RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006
10.11.2017 - (COM(2016)0882 – C8-0533/2017 – 2016/0408(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Carlos Coelho
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006
(COM(2016)0882 – C8-0533/2017 – 2016/0408(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0882),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0533/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0347/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS, l-arkitettura teknika tagħha u l-iffinanzjar tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-operat u l-użu tagħha minn tarf sa tarf u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet, il-kategoriji ta' data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-għanijiet li għalihom id-data għandha tiddaħħal, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati biex jaċċessaw id-data, l-użu ta' identifikaturi bijometriċi u regoli ulterjuri dwar l-ipproċessar tad-data. |
(6) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS, l-arkitettura teknika tagħha u l-iffinanzjar tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-operat u l-użu tagħha minn tarf sa tarf u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet, il-kategoriji ta' data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-għanijiet li għalihom id-data għandha tiddaħħal, il-kriterji biex tiddaħħal, ir-regoli dwar it-tħassir tat-twissijiet,l-awtoritajiet awtorizzati biex jaċċessaw id-data, l-użu ta' identifikaturi bijometriċi u regoli ulterjuri dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regoli dwar it-tħassir ta' twissijiet żejda u dwar kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data speċifiċi għas-SIS għandhom ikunu wkoll stipulati f'dan ir-Regolament. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu f'pożizzjoni li jdaħħlu fis-SIS informazzjoni speċifika relatata ma' kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva ta' persuna li ma tinbidilx. Din l-informazzjoni tista' tkun relatata ma' karatteristiċi bħal titqib, tatwaġġi, marki, ċikatriċi, eċċ. Madankollu, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li d-data mdaħħla fis-SIS ma tikxifx informazzjoni sensittiva dwar persuna bħall-etniċità, ir-reliġjon, diżabbiltà, il-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali. |
|
_______________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Is-SIS tinkludi sistema ċentrali (SIS Ċentrali) u sistemi nazzjonali b'kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS. Meta wieħed iqis li s-SIS hija l-aktar strument importanti għall-iskambju ta' informazzjoni fl-Ewropa, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-operat mingħajr interruzzjoni tagħha fuq livell ċentrali kif ukoll dak nazzjonali. Għalhekk kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kopja parzjali jew sħiħa tal-bażi tad-data tas-SIS u għandu jwaqqaf sistema ta' backup tagħha. |
(7) Is-SIS tinkludi sistema ċentrali (SIS Ċentrali) u sistemi nazzjonali li jista' jkun fihom kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS. Meta wieħed iqis li s-SIS hija l-aktar strument importanti għall-iskambju ta' informazzjoni fl-Ewropa, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-operat mingħajr interruzzjoni tagħha fuq livell ċentrali kif ukoll dak nazzjonali. Għal din ir-raġuni jenħtieġ li jkun hemm sistema komuni affidabbli ta' backup tas-SIS Ċentrali (soluzzjoni attiva-attiva) li tiżgura d-disponibbiltà kontinwa tad-data tas-SIS għall-utenti aħħarija fil-każ ta' ħsara, aġġornamenti jew manutenzjoni tas-sistema ċentrali u backup tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni. Investimenti konsiderevoli huma meħtieġa sabiex tissaħħaħ u tittejjeb is-sistema ċentrali, is-sistemi ta' backup tagħha u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Huwa meħtieġ li jinżamm manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta' ċerta informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-azzjoni meħtieġa mit-twissijiet. L-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru (l-Uffiċċji SIRENE), għandhom jiżguraw l-iskambju ta' din l-informazzjoni. |
(8) Huwa meħtieġ li jinżamm manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta' ċerta informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-azzjoni meħtieġa mit-twissijiet (il-Manwal SIRENE). L-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru (l-Uffiċċji SIRENE), għandhom jiżguraw l-iskambju ta' din l-informazzjoni b'mod rapidu u effikaċi. Fil-każ ta' twissijiet għal reati terroristiċi jew dwar tfal, jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jaġixxu immedjatament. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jinżamm l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni supplimentari dwar l-azzjoni li għandha tittieħed speċifikata fit-twissijiet, huwa xieraq li jissaħħaħ il-funzjonament tal-Uffiċċji SIRENE billi jiġu speċifikati r-rekwiżiti dwar ir-riżorsi disponibbli, it-taħriġ għall-utenti u l-ħin tar-rispons għall-mistoqsijiet li jaslu minn Uffiċċji SIRENE oħra. |
(9) Sabiex jiġi żgurat l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni supplimentari dwar l-azzjoni li għandha tittieħed speċifikata fit-twissijiet, huwa xieraq li jissaħħaħ il-funzjonament tal-Uffiċċji SIRENE billi jiġu speċifikati r-rekwiżiti dwar ir-riżorsi disponibbli, it-taħriġ għall-utenti u l-ħin tar-rispons għall-mistoqsijiet li jaslu minn Uffiċċji SIRENE oħra. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Sabiex ikunu jistgħu jiġu sfruttati b'mod sħiħ il-funzjonalitajiet tas-SIS, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-utenti finali u l-persunal tal-Uffiċċji SIRENE regolarment jirċievu taħriġ, inkluż dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti standards nazzjonali għat-taħriġ tal-utenti dwar il-prinċipji u l-prassi tal-kwalità tad-data b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju SIRENE nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistiednu lill-persunal tal-Uffiċċji SIRENE biex jgħinu fit-taħriġ tal-awtoritajiet kollha li jirreġistraw it-twissijiet, b'enfasi fuq il-kwalità tad-data u l-massimizzazzjoni tal-użu tas-SIS. It-taħriġ għandu jingħata f'konformità mal-manwal Sirene għall-istrutturi. Kemm jista' jkun, l-uffiċċji SIRENE jenħtieġ li jipprevedu, barra minn hekk, l-organizzazzjoni ta' skambji ta' persunal ma' uffiċċji SIRENE oħra mill-anqas darba fis-sena. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu miżuri xierqa sabiex jevitaw telf ta' ħiliet u ta' esperjenza kkawżat minn tibdil fil-persunal. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fis-SIS, l-Aġenzija għandha ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f'intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri. |
(11) Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fis-SIS, l-Aġenzija għandha ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f'intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri. Biex aktar ikomplu jżidu l-kwalità tad-data fis-SIS, jenħtieġ li l-Aġenzija toffri wkoll taħriġ dwar l-użu tas-SIS lill-korpi nazzjonali ta' taħriġ u, sa fejn hu possibbli, lill-persunal SIRENE u lill-utenti finali. Tali taħriġ jenħtieġ li jiffoka b'mod parrtikolari fuq miżuri li jtejbu l-kwalità tad-data fis-SIS. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-immaniġġjar tal-fruntieri, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali tal-istatistika. Kull statistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. |
(12) Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-immaniġġjar tal-fruntieri, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali tal-istatistika. Jenħtieġ li Kull statistika miżmuma fir-repożitorju jew prodotta mir-repożitorju ma jkunx fiha data personali kif definit fir-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
|
________________ |
|
1a Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1). |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-SIS għandu jkun fiha aktar kategoriji ta' data li jippermettu lill-utenti finali jieħdu deċiżjonijiet informati abbażi ta' twissija mingħajr telf ta' ħin. Għalhekk twissijiet għall-fini ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandu jkun fihom informazzjoni dwar id-deċiżjoni li fuqha tkun ibbażata t-twissija. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u jiġu skoperti identitajiet multipli, it-twissija għandha tinkludi referenza għad-dokument jew għan-numru ta' identifikazzjoni personali u kopja ta' tali dokument, fejn disponibbli. |
(13) Is-SIS għandu jkun fiha aktar kategoriji ta' data li jippermettu lill-utenti finali jieħdu deċiżjonijiet informati abbażi ta' twissija mingħajr telf ta' ħin. Għalhekk twissijiet għall-fini ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandu jkun fihom informazzjoni dwar id-deċiżjoni li fuqha tkun ibbażata t-twissija. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u jiġu skoperti identitajiet multipli, it-twissija għandha tinkludi referenza għad-dokument jew għan-numru ta' identifikazzjoni personali u kopja bil-kulur ta' tali dokument, fejn disponibbli. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Is-SIS II għandha tippermetti li tiġi pproċessata data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli tal-individwi kkonċernati. Fl-istess perspettiva, is-SIS għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' data dwar individwi li l-identità tagħhom tkun intużat ħażin (sabiex jiġu evitati inkonvenjenzi kkawżati mill-identifikazzjoni żbaljata tagħhom), soġġett għal salvagwardji xierqa; b'mod partikolari bil-kunsens tal-individwu kkonċernat u limitazzjoni stretta tal-iskopijiet li għalihom tali data tista' tiġi pproċessata skont il-liġi. |
(15) Is-SIS II għandha tippermetti li tiġi pproċessata data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli tal-individwi kkonċernati. Kwalunkwe dħul u użu ta' ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika ma jistax jeċċedi dak li huwa neċessarju għall-objettivi mfittxija, irid ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni, jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inklużi l-aħjar interessi tat-tfal, u jrid ikun f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-istrumenti legali tas-SIS, ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Fl-istess perspettiva, is-SIS għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' data dwar individwi li l-identità tagħhom tkun intużat ħażin (sabiex jiġu evitati inkonvenjenzi kkawżati mill-identifikazzjoni żbaljata tagħhom), soġġett għal salvagwardji xierqa; b'mod partikolari bil-kunsens tal-individwu kkonċernat u limitazzjoni stretta tal-iskopijiet li għalihom tali data personali tista' tiġi pproċessata skont il-liġi. |
|
_______________ |
|
1a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI ĠU L 119, 4.5.2016 ,(ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġament tekniċi neċessarji sabiex kull darba li l-utenti finali jkunu intitolati jwettqu tfittxija f'bażi tad-data nazzjonali tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni, ifittxu wkoll b'mod parallel fis-SIS skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44. Dan għandu jiżgura li s-SIS tiffunzjona bħala l-miżura ewlenija ta' kumpens fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobbiltà tal-kriminali. |
(16) L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġament tekniku neċessarju sabiex kull darba li l-utenti finali jkunu intitolati jwettqu tfittxija f'bażi tad-data nazzjonali tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni, ifittxu wkoll b'mod parallel fis-SIS b'rispett sħiħ tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 u tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679. Dan għandu jiżgura li s-SIS tiffunzjona bħala l-miżura ewlenija ta' kumpens fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobbiltà tal-kriminali. |
__________________ |
__________________ |
44 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI ĠU L 119, 4.5.2016 ,(ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
|
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Jenħtieġ li dDan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu ta' data dattilografika u ta' immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni. L-użu ta' immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni fis-SIS għandu jgħin ukoll biex tiġi żgurata konsistenza fi proċeduri ta' kontroll fil-fruntieri fejn l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità jeħtieġu l-użu ta' data dattilografika u ta' immaġini tal-wiċċ. It-tiftix permezz ta' data dattilografika għandu jkun obbligatorju jekk ikun hemm xi dubju dwar l-identità ta' persuna. L-immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni għandhom jintużaw biss fil-kuntest ta' kontrolli regolari fil-fruntieri fi kjoskijiet self-service u f'passaġġi elettroniċi. |
(17) Dan ir-Regolament jenħtieġ jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu ta' data dattiloskopika, immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni. L-użu ta' data dattiloskopika u immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni fis-SIS għandu jgħin ukoll biex tiġi żgurata konsistenza fi proċeduri ta' kontroll fil-fruntieri fejn l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità jeħtieġu l-użu ta' marki tas-swaba' u ta' immaġini tal-wiċċ. It-tiftix permezz ta' data dattiloskopika għandu jkun obbligatorju jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'xi mod ieħor. Jenħtieġ li jkun possibbli li ssir tfittxija tal-marki tas-swaba' qabel ma tiddaħħal twissija ġdida, sabiex jiġi vverifikat jekk il-persuna tkunx diġà mdaħħla fis-SIS taħt identità oħra jew twissija oħra. L-immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta' identifikazzjoni għandhom jintużaw biss fil-kuntest ta' kontrolli regolari fil-fruntieri fi kjoskijiet self-service u f'passaġġi elettroniċi. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) L-introduzzjoni ta' servizz awtomatizzat ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' fi ħdan is-SIS tikkomplementa l-mekkaniżmu Prüm eżistenti dwar l-aċċess reċiproku transfruntier onlajn għal bażijiet ta' data nazzjonali ddeżinjati tad-DNA u għal sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’. Il-mekkaniżmu Prüm jippermetti l-interkonnettività tas-sistemi nazzjonali għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' li bihom Stat Membru jista' jintroduċi talba sabiex jara jekk l-awtur ta' reat li nstabu l-marki tas-swaba' tiegħu huwiex magħruf f'xi Stat Membru ieħor. Il-mekkaniżmu Prüm jivverifika jekk is-sid tal-marki tas-swaba' huwiex magħruf f'xi mument wieħed. Għalhekk, jekk l-awtur isirx magħruf f'xi wieħed mill-Istati Membri aktar tard, mhux bilfors li ser jinqabad. It-tiftixa tad-data dattiloskopika tas-SIS tippermetti li ssir tiftixa attiva tal-awtur. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Għandu jiġi permess li marki tas-swaba' li jinstabu fuq post ta' reat jiġu ċċekkjati kontra d-data dattilografika maħżuna fis-SIS jekk ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li jappartjenu lill-awtur ta' reat serju jew ta' reat terroristiku. Reat serju għandu jirreferi għal reati elenkati fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI45 u “reat terroristiku” għandu jirreferi għal reati skont il-liġi nazzjonali msemmija fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI. |
(18) Jenħtieġ li settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' u l-marki tal-pala tal-id li jinstabu fuq post ta' reat jiġu ċċekkjati kontra d-data dattiloskopika maħżuna fis-SIS jekk ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li jappartjenu lill-awtur ta' reat serju jew ta' reat terroristiku dment li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-persuna billi jużaw kwalunkwe bażi tad-data nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. |
__________________ |
__________________ |
45 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill (2002/584/ĠAI) tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1). |
|
46 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3). |
|
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Jista' jinkiseb livell ogħla ta' effikaċja, armonizzazzjoni u konsistenza billi jsir obbligatorju li kull projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tiddaħħal fis-SIS skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE47 , u billi jitwaqqfu regoli komuni għad-dħul ta' tali twissijiet wara r-ritorn taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm intervall bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jitlaq miż-żona Schengen u l-attivazzjoni tat-twissija fis-SIS. Dan għandu jiżgura li l-projbizzjonijiet fuq id-dħul jiġu infurzati b'suċċess fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, u effettivament iwaqqaf id-dħul mill-ġdid tagħhom fiż-żona Schengen. |
(20) Jista' jinkiseb livell ogħla ta' effikaċja, armonizzazzjoni u konsistenza billi jsir obbligatorju li kull projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tiddaħħal fis-SIS skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE47 , u billi jitwaqqfu regoli komuni għad-dħul ta' tali twissijiet wara r-ritorn taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza irregolari. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm intervall bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jitlaq miż-żona Schengen u l-attivazzjoni tat-twissija fis-SIS. Dan għandu jiżgura li l-projbizzjonijiet fuq id-dħul jiġu infurzati fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, u effettivament iwaqqaf id-dħul mill-ġdid tagħhom fiż-żona Schengen. |
_________________ |
_________________ |
47 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98). |
47 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lingwa emendata għal skopijiet tekniċi. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mandatorji għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali fil-każ li ċittadin ta' pajjiż terz ikollu jew jista' jikseb permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra jew dritt ta' soġġorn mogħtija fi Stat Membru wieħed, u Stat Membru ieħor ikollu l-intenzjoni li joħroġ jew ikun diġà daħħal twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat. Tali sitwazzjonijiet joħolqu inċertezzi serji għall-gwardji tal-fruntiera, għall-pulizija u għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jkun previst perjodu ta' żmien obbligatorju għal konsultazzjoni rapida b'riżultat definit sabiex jiġi evitat li persuni li jirrappreżentaw theddida jkunu jistgħu jidħlu fiż-żona Schengen. |
(21) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mandatorji għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali fil-każ li ċittadin ta' pajjiż terz ikollu jew jista' jikseb permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra jew dritt ta' soġġorn mogħtija fi Stat Membru wieħed, u Stat Membru ieħor ikollu l-intenzjoni li joħroġ jew ikun diġà daħħal twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat. Tali sitwazzjonijiet joħolqu inċertezzi serji għall-gwardji tal-fruntiera, għall-pulizija u għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jkunu previsti linji gwida ċari u perjodu ta' żmien obbligatorju għal konsultazzjoni rapida b'riżultat definit sabiex jiġi evitat li dawk intitolati li jgħixu legalment fl-Unjoni jkunu intitolati jidħlu fl-Unjoni mingħajr diffikultajiet u li dawk li ma jkunux intitolati jidħlu fl-Unjoni ma jitħallewx jagħmlu dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Premessa għandha tibqa' newtrali f'dak li jirrigwarda l-eżitu tad-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri. F'xi każijiet, individwu jingħata permess ta' residenza. F'każijiet oħrajn, projbizzjoni ta' dħul tista' tinżamm kontra individwu. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) It-twissijiet ma għandhomx jinżammu fis-SIS għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ikunu nħarġu. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data dwar individwi għal skopijiet differenti, huwa xieraq li l-perjodu massimu għaż-żamma ta' twissijiet ta' dħul u ta' permanenza jiġi allinjat mat-tul massimu possibbli ta' projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġa skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Għalhekk, il-perjodu ta' żamma għal twissijiet dwar persuni għandu jkun ta' massimu ħames snin. Bħala prinċipju ġenerali, twissijiet dwar persuni jenħtieġ li jiġu awtomatikament imħassra mis-SIS wara perjodu ta' ħames snin. Deċiżjonijiet li jinżammu twissijijiet dwar persuni jenħtieġ li jiġu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrevedu t-twissijiet dwar persuni fiż-żmien tal-perjodu definit u jżommu statistika dwar l-għadd ta' twissijiet dwar persuni li l-perjodu ta' żamma tagħhom ikun ġie estiż. |
(23) It-twissijiet ma għandhomx jinżammu fis-SIS għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi li għalihom ikunu nħarġu. Għalhekk, il-perjodu ta' rieżami għal twissijiet dwar persuni għandu jkun ta' massimu tliet snin. Bħala prinċipju ġenerali, twissijiet dwar persuni jenħtieġ li jiġu awtomatikament imħassra mis-SIS wara perjodu ta' tliet snin. Deċiżjonijiet li jinżammu twissijijiet dwar persuni jenħtieġ li jiġu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrevedu t-twissijiet dwar persuni fiż-żmien tal-perjodu definit u jżommu statistika dwar l-għadd ta' twissijiet dwar persuni li l-perjodu ta' żamma tagħhom ikun ġie estiż. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Id-dħul u l-estensjoni tad-data ta' skadenza ta' twissija fis-SIS għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit neċessarju ta' proporzjonalità, sabiex jiġi eżaminat jekk każ konkret huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed sabiex tiddaħħal twissija fis-SIS. F'każijiet ta' reati skont l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu49 jenħtieġ li dejjem tinħoloq twissija dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza filwaqt li jitqies il-livell għoli tat-theddida u l-impatt negattiv ġenerali li din l-attività tista' tikkawża. |
(24) Id-dħul u l-estensjoni tad-data ta' skadenza ta' twissija fis-SIS għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit neċessarju ta' proporzjonalità, sabiex jiġi eżaminat jekk każ konkret huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed sabiex tiddaħħal twissija fis-SIS. F'każijiet ta' reati skont id-Direttiva (UE) 2017/541 jenħtieġ li, meta jkunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet, tinħoloq twissija dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza kkundannati għal tali reati, filwaqt li jitqies il-livell għoli tat-theddida u l-impatt negattiv ġenerali li din l-attività tista' tikkawża. Dan għandu jsir b'kont meħud tal-possibbiltà ta' theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà nazzjonali, u f'konformità mal-obbligi tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati. |
__________________ |
|
49 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3). |
|
