RAPPORT dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

31.10.2017 - (C8‑0334/2017 – 2017/0818(NLE))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Indrek Tarand

Proċedura : 2017/0818(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0344/2017
Testi mressqa :
A8-0344/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ħatra proposta ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C8‑0334/2017 – 2017/0818(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0334/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0344/2017),

A.  billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.  Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Iliana Ivanova bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA' Iliana Ivanova

Edukazzjoni:

1998  Baċellerat fir-relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali mill-Università tal-Ekonomija, Varna

1999  Master's fir-relazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali mill-Università tal-Ekonomija, Varna

2004  MBA fil-maniġment globali mill-Università ta' Thunderbird, Arizona, USA

Esperjenza professjonali:

1999 - 2002  Koordinatriċi tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali għall-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ikel tal-Bulgarija

2004  Espert tal-iżvilupp kummerċjali, Total System Acquiring Solutions

2005  Analista tal-investiment għal Beal Bank, Dallas, USA

2006  Kontrollur finanzjarju għal Ericsson USA, Dallas, USA

2006  Analista finanzjarja għolja għal Clayton Commercial Group, Dallas, USA

2005 - 2006  Analista finanzjarja għolja għal Bank of America, Dallas, USA (li qabel kien Countrywide Home Loans)

2007 - 2009  Membru tal-Kunsill tal-Belt ta' Sofija, rappreżentanta ta' GERB

2009 -2012  Membru tal-Parlament Ewropew

-  Viċi President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u Rapporteur għal:

o  Rapport annwali 2010 tal-BEI,

o  Regolament dwar il-Programm Hercule III għall-promozzjoni ta' attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea,

o  Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni,

o  Opinjoni dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss,

o  Studju dwar ir-responsabbiltà tal-baġit tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-EFSM u l-ESM u l-interferenza fil-kontroll tal-baġit mill-Parlament Ewropew,

o  Dokument ta' ħidma dwar ir-Rapport Speċjali 11/2009 tal-QEA dwar is-sostenibilità u l-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-proġetti tal-LIFE-Natura.

-  Viċi President tad-Delegazzjoni UE-Ċina

Membru tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Is-Sra Ivanova saret Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-1 ta' Jannar 2013. Hija d-Dekan tal-Kamra II mill-21 ta' Settembru 2016, responsabbli għall-"Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni".

ANNESS 2: SOMMARJU TA' Iliana Ivanova DWAR L-ESPERJENZA BĦALA MEMBRU TAL-QORTI U L-OBJETTIVI GĦAL MANDAT FUTUR

Mindu beda l-mandat tiegħi f'Jannar 2013, kont responsabbli għal 5 snin konsekuttivi għall-Kapitolu 6 tar-Rapport Annwali, kif ukoll għat-8 Rapporti Speċjali (RS), Inkarigu ta' Awditjar, u Kontribut għas-segwitu annwali tar-Rapporti Speċjali tal-QEA li ġejjin:

RS 5/2017 "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza?" Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ", RS 19/2016 "L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013", RS 16/2016 "L-objettivi tal-UE għall-edukazzjoni: il-programmi huma allinjati iżda hemm nuqqasijiet fil-kejl tal-prestazzjoni", RS 17/2015 "Appoġġ mill-Kummissjoni għat-timijiet ta' azzjoni għaż-żgħażagħ: ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati", RS 8/2015 "L‑appoġġ finanzjarju tal‑UE qed jindirizza l‑ħtiġijiet ta' mikroimprendituri b'mod adegwat?", RS 3/2015 "Il‑Garanzija għaż‑Żgħażagħ tal‑UE: ittieħdu l‑ewwel passi iżda hemm riskji fil‑ġejjieni għall‑implimentazzjoni", RS 1/2015 "Trasport minn Passaġġi fuq l‑Ilma Interni fl‑Ewropa: L‑ebda titjib sinifikanti fis‑sehem modali u fil‑kundizzjonijiet ta' navigabbiltà mill-2001 'il hawn", RS 1/2014 "L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE", Inkarigu ta' awditjar "Il-Broadband fl-UE" – 9/2017, Kontribut tal-Kamra II għar-RS 19/2013 "Rapport 2012 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri" – segwitu tar-RS 3/2008 u tar-RS 17/2009

Minbarra l-awditjar tal-prestazzjoni, kont Membru Rapporteur għall-Kapitolu 6 tar-Rapport Annwali tal-Qorti: Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017.

Biex jiżdied aktar l-impatt tal-ħidma tal-QEA, tajt bidu għal għadd ta' avvenimenti ta' livell għoli dwar suġġetti ta' interess bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-Qorti: Konferenza konġunta QEA – Uffiċċju tal-Awditjar Nazzjonali tal-Bulgarija dwar l-istrumenti finanzjarji f'Sofija, Konferenza tal-QEA fil-Parlament Ewropew "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – Niffaċċjaw l-isfidi u nsibu s-soluzzjonijiet" fi Brussell, Konferenza ta' Livell Għoli tal-QEA dwar l-istrumenti finanzjarji fil-Lussemburgu, Round table konġunta QEA – Uffiċċju tal-Awditjar Nazzjonali tal-Bulgarija dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ f'Sofija.

Barra minn hekk, akkumpanjajt żewġ missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: Missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fl-Italja – Sqallija u Kalabrija – 18-20 ta' Lulju 2016, Missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fl-Ungerija – 18-20 ta' Settembru 2017.

Minn Ottubru 2016, kelli l-unur li nkun id-Dekan tal-Kamra II u Membru tal-Kumitat Amministrattiv tal-Qorti. Barra minn hekk, servejt bħala Membru tal-Kumitat għall-Awditjar Intern fil-perjodu 2013-2016 u kont il-President tiegħu għal mandat ta' sena fl-2016.

Objettivi personali għal mandat futur possibbli bħala Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Bħala Membru tal-Kumitat Amministrattiv – li nikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Qorti għall-perjodu 2018-2020; Bħala Dekan tal-Kamra II u Membru Rapporteur għal għadd ta' Rapporti Speċjali – li niżgura l-funzjonament bla xkiel tal-Kamra u l-adozzjoni ta' rapporti rilevanti u f'waqthom; Bħala Membru Rapporteur għar-Rapport Annwali għall-Kapitolu 6 – li nkompli u niżviluppa aktar l-enfasi fuq l-elementi tal-prestazzjoni inklużi fil-Kapitolu; Bħala objettiv ġenerali – li nkompli nsaħħaħ r-relazzjonijiet tal-Qorti mal-partijiet ikkonċernati ewlenin tagħha, u b'mod partikolari mal-Parlament Ewropew, kif ukoll li ngħin biex jiżdied l-impatt tal-ħidma tal-Qorti permezz ta' għodod u avvenimenti differenti ta' komunikazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat BG

Referenzi

12247/2017 – C8-0334/2017 – 2017/0818(NLE)

Data ta' konsultazzjoni/talba għal approvazzjoni

21.9.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.10.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Indrek Tarand

2.10.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Andrey Novakov, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

31.10.2017