-IT tal-Qorti. Membru tal-bord editorjali tal-Ġurnal tal-Qorti.
|
|||||||||||
|
03/2005 – 06/2008 |
Segretarju tal-Istat għall-Amministrazzjoni Pubblika, Ministeru tal-Finanzi, Gvern tal-Portugall
Ħa sehem fil-Kunsilli tal-Ministri u fil-laqgħat tas-Segretarji tal-Istat. Ikkontribwixxa fis-sessjonijiet plenarji tal-Assemblea tar-Repubblika u tal-Kumitati Parlamentari. Ħa sehem fil-Kunsill tal-Ministri tal-UE. Ħa sehem fit-tfassil tal-Kontijiet Ġenerali u tal-Baġits tal-Istat, ta' Programmi ta' Tkabbir u Stabbiltà u ta' testi leġiżlattivi ewlenin fil-qasam tal-finanzi pubbliċi Portugiżi matul dan il-perjodu. Irrieżamina l-leġiżlazzjonijiet prinċipali tal-amministrazzjoni pubblika fil-qasam tar-riżorsi umani, partikolarment fis-setturi tar-relazzjonijiet kuntrattwali, tal-karrieri u tar-remunerazzjoni, tal-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet, tal-protezzjoni soċjali u tal-irtirar. Ħoloq il-bażi tad-data ċentrali tar-riżorsi umani tal-Amministrazzjoni Pubblika. Responsabbli mill-programm ta' ristrutturar għall-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Istat (PRACE), li kellu impatt fuq id-dipartimenti ministerjali kollha fil-livell ċentrali u deċentralizzat, u li kellu l-għan li jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-ġestjoni bi tnaqqis ta' 26 % fil-karigi u l-istrutturi diriġenti superjuri. Ħoloq is-Servizzi Kondiviżi tal-Istat.
|
|||||||||||
|
09/2003 – 03/2005 |
Awditur Ewlieni mal-Qorti tal-Awdituri Portugiża Ħareġ opinjonijiet ġuridiċi u finanzjarji dwar: l-emendi għal-Liġi dwar il-Qafas Baġitarju (LEO); l-applikabbiltà tar-regoli u l-prinċipji baġitarji tal-LEO għall-awtoritajiet lokali; l-assenjazzjoni tal-krediti tal-Istat u ta' sigurtà soċjali għat-titolizzazzjoni; l-indipendenza tal-Qrati tal-Awditjar; ir-relazzjoni tal-Qrati tal-Awditjar mal-kontroll intern; il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Proċedura tal-Qorti; ir-reġim ġuridiku dwar ir-responsabbiltà ċivili extrakuntrattwali tal-Istat; il-prinċipji u l-istandards li għandhom jiġu segwiti mill-Amministrazzjoni diretta u indiretta tal-Istat. Sostenn tekniku u ġuridiku għall-awditi finanzjarji, għall-awditi ta' konformità u għall-awditi ta' prestazzjoni. Ħa sehem f'laqgħat internazzjonali li jinvolvu istituzzjonijiet supremi tal-awditjar (SAIs) fi ħdan l-Unjoni Ewropea, INTOSAI u EUROSAI.