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) L-integrità tad-data tas-SIS hija ta' importanza primarja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-ipproċessar tad-data fis-SIS fuq livell ċentrali kif ukoll fuq dak nazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà minn tarf sa tarf tad-data. L-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data jenħtieġ li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament dwar is-sigurtà u jkunu soġġetti għal proċedura uniformi dwar ir-rapportar ta' inċidenti. |
(25) L-integrità tad-data tas-SIS hija ta' importanza primarja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-ipproċessar tad-data fis-SIS fuq livell ċentrali kif ukoll fuq dak nazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà minn tarf sa tarf tad-data. L-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data jenħtieġ li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament dwar is-sigurtà, imħarrġa korrettament għal dan l-iskop, u jkunu soġġetti għal proċedura uniformi dwar ir-rapportar ta' inċidenti u infurmati dwar ir-reati u s-sanzjonijiet penali eventwali fil-materja. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Data pproċessata fis-SIS b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(26) Data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament m'għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Biex titjieb l-effiċjenza tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni meta jiddeċiedu dwar id-dritt ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu u joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali, huwa xieraq li jingħatalhom aċċess għas-SIS skont dan ir-Regolament. |
(27) Biex titjieb l-effiċjenza tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni meta jiddeċiedu dwar id-dritt ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu u joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza irregolari, huwa xieraq li jingħatalhom aċċess għas-SIS skont dan ir-Regolament. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/67950 japplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri meta ma tapplikax id-Direttiva (UE)2016/68051. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680, tar-Regolament (UE) 2016/679 u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom ikomplu jiġu speċifikati f'dan ir-Regolament fejn ikun meħtieġ. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol, japplika r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi53 (Ir-Regolament dwar il-Europol). applies. |
(28) Ir-Regolament (UE) 2016/5050 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, dment li tali pproċċessar isir mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali, l-eżekuzzjoni tal-pieni kriminali jew is-salvagwardja kontra t-theddidiet għas-sigurtà tal-pubbliku. |
__________________ |
__________________ |
50 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
50 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
51 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
|
52 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1). |
|
53 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 25.5.2016, p. 53). |
|
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 28a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 jenħtieġ li japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni, tal-investigazzjoni, tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew tas-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680. Id-data miżmuma fis-SIS tista' tiġi kkonsultata biss mill-awtoritajiet iddeżinjati li huma responsabbli mill-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn u li għalihom l-Istati Membri jistgħu jiggarantixxu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament u dawk tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif trasposti fil-liġi nazzjonali b'mod soġġett għal verifika mill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-awtorità superviżorja stabbilita fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, u li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tkun soġġetta għal evalwazzjoni permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/20131a. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 259, 6.11.2013, p. 27). |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 28b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28b) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. |
|
__________________ |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 28c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28c) Ir-Regolament KE Nru 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Europol skont dan ir-Regolament. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 25.5.2016, p. 53). |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 28d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28d) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680, tar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament (UE) 2016/794 u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom ikomplu jiġu speċifikati f'dan ir-Regolament fejn ikun meħtieġ. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali indipendenti għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri fir-rigward ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jaċċessaw, jirrettifikaw u jħassru d-data personali tagħhom maħżuna fis-SIS, flimkien ma' rimedji sussegwenti quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi. Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu statistika annwali. |
(31) L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali indipendenti stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 (awtoritajiet superviżorji) jenħtieġ li jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri fir-rigward ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, u għandhom jingħataw biżżejjed riżorsi biex jitwettaq dan il-kompitu. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jaċċessaw, jirrettifikaw, jirrestrinġu l-ipproċessar u jħassru d-data personali tagħhom maħżuna fis-SIS, flimkien ma' rimedji sussegwenti quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi. Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu statistika annwali. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 32a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(32a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tas-SIS. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Ir-Regolament (UE) 2016/794 (Ir-Regolament dwar il-Europol) jipprevedi li l-Europol tappoġġja u ssaħħaħ l-azzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u jipprovdi analiżi u valutazzjonijiet dwar it-theddid. Sabiex il-Europol tiġi megħjuna fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b'mod partikolari fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti, huwa xieraq li l-Europol titħalla taċċessa l-kategoriji ta' twissija definiti f'dan ir-Regolament. Iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti tal-Europol għandu rwol strateġiku ewlieni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari, għandu jikseb aċċess għal twissijiet dwar persuni li jiġu rifjutati dħul u residenza fit-territorju ta' Stat Membru kemm minħabba raġunijiet kriminali kif ukoll minħabba nonkonformità mal-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' permanenza. |
(33) Ir-Regolament (UE) 2016/794 (Ir-Regolament dwar il-Europol) jipprevedi li l-Europol tappoġġja u ssaħħaħ l-azzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u jipprovdi analiżi u valutazzjonijiet dwar it-theddid. Sabiex il-Europol tiġi megħjuna fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b'mod partikolari fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti, huwa xieraq li l-Europol titħalla taċċessa l-kategoriji ta' twissija definiti f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhuwiex ċar fuq liema bażi l-Kummissjoni tassumi li dawk il-persuni soġġetti għal projbizzjoni ta' dħul huma marbuta li jiffaċilitaw il-migrazzjoni irregolari. Din il-forma ta' tfassil tal-profili ma għandhiex tkun appoġġjata. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Sabiex jitnaqqas id-distakk fil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-terroriżmu, b'mod partikolari dwar ġellieda terroristi barranin – fejn monitoraġġ tal-moviment tagħhom huwa kruċjali - jenħtieġ li l-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni dwar attività relatata mat-terroriżmu mal-Europol b'mod parallel mal-introduzzjoni ta' twissija fis-SIS, kif ukoll hits u informazzjoni relatata. Dan għandu jippermetti liċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti tal-Europol jivverifika jekk fil-bażi tad-data tal-Europol ikunx hemm xi informazzjoni kuntestwali addizzjonali disponibbli u jipprovdi analiżi ta' kwalità għolja li tikkontribwixxi għat-tħarbit ta' netwerks tat-terroriżmu u, fejn possibbli, jiġu evitati l-attakki minnhom. |
(34) Sabiex jitnaqqas id-distakk fil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-terroriżmu, b'mod partikolari dwar ġellieda terroristi barranin – fejn monitoraġġ tal-moviment tagħhom huwa kruċjali - jenħtieġ li l-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni dwar attività relatata mat-terroriżmu mal-Europol b'mod parallel mal-introduzzjoni ta' twissija fis-SIS, kif ukoll hits, l-informazzjoni relatata u l-informazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' twettiq tal-azzjoni meħtieġa. Din il-kondiviżjoni ta' informazzjoni għandha ssir f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2016/794. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-Europol dwar l-ipproċessar u t-tniżżil ta' data tas-SIS li jippermettu l-aktar użu komprensiv tas-SIS sakemm jiġu rispettati l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data kif previst f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/794. F'każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mill-Europol fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta' twissija maħruġa minn Stat Membru, il-Europol ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jippermettilha li ssegwi l-każ. |
(35) Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-Europol dwar l-ipproċessar u t-tniżżil ta' data tas-SIS li jippermettu l-aktar użu komprensiv tas-SIS sakemm jiġu rispettati l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data kif previst f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/794. F'każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mill-Europol fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta' twissija maħruġa minn Stat Membru, il-Europol ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk għandha tgħarraf immedjatament lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jippermettilha li ssegwi l-każ. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 jipprevedi li l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew lit-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn, skjerati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex jikkonsultaw bażi tad-data Ewropea, fejn din il-konsultazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet operattivi speċifikati fil-pjan operattiv dwar il-kontrolli fil-fruntieri, is-sorveljanza fil-fruntieri u r-ritorn. Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jistgħu jibagħtu wkoll esperti bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, li mhumiex membri tal-persunal ta' dawk l-aġenziji tal-Unjoni. L-objettiv tal-iskjerament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, tat-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn u tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni huwa li jipprovdu rinforz tekniku u operattiv lill-Istati Membri rikjedenti, speċjalment lil dawk li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. It-twettiq tal-kompiti assenjati lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, lit-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn u lit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jeħtieġ aċċess għas-SIS permezz ta' konnessjoni tal-interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mas-SIS Ċentrali. F'każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mit-tim jew mit-timijiet tal-persunal fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta' twissija maħruġa minn Stat Membru, il-membru tat-tim jew tal-persunal ma jistax jieħu l-azzjoni meħtieġa sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni li jagħmel dan mingħand l-Istat Membru ospitanti. Għalhekk għandu jgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jippermettu s-segwitu tal-każ. |
(36) Għall-fini ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprevedi li l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, mibgħuta mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta skjerati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex jikkonsultaw bażijiet tad-data Ewropej, fejn din il-konsultazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet operattivi speċifikati fil-pjan operattiv dwar il-kontrolli fil-fruntieri, is-sorveljanza fil-fruntieri u r-ritorn. Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jistgħu jibagħtu wkoll esperti bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, li mhumiex membri tal-persunal ta' dawk l-aġenziji tal-Unjoni. L-objettiv tal-iskjerament tat-timijiet kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, u tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni huwa li jipprovdu rinforz tekniku u operattiv lill-Istati Membri rikjedenti, speċjalment lil dawk li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. It-twettiq tal-kompiti assenjati lit-timijiet, kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, u lit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jeħtieġ aċċess għas-SIS permezz ta' konnessjoni tal-interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mas-SIS Ċentrali. F'każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mit-tim jew mit-timijiet tal-persunal fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta' twissija maħruġa minn Stat Membru, il-membru tat-tim jew tal-persunal ma jistax jieħu l-azzjoni meħtieġa sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni li jagħmel dan mingħand l-Istat Membru ospitanti. Għalhekk għandu jgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jippermettu s-segwitu tal-każ. |
_________________ |
_________________ |
54 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1). |
54 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1). |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 37 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(37) Skont ir-Regolament (UE) 2016/1624 l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tħejji analiżi tar-riskji. Dawn l-analiżi tar-riskji għandhom ikopru l-aspetti kollha relevanti għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropea, b'mod partikolari t-theddid li jista' jaffettwa l-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni. Twissijiet introdotti fis-SIS skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-twissijiet dwar ir-rifjut ta' dħul u ta' permanenza huma informazzjoni rilevanti sabiex issir stima tat-theddid possibbli li jista' jaffettwa l-fruntieri esterni u għalhekk għandhom ikunu disponibbli fid-dawl tal-analiżi tar-riskji li għandhom jitħejjew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. It-twettiq tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-rigward tal-analiżi tar-riskji jeħtieġ aċċess għas-SIS. Barra minn hekk, skont il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)55 l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser twettaq verifiki fis-SIS permezz tal-ETIAS sabiex twettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li teħtieġ, fost oħrajn, li jiġi aċċertat jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz li jkun qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikunx suġġett ta' twissija fis-SIS. Għal dan il-għan jentħieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jkollha wkoll aċċess għas-SIS sal-limitu meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha, jiġifieri għall-kategoriji ta' twissija kollha dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta' dħul u ta' permanenza, u dawk li huma soġġetti għal miżura restrittiva maħsuba biex jiġi evitat id-dħul jew it-tranżitu fl-Istati Membri. |
[(37) Skont [ir-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] l-Unità Ċentrali tal-ETIAS stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser twettaq verifiki fis-SIS permezz tal-ETIAS sabiex twettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li teħtieġ, fost oħrajn, li jiġi aċċertat jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz li jkun qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikunx suġġett ta' twissija fis-SIS. Għal dan il-għan jentħieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jkollha wkoll aċċess għas-SIS sal-limitu strettament meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha, jiġifieri għall-kategoriji ta' twissija kollha dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta' dħul u ta' permanenza, u dawk li huma soġġetti għal miżura restrittiva maħsuba biex jiġi evitat id-dħul jew it-tranżitu fl-Istati Membri.] |
__________________ |
|
55 COM (2016)731 final. |
|
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 38 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) Minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell ta' dettall u l-ħtieġa għal aġġornamenti regolari, ċerti aspetti tas-SIS ma jistgħux jiġu koperti b'mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn jinkludu, pereżempju, regoli tekniċi dwar id-dħul tad-data, l-aġġornament, it-tħassir u t-tfittix tad-data, il-kwalità tad-data u r-regoli tat-tiftix relatati ma' identifikaturi bijometriċi, regoli dwar il-kompatibbiltà u l-prijorità ta' twissijiet, iż-żieda ta' twissijiet, ir-rabtiet bejn it-twissijiet, l-istabbiliment ta' data ta' skadenza tat-twissijiet fil-limitu massimu ta' żmien u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Għalhekk is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk l-aspetti jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Ir-regoli tekniċi dwar it-tiftix ta' twissijijiet jenħtieġ li jikkunsidraw it-tħaddim bla xkiel tal-applikazzjonijiet nazzjonali. |
(38) Minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell ta' dettall u l-ħtieġa għal aġġornamenti regolari, ċerti aspetti tas-SIS ma jistgħux jiġu koperti b'mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn jinkludu, pereżempju, regoli tekniċi dwar id-dħul tad-data, l-aġġornament, it-tħassir u t-tfittix tad-data, il-kwalità tad-data, iż-żieda ta' marki u r-rabtiet bejn it-twissijiet. Għalhekk is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk l-aspetti jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Ir-regoli tekniċi dwar it-tiftix ta' twissijijiet jenħtieġ li jikkunsidraw it-tħaddim bla xkiel tal-applikazzjonijiet nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda mfassla għall-konsistenza ma' emendi sussegwenti. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 38a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(38a) L-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha u hemm bżonn li ż-żona Schengen tinżamm bħala żona mingħajr kontrolli mal-fruntieri interni. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament min-naħa tal-Istati Membri, l-evalwazzjonijiet imwettqa permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 huma ta' importanza partikolari. L-Istati Membri għandhom għalhekk jindirizzaw malajr kwalunkwe rakkomandazzjoni li ssirilhom. Meta r-rakkomandazzjonijiet ma jiġux segwiti, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mis-setgħat tagħha skont it-Trattati. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li kull sentejn, l-Aġenzija tipproduċi rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħha, kif ukoll dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ valutazzjoni ġenerali kull erba' snin. |
(40) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li l-Aġenzija tipproduċi rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħha, kif ukoll dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari sena wara li s-SIS tiddaħħal fis-seħħ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ valutazzjoni ġenerali kull sentejn. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 40a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(40a) Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-SIS, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna: |
|
- l-adozzjoni ta' manwal li jkun fih regoli dettaljati dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari (il-Manwal SIRENE); |
|
- ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti għar-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi fis-SIS; |
|
- l-adozzjoni tal-proċedura għad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-introduzzjoni ta' twissija dwar ċittadini ta' pajjiż terz soġġetti għal miżuri restrittivi; |
|
- l-użu ta' ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-iskop ta' identifikazzjoni tal-persuni; u |
|
- l-emendi għad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, fosthom fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
____________________ |
|
ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 42 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiġi żgurat ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u protezzjoni tal-migranti irregolari kontra l-esplojtazzjoni u t-traffikar billi jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni ta' data personali. |
(42) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, B'mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni tad-data personali f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jfittex li jiżgura ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u l-protezzjoni tal-migranti irregolari kontra l-esplojtazzjoni u t-traffikar. Fil-każijiet li jikkonċernaw lit-tfal, l-aħjar interessi tal-minuri jenħtieġ li jkunu l-kunsiderazzjoni primarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reviżjoni lingwistika hija maħsuba biex ittenni l-bżonn li tiġi protetta d-data personali peress li din hija dritt fundamentali. L-aħħar parti tal-aħħar sentenza hija ambigwa u qarrieqa. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(42a) Il-miżuri kollha li ttieħdu b'relazzjoni mas-SIS jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw linji gwida, li għandhom ikunu stabbiliti u monitorjati b'mod konġunt mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, relatati ma' prassi komuni rigward it-teħid tal-marki tas-swaba' u tal-immaġini tal-wiċċ ta' ċittadini irregolari ta' pajjiżi terzi, abbażi ta' lista ta' kontroll imfassla mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. F'kull mument l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw id-dinjità u l-integrità fiżika ta' minuri matul il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba' u tal-immaġini tal-wiċċ. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrikorrux għall-koerċizzjoni biex iġiegħlu lill-minuri jittiħdulhom il-marki tas-swaba'. |
Ġustifikazzjoni | |
Konformement mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal, it-tfal għandhom ikunu ttrattati b'umanità u b'rispett, b'mod li jitqiesu l-bżonnijiet tal-età tagħhom. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni speċifika tal-minuri. L-aħjar interess tal-minuri għandu jkun dejjem il-kunsiderazzjoni primarja. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 49 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(49) Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u għandu jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija66 . |
(49) Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u jenħtieġ li jirriżulta fl-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija66 li tippermetti li żewġ Stati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament b'mod sħiħ. |
_________________ |
_________________ |
ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17. |
ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 53 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(53) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-[...], |
(53) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-3 ta' Mejju 2017. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 53a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(53a) Jenħtieġ li ebda emenda jew dispożizzjoni ġdida ta' dan ir-Regolament ma toħloq ostakli bla bżonn għall-Istati Membri li biħsiebhom jingħaqdu jew li jinsabu fil-proċess li jingħaqdu maż-żona Schengen. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kamp ta' applikazzjoni |
Suġġett |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 2 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-arkitettura teknika tas-SIS, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, ipproċessar tad-data ġenerali, id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u r-responsabbiltà. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
Tikkoreġi żball. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) “twissija” tfisser sett ta' data, inklużi identifikaturi bijometriċi kif imsemmi fl-Artikolu 22, li jiddaħħal fis-SIS li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna bil-għan li tittieħed azzjoni speċifika; |
(a) “twissija” tfisser sett ta' data li jiddaħħal fis-SIS li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna bil-għan li tittieħed azzjoni speċifika; |
Ġustifikazzjoni | |
M'hemmx bżonn li fid-definizzjoni ta' "twissija" jiġi indikat tip wieħed ta' data li jista' jitniżżel għal twissija. Il-kwistjoni dwar liema data għandha tiddaħħal fi twissija hija indirizzata fl-Artikolu 20 dwar il-kategoriji tad-data. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) “informazzjoni supplementari” tfisser l-informazzjoni li ma tagħmilx parti mid-data tat-twissija maħżuna fis-SIS, iżda marbuta ma' twissijiet fis-SIS, li ser tiġi skambjata: |
(b) “informazzjoni supplementari” tfisser l-informazzjoni li ma tagħmilx parti mid-data tat-twissija maħżuna fis-SIS, iżda marbuta ma' twissijiet fis-SIS, li ser tiġi skambjata mill-uffiċċji SIRENE: |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) “data personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”). |
(e) “data personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”). Għall-iskopijiet ta' din id-definizzjoni, persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data dwar il-post, identifikatur onlajn jew aktar fatturi speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) “psewdonimu” tfisser identità assunta użata minn persuna magħrufa b'identitajiet oħra. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) “persuna fiżika identifikabbli” hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, dejta dwar il-post, identifikatur onlajn jew aktar fatturi speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika; |
imħassar |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) “ipproċessar ta' data personali” tfisser kull attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati jew le, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni tissostitwixxi "irrekordjar" mid-Deċiżjoni tas-SIS II attwali tal-Kunsill bil-kelma "reġistrazzjoni". Filwaqt li huwa xieraq li tiżdied "reġistrazzjoni" mal-lista ta' azzjonijiet li jikkostitwixxu l-ipproċessar, "l-irrekordjar" jenħtieġ li jinżamm ukoll f'dik il-lista. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h – punt 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) it-tfittxija tiżvela li Stat Membru ieħor ikun daħħal twissija fis-SIS, |
(2) it-tfittxija tiżvela li Stat Membru jkun daħħal twissija fis-SIS, |
Ġustifikazzjoni | |
"Hit" tista' sseħħ ukoll jekk it-twissija tiġi introdotta mill-Istat Membru tal-utent. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ka) "identifikaturi bijometriċi" tfisser data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi jew fiżjoloġiċi ta' persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta' dik il-persuna fiżika (bħall-immaġnijiet tal-wiċċ, id-data dattiloskopika); |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt n | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) “data dattilografika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba' u dwar il-marki tal-pala tal-id li minħabba l-karattru uniku tagħhom ta' uniċità u l-punti ta' riferenza fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta' persuna; |
(n) “data dattiloskopika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba' u dwar il-marki tal-pala tal-id li minħabba l-karattru uniku tagħhom ta' uniċità u l-punti ta' riferenza fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta' persuna; |
|
(Emenda orizzontali li tapplika għat-test kollu.) |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(na) "immaġni tal-wiċċ" tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ li jkun fihom biżżejjed riżoluzzjoni u kwalità biex jintużaw għat-tqabbil bijometriku; |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt o | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(o) “reat serju” tfisser ir-reati elenkati fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002; |
imħassar |
_________________ |
|
68 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill (2002/584/ĠAI) tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1). |
|
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt p | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(p) “reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1-4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 200269. |
(p) “reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541. |
__________________ |
|
69 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3). |
|
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali. L-N.SIS jaf ikun fiha fajl ta' data (“kopja nazzjonali”), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS kif ukoll backup tal-N.SIS. L-N.SIS u l-backup tagħha jistgħu jintużaw simultanjament biex tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni għall-utenti finali; |
(b) sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali. L-N.SIS jista' jkun fiha fajl ta' data (“kopja nazzjonali”), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS kif ukoll backup tal-N.SIS. L-N.SIS u l-backup tagħha jistgħu jintużaw simultanjament biex tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni għall-utenti finali; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jkollhom kopja nazzjonali biex jiżguraw id-disponibbiltà tas-sistema minħabba r-riskju li dan jaf jimplika għas-sigurtà tad-data. Bil-għan li tinkiseb id-disponibbiltà sħiħa għandha tingħata preferenza lil soluzzjonijiet oħra fil-livell ċentrali. | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandu jiġi żviluppat backup tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni biex jiġi żgurat ulterjorment li s-SIS tkun disponibbli mingħajr interruzzjoni. Ir-regoli dettaljati għal dan il-backup tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Bil-għan li tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS, għandha tkun disponibbli infrastruttura tal-komunikazzjoni oħra li tintuża f'każ ta' problemi fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni ewlenija. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-data fis-SIS għandha tiddaħħal, tiġi aġġornata, imħassra u mfittxija permezz tad-diversi N.SIS. Għandu jkun hemm kopja nazzjonali sħiħa disponibbli għall-fini ta' twettiq ta' tfittxijiet awtomatiċi fit-territorju ta' kull Stat Membru li juża kopja bħal din. Il-kopja nazzjonali parzjali għandu jkun fiha mill-inqas id-data elenkata fl-Artikolu 20(2) (a)-(v) ta' dan ir-Regolament. Ma għandux ikun possibbli li wieħed ifittex fajls ta' data tal-N.SIS ta' Stati Membri oħra. |
2. Id-data fis-SIS għandha tiddaħħal, tiġi aġġornata, imħassra u mfittxija permezz tad-diversi N.SIS. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jkollhom kopja nazzjonali biex jiżguraw id-disponibbiltà tas-sistema minħabba r-riskju li dan jaf jimplika għas-sigurtà tad-data. Bil-għan li tinkiseb id-disponibbiltà sħiħa għandha tingħata preferenza lil soluzzjonijiet oħra fil-livell ċentrali. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 4 - paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Is-CS-SIS għandha twettaq sorveljanza teknika u funzjonijiet amministrattivi u jkollha backup tas-CS-SIS, li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f'każ ta' difett fis-sistema. Is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS għandhom ikunu allokati fiż-żewġ siti tekniċi tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/201170 ("l-Aġenzija"). Is-CS-SIS jew il-backup tas-CS-SIS jista' jkun fihom kopja addizzjonali tal-bażi tad-data tas-SIS u jistgħu jintużaw simultanjament f'operazzjoni attiva sakemm kull waħda minnhom tkun kapaċi tipproċessa t-tranżazzjonijiet kollha relatati ma' twissijiet fis-SIS. |
3. Is-CS-SIS għandha twettaq sorveljanza teknika u funzjonijiet amministrattivi u jkollha backup tas-CS-SIS, li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f'każ ta' difett fis-sistema. Is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS għandhom ikunu allokati fiż-żewġ siti tekniċi tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/201170 ("l-Aġenzija"). Is-CS-SIS jew il-backup tas-CS-SIS għandhom jkun fihom kopja addizzjonali tal-bażi tad-data tas-SIS u għandhom jintużaw simultanjament f'operazzjoni attiva sakemm kull waħda minnhom tkun kapaċi tipproċessa t-tranżazzjonijiet kollha relatati ma' twissijiet fis-SIS. |
__________________ |
__________________ |
70 Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p.1). |
70 Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p.1). |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jinstabu soluzzjonijiet fil-livell ċentrali bil-għan li tiġi żgurata disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS, anki fil-futur, meta jkun hemm aktar data u aktar utenti. Apparti kopja addizzjonali, għandha tiġi implimentata soluzzjoni attiva. L-Aġenzija m'għandhiex tkun limitata għaż-żewġ siti tekniċi attwali f'każ li soluzzjoni tkun teħtieġ l-użu ta' sit ieħor. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa għad-dħul u għall-ipproċessar ta' data fis-SIS, inklużi tfittxijiet fil-bażi tad-data tas-SIS. Is-CS-SIS għandha: |
4. Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa għad-dħul u għall-ipproċessar ta' data fis-SIS, inklużi tfittxijiet fil-bażi tad-data tas-SIS. Għall-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali, is-CS-SIS għandha: |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-operat kontinwu tal-N.SIS, il-konnessjoni tagħha mal-NI-SIS u d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS lill-utenti finali. |
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-operat kontinwu tal-N.SIS u l-konnessjoni tagħha mal-NI-SIS. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tal-informazzjoni tas-SIS għall-utenti aħħarin, b'mod partikolari billi jistabbilixxi konnessjoni duplikata mal-NI-SIS. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jittrażmetti t-twissijiet tiegħu permezz tal-Uffiċċju N.SIS tiegħu. |
Kull Stat Membru għandu jdaħħal twissijiet fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u għandu jittrażmetti t-twissijiet tiegħu permezz tal-Uffiċċju N.SIS tiegħu. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha (l-Uffiċċju SIRENE) skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 8. |
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali li tiffunzjona bis-sħiħ 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa bil-kompitu li tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha (l-Uffiċċju SIRENE) skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 8. L-Uffiċċju SIRENE għandu jservi bħala punt ta' kuntatt uniku tal-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni supplementari dwar twissijiet u għandu jippermetti li jiġu adottati miżuri xierqa meta ċittadin u suġġetti jkunu ġew reġistrati fis-SIS u dawk il-persuni jew oġġetti jkunu nstabu wara senjalazzjoni ta' riżultat pożittiv. |
Ġustifikazzjoni | |
Preċiżazzjoni tal-istruttura u l-missjonijiet tal-uffiċċji SIRENE diġà stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2013 dwar il-Manwal SIRENE u miżuri ta' implimentazzjoni oħra għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) | |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal SIRENE u bl-użu tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi tekniċi u personali meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa u l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari. F'każ li l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi tekniċi oħrajn protetti b'mod adegwat għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. |
1. L-informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal SIRENE u bl-użu tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi tekniċi u umani meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa u l-iskambju f'waqtu u effettiv tal-informazzjoni supplimentari. F'każ li l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw il-backup tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1)(c). Bħala l-aħħar alternattiva jistgħu jintużaw mezzi tekniċi oħrajn protetti b'mod adegwat għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, bħal SIENA. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Uffiċċji SIRENE għandhom iwettqu l-kompitu tagħhom b'mod rapidu u effiċjenti, b'mod partikolari billi jwieġbu għal talbiet kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 12-il siegħa wara l-wasla tat-talba. |
3. L-Uffiċċji SIRENE għandhom iwettqu l-kompitu tagħhom b'mod rapidu u effiċjenti, b'mod partikolari billi jwieġbu b'mod sostantiv għal talbiet għal informazzjoni supplimentari kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn sitt sigħat wara l-wasla tat-talba. F'każ ta' twissijiet għal reati terroristiċi u f'każijiet ta' allerti dwar it-tfal msemmija fl-Artikolu 32(1)(c) tar-Regolament [Kooperazzjoni tal-Pulizija], l-Uffiċċji SIRENE għandu jaġixxi minnufih. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-formoli SIRENE li għandhom jiġu pproċessati bl-ogħla prijorità mill-uffiċċju SIRENE li rċieva t-talba jistgħu jiġu mmarkati "URĠENTI", fil-formuli SIRENE u dan ikun segwit bir-raġuni għall-urġenza. |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjoni prevista fil-manwal Sirene. | |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2) fil-forma ta' manwal imsejjaħ il-‘‘Manwal SIRENE”. |
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 54a rigward l-adozzjoni ta' manwal li jkun fih regoli dettaljati dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari (Manwal SIRENE). |
Ġustifikazzjoni | |
Minn dak li wieħed jista' jara mill-Manwal u l-qafas ġuridiku attwali tas-SIS II, il-Manwal SIRENE għandu jiġi adottat bħala att delegat, peress li f'xi partijiet aktar jissupplimenta l-atti bażiċi milli jimplimentahom. Bħala eżempju wieħed jista' jsemmi r-rekwiżit tal-Manwal huwa li l-hits għandhom jiġu rapportati "minnufih" f'każ ta' possibbiltà ta' "theddidiet serji għas-sigurtà", filwaqt li r-Regolament jirrikjedi li dan isir "mill-aktar fiss possibbli". Il-premessa 6 tal-Manwal (ĠU L44, 18.2.2015), tiddikjara wkoll: "Huwa indispensabbli li tiġi stabbilita proċedura aċċellerata ġdida għall-iskambju ta' informazzjoni dwar twissijiet rigward il-kontroll diskret u speċifiku [...]" | |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tas-servizzi provduti mis-CS-SIS, li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali tkun, permezz tal-aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(4), identika u konsistenti mal-bażi tad-data tas-SIS, u li tfittxija fil-kopja nazzjonali tagħhom tipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta' tfittxija fil-bażi tad-data tas-SIS. L-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b'mod partikolari d-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tas-servizzi provduti mis-CS-SIS, li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali stabbilita b'mod volontarju minn Stat Membru, tkun, permezz tal-aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(4), identika u konsistenti mal-bażi tad-data tas-SIS, u li tfittxija fil-kopja nazzjonali volontarja tagħhom tipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta' tfittxija fil-bażi tad-data tas-SIS. Safejn ikun possibbli, l-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b'mod partikolari u fejn ikun neċessarju, id-data disponibbli kollha li tippermetti li d-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u li tittieħed l-azzjoni meħtieġa. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux se tkun disponibbli għall-Istati Membri l-informazzjoni kollha fuq il-persuni kollha soġġetti għal twissija. Li jiġi impost obbligu indeterminat li jipprovdi lill-utent finali b'informazzjoni li tista' ma tkunx disponibbli tagħmilha diffiċli u illoġika. Lanqas ma huwa ċar fuq min jaqa' dan l-obbligu. | |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Testijiet regolari għandhom jitwettqu bħala parti minn mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-konformità teknika u funzjonali tal-kopji nazzjonali u, b'mod partikolari, jekk it-tiftixa fil-kopja nazzjonali twassalx għal riżultati ekwivalenti għal dawk ta' tiftixa fil-bażi tad-data tas-SIS. |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet); |
(b) tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal tagħmir u faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (tagħmir, kontroll tal-aċċess u kontroll għad-dħul tal-faċilitajiet); |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) jipprevjeni l-ipproċessar mhux awtorizzat tad-data fis-SIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat tad-data pproċessata fis-SIS (kontroll ta' dħul tad-data); |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjoni prevista mill-Artikolu 34 tar-Regolament Eurodac. | |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-SIS jew għall-faċilitajiet ta' proċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċessaw, jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 50(1) mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal); |
(g) jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-SIS jew għall-faċilitajiet ta' proċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċessaw, jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 50(1) immedjatament fuq talba tagħhom (profili tal-persunal); |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ka) jiżguraw li s-sistema installata tista', fil-każ ta' interruzzjoni, tiġi rkuprata (irkupru); |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjoni prevista mill-proposta Eurodac. | |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(kb) jiġi żgurat li s-SIS taqdi l-funzjonijiet tagħha b'mod korrett, li n-nuqqasijiet jiġu rrapportati (affidabbiltà) u li d-data personali maħżuna fis-SIS ma tistax tiġi korrotta permezz ta' ħsara fis-sistema (integrità); |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjoni prevista mill-proposta Eurodac. | |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS, dak l-Istat Membru għandu jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, inklużi b'mod partikolari s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2012, id-data tas-SIS ġiet kompromessa wara li sar hacking fis-sistema ta' kuntrattur estern fid-Danimarka. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-monitoraġġ tagħhom ta' dawn il-kumpaniji. | |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tat-twissija, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, it-tip ta' data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta' data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data. |
2. Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tat-twissija, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, it-tip ta' data użata biex issir tfittxija, id-data pproċessata u kemm l-isem tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għat-twettaq ta' tfittxija u tal-ipproċessar tad-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-paragrafu 3 ħoloq reġim eċċezzjonali ta' reġistru għal tiftix bl-użu ta' data dattiloskopika jew immaġini tal-wiċċ. | |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Jekk it-tfittxija ssir permezz ta' data dattilografika jew permezz ta' immaġini tal-wiċċ skont l-Artikolu 22 ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, it-tip ta' data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta' data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data. |
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, jekk it-tfittxija ssir permezz ta' data dattiloskopika jew permezz ta' immaġini tal-wiċċ skont l-Artikolu 22 ir-reġistri għandhom juru t-tip ta' data pproċessata minflok id-data reali. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Ir-regoli u l-formats għal-logs għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena, u mhux iktar tard minn tliet snin, wara li jkunu nħolqu. |
4. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru sentejn wara li jkunu nħolqu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem inbidel b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għall-finijiet ta' ċertezza legali, il-perjodu għaż-żamma ta' reġistri għandu jkun speċifikat b'mod preċiż. | |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tas-SIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità nazzjonali ta' kontroll. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tas-SIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkopera mal-awtorità nazzjonali ta' kontroll. |
Ġustifikazzjoni | |
L-awtoritajiet nazzjonali b'aċċess għas-SIS għandhom jenħtieġu li jikkoperaw mal-awtorità superviżorja nazzjonali. Tali rekwiżit huwa obbligu min-naħa tal-Istat Membru u għaldaqstant, ma għandux ikollhom id-dritt li jagħżlu meta jikkoperaw u meta le. | |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Qabel ma jingħata awtorizzazzjoni biex jipproċessa data maħżuna fis-SIS u perjodikament wara li jkun ingħata aċċess għad-data tas-SIS, il-persunal tal-awtoritajiet li jkollu dritt li jaċċessa s-SIS għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-proċeduri dwar l-ipproċessar tad-data kif stabbilit fil-Manwal ta' SIRENE. Il-persunal għandu jiġi mgħarraf dwar kull reat kriminali u penali rilevanti. |