|
|||||||||||
|
11/2002 – 09/2003 |
Kap tad-Dipartiment tat-Taħriġ Direttorat Ġenerali tad-Dwana - Ministeru tal-Finanzi - il-Portugall Żviluppa u segwa l-politiki, il-pjanijiet u r-rapporti ta' evalwazzjoni dwar it-taħriġ tal-uffiċjali tad-dwana Portugiżi fl-implimentazzjoni tar-reġimi doganali Portugiżi u tal-UE. Implimenta inizjattivi ta' taħriġ għall-uffiċjali tad-dwana Portugiżi. |
|||||||||||
|
04/2001 – 11/2002 |
Direttur Eżekuttiv Direttur Ġenerali tas-Servizz tal-Ħabs - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall Responsabbiltà aħħarija għas-servizz, inklużi s-servizzi ċentrali u 54 ħabs, 6 300 uffiċjal, baġit operattiv ta' EUR 188 000 000 u baġit ta' investiment ta' EUR 55 400 000 (ċifri tal-2002). Responsabbiltà aħħarija għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta' kustodja li ngħataw mill-Qrati lil 13 500 ħabsi (ċifri tal-2002). Iddefinixxa l-għażliet ta' żvilupp strateġiku għas-sistema karċerarja Portugiża, u r-rapporti u l-pjanijiet ta' attività. Fassal abbozz ta' liġi ġdid dwar is-sentenzi ta' kustodja u abbozz ta' dispożizzjoni leġiżlattiva biex jissaħħaħ is-Servizz ta' Awditjar u Spezzjoni tas-servizz tal-ħabs bil-għan li tiġi żgurata s-sorveljanza u l-konformità ġuridika tal-prattiki u l-ġestjoni tal-ħabs tiegħu. Wettaq l-ewwel studju fil-Portugall dwar it-tendenzi u l-konsum tad-droga fil-ħabsijiet għaċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Istudju fis-Soċjoloġija fl-Istitut tal-Università ta' Lisbona (ISCTE). Żviluppa u implimenta programm biex itejjeb is-sigurtà fil-ħabsijiet, u programm ta' prevenzjoni tas-suwiċidji. Wettaq programm ta' bini u rinnovazzjoni tal-ħabsijiet (Carregueira, Paços de Ferreira, pulizija ġudizzjarja ta' Porto, Tires, Sintra, Montijo, Beja, Olhão, Leiria, Coimbra u Porto). Kien editur tal-ġurnal "Temas Penitenciários".
|
|||||||||||
|
02/1999 – 04/2001 |
President Servizz ta' Probazzjoni Nazzjonali - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall Responsabbiltà aħħarija għas-servizz, inkluż 115-il unità amministrattiva f'104 muniċipalitajiet, 1 700 uffiċjal, u baġit ta' EUR 37 500 000 (ċifri tal-1999). Responsabbiltà aħħarija biex jingħata lill-Qrati s-sostenn tekniku fil-ġurisdizzjoni kriminali u għall-eżekuzzjoni ta-sentenzi mingħajr arrest (16 000 talba fis-sena). Responsabbiltà aħħarija għall-appoġġ tal-Qrati fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mal-ġustizzja għall-minorenni u l-familja permezz tal-14-il istituzzjoni tal-minorenni tas-Servizz (26 000 talba fis-sena) u l-adozzjoni ta' proċeduri skont il-konvenzjonijiet internazzjonali relatati mal-minorenni, li fihom is-Servizz kien l-awtorità ċentrali.
|
|||||||||||
|
|
Fassal pjan strateġiku għas-sena 2000-2003 u fassal u żviluppa sistema ta' ppjanar. Ikkontribwixxa għar-riforma tal-liġi tal-minorenni (Liġi Nru 147/99 tal-1 ta' Settembru 1999 u Nru 166/99 tal-14 ta' Settembru 1999). Ħoloq il-kundizzjonijiet għall-qrati biex jordnaw servizz fil-komunità, inkluż ftehimiet ma' 440 istituzzjoni pubblika u privata li jkunu lesti jilqgħu individwi li jridu jiskontaw din it-tip ta' sentenza. Implimenta sistema ta' sorveljanza elettronika fil-Portugall għas-superviżjoni taż-żgħażagħ li kkommettew reat f'darhom stess (Liġi Nru 122/99 u Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 26/2001).