1. Qabel ma jingħata awtorizzazzjoni biex jipproċessa data maħżuna fis-SIS u perjodikament wara li jkun ingħata aċċess għad-data tas-SIS, il-persunal tal-awtoritajiet li jkollu dritt li jaċċessa s-SIS għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, id-drittijiet fundamentali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-proċeduri dwar l-ipproċessar tad-data kif stabbilit fil-Manwal ta' SIRENE. Il-persunal għandu jiġi mgħarraf dwar kull reat kriminali u penali rilevanti stipulati skont l-Artikolu 53a ta' dan ir-Regolament. |
|
2. L-Istati Membri għandu jkollhom programm ta' taħriġ nazzjonali tas-SIS. Dan il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi taħriġ għall-utenti finali kif ukoll għall-persunal tal-uffiċċji SIRENE. |
|
3. Għandhom jiġu organizzati korsijiet ta' taħriġ komuni mill-anqas darba fis-sena, biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE billi l-persunal ikun jista' jiltaqa' ma' kollegi minn uffiċċji SIRENE oħra, jaqsam l-informazzjoni dwar il-metodi nazzjonali tax-xogħol u joħloq livell ta' għarfien omoġenju u ekwivalenti. |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali. L-Aġenzija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li għas-SIS Ċentrali tintuża dejjem l-aħjar teknoloġija disponibbli, bl-użu ta' analiżi tal-kost-benefiċċji. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
Tikkoreġi żball. | |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolo 15 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha marbutin mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Ma jkunx loġiku li jinżamm tqassim tal-kompiti bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. | |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 15 - paragrafu 2 - punt cb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(cb) akkwist u tiġdid; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha marbutin mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Ma jkunx loġiku li jinżamm tqassim tal-kompiti bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. | |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(cc) kwistjonijiet kuntrattwali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha marbutin mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Ma jkunx loġiku li jinżamm tqassim tal-kompiti bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. | |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligazzjonijiet l-oħra kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, b'mod partikolari: |
imħassar |
(a) obbligazzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit; |
|
(b) akkwist u tiġdid; |
|
(c) kwistjonijiet kuntrattwali. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha marbutin mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Ma jkunx loġiku li jinżamm tqassim tal-kompiti bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. | |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' kontrolli dwar il-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati. Dan il-mekkaniżmu, il-proċeduri u l-interpretazzjoni tal-konformità tal-kwalità tad-data għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
5. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' kontrolli dwar il-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati. Dan il-mekkaniżmu, il-proċeduri u l-interpretazzjoni tal-konformità tal-kwalità tad-data għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll il-kompiti relatati mal-għoti ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS u dwar miżuri biex tittejjeb il-kwalità tad-data tas-SIS. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet); |
(b) tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal tagħmir u faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (tagħmir, kontroll tal-aċċess u kontroll għad-dħul tal-faċilitajiet); |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) jipprevjeni l-ipproċessar mhux awtorizzat tad-data fis-SIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat tad-data pproċessata fis-SIS (kontroll ta' dħul tad-data); |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċessaw id-data jew il-faċilitajiet ta' pproċessar tad-data u tagħmel dawn il-profili disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 51 mingħajr dewmien fuq talba tiegħu (profili tal-persunal); |
(g) toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċessaw id-data jew il-faċilitajiet ta' pproċessar tad-data u tagħmel dawn il-profili disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 51 immedjatament fuq talba tiegħu (profili tal-persunal); |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ka) jiżguraw li s-sistema installata tista', fil-każ ta' interruzzjoni, tiġi rkuprata (irkupru); |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(kb) jiġi żgurat li s-SIS taqdi l-funzjonijiet tagħha b'mod korrett, li n-nuqqasijiet jiġu rrapportati (affidabbiltà) u li d-data personali maħżuna fis-SIS ma tistax tiġi korrotta permezz ta' ħsara fis-sistema (integrità); |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt kc (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(kc) tiġi żgurata s-sigurtà tas-siti tekniċi tagħha; |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fejn l-Aġenzija tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS, din għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, inklużi b'mod partikolari s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-2012, id-data tas-SIS ġiet kompromessa wara li sar hacking fis-sistema ta' kuntrattur estern fid-Danimarka. L-Aġenzija għandha ssaħħaħ il-monitoraġġ tagħha ta' dawn il-kumpaniji. | |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tat-twissijiet, id-data u l-ħin tad-data trażmessa, it-tip ta' data użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għat-tip ta' data trażmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data. |
2. Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja ta' kull twissija, id-data u l-ħin ta' kwalunkwe attività tal-ipproċessar tad-data, it-tip ta' data użata biex issir tfittxija, id-data pproċessata u kemm l-isem tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għat-twettaq tat-tfittxija u għall-ipproċessar tad-data. |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Jekk it-tfittxija ssir permezz ta' data dattilografika jew permezz ta' immaġini tal-wiċċ skont l-Artikolu 22 u 28 ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, it-tip ta' data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta' data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data. |
3. B'deroga mill-paragrafu 2, jekk it-tfittxija ssir permezz ta' data dattiloskopika jew permezz ta' immaġini tal-wiċċ skont l-Artikolu 22 u 28 ir-reġistri għandhom juru t-tip ta' data pproċessata minflok id-data reali. |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Ir-regoli u l-formats għal-logs għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena, u mhux iktar tard minn tliet snin, wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tat-twissijiet għandhom jitħassru wara perjodu ta' bejn sena u tliet snin wara li jitħassru t-twissijiet. |
4. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru sentejn wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tat-twissijiet għandhom jitħassru wara perjodu ta' bejn sena u sentejn wara li jitħassru t-twissijiet. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha regolarment twettaq kampanji li jinformaw lill-pubbliku dwar l-objettivi tas-SIS, id-data maħżuna, l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għas-SIS u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll tagħhom, jippjanaw u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS. |
Fil-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha twettaq kampanja li tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi, dwar l-objettivi tas-SIS, id-data maħżuna, l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għas-SIS u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tirrepeti dawn il-kampanji b'mod regolari mill-inqas darba fis-sena. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll tagħhom, jippjanaw u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinfurmaw liċ-ċittadini u r-residenti tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun disponibbli biżżejjed finanzjament għal tali politiki ta' informazzjoni. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jipprevedi l-ħażna ta' data addizzjonali, is-SIS għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta' data li jingħataw minn kull wieħed mill-Istati Membri, kif meħtieġ għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 24. |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jipprevedi l-ħażna ta' data addizzjonali, is-SIS għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta' data li jingħataw minn kull wieħed mill-Istat Membru, kif meħtieġ għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 24 u 27. |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-informazzjoni dwar il-persuni li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għandha tinkludi biss id-data li ġejja: |
2. L-informazzjoni dwar il-persuni li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija ta' rifjut ta' dħul jew soġġorn għandha tinkludi biss id-data li ġejja: |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx; |
(e) kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx, li mhix marbuta ma' kategoriji speċjali ta' data personali definiti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679, bħall-etniċità, ir-reliġjon, id-diżabbiltà, il-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali; |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) sess; |
(h) ġeneru; |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt j | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jekk il-persuna kkonċernata hijiex armata, vjolenti, maħruba jew tkun involuta f'attività kif imsemmi fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
(j) jekk il-persuna kkonċernata hijiex armata, vjolenti, maħruba jew involuta f'attività kif imsemmi fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541; |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt o | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(o) rabta/iet ma' twissijiet oħrajn maħruġa fis-SIS skont l-Artikolu 38; |
(o) rabta/iet ma' twissijiet oħrajn maħruġa fis-SIS skont l-Artikolu 43; |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt q – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– kundanna preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 24(2)(a); |
– kundanna preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a)(i) u (2b); |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt q – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– theddida serja għas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 24(2)(b); |
– theddida serja għas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a)(ii); |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt q – inċiż 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- projbizzjoni fuq id-dħul kif imsemmi fl-Artikolu 24(3); or |
- projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE kif imsemmi fl-Artikolu 24(3); or |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 - punt r | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(r) it-tip ta' reat (għal twissijiet maħruġa skont l-Artikolu 24(2) ta' dan ir-Regolament); |
(r) it-tip ta' reat (għal twissijiet maħruġa skont l-Artikolu 24(1) ta' dan ir-Regolament); |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt x | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(x) data dattilografika; |
(x) data dattiloskopika; |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt ya (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ya) id-data msemmija fil-punti (a) sa (d), (f) sa (g) u (i), minn dokument(i) tal-identifikazzjoni validu/validi li tinġarr minn persuna oħra għajr id-dokument imsemmi fil-punti (s) sa (v), dment li tali data ma tkunx disponibbli f'dan id-dokument. |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Regoli tekniċi għandhom ikunu simili għal tfittxijiet fis-CS-SIS, f'kopji nazzjonali u f'kopji tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 36. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni stabbiliti u żviluppati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex issir tfittxija tad-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). Dawn ir-regoli tekniċi għandhom ikunu simili għal tiftix fis-CS-SIS, f'kopji nazzjonali u f'kopji tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 36 u għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni stabbiliti u żviluppati permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni hija koperta fil-paragrafu 3. | |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 24(2) l-Istati Membri għandhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, joħolqu twissija marbuta ma' ċittadin ta' pajjiż terz jekk ir-reat jaqa' taħt l-Artikoli 1 – 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu71 . |
imħassar |
__________________ |
|
71 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3). |
|
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 22 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Regoli speċifiċi biex jiddaħħlu ritratti, immaġini tal-wiċċ u data dattilografika |
Regoli speċifiċi biex jiddaħħlu ritratti, immaġini tal-wiċċ u data dattiloskopika |
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 54a fir-rigward ta' emendi għad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu n-numru ta' marki tas-swaba' li għandu jiddaħħal, il-metodu ta' qbid u ta' standards minimi tal-kwalità li għandhom jiġu ssodisfatti mill-identifikaturi bijometriċi kollha. |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ma tistax tiddaħħal twissija mingħajr id-data msemmija fl-Artikoli 20(2)(a), (g),(k),(m),(n) u (q). Meta twissija tkun ibbażata fuq deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 24(2) għandha tiddaħħal ukoll id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 20(2)(r). |
1. Ma tistax tiddaħħal twissija mingħajr id-data msemmija fl-Artikoli 20(2)(a), (b), (g), (h), (i), (k),(m),(n) u (q). Meta twissija tkun ibbażata fuq deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 24(2)(1) għandha tiddaħħal ukoll id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 20(2)(r). |
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Barra minn hekk, għandha tiddaħħal ukoll id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 20(2). |
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22, fejn disponibbli, u dment li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-data jkunu ġew sodisfatti, għandha tiddaħħal ukoll id-data l-oħra elenkata fl-Artikolu 20(2). |
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 23a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 23a |
|
Kompatibbiltà tat-twissijiet |
|
1. Qabel ma tiddaħħal twissija ġdida, l-Istat Membru għandu jivverifika jekk il-persuna hix diġà s-suġġett ta' twissija fis-SIS. |
|
2. Twissija waħda biss għal kull persuna jew oġġett għal kull Stat Membru tista' tiddaħħal fis-SIS II. Madankollu, fejn meħtieġ, tista' tiddaħħal twissija ġdida dwar l-istess persuna minn Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li dawn ikunu kompatibbli. Il-kompatibbiltà għandha tiġi żgurata f'konformità mal-paragrafu 3. |
|
3. Ir-regoli dwar il-kompatibbiltà tat-twissijiet għandhom jiġu stabbiliti fil-Manwal SIRENE msemmi fl-Artikolu 8(4). Meta persuna tkun diġà s-suġġett ta' twissija fis-SIS, l-Istat Membru li jixtieq idaħħal twissija ġdida għandu jivverifika li ma hemm l-ebda inkompatibbiltà bejn it-twissijiet. Jekk ma jkunx hemm inkompatibilità, l-Istat Membru jista' jdaħħal it-twissija ġdida. Jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli, għandhom isir konsultazzjonijiet bejn l-uffiċċji SIRENE kkonċernati permezz ta' skambju ta' informazzjoni supplimentari sabiex jintħalaq qbil dwar l-ordni ta' prijorità tat-twissijiet prevista fil-Manwal SIRENE. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din l-ordni ta' prijorità tat-twissijiet wara li ssir konsultazzjoni bejn l-uffiċċji SIRENE jekk interessi nazzjonali essenzjali jesiġu dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjonjiet previsti fil-Manwal SIRENE attwali u importanti wisq biex ma jkunux inklużi fir-Regolament. | |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandha tiddaħħal fis-SIS abbażi ta' twissija nazzjonali li tirriżulta minn deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti bil-liġi nazzjonali meħuda abbażi ta' valutazzjoni individwali. Appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali. |
1. L-Istati Membri, wara deċiżjoni nazzjonali, għandhom joħorġu twissija għall-iskop li jiġi miċħud id-dħul u s-soġġorn biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin sekwenzjalment: |
|
(a) l-allert għandu jinħareġ biss jekk japplika mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin: |
|
(i) ċittadin ta' pajjiż terz ikun instab ħati fi Stat Membru ta' reat li jġorr piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà ta' mill-inqas tliet snin; |
|
(ii) hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li ċittadin ta' pajjiż terz wettaq reat serju jew reat terroristiku jew ikun hemm evidenza li ċittadin ta' pajjiż terz għandu l-intenzjoni li jwettaq tali reat fit-territorju ta' Stat Membru. |
|
(b) l-Istat Membru għandu mbagħad: |
|
(i) jagħmel valutazzjoni individwali dwar jekk il-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat fit-territorju ta' Stat Membru tirrappreżentax theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali; |
|
(ii) fejn l-Istat Membru jikkonkludi li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jippreżenta theddida bħal din, tittieħed deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja. |
|
L-Istat Membru għandu biss imbagħad joħroġ it-twissija ta' rifjut ta' dħul jew soġġorn. |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Twissija għandha tiddaħal meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali li tista' tiġi mill-preżenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju ta' Stat Membru. Din is-sitwazzjoni għandha tirriżulta b'mod partikolari fil-każ ta': |
imħassar |
(a) ċittadin ta' pajjiż terz li jkun instab ħati fi Stat Membru ta' reat li jġorr piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà ta' mill-inqas sena; |
|
(b) ċittadin ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li jkun wettaq reat serju jew li fir-rigward tiegħu jkun hemm indikazzjonijiet ċari dwar l-intenzjoni li jwettaq tali reat fit-territorju ta' Stat Membru. |
|
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Persuni li fir-rigward tagħhom tittieħed tali deċiżjoni skont il-paragrafu 1(b)(ii) għandu jkollhom id-dritt li jappellaw. L-appelli għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali. Tali appelli għandhom jinkludu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Jekk ċittadin ta' pajjiż terz li jkun instab ħati fi Stat Membru ta' reat imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/541 b'sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni ta' mill-inqas ħames snin, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati jwettqu valutazzjoni skont il-paragrafu 2 jew skont l-Artikolu 21 qabel ma joħorġu deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja rigward dak l-individwu. L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni biss fejn dan ma joħloqx theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà nazzjonali u f'konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali. |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Twissija għandha tiddaħħal meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. L-Istat Membru emittenti għandu jiżgura li t-twissija tidħol fis-seħħ fis-SIS mar-ritorn taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Il-konferma dwar ir-ritorn għandha tiġi komunikata lill-Istat Membru emittenti f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [ir-Regolament dwar ir-Ritorn]. |
3. Twissija għandha tiddaħħal meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1(b)(ii) ta' dan l-Artikolu tkun projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. L-Istat Membru emittenti għandu jiżgura li t-twissija tidħol fis-seħħ fis-SIS meta ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat iħalli t-territorju tal-Istati Membri. Il-konferma dwar ir-ritorn għandha tiġi komunikata lill-Istat Membru emittenti f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [ir-Regolament dwar ir-Ritorn]. |
Ġustifikazzjoni | |
Intiż biex jiġi ċċarat it-test. | |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta Stat Membru jikkunsidra li joħroġ permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' residenza lil ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' twissija għal rifjut ta' dħul u ta' permanenza mdaħħla minn Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari u għandhom jitqiesu l-interessi ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Meta Stat Membru jkun qed jikkunsidra l-għoti ta' permess jew ta' awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta' permanenza jiddeċiedi li jagħtiha, it-twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandha titħassar. |
1. Qabel Stat Membru jiddeċiedi formalment li joħroġ permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' residenza lil ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' twissija għal rifjut ta' dħul u ta' permanenza mdaħħla minn Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari u għandhom jitqiesu l-interessi ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Id-Deċiżjoni finali jekk jagħtix permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn lil ċittadin ta' pajjiż terz taqa' fuq l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta. Jekk jingħata permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn, it-twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandha titħassar immedjatament. |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta Stat Membru jikkunsidra li jdaħħal twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz li jkun id-detentur ta' permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta' permanenza maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari u għandu jqis l-interessi ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess jiddeċiedi li jżommu, ma għandhiex tiddaħħal it-twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza. |
2. Qabel Stat Membru jiddeċiedi li jdaħħal twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz li jkun id-detentur ta' permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta' permanenza maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari u għandu jqis l-opinjoni ta' dak l-Istat Membru. L-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess jiddeċiedi li jżommu, ma għandhiex tiddaħħal it-twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza. |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istat Membru responsabbli għad-dħul, l-aġġornament, u t-tħassir ta' dawn it-twissijiet f'isem l-Istati Membri kollha għandu jinħatar fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura rilevanti meħuda skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-proċedura għall-ħatra tal-Istat Membru responsabbli għandha tiġi stabbilita u żviluppata permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). |
2. L-Istat Membru responsabbli għad-dħul, l-aġġornament, u t-tħassir ta' dawn it-twissijiet f'isem l-Istati Membri kollha għandu jinħatar fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura rilevanti meħuda skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li ebda element ta'din il-proċedura mhuwa stabbilit fl-att bażiku, miżura li tistabbilixxi l-proċedura pjuttost tkun qed tissupplimenta l-att milli tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni. Għaldaqstant huwa meħtieġ att delegat u mhux att ta' implimentazzjoni. | |
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 54a rigward il-proċedura għad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru responsabbli skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li ebda element ta'din il-proċedura mhuwa stabbilit fl-att bażiku, miżura li tistabbilixxi l-proċedura pjuttost tkun qed tissupplimenta l-att milli tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni. Għaldaqstant huwa meħtieġ att delegat u mhux att ta' implimentazzjoni. | |
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 27a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 27a |
|
Azzjoni meħtieġa f'każ ta' twissija |
|
1. F'każ ta' hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li dwaru tkun inħarġet twissija skont l-Artikoli 24 u 27, l-awtorità kompetenti għandha: |
|
(a) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2016/399, tirrifjuta d-dħul skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399; |
|
(b) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, tirrifjuta li toħroġ viża uniformi, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009; |
|
[(c) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38 tar-Regolament [ir-Regolament li jistabbilixxi l-ETIAS], tiċħad awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 31 ta' dak ir-Regolament. |
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 28 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Regoli speċifiċi għall-verifika jew għal tiftix permezz ta' ritratti, ta' immaġini tal-wiċċ u ta' data dattilografika |
Regoli speċifiċi għall-verifika jew għal tiftix permezz ta' ritratti, ta' immaġini tal-wiċċ u ta' data dattiloskopika |
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-ritratti, l-immaġini tal-wiċċ u d-data dattilografika għandhom jiġu aċċessati mis-SIS sabiex tiġi verifikata l-identità ta' persuna li tkun instabet bħala riżultat ta' tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS. |
1. Meta r-ritratti, l-immaġnijiet tal-wiċċ u d-data dattiloskopika jkunu jinsabu fi twissija fis-SIS, tali data għandha tiġi rkuprata mis-SIS sabiex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li tkun instabet bħala riżultat ta' tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS. |
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Tista' ssir konsultazzjoni permezz tal-marki tas-swaba' qabel id-dħul ta' twissija ġdida, sabiex jiġi vverifikat jekk il-persuna tkunx diġà mdaħħla fis-SIS taħt identità oħra jew twissija oħra. |
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-data dattilografika tista' tintuża wkoll għall-identifikazzjoni ta' persuna. Data dattilografika maħżuna fis-SIS għandha tintuża biss għal skopijiet ta' identifikazzjoni jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra. |
2. Id-data dattiloskopika tista' tintuża wkoll għall-identifikazzjoni ta' persuna. Data dattiloskopika maħżuna fis-SIS għandha tintuża biss għal skopijiet ta' identifikazzjoni jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'data alfanumerika.Għal dan il-għan is-SIS Ċentrali għandha tinkludi Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS). |
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-utenti finali Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għal dan l-għan, inkluż, fejn ikun hemm bżonn, aġġustamenti għall-N.SIS. tagħhom. |
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Huwa possibbli wkoll li ssir tfittxija fid-data dattilografika maħżuna fis-SIS fir-rigward ta' twissijiet maħruġa skont l-Artikolu 24 permezz ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id li jkunu nstabu f'postijiet ta' delitti li tkun qed issirilhom investigazzjoni u fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li jappartjenu lill-awtur tar-reat sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-persuna bl-użu ta' xi bażi tad-data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra. |
3. Huwa possibbli wkoll li ssir tfittxija fid-data dattiloskopika maħżuna fis-SIS fir-rigward ta' twissijiet maħruġa skont l-Artikoli 24 u 27 permezz ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id li jkunu nstabu f'postijiet ta' reati terroristiċi jew delitti serji oħra li tkun qed issirilhom investigazzjoni u fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li jappartjenu lill-awtur tar-reat terroristiku jew delitt serju ieħor sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-persuna bl-użu ta' xi bażi tad-data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra. |
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Fejn l-identifikazzjoni finali skont il-paragrafu 4 turi li r-riżultat tat-tqabbil irċevut mis-Sistema Ċentrali ma jikkorrispondix mad-data dattiloskopika li tkun intbagħtet għat-tqabbil, l-Istati Membri għandhom immedjatament iħassru r-riżultat tat-tqabbil u jikkomunikaw dan il-fatt mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn tliet ġranet ta' xogħol lill-Aġenzija. |
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Hekk kif dan isir teknikament possibbli, u filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' affidabbiltà ta' identifikazzjoni, jistgħu jintużaw ritratti u immaġini tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna. Identifikazzjoni bbażata fuq ritratti jew fuq immaġini tal-wiċċ għandha tintuża biss fil-kuntest tal-punti regolari tal-qsim tal-fruntieri fejn jintużaw sistemi self-service u sistemi awtomatizzati ta' kontroll fil-fruntieri. |
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 54a li jiddetermina l-użu ta' ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-finijiet ta' identifikazzjoni ta' persuni u ta' standards tekniċi għal dan inkluż it-tiftix, kif ukoll l-identifikazzjoni u l-konferma tal-identità. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att delegat hekk kif dan isir teknikament possibbli b'livell għoli ta' affidabbiltà ta' identifikazzjoni, jistgħu jintużaw ritratti u immaġini tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna. Identifikazzjoni bbażata fuq ritratti jew fuq immaġini tal-wiċċ għandha tintuża biss fil-kuntest tal-punti regolari tal-qsim tal-fruntieri fejn jintużaw sistemi self-service u sistemi awtomatizzati ta' kontroll fil-fruntieri. |
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) attivitajiet oħrajn ta' infurzar tal-liġi mwettqa għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat; |
(c) il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra fl-Istat Membru kkonċernat u li għalihom tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680; |
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) verifiki tas-sigurtà fil-kuntest ta' proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, dment li dawn l-awtoritajiet ma jikkostitwixxux "awtoritajiet determinanti" kif definiti fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u meta awtorità rilevanti tkun qed tipprovdi parir f'konformità mal-Regolament tal-Kunsill (UE) 377/20041b. |
|
____________ |
|
1a Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60). |
|
1b Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1). |
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 24(2) u (3) u tal-Artikolu 27 id-dritt ta' aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li ssir tfittxija diretta f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli mill-bidu ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 24(1) u (3) u tal-Artikolu 27 id-dritt ta' aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li ssir tfittxija diretta f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli mill-bidu ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom. |
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-dritt ta' aċċess għad-data dwar dokumenti li jikkonċernaw persuni mdaħħla skont l-Artikolu 38(2)(j) u (k) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali] u d-dritt ta' tiftix f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1(d). L-aċċess għad-data minn dawn l-awtoritajiet għandu jiġi rregolat mil-liġi ta' kull Stat Membru. |
3. Id-dritt ta' aċċess għad-data dwar dokumenti li jikkonċernaw persuni mdaħħla skont l-Artikolu 38(2)(j) u (k) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali] u d-dritt ta' tiftix f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1(d). L-aċċess minn dawn l-awtoritajiet għandu jkun f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. |
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għandu jkollha fil-mandat tagħha, id-dritt ta' aċċess u ta' tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS. |
1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għandha tissodisfa fejn meħtieġ id-dritt ta' aċċess u ta' tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS. |
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn tfittxija mill-Europol tiżvela l-eżistenza ta' twissija fis-SIS, il-Europol għandha tgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794. |
2. Fejn tfittxija mill-Europol tiżvela l-eżistenza ta' twissija fis-SIS, il-Europol għandha tgħarraf immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet previsti fil-Manwal SIRENE. Sakemm l-Europol tkun tista' tuża l-funzjonalitajiet previsti għall-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali, din għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794. |
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-użu ta' informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-SIS huwa soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk l-Istat Membru jagħti l-permess għall-użu ta' tali informazzjoni, l-immaniġġar tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. L-Europol tista' tikkomunika biss tali informazzjoni lil terzi pajjiżi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat. |
3. L-użu ta' informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-SIS huwa soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru emittenti kkonċernat. Jekk l-Istat Membru jagħti l-permess għall-użu ta' tali informazzjoni, l-immaniġġar tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. L-Europol tista' tikkomunika biss tali informazzjoni lil terzi pajjiżi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti kkonċernat u b'rispett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. |
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/794. |
4. L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mill-Istat Membru emittenti kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/794. |
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 5 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) għandha tillimita l-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għall-impjegati tal-Europol li jkunu speċifikament awtorizzati; |
(b) għandha tillimita l-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għall-impjegati tal-Europol li jkunu speċifikament awtorizzati li jirrikjedu aċċess biex iwettqu l-kompiti tagħhom; |
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 5 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) għandha tadotta u tapplika miżuri previsti fl-Artikoli 10 u 11; |
(c) għandha tadotta u tapplika miżuri previsti fl-Artikoli 10, 11, 13 u 14; |
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Kull kopja, kif imsemmi fil-paragrafu 6, li twassal għal bażi tad-data offlajn tista' tinżamm biss għal perjodu ta' mhux aktar minn 48 siegħa. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż f'emerġenza sakemm tintemm is-sitwazzjoni ta' emerġenza. L-Europol għandha tirrapporta kull estensjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
7. Kull kopja, kif imsemmi fil-paragrafu 6, li twassal għal bażi tad-data offlajn tista' tinżamm biss għal perjodu ta' mhux aktar minn 48 siegħa. Meta l-Europol toħloq bażi ta' data offline b'data tas-SIS, għandha tirrapporta l-eżistenza ta' tali bażi ta' data lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test tal-Kummissjoni jagħti lill-Europol dritt inġustifikat li żżomm bażi tad-data offline bid-data tas-SIS sakemm hija tqis li teżisti sitwazzjoni ta' emerġenza. Madankollu, peress li l-Europol għandha aċċess għas-SIS, m'għad hemm assolutament l-ebda ħtieġa li l-Europol iżżomm bażi tad-data offline għal aktar mill-perjodu inizjali ta' 48 siegħa, u dan joħloq riskju bla bżonn. L-Europol għandha, għaldaqstant, tintalab tinforma lill-KEPD kull meta din toħloq tali bażi tad-data offline. | |
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. L-Europol tista' tirċievi u tipproċessa informazzjoni supplimentari dwar twissijiet korrispondenti fis-SIS sakemm ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafi (2)-(7) jiġu applikati kif xieraq. are applied as appropriate. |
8. L-Europol tista' tirċievi u tipproċessa informazzjoni supplimentari dwar twissijiet korrispondenti fis-SIS sakemm ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafi 2 sa 7 jiġu applikati kif xieraq. |
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u tal-iżgurar tas-sigurtà u tal-integrità xierqa tad-data, jenħtieġ li l-Europol iżżomm reġistri ta' kull aċċess u tfittxija fis-SIS. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkuppjar illegali ta' xi parti mis-SIS. |
9. Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u tal-iżgurar tas-sigurtà u tal-integrità xierqa tad-data, l-Europol għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tfittxija fis-SIS. Tali reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, it-tip ta' data pproċessata u l-isem tal-persuni responsabbli għall-ipproċessar tad-data. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkuppjar illegali ta' xi parti mis-SIS. Il-kontenut, it-tul ta' żmien taż-żamma u l-modalitajiet u l-formati ta' dawn ir-reġistri għandhom jiġu definiti skont l-Artikolu 12. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjoni għandha tkun allinjata mar-responsabilitajiet ta' reġistrar tal-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 12. | |
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. L-Europol għandu jiġi informat immedjatament mill-Istati Membri dwar kwalunkwe twissija li tkun inħolqot taħt l-Artikolu 24 u hits li jikkonċernaw dawk it-twissijiet meta persuna tkun imfittxija minn Stat Membru b'rabta ma' reat imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/541. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjoni għandha tkun allinjata mar-responsabbiltajiet ta' reġistrar tal-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 12. | |
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Skont l-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet Ewropej tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn kif ukoll il-membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fil-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u li jfittxu d-data mdaħħla fis-SIS. |
1. Skont l-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, kif ukoll il-membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u li jfittxu d-data mdaħħla fis-SIS f'konformità ma' dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom dan id-dritt biss sa fejn huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u sa fejn ikun meħtieġ mill-pjan operattiv għal operazzjoni speċifika. |
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-membri tat-timijiet Ewropej tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn kif ukoll il-membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fis-SIS skont il-paragrafu 1 permezz tal-interfaċċa teknika stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 32(2). |
2. Il-membri tat-timijiet kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, kif ukoll il-membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fis-SIS skont il-paragrafu 1 permezz tal-interfaċċa teknika stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 32(2). |
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn tfittxija minn membru tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni tiżvela l-eżistenza ta' twissija fis-SIS, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan. Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet jistgħu jaġixxu biss bi tweġiba għal twissija fis-SIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntieri jew ta' persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu. |
3. Fejn tfittxija minn membru ta' timijiet kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, jew minn membru ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni tiżvela l-eżistenza ta' twissija fis-SIS, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan immedjatament. Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet jistgħu jaġixxu biss bi tweġiba għal twissija fis-SIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntieri jew ta' persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu. |
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull każ ta' aċċess u kull tfittxija mwettqa minn membru tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u kull użu li jagħmlu mid-data li jkunu aċċessaw għandu jiġi reġistrat. |
4. Bl-iskop li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-awtomonitoraġġ, u sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u l-integrità tad-data kif suppost, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftixa li ssir fis-SIS minn membru tat-timijiet kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, jew minn membru tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Tali reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, it-tip ta' data użata biex issir tiftixa, referenza għat-tip ta' data trażmessa u l-isem tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala downloading jew ikkuppjar illegali ta' xi parti mis-SIS. Il-kontenut, it-tul ta' żmien u r-regoli taż-żamma u l-modalitajiet u l-formati ta' dawn ir-reġistri għandhom jiġu definiti skont l-Artikolu 12. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom ikunu l-istess bħal fil-każ tal-Europol. | |
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għandu jkun limitat għal membru tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u ma għandux jiġi estiż lil xi membru ieħor tat-tim. |
5. L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għandu jkun limitat għal membru tat-timijiet kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, jew minn membru tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni dment li dawn ikunu rċevew it-taħriġ meħtieġ. L-aċċess ma għandux jiġi estiż lil xi membru ieħor tat-tim. |
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11. |
6. Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10, 11, 13 u 14. |
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, għall-fini tal-analiżi ta' theddid li jista' jaffettwa l-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni, għandu jkollha d-dritt li taċċessa u li tfittex fid-data mdaħħla fis-SIS, skont l-Artikoli 24 u 27. |
1. Il-persunal debitament awtorizzat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess għad-data statistika li tinsab fir-repożitorju ċentrali msemmi fl-Artikolu 54(6) bl-iskop li jwettaq analiżijiet tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmi fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624. |
Ġustifikazzjoni | |
Minbarra l-involviment tagħha f'operazzjonijiet li fl-ambitu tagħhom l-aċċess għas-sistema huwa previst mill-Artikolu 31, Frontex ma teħtieġx aċċess għad-data personali fit-twissijiet tas-SIS. Id-data statistika aggregata hija għalkollox suffiċjenti biex il-Frontex twettaq il-mandat tagħha. | |
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(2) u tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi u żżomm interfaċċa teknika li tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(2) l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi u żżomm interfaċċa teknika li tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali. |
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn tfittxija mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiżvela l-eżistenza ta' twissija fis-SIS, għandha tgħarraf lill-Istat Membru emittenti. |
imħassar |
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha bir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollha d-dritt li taċċessa u li tivverifika d-data mdaħħla fis-SIS skont l-Artikoli 24 u 27. |
[4. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha bir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), il-persunal debitament abilitat tal-unità ċentrali ETIAS tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu d-dritt li jkollu aċċess għad-data d-data mdaħħla fis-SIS skont l-Artikoli 24 u 27 u li jivverifikaha.] |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi speċifikat li l-aċċess għas-SIS relatat mal-ETIAS mhuwiex għall-Aġenzija kollha kemm hi iżda għall-Unità Ċentrali tal-ETIAS. | |
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fejn verifika mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-finijiet tal-paragrafu 2 tiżvela l-eżistenza ta' twissija fis-SIS għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). |
imħassar |
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u għandu jiġi reġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. |
imħassar |
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Ħlief fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti għall-finijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta' data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fis-SIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta' data fis-SIS. |
8. L-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta' data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fis-SIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta' data fis-SIS. |
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11. |
9. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10, 11, 13 u 14. |
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 34 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
perjodu taż-żamma tat-twissijiet |
Perjodu ta' rieżami tat-twissijiet |
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Twissijiet li jiddaħħlu fis-SIS skont dan ir-Regolament għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalihom ikunu ddaħħlu. |
1. Twissijiet li jiddaħħlu fis-SIS skont dan ir-Regolament m'għandhomx jinżammu għal iktar żmien minn dak meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalihom ikunu ddaħħlu. |