|
|||||||||||
|
11/1995 – 02/1999 |
Kap tal-Kabinett, Ministeru tal-Ġustizzja Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall Ħejja d-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja relatati mal-oqsma li ġejjin: il-pulizija ġudizzjarja, id-Direttorat Ġenerali tas-Servizzi tal-Ħabsijiet, id-Direttorat Ġenerali tar-Reġistru u tas-Servizzi Notarili, is-Servizz Nazzjonali tal-Probazzjoni, is-Segretarjat Ġenerali, l-Uffiċċju ta' Riċerka u Ppjanar, l-Uffiċċju tal-Ġestjoni Finanzjarja, is-Servzzi Soċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju tad-Dritt Ewropew; il-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f'materji kriminali, iggarantixxa kollegament mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Iggarantixxa kollegament bejn il-Kabinett tal-Ministeru u l-korpi ta' hawn fuq, kif ukoll il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u l-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura, il-Kunsill Suprem tal-Qorti Amministrattiva u Fiskali, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Assoċjazzjoni tal-Avukati. Ikkontribwixxa għat-tħejjija tad-dispożizzjonijiet legiżlattivi f'oqsma ewlenin tal-politika tal-ġustizzja, b'mod speċifiku: il-liġi dwar il-libertà tar-reliġjon, il-liġi dwar it-traffikar u l-konsum tad-droga, il-liġi dwar l-applikazzjoni tas-sentenzi tas-servizzi fil-komunità, il-liġi dwar il-monitoraġġ elettroniku ta' min ikkommetta reat f'daru, ir-riforma tal-liġi tal-minorenni, il-liġi dwar il-liberalizzazzjoni tal-professjoni notarili, il-digrieti-liġi dwar l-akkwist ta' xogħlijiet, prodotti u servizzi u r-reklutaġġ ta' persunal mas-servizz tal-ħabsijiet, il-ħolqien ta' ħabsijiet, u l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-pulizija ġudizzjarja. Ikkontribwixxa għat-tħejjija tal-baġits u l-pjanijiet għall-Ministeru tal-Ġustizzja. Ħadem fi kwistjonijiet internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, b'mod partikolari tħejjijiet għall-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja f'laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-ĠAI tal-UE u laqgħat internazzjonali oħrajn, b'mod speċifiku dawk tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, is-CPLP u l-Konferenza tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Pajjiżi Ibero-Amerikani, kif ukoll għal vjaġġi barra pajjiżu. Issorvelja r-relazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-organizzazzjonijiet tat-trade unions fis-settur.
|
|||||||||||
|
11/1991 – 11/1995 |
Kap tal-Kabinett tas-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Ġustizzja Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall Ħejja d-deċiżjonijiet tas-Segretarju tal-Istat fl-oqsma li ġejjin: servizzi tal-ħarsien tal-minorenni, is-Servizz Nazzjonali tal-Probazzjoni, is-servizzi informatiċi, iċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji, l-Uffiċċju tal-Ippjanar u tal-Koordinament tal-Ġlieda kontra d-Drogi, is-servizzi tal-mediċina forensika, l-Uffiċċju tal-Informatizzazzjoni Ġudizzjarja, koordinament ġenerali tal-kooperazzjoni tal-pajjiżi Lusofoni Afrikani fl-oqsma tan-nazzjonalità, tal-arbitraġġ internazzjonali volontarju, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ħarsien tal-ambjent, il-bordijiet għall-ħarsien tat-tfal. Ikkontribwixxa fit-tħejjija tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, b'mod speċifiku l-kodiċi dwar il-proċeduri speċjali ta' rkupru u ta' falliment ta' impriża, il-qafas ġuridiku dwar il-konsum u t-traffikar tad-drogi, il-qafas ġuridiku dwar l-adozzjoni, l-istrumenti ġuridiċi internazzjonali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ċivili u l-kooperazzjoni mal-PALOP u l-bordijiet ta' protezzjoni tat-tfal mill-1992 sal-1995. Ħejja preżentazzjonijiet pubbliċi u vjaġġi barra l-pajjiż għas-Segretarju tal-Istat, b'mod partikolari għall-finijiet ta' parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-ĠAI tal-UE, il-Kunsill tal-Ewropa, in-NU, is-CPLP u l-Konferenza tal-Ministri tal-Ġustizzja tal-Pajjiżi Ibero-Amerikani. Fassal l-istudju "Contributos para uma reforma orgânica do Ministério da Justiça" (Kontributi għal riforma organika tal-Ministeru tal-Ġustizzja).