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Stat Membru li joħroġ twissija għandu, fi żmien ħames snin minn meta jdaħħal it-twissija tiegħu fis-SIS, jirrevedi l-ħtieġa taż-żamma tagħha. |
2. Stat Membru li joħroġ twissija għandu, fi żmien tliet snin minn meta jdaħħal it-twissija tiegħu fis-SIS, jirrevedi l-ħtieġa taż-żamma tagħha. |
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. F'każijiet fejn il-persunal tal-Uffiċċju SIRENE, li huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-verifika tal-kwalità tad-data, jagħraf li twissija dwar persuna tkun laħqet l-għan tagħha u li għandha titħassar mis-SIS, il-persunal għandu jinnotifika lill-awtorità li tkun ħolqot it-twissija biex tressaq din il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-awtorità. L-awtorità għandu jkollha 30 jum kalendarju mill-wasla ta' din in-notifika biex tindika li t-twissija tħassret jew sejra titħassar jew għandha tiddikjara r-raġunijiet għaż-żamma tat-twissija. Jekk il-perjodu ta' 30 jum jiskadi mingħajr tali risposta t-twissija għandha titħassar mill-persunal tal-Uffiċċju SIRENE. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jirrapportaw kull kwistjoni rikorrenti f'dan il-qasam lill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali tagħhom. |
4. Malli jkun jidher ċar li l-persunal tal-Uffiċċju SIRENE, li huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-verifika tal-kwalità tad-data, jagħraf li twissija dwar persuna tkun laħqet l-għan tagħha u li għandha titħassar mis-SIS, il-persunal għandu immedjatament jinnotifika lill-awtorità li tkun ħolqot it-twissija biex tressaq din il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-awtorità. L-awtorità għandu jkollha sebat ijiem kalendarji mill-wasla ta' dik in-notifika biex tindika li t-twissija tħassret jew sejra titħassar jew għandha tiddikjara r-raġunijiet għaż-żamma tat-twissija. Jekk il-perjodu ta' sebat ijiem jiskadi mingħajr tali risposta t-twissija għandha titħassar mill-persunal tal-Uffiċċju SIRENE. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jirrapportaw kull kwistjoni rikorrenti f'dan il-qasam lill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li wieħed mill-għanijiet tar-reviżjoni huwa li jitneħħew it-twissijiet żejda mis-SIS, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jaġixxu malli jsiru jafu li twissija għandha titħassar. L-awtorità rilevanti m'għandhiex ikollha bżonn xahar biex tiddeċiedi jekk twissija tistax titħassar, speċjalment peress li l-Uffiċċju SIRENE diġà għamek tali evalwazzjoni. Perjodu ta' sebat ijiem huwa aktar minn biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinżamm it-twissija. | |
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fil-perjodu ta' reviżjoni, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija jista’, wara valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tkun reġistrata, jiddeċiedi li jżomm it-twissija għal aktar żmien, jekk dan jirriżulta neċessarju għall-finijiet li għalihom tkun inħarġet it-twissija. F'dan il-każ il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-estensjoni. Kull estensjoni ta' twissija għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS. |
5. Fil-perjodu ta' reviżjoni, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija jista’, wara valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tkun reġistrata, jiddeċiedi li jżomm it-twissija għal aktar żmien, jekk dan jirriżulta neċessarju u proporzjonat għall-finijiet li għalihom tkun inħarġet it-twissija. F'dan il-każ il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-estensjoni. Kull estensjoni ta' twissija għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS. |
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta' twissijiet li l-perjodu ta' żamma tagħhom ikun ġie estiż skont il-paragrafu 5. |
7. L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta' twissijiet li l-perjodu ta' żamma tagħhom ikun ġie estiż skont il-paragrafu 5 u jgħadduha lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 50. |
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Twissijiet dwar rifjut ta' dħul u ta' permanenza skont l-Artikolu 24 għandhom jitħassru meta l-awtorità kompetenti tkun irtirat id-deċiżjoni li permezz tagħha tkun iddaħħlet it-twissija, fejn applikabbli, wara l-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 26. |
1. Twissijiet dwar rifjut ta' dħul u ta' permanenza skont l-Artikolu 24 għandhom jitħassru malli l-awtorità kompetenti tkun irtirat id-deċiżjoni li permezz tagħha tkun iddaħħlet it-twissija, fejn applikabbli, wara l-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 26 jew malli tiskadi twissija f'konformità mal-Artikolu 34. |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-rigward tal-fajl dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, teżisti dispożizzjoni dwar il-perjodi ta' żamma għal twissijiet li tipprevedi skadenza awtomatika għal twissija jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jestendix it-twissija. Naturalment, l-iskadenza ta' twissija għandha twassal biex dik it-twissija titħassar. | |
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Twissijiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' miżura restrittiva kif imsemmi fl-Artikolu 27 għandhom jitħassru meta l-miżura ta' implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq vjaġġar tkun ġiet mitmuma, sospiża jew annullata. |
2. Twissijiet li jirrigwardaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' miżura restrittiva kif imsemmi fl-Artikolu 27 għandhom jitħassru malli l-miżura ta' implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq vjaġġar tkun ġiet mitmuma, sospiża jew annullata, jew malli tiskadi t-twissija f'konformità mal-Artikolu 34. |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-rigward tal-fajl dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, teżisti dispożizzjoni dwar il-perjodi ta' żamma għal twissijiet li tipprevedi skadenza awtomatika għal twissija jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jestendix it-twissija. Naturalment, l-iskadenza ta' twissija għandha twassal biex dik it-twissija titħassar. | |
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 35 - paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Barra mill-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu, it-twissijiet għandhom jitħassru wkoll meta meħtieġ wara l-verifika tal-kompatibbiltà prevista fl-Artikolu 23a. |
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data msemmija fl-Artikolu 20 għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza fit-territorji tagħhom. |
1. L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data msemmija fl-Artikolu 20 biss għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza fit-territorji tagħhom. |
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kopji tekniċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jwasslu għal bażijiet ta' dejta offlajn jistgħu jinżammu biss għal perjodu li ma jeċċedix it-48 siegħa. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż f'każ ta' emerġenza sakemm tintemm is-sitwazzjoni ta' emerġenza. |
Kopji tekniċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jwasslu għal bażijiet ta' dejta offlajn jistgħu jinżammu biss għal perjodu li ma jeċċedix it-48 siegħa. |
Ġustifikazzjoni | |
F'konformità mal-emendi oħra li tressqu, il-ħolqien ta' bażijiet tad-data offline joħloq riskju addizzjonali evidenti ta' sigurtà f'dak li jikkonċerna d-data tas-SIS. M'hemm l-ebda ġustifikazzjoni li tippermetti l-eżistenza indefinta ta' tali bażijiet tad-data abbażi ta' emerġenza. | |
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta' dawk il-kopji, jagħmlu dan l-inventarju disponibbli għall-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali tagħhom, u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk tal-Artikolu 10, jiġu applikati fir-rigward ta' dawk il-kopji. |
L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta' dawk il-kopji, jagħmlu dak l-inventarju disponibbli għall-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali tagħhom, kif ukoll il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk tal-Artikolu 10, jiġu applikati fir-rigward ta' dawk il-kopji. |
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Kull użu ta' data li ma jikkonformax mal-paragrafi minn 1 sa 6 għandu jitqies bħala użu ħażin skont il-liġi ta' kull Stat Membru. |
7. Kull użu ta' data li ma jikkonformax mal-paragrafi minn 1 sa 6 għandu jitqies bħala użu ħażin skont il-liġi ta' kull Stat Membru u soġġett għal penali skont l-Artikolu 53a ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma awtorizzati li jfittxu direttament fid-data li tinsab fis-SIS skont dan ir-Regolament, kif ukoll f'kull tibdil fil-lista. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, f'liema data tista' tifittex u għal liema finijiet. L-Aġenzija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
8. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma awtorizzati li jfittxu direttament fid-data li tinsab fis-SIS skont dan ir-Regolament, kif ukoll f'kull tibdil fil-lista. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, f'liema data tista' tifittex u għal liema finijiet. L-Aġenzija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha żżomm website pubblika li jkun fiha din l-informazzjoni. Hija għandha tiżgura li l-website tkun dejjem aġġornata. |
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 38 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Informazzjoni f'każ ta' non-eżekuzzjoni ta' twissija |
Proċedura f'każ ta' non-eżekuzzjoni ta' twissija |
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk azzjoni mitluba ma tistax titwettaq, l-Istat Membru mitlub ghandu jinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija. |
Jekk azzjoni mitluba ma tistax titwettaq għandha tapplika l-proċedura li ġejja: |
|
(a) l-Istat Membru mitlub għandu jinforma minnufih lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu ir-raġuni għaliex le, skont il-Manwal SIRENE; |
|
(b) l-Istati Membri interessati jistgħu jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed skont l-istrumenti legali tas-SIS II u l-liġijiet nazzjonali tagħhom stess; |
|
(c) jekk azzjoni mitluba ma tkunx tista' tiwettaq fir-rigward ta' persuni involuti f'attività msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541, l-Istat Membru mitlub għandu immedjatament jinforma lill-Europol. |
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Meta Stat Membru emittenti jkollu data addizzjonali jew modifikata rilevanti kif elenkat fl-Artikolu 20(3), l-Istat Membru għandu jikkompleta jew jikkoreġi bla dewmien it-twissija kkonċernata. |
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Meta Stat Membru ieħor ikollu data alfanumerika addizzjonali jew modifikata rilevanti kif elenkat fl-Artikolu 20(2), dak l-Istat Membru għandu jgħaddih immedjatament lill-Istat Membru emittenti sabiex jippermetti lil dan tal-aħħar ilesti t-twissija. |
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Jekk Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ it-twissija jkollu evidenza li tissuġġerixxi li parti mid-data tkun fattwalment inkorretta jew tkun inħażnet illegalment, huwa għandu, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplementari, jinforma lill-Istat Membru emittenti kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li jkun sar jaf b'din l-evidenza. L-Istat Membru emittenti għandu jiċċekkja l-komunikazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar mingħajr dewmien l-entrata inkwistjoni. |
3. Jekk Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ it-twissija jkollu evidenza li tissuġġerixxi li parti mid-data tkun fattwalment inkorretta jew tkun inħażnet illegalment, huwa għandu, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplementari, jinforma lill-Istat Membru emittenti kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn jumejn ta' ħidma wara li jkun sar jaf b'din l-evidenza. L-Istat Membru emittenti għandu jiċċekkja l-komunikazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar l-entrata inkwistjoni fi żmien sebat ijiem ta' xogħol minn meta ssir in-notifika. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-korrezzjoni tal-iżbalji fis-SIS għandha tkun prijorità għal kulħadd. Jekk Stat Membru jinduna bi żball fi twissija introdotta minn Stat Membru ieħor m'għandux iħalli 10 ijiem qabel jinforma l-Istat Membru emittenti b'dan l-iżball. Dan għandu jagħmlu minnufih, mhux aktar tard minn 48 siegħa. Fl-istess spirtu, ladarba jiġi informat bl-iżball li seta' sar, l-Istat Membru emittenti għandu jkollu sebat ijiem biex jirrettifika l-iżball jew jispjega għalfejn m'hemm ebda żball. Dan hu konformi mal-emenda proposta għall-Artikolu 34(4) dwar azzjonijiet biex jitħassru twissijiet ladarba l-uffiċċji Sirene jinfurmaw li tali twissijijiet huma żejda. | |
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta fi żmien xahrejn mill-mument meta l-evidenza tkun ġiet żvelata għall-ewwel darba, l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, kif deskritt fil-paragrafu 3, l-Istat Membru li ma jkunx ħareġ it-twissija għandu jissottometti l-kwistjoni lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kkonċernati għal deċiżjoni. |
4. Meta fi żmien xahrejn mill-mument meta l-evidenza tkun ġiet żvelata għall-ewwel darba, l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, kif deskritt fil-paragrafu 3, l-Istat Membru li ma jkunx ħareġ it-twissija għandu jissottometti l-kwistjoni lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kkonċernati u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tittieħed deċiżjoni, f'konformità mal-kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 52. |
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplementari meta persuna tilmenta li mhijiex il-persuna msemmija fit-twissija. Jekk l-eżitu tal-verifika juri li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, il-persuna li tilmenta għandha tiġi mgħarrfa bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 42. |
5. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplementari meta persuna tilmenta li mhijiex il-persuna msemmija fit-twissija. Jekk l-eżitu tal-verifika juri li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, il-persuna li tilmenta għandha tiġi mgħarrfa bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 42 u bid-dritt tagħha li tfittex rimedju f'konformità mal-Artikolu 49(1) |
Ġustifikazzjoni | |
Meta persuna tkun ġiet identifikata ħażin fis-SIS, din għandu jkollha d-dritt għal rimedju skont l-Artikolu 49(1). Il-persuna għandha tiġi avżata b'dan ladarba jkun ċar li saret identifikazzjoni żbaljata. | |
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Fejn persuna tkun diġà s-suġġett ta' twissija fis-SIS, Stat Membru li jdaħħal twissija ulterjuri għandu jilħaq qbil dwar id-dħul tat-twissija mal-Istat Membru li jkun daħħal l-ewwel twissija. Il-qbil għandu jintlaħaq abbażi tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Dispożizzjoni prevista diġà, u spjegata aħjar, fl-Artikolu 23b dwar "il-kompatibilità tat-twissijiet" | |
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull każ li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS u li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data fis-SIS għandu jitqies bħala inċident relatat mas-sigurtà, speċjalment fejn seta' kien hemm aċċess għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa. |
1. Kull każ li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS u li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data fis-SIS għandu jitqies bħala inċident relatat mas-sigurtà, speċjalment fejn seta' kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa. |
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti relatati mas-sigurtà. L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti relatati mas-sigurtà. |
3. Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta' vjolazzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 jew l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) Nru 2016/680, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, lill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data immedjatament dwar inċidenti relatati mas-sigurtà. F'każ ta' inċident relatat mas-sigurtà fis-SIS Ċentrali, l-Aġenzija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data immedjatament dwar dawk l-inċidenti relatati mas-sigurtà. |
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jingħataw informazzjoni rigward inċident relatat mas-sigurtà li għandu jew jista' jkollu impatt fuq it-tħaddim tas-SIS fi Stat Membru jew fi ħdan l-Aġenzija jew dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, u din għandha tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan għall-ġestjoni ta' inċidenti pprovdut mill-Aġenzija. |
4. L-Istati Membri għandhom jingħataw informazzjoni rigward inċident relatat mas-sigurtà li għandu jew jista' jkollu impatt fuq it-tħaddim tas-SIS fi Stat Membru jew fi ħdan l-Aġenzija jew dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, u din għandha tiġi rrapportata immedjatament f'konformità mal-pjan għall-ġestjoni ta' inċidenti pprovdut mill-Aġenzija. |
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw f'każ ta' inċident tas-sigurtà. |
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4b. F'każ ta' vjolazzjoni tad-data, is-suġġetti għandhom jiġu infurmati skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2016/680. |
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4c. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta inċidenti serji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament. |
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4d. Fejn inċident tas-sigurtà jiġi kkawżat minn użu ħażin tad-data, l-Istati Membri, l-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Kosta għandhom jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet skont l-Artikolu 53a. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta inċident ta' sigurtà jkun ikkawżat minn xi ħadd li għandu aċċess għas-SIS u li jagħmel użu ħażin tad-data, jenħtieġ li jiġu applikati sanzjonijiet fuq dik il-persuna. | |
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-awtorità rikjedenti biex jiċċara jekk it-twissija hijiex dwar l-istess persuna jew le; |
(a) l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja immedjatament lill-awtorità rikjedenti biex jiċċara jekk it-twissija hijiex dwar l-istess persuna jew le; |
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) meta l-kontroverifika tiżvela li s-suġġett tat-twissija l-ġdida u l-persuna diġà fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura biex jiddaħħlu twissijiet multipli kif imsemmi fl-Artikolu 39(6). Jekk l-eżitu tal-verifika jkun li fil-fatt jeżistu żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex tiddaħħal twissija oħra billi jżid l-elementi meħtieġa sabiex tiġi evitata kull identifikazzjoni żbaljata. |
(b) meta l-kontroverifika tiżvela li s-suġġett tat-twissija l-ġdida u l-persuna diġà fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura biex jiddaħħlu twissijiet multipli kif imsemmi fl-Artikolu 23a. Jekk l-eżitu tal-verifika jkun li fil-fatt jeżistu żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex tiddaħħal twissija oħra billi jżid l-elementi meħtieġa sabiex tiġi evitata kull identifikazzjoni żbaljata. |
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fejn tista' tqum konfużjoni bejn il-persuna li fil-fatt kienet maħsuba bħala s-suġġett ta' twissija u persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin, l-Istat Membru emittenti għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu ta' dik il-persuna, iżid data relatata ma' din tal-aħħar mat-twissija sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni żbaljata. |
1. Fejn tista' tqum konfużjoni bejn il-persuna li fil-fatt kienet maħsuba bħala s-suġġett ta' twissija u persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin, l-Istat Membru emittenti għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu ta' dik il-persuna, iżid data relatata ma' din tal-aħħar mat-twissija sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni żbaljata. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tkun ipproċessata. |
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, id-data personali li ġejja biss tista' tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata fis-SIS: |
3. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, u soġġetta għall-kunsens espliċitu tal-persuna li sar użu ħażin mid-data tagħha, id-data personali li ġejja biss tista' tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata fis-SIS: |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġi mtenni li d-data personali msemmija tista' tiddaħħal fis-SIS biss wara l-kunsens espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin. | |
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 3 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) sess; |
(h) ġeneru; |
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin li fih titħassar it-twissija korrispondenti jew aktar kmieni jekk il-persuna titlob dan. |
5. Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar malli dan jintalab mill-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin jew fl-istess ħin li fih titħassar it-twissija korrispondenti. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test tal-Kummissjoni huwa kemxejn qarrieqi. Ikun aktar ċar li wieħed jibda bid-dritt li persuna li d-data tagħha tkun intużat ħażin ikollha li titlob li d-data titħassar malli tixtieq hi. Minn dakinhar 'il quddiem, jekk issir tali talba, dik id-data għandha titħassar naturalment meta titħassar it-twissija korrispondenti. | |
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament. |
1. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Aġenzija u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan ir-Regolament. |
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-Regolament 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament sakemm ma japplikawx id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680. |
2. Ir-Regolament 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament sakemm tali pproċċessar ma jsirx mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali, l-eżekuzzjoni tal-pieni kriminali jew is-salvagwardja kontra t-theddidiet għas-sigurtà tal-pubbliku. |
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Id-dispożizzjonijiet li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali taħt dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali jew is-salvagwardja kontra t-theddidiet għas-sigurtà pubblika. |
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont l-Artikoli 30 ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-ipproċessar ta' data mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni, tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680. |
imħassar |
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 47 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dritt ta' aċċess, ta' rettifika ta' data mhux eżatta u ta' tħassir ta' data maħżuna illegalment |
Dritt ta' aċċess, ta' rettifika u ta' restrizzjoni ta' data mhux eżatta u ta' tħassir ta' data maħżuna illegalment |
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għal data relatata magħhom imdaħħla fis-SIS u li jeżiġu li tali data tiġi rettifikata jew imħassra għandu jiġi eżerċitat skont il-liġi tal-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dak id-dritt. |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/679 kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz għandu jkollu d-dritt li jikseb id-data relatata miegħu reġistrata fis-SIS u jkollu aċċess għaliha u li data relatata miegħu li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew ikkompletata u li data li tkun ġiet reġistrata b'mod illegali titħassar u li l-ipproċessar tad-data jiġi limitat. |
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn xieraq, għandhom japplikaw l-Artikoli 14 sa 18 tad-Direttiva (UE) 2016/680. |
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F'tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data, mingħajr dewmien żejjed, bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta' aċċess, u r-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista' titħalla barra meta l-għoti tagħha jostakola l-fini stipulat f'dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li jitlob rimedju ġudizzjarju. |
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 47 - paragrafu 4 - subparagrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji. |
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 4 – subparagrafu 1c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jipprevedu li d-drittijiet tas-suġġett tad-data jkunu jistgħu jiġu eżerċitati wkoll permezz tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti. |
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-individwu kkonċernat għandu jiġi informat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn 60 jum mid-data li fiha japplika għal aċċess jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk. |
5. L-individwu kkonċernat għandu jiġi informat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha japplika għal aċċess jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk, indipendentement mill-fatt li jkun jew ma jkunx preżenti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata dwar is-segwitu mogħti lill-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta' rettifika u ta' tħassir kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tapplika għal rettifika jew tħassir jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk. |
6. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata dwar is-segwitu mogħti lill-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta' rettifika, ta' tħassir u ta' restrizzjoni tal-ipproċessar kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux aktar tard minn 60 jum mid-data li fiha tapplika għal rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk. Il-persuna għandha tiġi mgħarrfa skont dan il-paragrafu kemm jekk hi fit-territorju tal-Unjoni jew le. |
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' twissija maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mgħarrfa skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub, flimkien ma' kopja jew referenza għad-deċiżjoni nazzjonali li tagħti lok għat-twissija, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1). |
1. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' twissija maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mgħarrfa mill-Istat Membru emittenti mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum wara l-ħolqien tat-twissija li tirrigwardahom, skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub, flimkien ma' kopja jew referenza għad-deċiżjoni nazzjonali li tagħti lok għat-twissija, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1). |
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata: |
2. Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata lanqas fejn il-liġi nazzjonali tippermetti restrizzjoni tad-dritt għall-informazzjoni, b'mod partikolari sabiex tiġi salvagwardata s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. |
(f) fejn: |
|
i) id-data personali ma nkisbitx miċ-ċittadin tal-pajjiż terz inkwistjoni; |
|
and |
|
ii) l-għoti tal-informazzjoni tirriżulta impossibbli jew tkun tirrikjedi sforz sproporzjonat; |
|
(g) fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz inkwistjoni diġà għandu l-informazzjoni; |
|
(h) fejn il-liġi nazzjonali tippermetti għal restrizzjoni tad-dritt għal informazzjoni, b'mod partikolari sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-individwazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. |
|
(In-numerazzjoni tal-punti hija żbaljata fil-verżjoni EN tal-proposta COM) | |
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull persuna tista' tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem l-awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru biex taċċessa, tirrettifika jew tħassar informazzjoni jew biex tikseb kumpens b'rabta ma' twissija li tkun tirrigwardaha. |
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 sa 82 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikoli 52 sa 56 tad-Direttiva (UE) 2016/680, kull persuna tista' tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem l-awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru biex taċċessa, tirrettifika, tħassar informazzjoni jew biex tikseb restrizzjoni tal-ipproċessar u kumpens b'rabta ma' twissija li tkun tirrigwardaha. |
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali konsistenti dwar il-funzjonament ta' rimedji l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom jiġu mistiedna biex jiżviluppaw sistema standard ta' statistika għar-rappurtar annwali dwar: |
Sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali konsistenti dwar il-funzjonament ta' rimedji l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom jiżviluppaw sistema standard ta' statistika għar-rappurtar annwali dwar: |
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux eżatta u t-tħassir ta' data maħżuna illegalment lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta' każijiet fejn id-data tkun ġiet ikkorreġuta jew imħassra; |
(c) l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux eżatta u t-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data maħżuna illegalment lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta' każijiet fejn id-data tkun ġiet ikkorreġuta jew imħassra; |
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux eżatta u t-tħassir ta' data maħżuna illegalment ippreżentata lill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali; |
(d) l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux eżatta u t-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data maħżuna illegalment ippreżentata lill-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali; |
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) l-għadd ta' każijiet fejn il-qorti tkun iddeċidiet favur l-applikant fi kwalunkwe aspett tal-każ; |
(f) l-għadd ta' każijiet fejn il-qorti tkun iddeċidiet favur l-applikant fi kwalunkwe aspett tal-każ u l-għadd ta' każijiet fejn inkiseb kumpens; |
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità(jiet) ta' sorveljanza nazzjonali maħtura f'kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmija fil-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679 jimmonitorjaw b'mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fis-SIS fit-territorju tagħhom u t-trażmissjoni tagħha mit-territorju tagħhom, u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta' informazzjoni supplimentari. |
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali maħtura f'kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmija fil-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679 jimmonitorjaw b'mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fis-SIS fit-territorju tagħhom u t-trażmissjoni tagħha mit-territorju tagħhom, u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta' informazzjoni supplimentari. |
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-awtorità nazzjonali ta' kontroll għandha tiżgura li mill-inqas kull erba' snin isir awditjar tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fl-N.SIS skont l-istandards ta' awditjar internazzjonali. L-awditjar għandu jew isir mill-awtorità(jiet) ta' sorveljanza nazzjonali, jew l-awtorità(jiet) ta' sorveljanza nazzjonali għandhom jordnaw direttament l-awditjar minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom f'kull ħin iżommu kontroll fuq u jerfgħu r-responsabbiltajiet tal-awditur indipendenti. |
2. L-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll għandha tiżgura li mill-inqas kull erba' snin isir awditjar tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fl-N.SIS skont l-istandards ta' awditjar internazzjonali. L-awditjar għandu jew isir mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, jew l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom jordnaw direttament l-awditjar minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom f'kull ħin iżommu kontroll fuq u jerfgħu r-responsabbiltajiet tal-awditur indipendenti. |
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità Nazzjonali ta' Kontroll ikollha riżorsi biżżejjed biex twettaq il-kompiti fdati lilha skont dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll ikollhom riżorsi biżżejjed biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament. Huma għandhom ukoll jiżguraw li l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali tagħhom ikollhom aċċess għal assistenza minn persuni b'tagħrif espert dwar data bijometrika. |
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 51 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Superviżjoni tal-Aġenzija |
Superviżjoni tal-Aġenziji |
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-Aġenzija jsiru skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u l-poteri msemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001għandhom japplikaw kif xieraq. |
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Europol biex jiżgura li dawn l-attivitajiet jitwettqu skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u l-poteri msemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001għandhom japplikaw kif xieraq. |
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li mill-inqas kull erba' snin isir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-Aġenzija skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Għandu jinbagħat rapport dwar dan l-awditjar lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet ta' Sorveljanza Nazzjonali. L-Aġenzija għandha tingħata opportunità li tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport. |
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li mill-inqas kull erba' snin isir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-Aġenzija, tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-Europol skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Għandu jinbagħat rapport dwar dan l-awditjar lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet ta' Sorveljanza Nazzjonali. L-Aġenzija għandha tingħata opportunità li tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport. |
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jingħata biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu skont dan ir-Regolament, inkluż assistenza minn persuni b'għarfien espert dwar data bijometrika. |
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tas-SIS. |
1. L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw ma' xulxin b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 62 [tar-Regolament il-Ġdid dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data]. |
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull sentejn il-Bord stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 għandu jibgħat rapport konġunt dwar l-attivitajiet fir-rigward ta' sorveljanza koordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni |
4. Annwalment il-Bord stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 għandu jibgħat rapport konġunt dwar l-attivitajiet fir-rigward ta' sorveljanza koordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni |
Emenda 233 Proposta għal regolament Kapitolu 10 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
RESPONSABBILITÀ |
RESPONSABBILTÀ U PENALI |
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kull ħsara materjali jew immaterjali kkawżata lil persuna b'konsegwenza tal-użu tal-N.SIS. Dan għandu japplika wkoll għal ħsara kkawżata mill-Istat Membru emittenti, fejn dan tal-aħħar ikun daħħal data fattwalment mhux eżatta jew ikun ħażen data illegalment. |
1. Kull Stat Membru u l-eu-LISA għandhom ikunu responsabbli għal kull ħsara materjali jew immaterjali kkawżata lil persuna b'konsegwenza ta' operazzjoni ta' pproċessar illegali, b'riżultat ta' kwalunkwe att inkompatibbli ma' dan ir-Regolament jew minħabba l-użu tal-N.SIS. Dan għandu japplika wkoll għal ħsara kkawżata mill-Istat Membru emittenti, fejn dan tal-aħħar ikun daħħal data fattwalment mhux eżatta jew ikun ħażen data illegalment. |
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew ħsara materjali jew immaterjali minħabba operazzjoni ta' proċessar illegali jew minħabba kwalunkwe att inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-Istat Membru responsabbli għall-ħsara li jkunu sofrew jew mill-eu-LISA jekk tkun responsabbli għall-ħsara mġarrba. L-Istat Membru jew l-eu-LISA għandu jkun eżonerat parzjalment jew totalment minn din ir-responsabbiltà jekk jagħti provi li mhux responsabbli bl-ebda mod għall-att li kkawża l-ħsara. It-talbiet għall-kumpens miġjuba kontra Stat Membru għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konvenut, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680. |
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 53a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 53a |
|
Penali |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-data mdaħħla fis-SIS jew kwalunkwe skambju ta' informazzjoni supplimentari kuntrarju għal dan ir-Regolament ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jinkludu penali amministrattivi u kriminali. |
|
L-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom jew il-membri tat-timijiet tagħhom li jiksbu aċċess għas-SIS taħt l-awtorità tagħhom li jipproċessaw data tal-SIS bi ksur ta' dan ir-Regolament huma soġġetti għal miżuri dixxiplinari mill-Aġenzija jew, fil-każ ta' membri tat-tim, mill-Istat Membru ta' provenjenza tagħhom. |
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Aġenzija għandha tipproduċi statistika kuljum, fix-xahar u annwali li turi l-għadd ta' rekords għal kull kategorija ta' twissija, l-għadd ta' hits għal kull kategorija ta' twissija fis-sena, l-ammont ta' drabi li saret tfittxija fis-SIS u l-ammont ta' drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-finijiet tad-dħul, tal-aġġornament jew tat-tħassir ta' twissija bħala total u għal kull Stat Membru, inkluża statistika dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 26. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport annwali tal-istatistika għandu jiġi ppubblikat. |
3. L-Aġenzija għandha tipproduċi statistika kuljum, fix-xahar u annwali li turi l-għadd ta' rekords għal kull kategorija ta' twissija, l-għadd ta' hits għal kull kategorija ta' twissija fis-sena, l-ammont ta' drabi li saret tfittxija fis-SIS u l-ammont ta' drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-finijiet tad-dħul, tat-tlestija, tal-aġġornament jew tat-tħassir ta' twissija bħala total u għal kull Stat Membru, inkluża statistika dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 26. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport annwali tal-istatistika għandu jiġi ppubblikat. |
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri kif ukoll l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 7 u 8. |
4. L-Istati Membri kif ukoll l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 7 u 8. |
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta b'kull rapport statistiku li tipproduċi. Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta' atti legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob lill-Aġenzija biex tipprovdi rapporti statistiċi speċifiċi addizzjonali, kemm regolari kif ukoll ad-hoc, dwar il-prestazzjoni jew l-użu tas-SIS u tal-komunikazzjoni f'SIRENE. |
5. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data b'kull rapport statistiku li tipproduċi u kwalunkwe rapport statistiku speċifiku mitlub. Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta' atti legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob lill-Aġenzija biex tipprovdi rapporti statistiċi speċifiċi addizzjonali, kemm regolari kif ukoll ad-hoc, dwar il-prestazzjoni jew l-użu tas-SIS u tal-komunikazzjoni f'SIRENE. |
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-fini tal-paragrafi minn 3 sa 5 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5), l-Aġenzija għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5) li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li jippermetti li l-Kummissjoni u l-aġenziji msemmija fil-paragrafu 5 jiksbu rapporti u statistika personalizzati. L-Aġenzija għandha tagħti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta aċċess għar-repożitorju ċentrali permezz ta' aċċess sigur permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni b'kontroll tal-aċċess u profili ta' utenti speċifiċi unikament għall-fini ta' rapportar u ta' statistika. |
Għall-fini tal-paragrafi minn 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5), l-Aġenzija għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5) li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li jippermetti li l-Kummissjoni u l-aġenziji msemmija fil-paragrafu 5 jiksbu rapporti u statistika personalizzati. Fuq talba, l-Aġenzija għandha tagħti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta aċċess għar-repożitorju ċentrali, oġġetti speċifiċi u informazzjoni permezz ta' aċċess sigur għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni b'kontroll tal-aċċess u profili ta' utenti speċifiċi unikament għall-fini ta' rapportar u ta' statistika. |
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Sentejn wara li tibda titħaddem is-SIS u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. |
7. Sena wara li tibda titħaddem is-SIS u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħhom, u dwar id-dħul tal-funzjonalità ta' Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. |
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Tliet snin wara li tibda titħaddem is-SIS u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kull implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
8. Sena wara li tibda titħaddem is-SIS u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tqis l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kull implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi wkoll id-dħul tal-funzjonalità tas-Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' u l-kampanji ta' informazzjoni dwar is-SIS organizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 54a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 54a |
|
Eżerċitar tad-delega |
|
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. |
|
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(4), l-Artikolu 22(-1), l-Artikolu 27(2a), l-Artikolu 28(4) u l-Artikolu 58(2a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4), l-Artikolu 22(-1), l-Artikolu 27(2a), l-Artikolu 28(4) u l-Artikolu 58(2a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
|
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. |
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 22(-1), l-Artikolu 27(2a), l-Artikolu 28(4) u l-Artikolu 58(2a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni wara li: |
2. Għandu japplika minn ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ] bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 15(5) u (6), l-Artikolu 20(3) u (4), l-Artikolu 22(-1) u (2), l-Artikolu 27(2a), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(6), l-Artikolu 54a, l-Artikolu 55 u l-Artikolu 58(2a), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(a) jkunu ġew adottati l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa; |
|
(b) l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw id-data fis-SIS u biex jiskambjaw informazzjoni supplimentari skont dan ir-Regolament; |
|
(c) L-Aġenzija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar it-tlestija tal-attivitajiet kollha ta' ttestjar fir-rigward tas-CS-SIS u tal-interazzjoni bejn is-CS-SIS u l-N.SIS. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tiġi introdotta data fissa għall-applikazzjoni li, madankollu, jekk ikun hemm bżonn, tista' tiġi aġġustata permezz ta' att delegat (ara l-emenda għall-paragrafu 2a hawn taħt). Sadanittant, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-miżuri ta'implimentazzjoni u l-atti delegati għandhom ikunu direttament applikabbli b'tali mod li l-ħidma fuq dawn il-miżuri tista' tibda direttament mad-dħul fis-seħħ. | |
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 58 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 54a fir-rigward ta' emendi għad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Il-qafas ġuridiku tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II ("SIS II"), għalkemm miftiehem fl-2006/2007, daħal fis-seħħ biss fid-9 ta' April 2013 meta s-sistema SIS II kienet lesta.
Wara dan id-dewmien ferm deplorevoli, akkumpanjat minn investiment tmien darbiet akbar milli kien antiċipat, is-SIS II żviluppat, minkejja dan, fi storja Ewropea ta' suċċess. Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni u l-istatistika tas-SIS II juru li n-numru ta' twissijiet u hits qed jiżdiedu b'mod kostanti.
Madankollu, għad fadal ħafna titjib xi jsir min-naħa tal-Istati Membri. Il-valutazzjoni li takkumpanja l-proposti attwali u l-evalwazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen xi kultant jindikaw kwistjonijiet serji rigward l-implimentazzjoni żbaljata jew in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku tas-SIS II. Dawn ivarjaw minn problemi relatati mal-kwalità tad-data, in-nuqqas ta' taħriġ għall-utenti aħħara b'informazzjoni insuffiċjenti dwar it-twissijiet u d-dewmien min-naħa tal-uffiċċji SIRENE wara li tiġi senjalata hit. Dan huwa partikolarment inkwetanti f'dak li jikkonċerna t-terroriżmu.
Is-SIS tiġi soġġetta b'mod regolari għal evalwazzjoni, u dawn il-proposti l-ġodda, flimkien mal-emendi f'dan l-abbozz, huma riflessjoni ta' dan. Madankollu, ir-rapporteur jistieden lill-Istati Membri sabiex b'mod rapidu jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha li ġew indirizzati lilhom u jieħdu l-miżuri kollha bil-għan li jisfruttaw bis-sħiħ il-funzjonalitajiet offruti mis-SIS II fl-ambitu tal-qafas ġuridiku tagħha mingħajr dewmien.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur dwar il-proposti l-ġodda
Ir-rapporteur jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni, peress li dawn ikomplu jsaħħu s-SIS, filwaqt li jissottolinjaw in-natura tassew Ewropea tagħha u li fl-istess ħin iżommu l-karatteristiċi ewlenin tagħha, u barra minn hekk jindirizzaw xi wħud min-nuqqasijiet fil-livell nazzjonali.