|
|||||||||||
|
11/1987 – 11/1991 |
Viċi Direttur Ġenerali Servizz ta' Probazzjoni Nazzjonali - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall Diriġent superjuri tal-attività operattiva tas-Servizz mwettqa minn 300 uffiċjal fid-distretti ġudizzjarji ta' Lisbona u n-nofsinhar tal-pajjiż, l-Azores u Madeira, li jkopru: appoġġ tekniku għall-Qrati fit-teħid tad-deċiżjonijiet relatati ma' każijiet kriminali, l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, il-minorenni u l-familji; l-appoġġ tekniku għall-amministrazzjoni tal-ħabsijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ħabsin (b'mod speċifiku l-approvazzjonijiet għall-ħelsien u reġimi miftuħa); l-appoġġ psikoloġiku u soċjali għall-minuri, iż-żgħażagħ u l-adulti suġġetti għal proċedimenti legali, u l-familji tagħhom; ir-rabtiet ma' entitajiet pubbliċi u entitajiet privati oħrajn li jaħdmu għall-prevenzjoni tal-kriminalità u r-reintegrazzjoni soċjali. |
|||||||||||
|
02/1987 – 11/1987 |
Kap tad-Dipartiment ta' Riċerka u Ppjanar, Amministrazzjoni tal-Istitut għall-Azzjoni Soċjali tal-Macao Konsulenza legali lill-Istitut fl-ambitu tal-azzjoni soċjali. Ħejja proċeduri għat-tfassil u l-iffirmar ta' kuntratti ta' xogħlijiet għall-kostruzzjoni ta' żviluppi ta' djar soċjali (qasam ta' djar soċjali ta' Mong-Há, b'650 unità ta' abitazzjoni u valur ta' MOP 48 miljun, u l-qasam ta' Fai Chi Kei, b'100 unità ta' abitazzjoni). Fassal studji dwar sistema ta' appoġġ finanzjarju u faċilitajiet soċjali ġestiti minn istituzzjonijiet privati. Fassal studji għas-sistema tal-ippjanar tal-Istitut.
|
|||||||||||
|
02/1985 – 02/1987 |
Kap tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni, Amministrazzjoni tal-Macau Uffiċċju Ċentrali tas-Servizz Pubbliku Ħareġ opinjonijiet dwar ir-regoli bażiċi tas-servizzi pubbliċi, dwar il-proċeduri għall-akkwisti tal-IT u dwar ir-razzjonalizzazzjoni amministrattiva u t-tnaqqis tal-burokrazija. Standardizza l-formoli fl-Amministrazzjoni tal-Macau. Fassal u stabbilixxa sistema għall-akkwist tal-IT u tagħmir ta' mikrofilming mis-servizzi pubbliċi tal-Macau. Żviluppa pjan għall-informatizzazzjoni tal-oqsma komuni tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni tas-servizzi pubbliċi tal-Macau. L-ewwel stħarriġ tar-riżorsi umani tal-Amministrazzjoni tal-Macau (forza tax-xogħol totali: 8 500 persuna). Informatizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni u s-Servizz Pubbliku. Fassal sistema ta' relazzjonijiet pubbliċi integrati fl-Amministrazzjoni tal-Macau. Fassal sistema ta' ġestjoni integrata għad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni u tas-Servizz Pubbliku.
|
|||||||||||
|
06/1983 – 02/1985 |
Direttur tas-Servizzi ta' Koordinament, Riċerka u Ppjanar Tekniku Servizz ta' Probazzjoni Nazzjonali - Ministeru tal-Ġustizzja - il-Portugall Attivitajiet koordinati relatati mal-pubblikazzjoni tal-istudji dwar ir-reintegrazzjoni soċjali ta' min jikkommetti reat. Stabbilixxa l-format tar-rapporti tal-assistenza soċjali użati għall-għoti tas-sentenzi għall-pjanijiet individwali u għall-adattament mill-ġdid fis-sistema tal-probazzjoni. Fassal is-sistema ta' data statistika għall-attivitajiet tas-Servizz. Żviluppa protokoll maqbul mas-servizzi tal-ħabsijiet li jirregola l-operazzjoni tas-Servizz fil-ħabsijiet. Żviluppa l-pjan ta' attività tas-servizz fl-1984. |
|||||||||||
|
04/1979 – 06/1983 |
Uffiċjal Tekniku Avvanzat tal-Amministrazzjoni Pubblika Segretarju tal-Istat tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Portugall Abbozza opinjonijiet dwar regoli bażiċi tas-servizzi pubbliċi. Pariri tekniċi dwar il-kunsilli muniċipali u r-riorganizzazzjoni tagħhom. Pariri tekniċi u ristrutturar tal-Ministeru tal-Industrija, l-Enerġija u l-Esportazzjoni. Pariri tekniċi lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Studji dwar l-istrutturi muniċipali u l-ġestjoni. Studju komparattiv tal-makrostrutturi tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|||||||||||
|
1999 – 2004 |
President (2001-2004) u Membru tal-bord (1999-2001) tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probazzjoni (CEP) Ippresjeda l-laqgħat tal-Assemblej Ġenerali u l-Bord tas-CEP (organizzazzjoni li tlaqqa' flimkien il-korpi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ta' 36 pajjiż Ewropew b'responsabbiltà għall-infurzar ta' pieni kriminali mingħajr arrest, bl-uffiċċju ċentrali tiegħu fin-Netherlands). Ippresjeda laqgħat oħra mal-Viċi Presidenti, is-Segretarju Ġenerali u l-Uffiċjali Eżekuttivi, fis-segretarjat fin-Netherlands, u sessjonijiet ta' ħidma organizzati mis-CEP. Stabbilixxa l-valutazzjoni tal-istrateġija ta' żvilupp, l-ippjanar, l-ibbaġitjar u l-attività tas-CEP. Laqgħat mar-rappreżentanti tal-bordijiet tal-ħabsijiet tal-pajjiżi membri, il-Kummissjoni tal-UE u l-Kunsill tal-UE. Issorvelja l-ġestjoni tal-baġit u n-Newsletter tas-CEP.
|
|||||||||||
|
1994 – 2003 |
Membru tal-Kumitat għall-Aċċess tad-Dokumenti Amministrattivi - Assemblea tar-Repubblika, il-Portugall Ippromwova l-prinċipju tat-trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika u l-aċċess liberu għad-dokumenti amministrattivi. Segwa l-applikazzjoni tal-Att dwar l-Aċċess għad-Dokumenti Amministrattivi, ressaq u vvaluta l-emendi proposti. Ivvaluta l-applikazzjoni għal rieżami li ressqu ċ-ċittadini wara ġew imċaħħda mill-aċċess għad-dokumenti mid-dipartimenti u mill-korpi amministrattivi. Organizza attivitajiet b'rabta mad-divulgazzjoni u mat-taħriġ fuq it-trasparenza fis-settur pubbliku u l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi. Approva pjanijiet u rapporti ta' attività tal-Kumitat.
|
|||||||||||
|
1992 – 1993 |
Membru tal-Kummissjoni għall-Kwalità u r-Razzjonalizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika, Presidenza tal-Kunsill Ministerjali, il-Portugall Ħa sehem fil-ħidma tal-Kummissjoni, stabbilita mill-Prim Ministru, li wasslet għal rapport bil-miżuri dwar id-diżimpenn tal-istat, ir-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni u ċ-ċittadin, is-soluzzjonijiet strutturali u l-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-amministrazzjoni pubblika.
|
|||||||||||
|
1985 – 1986 |
Membru tal-Kummissjoni għall-Adozzjoni tal-Lingwa Ċiniża - Amministrazzjoni tal-Macau Ħa sehem fil-ħidma tal-Kummissjoni, stabbilita mill-Gvernatur tal-Macau, li wasslet għall-adozzjoni ta' rapport b'miżuri dwar l-użu progressiv taċ-Ċiniż bħala l-lingwa uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-territorju fil-livelli kollha, b'mod speċifiku inkluż ir-reklutaġġ ta' uffiċjali u mexxejja lokali, l-iżvilupp tas-sistema ġuridika, l-użu fil-korpi governattivi u fil-qrati, u s-sistemi ta' traduzzjoni Ċiniż-Portugiż.
|
|||||||||||
|
EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ |
|
|||||||||||
|
09/1973 – 07/1978 |
Lawrja fil-liġi Fakultà tal-Liġi, Università ta' Lisbona, il-Portugall Ħa sehem bħala lettur jew ħarrieġ, u bħala trainee, f'ħafna konferenzi, kungressi, seminars u sessjonijiet ta' ħidma nazzjonali u internazzjonali dwar suġġetti differenti, b'mod partikolari dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-ġestjoni pubblika, il-finanzi pubbliċi, id-dritt amministrattiv, il-kontroll finanzjarju estern u indipendenti, il-qorti tal-awdituri, il-ġustizzja kriminali, il-probazzjoni u reintegrazzjoni fis-soċjetà, il-ġustizzja tal-minorenni, il-prevenzjoni u t-trażżin tat-traffikar u l-konsum tad-drogi, u d-delinkwenza fost il-minorenni (ara d-dokument mehmuż).
|
|||||||||||
|
ĦILIET PERSONALI |
|
|||||||||||
|
Lingwa materna |
Portugiż |
|||||||||||
|
Lingwi oħrajn |
FEHIM |
TAĦDIT |
KITBA |
|||||||||
|
Smigħ |
Qari |
Taħdit interattiv |
Taħdit produttiv |
|
||||||||
|
Franċiż |
C1 |
C2 |
C1 |
C2 |
B2 |
|||||||
|
Ingliż |
B2 |
B2 |
B2 |
B2 |
B2 |
|||||||
|
Spanjol |
C1 |
C1 |
A2 |
A2 |
A1 |
|||||||
|
|
|
|||||||||||
|
Ħiliet ta' komunikazzjoni |
Abbiltà komunikattiva tajba, żviluppata matul is-snin meta kopra gradi għolja tat-tmexxija fis-servizzi pubbliċi ewlenin u permezz ta' attività politika, bħala Segretarju tal-Istat, li involva ħafna diskorsi fil-pubbliku, parteċipazzjoni fid-dibattiti parlamentari, dehriet fuq il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-kuntatt ma' midja oħra, kif ukoll il-parteċipazzjoni f'numru kbir ta' kungressi, sessjonijiet ta' ħidma eċċ. u li jwasslu u jikkoordinaw laqgħat nazzjonali u internazzjonali.
|
|||||||||||
|
Ħiliet organizzattivi |
Ħiliet tajba fil-koordinament, fl-organizzazzjoni u fit-tmexxija, żviluppati permezz tat-tmexxija u r-riorganizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-qadi ta' rwoli politiċi, marbuta mill-qrib ma' riformi fl-amministrazzjoni pubblika. |
|||||||||||
|
Kompetenza diġitali |
AWTOVALUTAZZJONI |
|||||||||||
|
Ipproċessar tal-informazzjoni |
Komunikazzjoni |
Ħolqien ta' kontenut |
Sikurezza |
Soluzzjoni ta' problemi |
||||||||
|
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
||||||||
|
INFORMAZZJONI ADDIZJONALI |
|
|||||||||||
|
ESPERJENZA INTERNAZZJONALI |
Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri minn Ottubru 2016. Minbarra li kien president u ħa sehem fil-laqgħat tal-Bord tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probazzjoni (CEP), imsemmija hawn fuq, li attwalment huwa membru onorarju tagħha, ħa sehem f'diversi laqgħat tal-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-OECD, in-NU, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Komunità tal-Pajjiżi Lusofoni, il-konferenzi tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Ministri għall-Amministrazzjoni Pubblika Ibero-Amerikani, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI) u l-grupp reġjonali Ewropew tiegħu (EUROSAI), il-Kumitat ta' Kuntatt tal-Kapijiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-UE u l-uffiċjali ta' kollegament tiegħu, u ċ-Ċentru għall-Amministrazzjoni tal-Iżvilupp tal-Amerika Latina (CLAD).
|
|||||||||||
|
PUBBLIKAZZJONIJIET |
"Deontologia e Ética do Serviço Público. Contributos para uma Sistematização da Ética Profissional dos funcionários", Secretariado da Modernização Administrativa, Novembru 1988;
"A União Económica e Monetária e a Política Orçamental – A problemática dos défices", fir-Revista do Tribunal de Contas n.º 43, Jannar-Ġunju 2005, Lisbona, pp. 41-71;
"Por uma carta latina-ibero-americana de competências comuns para dirigentes públicos: a proposta de Portugal", ma' Valadares Tavares, Luis, fir-"Revista do Serviço Público", vol. 57, n.º 1, Jannar/Marzu 2006, Escola Nacional de Administração Pública, Brasilia;
"Eficiência e Legalidade na Administração Pública", fir-"Revista do Tribunal de Contas", nº 51, Jannar/Ġunju 2009, oriġinarjament ippubblikata mill-OECD bit-titlu "Efficiency and Legality in the Performance of the Public Administration", Konferenza dwar ir-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Integrazzjoni Ewropea, Budva, il-Montenegro, 26-27 ta' Marzu 2009;
"Contributos para a determinação do âmbito da fiscalização prévia do Tribunal de Contas" fir-"Revista do Tribunal de Contas", nº 51, Jannar/Ġunju 2009;
"Desempenho dos Serviços Públicos e sua avaliação: adaptação a novos desafios", fil-"Colóquio Internacional – A moderna gestão financeira pública: uma resposta à crise económica?", ippubblikata mill-Qorti tal-Awdituri Portugiża fl-okkażjoni tal-160 anniversarju, Lisbona, 2009;
"As reformas na Administração Pública", kelmtejn qabel ta' Regime Geral da Função Pública. Coletânea de Legislação, organizzat minn Maria Laura Veríssimo Dias u Paulo Guilherme Fernandes Lajoso, Lulju 2009;
"As reformas na Administração Pública de 2005 a 2008: Alguns aspetos fundamentais" fir-"Revista do Tribunal de Contas", nº 52, Lulju/Diċembru 2009;
"As reformas da proteção social na Administração Pública de 2005 a 2009”, kelmtejn qabel ta' "A Proteção Social dos Trabalhadores em Funções Públicas", ta' Isabel Viseu u Vasco Hilário, Coimbra Editora, Lulju 2011;
"Conflito de interesses e ética do serviço público", koawtur ma' Augusto Santos Silva, artiklu akkademiku li jkun ippubblikat fil-Manwal tal-Frodi fil-Portugall, li jkun ippubblikat fl-2016 mill-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta' Porto;
"SIDA, Direito e Ética”, fi "Criminalidade e Cultura – Cadernos do Centro de Estudos Judiciários", nº 2/90, pp. 225-240;
"Antecedentes Legislativos da Reinserção Social" fi "Cidadão Delinquente: Reinserção Social", Ministeru tal-Ġustizzja Portugiż, 1983, pp. 17-47;
"A Justiça de Menores na Europa" f'Infância e Juventude, nº 01-1, Jannar-Marzu 2001, pp. 9-20;
"Medidas para a Prevenção da Delinquência Juvenil" f'Infância e Juventude nº 01-2, April-Ġunju 2001, pp. 19-24;
"Execução de Medidas Tutelares Educativas" fi "Direito Tutelar de Menores – O Sistema em Mudança", Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Coimbra u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, Coimbra Editora 2002, pp. 195-210.
|
|||||||||||
ANNESS 2: SOMMARJU TA' Alexandre Tavares Gonçalves de Figueiredo DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT FUTUR
1. Fil-mandat li bdejt fl-1 ta' Ottubru 2016, kont assenjat għall-Awla I tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea (Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali). F'din l-Awla, inħtart membru rapporteur tar-rapporti tal-awditjar li ġejjin:
a) "Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f'dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta' awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati" (Rapport Speċjali Nru 7/2017). Wara l-adozzjoni min-naħa tal-Qorti, dan ir-rapport ġie ppreżentat fil-laqgħa tal-Kumitat CONT tat-22 ta' Ġunju 2017;
b) "L-iskema ta' pagament bażiku għall-bdiewa" (CH 178/7/16). Ir-rapport tal-awditjar attwalment qiegħed jiġi finalizzat u mistenni li jiġi adottat sa tmiem l-2017;
c) "L-għażliet ta' finanzjament semplifikati fil-qasam tal-iżvilupp rurali" (17CH1003). Ix-xogħol fuq il-post tlesta u beda x-xogħol ta' redazzjoni tar-rapport li se jkun ippreżentat lill-Kumitat CONT fl-2018, wara proċedura kontradittorja.
2. Inħtart membru tal-Kumitat tal-Etika tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea, responsabbli mill-eżami tat-talbiet imressqa mill-membri tal-Qorti marbuta mal-attivitajiet esterni l-oħrajn matul u wara l-mandat rispettiv tagħhom, kif ukoll il-kwisjonijiet ta' etika professjonali kollha li jqajmu l-President tal-Qorti jew il-membri l-oħra.
3. Ħadt sehem fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kulleġġ tal-membri tal-Qorti, jiġifieri: approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni u tar-Rapport Annwali tal-Qorti għas-sena finanzjarja 2016, approvazzjoni tal-pjan strateġiku tal-Qorti għall-2018/2020, bit-titlu "Trawwim ta' fiduċja (taċ-ċittadini tal-UE) permezz ta' awditjar indipendenti", approvazzjoni tal-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020, reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE, proroga tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u żieda fil-garanzija tal-baġit tal-UE lill-BEI, u dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF.
4. Fejn jidħlu l-objettivi għal mandat futur possibbli, kif ukoll d-disponibbiltà tiegħi li naqdi r-responsabbiltajiet oħra li jiġuni fdati, irrid nistqarr li hija intenzjoni soda tiegħi li:
a) nintervjeni fit-tħejjija u fl-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni u tar-rapporti annwali, billi ntejjeb il-valur miżjud tagħhom, fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji, kif diġà mħabbar bħala għażla strateġika tal-Qorti;
b) nassigura intervent, orjentat mill-prinċipji ta' kwalità, effikaċja, ekonomija u effiċjenza, partikolarment bħala membru rapporteur, fl-opinjonijiet dwar il-futur tal-PAK, u fl-awditi finanzjarji, tal-konformità u tal-prestazzjoni fl-oqsma tal-infiq agrikolu, tal-ħarsien tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-enerġija u tal-ħarsien tal-konsumatur, bħala membru assenjat għall-Awla I, kif ukoll f'setturi oħrajn skont kif iddeċidiet il-Qorti;
c) nagħti attenzjoni partikolari anki lill-prodotti tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-futur tal-finanzi tal-UE, tal-QFP l-ġdid, u tas-sistemi finanzjarji u baġitarji l-ġodda, partikolarment dawk ibbażati fuq ir-riżultati, billi nagħti sehmi fit-tħejjija u fit-teħid tad-deċiżjonijiet;
d) niżvolġi rwol attiv fil-proċessi ta' ppjanar strateġiku u operattiv tal-Qorti billi nuri bl-aqwa mod l-azzjoni globali tal-UE, b'enfasi partikolari fuq l-indirizzar tat-tħassib tal-partijiet ikkonċernati ("stakeholders") ewlenin tal-Qorti tal-Awdituri, u nivvaluta l-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE u tikkomunika aħjar ix-xogħol ta' awditjar lid-diversi tipi ta' pubbliku fil-mira;
e) inkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat CONT u nippreżenta rapporti tal-Qorti tal-Awdituri u f'okkażjonijiet oħrajn meta nintalab nagħmel hekk.
5. Inkompli nagħti wkoll importanza speċjali lil xogħli fil-Kumitat ta' Etika tal-Qorti tal-Awdituri, billi niżgura li f'din l-istituzzjoni jibqgħu jiġu osservati standards għoljin ta' etika professjonali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat PT |
||||
|
Referenzi |
11871/2017 – C8-0333/2017 – 2017/0817(NLE) |
||||
|
Data ta' konsultazzjoni/talba għal approvazzjoni |
21.9.2017 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 5.10.2017 |
|
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Indrek Tarand 2.10.2017 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.10.2017 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 1 1 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Andrey Novakov, Julia Pitera, Patricija Šulin |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Angel Dzhambazki, Lieve Wierinck |
||||
|
Data tat-tressiq |
31.10.2017 |
||||