Minkejja dan, ir-rapporteur iqis li jista' jsir titjib ulterjuri u f'dan l-abbozz ta' rapport jippreżenta sensiela ta' emendi għal dan il-għan. L-emendi jistgħu jitqassmu skont l-oqsma ewlenin li ġejjin:
Arkitettura
Ir-rapporteur huwa konxju mill-fatt li strutturalment, is-sistema għandha tissaħħaħ biex tkun tista' tlaħħaq ma' għadd dejjem akbar ta' data li qed tiddaħħal, b'mod partikolari d-data bijometrika, il-funzjonalitajiet ta' tiftix ġodda u ż-żieda fl-għadd ta' utenti. Huwa ċar li, bħala l-element ewlieni tal-infurzar tad-dritt Ewropew u tas-sistema tal-IT fuq skala kbira dwar il-fruntieri, din għandha tkun disponibbli b'mod affidabbli għall-utenti aħħara fi kwalunkwe ħin. Ir-rapporteur jiddubita, madankollu, kemm is-soluzzjoni proposta mill-Kummissjoni, li hija li tobbliga lill-Istati Membri kollha jkollhom kopja nazzjonali, hija t-triq it-tajba. Il-Parlament minn dejjem kien xettiku fir-rigward tal-kopji nazzjonali kif ukoll tal-kopji tekniċi, prinċipalment minħabba r-riskji inerenti għas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. Madankollu, il-Parlament, bħala kompromess, aċċetta - u għadu jaċċetta - li dawk l-Istati Membri li jixtiequ jista' jkollhom kopji nazzjonali. Dak li ma jistax jaċċetta huwa li dan l-obbligu jiġi impost fuq dawk li ma jridux kopja nazzjonali. Wara l-ftehim dwar il-qafas ġuridiku tas-SIS II saru ħafna sforzi u ntefqu ħafna flus biex is-sistema ċentrali tiffunzjona sew. Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li għandhom isiru aktar sforzi bil-għan li tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-sistema f'dan il-livell. Ir-rapporteur qed jipproponi, għaldaqstant, sensiela ta' emendi intiżi biex ikomplu jtejbu d-disponibbiltà u l-kapaċità tas-sistema ċentrali għall-utenti aħħara. B'mod partikolari, is-CS-SIS għandha tinkludi kopja ulterjuri, u sistema ta' backup għandha topera simultanjament il-ħin kollu. Fl-istess spirtu, għandha titqies il-possibbiltà li tiżdied l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-SIS billi jiġu dduplikati l-elementi ewlenin kollha tal-arkitettura, inkluża l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. Fl-aħħar nett, eu-LISA għandha ssir l-uniku attur responsabbli għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni.
Aċċess għas-sistema
Il-Kummissjoni tipproponi li jiġu previsti possibilitajiet ta' aċċess aħjar għal għadd ta' aġenziji Ewropej. Filwaqt li r-rapporteur jaqbel ma' dawn il-proposti, madankollu huwa ressaq sensiela ta' emendi intiżi biex, b'referenza għall-mandati eżistenti tal-aġenziji rispettivi, jiddefinixxu b'mod aktar preċiż iċ-ċirkostanzi li fihom jista' jkun hemm aċċess għad-data tas-SIS. Huwa jipproponi wkoll li jiżdiedu s-salvagwardji f'dan ir-rigward, f'dak li jikkonċerna kemm it-taħriġ minn qabel kif ukoll ir-reġistrar u s-sorveljanza.
Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ fil-valur miżjud tas-sistema u jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi ġodda għas-sigurtà. B'mod partikolari, għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti kollha. Dan l-aċċess għandu jiddependi, madankollu, fuq id-dispożizzjonijiet ġuridiċi kollha dwar il-protezzjoni tad-data li huma applikabbli għal dawn l-awtoritajiet u fuq il-possibbiltà għall-awtoritajiet superviżorji li jivverifikaw l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi, fosthom permezz tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.
Sigurtà tad-Data
Minħabba n-natura tad-data li tinsab fis-SIS, is-sigurtà tad-data għandha tkun objettiv ewlieni. Ir-rapporteur jirrikonoxxi li, f'dan ir-rigward, qed isir ħafna sforz min-naħa ta' eu-LISA u l-Istati Membri. Madankollu, il-każ ta' hacking fis-SIS permezz ta' fornitur tas-servizzi estern fid-Danimarka għandu jservi ta' tfakkira li l-isforzi f'dan ir-rigward għandhom jiżdiedu. Ir-rapporteur jilqa' d-dispożizzjonijiet il-ġodda proposti mill-Kummissjoni rigward l-inċidenti ta' sigurtà. Huwa jipproponi xi emendi dwar din id-dispożizzjoni, speċjalment fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-atturi istituzzjonali differenti u l-Istati Membri. Jipproponi wkoll li, fid-dawl tal-każ fid-Danimarka, l-Istati Membri u eu-LISA għandhom jissorveljaw mill-qrib l-attivitajiet tal-kuntratturi. Fl-aħħar nett, ġew miżjuda xi ftit rekwiżiti ulterjuri rigward is-sigurtà tad-data, rekwiżiti li huma konformi ma' sistemi tal-IT fuq skala kbira oħra.
Protezzjoni tad-Data
Il-protezzjoni tad-data għas-SIS hija kumplessa minħabba n-natura doppja tagħha bħala bażi tad-data għall-oqsma tal-immigrazzjoni u l-infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, l-utenti differenti tagħha fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali huma soġġetti għal firxa wiesgħa ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi. Għandhom isiru l-isforzi kollha, madankollu, biex jiġu previsti salvagwardji xierqa li huma wkoll b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-użu ta' kuljum; Li jintlaħaq dan huwa kruċjali għall-integrità u l-leġittimità tas-sistema daqs is-suċċessi tagħha. Għaldaqstant qed jiġu proposti għadd ta' emendi li prinċipalment għandhom l-għan li jiċċaraw liema huma r-regoli applikabbli. Barra minn hekk, għadd ta' dispożizzjonijiet qed jiġu msaħħa u aġġustati biex isiru aktar konformi mal-qafas tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Twissijiet għal rifjut ta' dħul
Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni rigward il-proċedura ta' konsultazzjoni li tintuża biex jiġi evitat li l-istess ċittadin ta' pajjiż terz jiġi soġġett għal twissija għal rifjut ta' dħul u fl-istess ħin ikollu dokument ta' Stat Membru li jagħtih jew jagħtiha awtorizzazzjoni ta' residenza. Ir-rapporteur jappoġġa l-isforzi kollha biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Il-kooperazzjoni hija essenzjali biex iż-żona Schengen isservi ta' żona mingħajr fruntieri interni.
Ir-rapporteur jiddeplora, madankollu, li l-Kummissjoni m'għamlet ebda sforz biex tipprova tarmonizza l-kriterji li għandhom jiġu applikati biex tiddaħħal twissija għal rifjut ta' dħul fiż-żona Schengen. Fl-imgħoddi, il-Parlament Ewropew appella biex ikun hemm aktar armonizzazzjoni meta ġie nnegozjat il-qafas ġuridiku tas-SIS II. Bħala kompromess ġiet miżjuda l-klawsola ta' rieżami li ġejja:
"Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 55(2). Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha, bl-użu tad-dritt ta' inizjattiva tagħha skont it-Trattat, tagħmel il-proposti meħtieġa biex temenda d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu sabiex tikseb livell akbar ta' armonizzazzjoni tal-kriterji għall-introduzzjoni tat-twissijiet."
Sfortunatament, l-unika proposta tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward kienet li tipproponi t-tneħħija ta' dan il-paragrafu.
Ir-rapporteur, għaldaqstant, jipproponi xi emendi bil-għan li tiżdied l-armonizzazzjoni. Fl-aħħar nett, huwa jissuġġerixxi wkoll li tiddaħħal twissija għal rifjut ta' dħul għal persuni kkundannati b'terroriżmu.
Id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda
Attwalment, iż-żona Schengen tinsab f'sitwazzjoni diffiċli. Minħabba t-terroriżmu u l-migrazzjoni, il-kontrolli mal-fruntieri interni kellhom jinġibdu għat-tul, u dan jikkostitwixxi sfidi ġodda li jeħtieġ li jiġu indirizzati malajr. Ir-rapporteur, għaldaqstant, iqis li llum is-SIS hija essenzjali għal dan il-għan u li tista' tipprovdi soluzzjonijiet. Għaldaqstant, il-proposti għandhom jiġu adottati malajr kemm jista' jkun, peress li hawnhekk qed naġġornaw l-aktar sistema ta' informazzjoni Ewropea ċentralizzata importanti, użata u implimentata tajjeb, u li għalhekk tipprovdi soluzzjonijiet konkreti u immedjati għall-problemi li jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej. Ir-rapporteur, għaldaqstant, jipproponi li l-qafas ġuridiku l-ġdid għandu jibda japplika minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għandha tiġi stabbilita skadenza fissa biex jiġi evitat dewmien kbir, bħalma ġara bil-qafas ġuridiku tas-SIS II.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (26.7.2017)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006
(COM(2016)0882 – C8-0533/2016 – 2016/0408(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Hilde Vautmans
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(14a) Se tinġabar data bijometrika sensittiva ħafna. Minħabba s-sensittività tagħha, il-ġbir u l-użu ta' din id-data jenħtieġ li jkunu suġġetti għal analiżi rigoruża qabel ma tittieħed d-deċiżjoni li tiġi rreġistrata fis-SIS. L-identifikaturi bijometriċi jenħtieġ li jkunu introdotti u mfittxija biss f'kundizzjonijiet speċifiċi li jissodisfaw ir-rekwiżit ta' proporzjonalità tal-qafas ġuridiku fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 21 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(21) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mandatorji għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali fil-każ li ċittadin ta' pajjiż terz ikollu jew jista' jikseb permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra jew dritt ta' soġġorn mogħtija fi Stat Membru wieħed, u Stat Membru ieħor ikollu l-intenzjoni li joħroġ jew ikun diġà daħħal twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat. Tali sitwazzjonijiet joħolqu inċertezzi serji għall-gwardji tal-fruntiera, għall-pulizija u għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jkun previst perjodu ta' żmien obbligatorju għal konsultazzjoni rapida b'riżultat definit sabiex jiġi evitat li persuni li jirrappreżentaw theddida jkunu jistgħu jidħlu fiż-żona Schengen. |
(21) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mandatorji għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali fil-każ li ċittadin ta' pajjiż terz ikollu jew jista' jikseb permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra jew dritt ta' soġġorn mogħtija fi Stat Membru wieħed, u Stat Membru ieħor ikollu l-intenzjoni li joħroġ jew ikun diġà daħħal twissija ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat. Tali sitwazzjonijiet joħolqu inċertezzi serji għall-gwardji tal-fruntiera, għall-pulizija u għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jkunu previsti linji gwida ċari u perjodu ta' żmien obbligatorju għal konsultazzjoni rapida b'riżultat definit sabiex jiġi evitat li persuni li jirrappreżentaw theddida jkunu jistgħu jidħlu fiż-żona Schengen. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 26 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(26) Data pproċessata fis-SIS b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(26) Data pproċessata u maħżuna fis-SIS b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll l-informazzjoni tas-SIS li diġà huma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet awtorizzati, jenħtieġ li ma jiġux trasferiti jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 42a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 42b (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 42c (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(42c) Il-miżuri kollha li ttieħdu relatati mas-SIS jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw linji gwida, li għandhom ikunu stabbiliti u monitorjati konġuntament mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, relatati ma' prassi komuni rigward it-teħid tal-marki tas-swaba' u tal-immaġini tal-wiċċ ta' ċittadini irregolari ta' pajjiżi terzi, abbażi ta' lista ta' kontroll imfassla mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. F'kull mument l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw id-dinjità u l-integrità fiżika tal-minuri matul il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba' u tal-immaġini tal-wiċċ. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrikorrux għall-koerċizzjoni biex iġiegħlu lill-minuri jittiħdulu l-marki tas-swaba'. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Konformement mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal, it-tfal għandhom ikunu ttrattati b'umanità u b'rispett, b'mod li jitqiesu l-bżonnijiet tal-età tagħhom. Għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni speċifika tal-minuri. L-aħjar interess tal-minuri għandu jkun dejjem il-kunsiderazzjoni primarja. | |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 53a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(53a) L-ebda emenda jew dispożizzjoni ġdida ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li toħloq ostakli bla bżonn għall-Istati Membri li biħsiebhom jingħaqdu jew li jinsabu fil-proċess li jingħaqdu maż-żona Schengen. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt s | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(s) il-kategorija tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna; |
(s) il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni attwali jew tal-imgħoddi u ta' dokumenti oħrajn użati sa dak il-mument b'"alias"; | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt u | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(u) in-numru/i tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna; |
(u) in-numru/i tad-dokumenti ta' identifikazzjoni attwali jew tal-imgħoddi u ta' dokumenti oħrajn użati sa dak il-mument b'"alias"; | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandha tiddaħħal fis-SIS abbażi ta' twissija nazzjonali li tirriżulta minn deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti bil-liġi nazzjonali meħuda abbażi ta' valutazzjoni individwali. Appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali. |
1. Data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' permanenza għandha tiddaħħal fis-SIS abbażi ta' twissija nazzjonali li tirriżulta minn deċiżjoni, fir-rispett tal-prinċipju "ne bis in idem", meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti bil-liġi nazzjonali meħuda abbażi ta' valutazzjoni individwali. Fir-rispett sħiħ tar-Regolament (UE) 2016/679, għandhom ikunu garantiti rimedji u appelli effikaċi kontra dawn id-deċiżjonijiet, kif ukoll id-dritt li dak li jkun jaċċedi għad-data personali, li tkunlu mħassra, kkompletata jew rettifikata, anki liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi mhux preżenti fuq it-territorju tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 24(2) u (3) u tal-Artikolu 27 id-dritt ta' aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li ssir tfittxija diretta f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli mill-bidu ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom. |
2. Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet maħtura biss għandu jkollu aċċess għas-SIS, wara li jkun segwa taħriġ adegwat fil-qasam tas-sigurtà u tal-protezzjoni tad-data. Għall-finijiet tal-Artikolu 24(2) u (3) u tal-Artikolu 27 id-dritt ta' aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li ssir tfittxija diretta f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli mill-bidu ta' prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom. | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għal data relatata magħhom imdaħħla fis-SIS u li jeżiġu li tali data tiġi rettifikata jew imħassra għandu jiġi eżerċitat skont il-liġi tal-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dak id-dritt. |
1. Id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għal data relatata magħhom imdaħħla fis-SIS u li jeżiġu li tali data tiġi rettifikata jew imħassra għandu jiġi eżerċitat skont il-liġi tal-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dak id-dritt, indipendentement mill-fatt jekk is-suġġett tad-data huwiex preżenti fit-territorju tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Kull persuna tista' tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem l-awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru biex taċċessa, tirrettifika jew tħassar informazzjoni jew biex tikseb kumpens b'rabta ma' twissija li tkun tirrigwardaha. |
1. Kull persuna tista' tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem l-awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru biex taċċedi għal, tirrettifika jew tħassar informazzjoni jew biex tikseb kumpens b'rabta ma' twissija li tkun tirrigwardaha, indipendentement mill-fatt jekk il-persuna hijiex preżenti fit-territorju tal-Unjoni. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri |
||||
Referenzi |
COM(2016)0882 – C8-0533/2016 – 2016/0408(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 6.4.2017 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 6.4.2017 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Hilde Vautmans 15.5.2017 |
||||
Data tal-adozzjoni |
11.7.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 14 21 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Hilde Vautmans, Boris Zala |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, Javi López, Eleni Theocharous, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Paavo Väyrynen, Marie-Christine Vergiat, Željana Zovko |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Frank Engel |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
27 |
+ |
|
ALDE |
Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen |
|
ECR |
Bas Belder, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Eleni Theocharous |
|
EFDD |
Fabio Massimo Castaldo |
|
S&D |
Francisco Assis, Brando Benifei, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Arne Lietz, Javi López, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Elena Valenciano, Boris Zala |
|
14 |
- |
|
EFDD |
James Carver |
|
ENF |
Mario Borghezio |
|
GUE/NGL |
Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat |
|
NI |
Janusz Korwin-Mikke |
|
Verts/ALE |
Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Bodil Valero |
|
21 |
0 |
|
NI |
Aymeric Chauprade |
|
PPE |
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Frank Engel, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jaromír Štětina, László Tőkés, Željana Zovko, Luis de Grandes Pascual |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri |
||||
Referenzi |
COM(2016)0882 – C8-0533/2016 – 2016/0408(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.12.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 6.4.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 6.4.2017 |
BUDG 6.4.2017 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 12.1.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Carlos Coelho 9.3.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
30.3.2017 |
10.7.2017 |
28.9.2017 |
6.11.2017 |
|
Data tal-adozzjoni |
6.11.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 3 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ahmedov Ademov, Gerard Batten, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Daniel Dalton, Rachida Dati, Raymond Finch, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Auke Zijlstra |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Elly Schlein, Barbara Spinelli, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, André Elissen, Karin Kadenbach, Peter Kouroumbashev, Julia Reda, Sofia Ribeiro, Bart Staes, Julie Ward, Wim van de Camp |
||||
Data tat-tressiq |
10.11.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
45 |
+ |
|
ALDE |
Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Cecilia Wikström |
|
ECR |
Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens |
|
EFDD |
Kristina Winberg |
|
NI |
Udo Voigt |
|
PPE |
Asim Ahmedov Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Sofia Ribeiro, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Traian Ungureanu, Axel Voss, Wim van de Camp |
|
S&D |
Monika Beňová, Miriam Dalli, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Karin Kadenbach, Peter Kouroumbashev, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Elly Schlein, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer |
|
Verts/ALE |
Max Andersson, Julia Reda, Judith Sargentini, Bart Staes |
|
3 |
- |
|
ENF |
André Elissen, Auke Zijlstra |
|
GUE/NGL |
Malin Björk |
|
5 |
0 |
|
ECR |
Daniel Dalton |
|
EFDD |
Gerard Batten, Raymond Finch |
|
GUE/NGL |
Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni