dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment
(COM(2016)0881 – C8-0532/2016 – 2016/0407(COD))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0881),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0532/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0348/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a)Meta jimplimentaw dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu kont dovut tal-aħjar interessi tat-tfal, tal-ħajja tal-familja, tal-istat ta' saħħa taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat u jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz huwiex persuna vulnerabbli. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe miżura għar-ritorn taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li tirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' non-refoulement.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Biex jiżguraw l-effettività tar-ritorn u jżidu l-valur miżjud ta' twissijiet dwar ritorn, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu twissijiet fis-SIS fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' ritorn kollha li joħorġu lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Għan dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu twissija fis-SIS anki meta deċiżjonijiet li jimponu jew li jiddikjaraw obbligu ta' ritorn jinħarġu fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu2(2) ta' dik id-Direttiva, b'mod partikolari lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ċaħda ta' dħul skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, jew li huma arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera esterna ta' Stat Membru u li sussegwentement ma kisbux awtorizzazzjoni jew dritt ta' soġġorn f'dak l-Istat Membru, u lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni ta' liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta' sanzjoni ta' liġi kriminali, skont il-liġi nazzjonali, jew li huma s-suġġett ta' proċeduri ta' estradizzjoni.
(7) Biex jiżguraw l-effettività tar-ritorn u jżidu l-valur miżjud ta' twissijiet dwar ritorn, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu twissijiet fis-SIS fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta' ritorn li jkunu ħarġu lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Għan dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu twissija fis-SIS anki meta deċiżjonijiet li jimponu jew li jiddikjaraw obbligu ta' ritorn jinħarġu fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu2(2) ta' dik id-Direttiva, b'mod partikolari lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ċaħda ta' dħul skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, jew li huma arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti b'konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera esterna ta' Stat Membru u li sussegwentement ma kisbux awtorizzazzjoni jew dritt ta' soġġorn f'dak l-Istat Membru, u lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni ta' liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta' sanzjoni ta' liġi kriminali, skont il-liġi nazzjonali, jew li huma s-suġġett ta' proċeduri ta' estradizzjoni. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li ma jintroduċux data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn meta dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jinżammu f'detenzjoni sa ma jitneħħew.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għad-dħul fis-SIS ta' twissijiet relatati ma' ritorn minnufih hekk kif jinħarġu d-deċiżjonijiet ta' ritorn sottostanti skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Jenħtieġ li t-twissija tindika jekk ingħatax perjodu għal tluq volontarju liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat, inkluż jekk dak il-perjodu ġiex estiż filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ individwali, u jekk id-deċiżjoni ġietx sospiża jew jekk it-tneħħija ġietx posposta.
(8) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għad-dħul fis-SIS ta' twissijiet relatati ma' ritorn minnufih hekk kif jinħarġu d-deċiżjonijiet ta' ritorn sottostanti skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Jenħtieġ li t-twissija tindika jekk ingħatax perjodu għal tluq volontarju liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat, inkluż jekk dak il-perjodu ġiex estiż filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ individwali, jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandux id-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni ta' ritorn, jekk jeżistix appell pendenti kontra d-deċiżjoni ta' ritorn u jekk id-deċiżjoni ġietx sospiża jew jekk it-tneħħija ġietx posposta.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a) L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu twissija eżistenti relatata ma' ritorn fis-SIS temporanjament mhux disponibbli mas-sospensjoni jew il-posponiment tal-infruzar tad-deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE jew meta jkun tressaq appell kontra deċiżjoni ta' ritorn li jista' jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Jenħtieġ li jkunu speċifikati l-kategoriji ta' data li tista' tiddaħħal fis-SIS fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Jenħtieġ li t-twissijiet dwar ritorn jkun fihom biss dik id-data li hija meħtieġa biex ikunu identifikati s-suġġetti tad-data, biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati mingħajr telf ta’’’’ 'ħin u biex, fejn ikun meħtieġ, tkun żgurata l-protezzjoni tagħhom fir-rigward ta’’'persuni li jkunu armati, vjolenti, li ħarbu jew li huma involuti f'attività kif imsemmi fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Barra minn hekk, sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni u jkunu skoperti identitajiet multipli, jenħtieġ li t-twissija tinkludi anki referenza għad-dokument ta' identifikazzjoni personali u kopja ta' dokumenti tali, jekk disponibbli.
(9) Jenħtieġ li jkunu speċifikati l-kategoriji ta' data li tista' tiddaħħal fis-SIS fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Jenħtieġ li t-twissijiet dwar ritorn ikun fihom biss dik id-data li hija meħtieġa biex ikunu identifikati s-suġġetti tad-data, biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati mingħajr telf ta' ħin u biex, fejn ikun meħtieġ, tkun żgurata l-protezzjoni tagħhom fir-rigward ta' persuni li jkunu armati, vjolenti, li ħarbu jew li huma involuti f'attività kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Barra minn hekk, sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni u jkunu skoperti identitajiet multipli, jenħtieġ li t-twissija tinkludi anki referenza għad-dokument ta' identifikazzjoni personali u kopja ta' dokumenti tali, jekk disponibbli.
__________________
__________________
26Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠUL 164, 22.6.2002, p. 3).
26Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠUL 88, 31.3.2017, p. 6).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità responsabbli mill-iskambju ta' informazzjoni supplimentari b'konnessjoni ma' twissijiet dwar ritorn sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effiċjenti u rapida bejn l-Istati Membri.
(10) Jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità nazzjonali li tkun operattiva kompletament 24 siegħa kuljum responsabbli, 7 ijiem fil-ġimgħa u tkun responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effiċjenti u rapida bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru l-Uffiċċju SIRENE tagħhom bħala l-awtorità nazzjonali.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw li l-obbligu ta' ritorn ġie rispettat u biex ikun konfermat it-tluq taċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat lill-Istat Membru li ħareġ it-twissija dwar ritorn. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tikkontribwixxi għal segwitu aktar komprensiv tal-konformità ma' deċiżjonijiet ta’’'ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
(11) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw li l-obbligu ta' ritorn ġie rispettat u biex l-Istat Membru li ħareġ it-twissija ta' ritorn jingħata l-konferma li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun telaq jew li jkun ingħata permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li tagħtih dritt ta' soġġorn. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tikkontribwixxi għal segwitu aktar komprensiv tal-konformità ma' deċiżjonijiet ta' ritorn u r-rata ta' appelli li ġew konklużi b'suċċess kontra d-deċiżjonijiet ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Jenħtieġ li t-twissijiet dwar ritorn jitħassru minnufih hekk kif l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti li jkunu ħarġu d-deċiżjoni ta' ritorn skont d-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE jkunu ġew infurmati li r-ritorn seħħ. Fejn deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta' dħul, din tal-aħħar jenħtieġ li tiddaħħal fis-SIS skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera]. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma tkun teżisti l-ebda lakuna ta' żmien bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz iħalli ż-żona ta' Schengen u l-attivazzjoni tat-twissija dwar il-projbizzjoni ta' dħul fis-SIS.
(12) Jenħtieġ li t-twissijiet dwar ritorn jitħassru awtomatikament minnufih malli tiskadi t-twissija, skont il-proċedura ta' rieżami.Jentħieġ ukoll li dawn jitħassru minnufih hekk kif l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti li jkunu ħarġu d-deċiżjoni ta' ritorn skont d-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE jkunu ġew infurmati li r-ritorn seħħ, jew, fejn meħtieġ, skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tat-twissijiet. Fejn deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta' dħul, din tal-aħħar jenħtieġ li tiddaħħal fis-SIS skont l-Artikolu24(3) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera]. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma tkun teżisti l-ebda lakuna ta' żmien bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz iħalli ż-żona ta' Schengen u l-attivazzjoni tat-twissija dwar il-projbizzjoni ta' dħul fis-SIS.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12a)Meta deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta' dħul, anke jekk twissija dwar ritorn ma tkunx iddaħħlet fis-SIS, jenħtieġ li l-Istat Membru emittenti jiżgura li t-twissija tidħol fis-seħħ fis-SIS meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(13) Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha mekkaniżmu biex l-Istati Membri jiġu notifikati dwar in-nonkonformità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'obbligu li jirritornaw fi żmien perjodu partikolari ta' tluq volontarju. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jappoġġa lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/115/KE fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kkonformawx ma' obbligu ta' ritorn.
(13) Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha mekkaniżmu biex l-Istati Membri jiġu notifikati dwar in-nonkonformità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'obbligu li jirritornaw fi żmien perjodu partikolari ta' tluq volontarju. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jappoġġa lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu8(1) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/115/KE fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kkonformawx ma' obbligu ta' ritorn.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Jenħtieġ li t-twissijiet jinżammu fis-SIS biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom kienu mdaħħla. Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera] il-perjodu ta’ ' reviżjoni għal twissijiet dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa ħames snin.
(15) Jenħtieġ li t-twissijiet jinżammu fis-SIS biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom kienu mdaħħla. Skont l-Artikolu34 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera] il-perjodu ta' rieżami għal twissijiet dwar ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa ta' tliet snin.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(21a) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
21(b) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jidderivaw mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 28
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(28) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru45/2001 u ta opinjoni fil-[...],
(28) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu28(2) tar-Regolament (KE) Nru45/2001 u ta opinjoni fit-3 ta' Mejju 2017,
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(28a)Jenħtieġ li l-ebda emenda jew dispożizzjoni ġdida għal dan ir-Regolament ma toħloq ostakli bla bżonn għall-Istati Membri li biħsiebhom jingħaqdu jew li jinsabu fil-proċess li jingħaqdu maż-żona Schengen.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(da)"tneħħija" tfisser tneħħija kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Id-data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal fis-SIS bl-għan li jkun verifikat li l-obbligu ta’’'ritorn ġie rispettat u biex ikun appoġġat l-infurzar tad-deċiżjoni. Meta tinħareġ id-deċiżjoni ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal twissija fis-SIS.
1. Id-data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal minnufih fis-SIS bil-għan li jkun verifikat li l-obbligu ta' ritorn ġie rispettat u biex ikun appoġġat l-infurzar tad-deċiżjoni. Meta tinħareġ id-deċiżjoni ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal twissija fis-SIS mingħajr dewmien, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tat-twissijiet stabbiliti fl-Artikolu 23b tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera].
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115/KE meta tikkonċerna ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinżammu f'detenzjoni sa ma jitneħħew.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Il-perjodu għal tluq volontarju mogħti lil ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandu jkun irreġistrat minnufih fit-twissija.
2. Il-perjodu għal tluq volontarju mogħti lil ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandu jkun irreġistrat minnufih fit-twissija. Meta dan il-perjodu jiġi estiż, it-twissija għandha minnufih tiġi aġġornata kif meħtieġ.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Is-sospensjoni u l-posponiment tal-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandhom ikunu rreġistrati minnufih fit-twissija.
3. L-Istat Membru emittenti għandu jneħħi twissija dwar deċiżjoni ta' ritorn mis-SIS fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
(a) meta l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn ikun ġie pospost jew sospiż; jew
(b) f'każ li jiġi ppreżentat appell kontra deċiżjoni ta' ritorn li jaf iwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.
F'tali ċirkustanzi, it-twissija m'għandhiex tkun disponibbli għall-utenti finali. Din għandha tkun aċċessibbli biss għall-Uffiċċji SIRENE sakemm id-deċiżjoni ta'ritorn ma tiġix ikkonfermata jew id-deċiżjoni tinbidel. Jekk id-deċiżjoni ta' ritorn tinbidel, it-twissija għandha titħassar minnufih.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
kull karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx;
imħassar
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(h) sess;
(h) ġeneru;
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(j) jekk il-persuna kkonċernata hix armata, vjolenti, ħarbitx jew hix involuta f'attività kif imsemmi fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċizjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;
(j) jekk il-persuna kkonċernata hix armata, vjolenti, ħarbitx jew hix involuta f'attività kif imsemmi fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541;
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt u
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(u) data dattilografika;
(u) data dwar il-marki tas-swaba';
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt xa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(xa)id-data msemmija fil-punti (a) sa (d), (f) sa (i), (p) sa (s) u (v) ta' kwalunkwe dokument ta' identifikazzjoni ieħor li jinsab fuq il-persuna.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt xb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(xb)jekk id-deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE tkunx tista' tiġi appellata;
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt xc (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(xc)jekk ikunx hemm appell pendenti kontra d-deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Ma tistax tiddaħħal twissija mingħajr id-data msemmija f'(a),(g),(k),(m),(n) u (w). Meta tkun disponibbli, id-data l-oħra kollha elenkata hawn fuq għandha wkoll tiddaħħal.
Ma tistax tiddaħħal twissija mingħajr id-data msemmija fil-punti (a),(g),(k),(m),(n), (w) u mill-inqas jew (t) jew (u). Għall-finijiet ta' identifikazzjoni bi grad għoli ta' eżattezza, jenħtieġ li d-data dwar il-marki tas-swaba' dejjem tiġi ppreferuta minn ritratti jew immaġnijiet tal-wiċċ. Meta tkun disponibbli, id-data l-oħra kollha elenkata hawn fuq għandha wkoll tiddaħħal.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità responsabbli mill-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal ritorn skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Kontrolli fil-fruntiera].
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompletament operattiva 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, bil-għan li tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Kontrolli fil-fruntiera]. L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-Uffiċċju SIRENE tagħhom bħala l-awtorità nazzjonali tagħhom.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika mensili lill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("l-Aġenzija") dwar in-numru ta' ritorni konfermati, dwar jekk ir-ritorn sarx b'rispett volontarju ta' obbligu ta' ritorn jew jekk kienx infurzat, u dwar il-pajjiżi terzi ta' destinazzjoni. Din l-istatistika ma għandux ikun fiha data personali.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika mensili lill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36 ("l-Aġenzija") dwar in-numru ta' ritorni konfermati, dwar jekk ir-ritorn sarx b'rispett volontarju ta' obbligu ta' ritorn jew jekk kienx infurzat, u dwar il-pajjiżi terzi ta' destinazzjoni. Din l-istatistika ma għandux ikun fiha data personali. L-Aġenzija għandha tiġbor l-istatistika ta' kull xahar f'rapport annwali li għandu jiġi ppubblikat skont l-Artikolu 11.
__________________
__________________
Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).
36Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Is-CS-SIS għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar it-twissijiet ta' ritorn tagħhom li l-perjodu għal tluq volontarju tagħhom ikun skada.
1. Is-CS-SIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-Istati Membri dwar it-twissijiet ta' ritorn tagħhom li l-perjodu għal tluq volontarju tagħhom ikun skada u li l-perjodu għal tluq volontarju tagħhom ma jkunx ġie estiż jew permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn ikunu nħarġu liċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Fejn ċittadin ta' pajjiż terz li huwa suġġett ta' twissija dwar ritorn ikun identifikat minn awtorità kompetenti u jkun ġie kkonfermat mill-istess awtorità li l-obbligu ta' ritorn ma' ġiex rispettat, dik l-awtorità għandha minnufih tikkonsulta l-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari biex ikun determinat mingħajr dewmien liema azzjoni għandha tittieħed.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, meta ċittadin ta' pajjiż terz li huwa suġġett ta' twissija dwar ritorn ikun identifikat minn awtorità kompetenti u jkun ġie kkonfermat mill-istess awtorità li l-obbligu ta' ritorn ma' ġiex rispettat, dik l-awtorità għandha minnufih tikkonsulta l-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari biex ikun determinat mingħajr dewmien liema azzjoni għandha tittieħed.Jenħtieġ li l-Istat Membru emittenti jkun obbligat jikkomunika mingħajr dewmien it-tip ta' azzjoni li jkun għażel.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fejn Stat Membru jikkunsidra jagħti permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn lil ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' twissija dwar ritorn imdaħħla minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru preċedenti għandu l-ewwel jikkonsulta, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, l-Istat Membru li daħħal it-twissija. L-Istat Membru li daħħal it-twissija għandu jwieġeb fi żmien sebat ijiem. Jekk l-Istat Membru li jkun qed jikkunsidra jagħti permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn jiddeċiedi li jagħtih(a), it-twissija dwar ritorn għandha titħassar.
1. Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi formalment li jagħti permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn lil ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' twissija dwar ritorn imdaħħla minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru preċedenti għandu l-ewwel jikkonsulta, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, l-Istat Membru li daħħal it-twissija. L-Istat Membru li daħħal it-twissija għandu jipprovdi tweġiba fi żmien sebat ijiem. Id-deċiżjoni finali jekk jagħtix permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn lil ċittadin ta' pajjiż terz taqa' fuq l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta. Jekk jingħata permess ta' residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn, it-twissija dwar ritorn għandha titħassar minnufih.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Fejn Stat Membru jikkunsidra li jdaħħal twissija għal ritorn fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li j/toffri dritt ta' soġġorn maħruġ(a) minn Stat Membru ieħor, huwa għandu jinforma permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari lill-Istat Membru li ħareġ il-permess biex dak l-Istat Membru jkun jista' jiddeċiedi jekk hemmx raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar tagħha. L-Istat Membru li ħareġ il-permess għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem.
2. Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi li jdaħħal twissija għal ritorn fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li j/toffri dritt ta' soġġorn maħruġ(a) minn Stat Membru ieħor, huwa għandu jinforma permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari lill-Istat Membru li ħareġ il-permess biex dak l-Istat Membru jkun jista' jiddeċiedi jekk hemmx raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar tagħha. L-Istat Membru li ħareġ il-permess għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess jiddeċiedi li jżommu, m'għandhiex tiddaħħal it-twissija dwar ritorn.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Fejn ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' twissija dwar ritorn ikun identifikat meta jkun dieħel mill-fruntieri esterni, l-Istat Membru li jkun identifika liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat għandu jinforma minnufih, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, lill-Istat Membru emittenti biex iħassar it-twissija.
4. Fejn ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' twissija dwar ritorn ikun identifikat meta jkun dieħel mill-fruntieri esterni, l-Istat Membru li jkun identifika liċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 12-il siegħa, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentar biex iħassar it-twissija.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 8, twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru meta d-deċiżjoni li fuqha kienet ibbażata t-twissija tkun ġiet irtirata jew annullata mill-awtorità kompetenti. Twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru wkoll meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat jista' juri li telaq mit-territorju tal-Istati Membri f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 8, twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru malli d-deċiżjoni li fuqha kienet ibbażata t-twissija tkun ġiet irtirata jew annullata mill-awtorità kompetenti. Twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru wkoll meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun telaq, jew wara li jkun jista' juri li telaq mit-territorju tal-Istati Membri f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a.Twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru awtomatikament malli jiskadu, f'konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament 2018/xxx [kontrolli fil-fruntieri] fir-rigward tal-perjodu ta' rieżami.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1b.Twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru meta jkun meħtieġ f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kompatibbiltà tat-twissijiet stabbiliti fl-Artikolu 23a tar-Regolament 2018/xxx [kontrolli fil-fruntieri].
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Twissijiet dwar ritorn imdaħħla fir-rigward ta' persuna li tkun kisbet iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe Stat li ċ-ċittadini tiegħu huma benefiċjarji tad-dritt ta' moviment liberu fi ħdan l-Unjoni għandhom jitħassru hekk kif l-Istat Membru emittenti jsir konxju, jew jiġi infurmat skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera], li l-persuna inkwistjoni kisbet tali ċittadinanza.
2. Twissijiet dwar ritorn imdaħħla fir-rigward ta' persuna li tkun kisbet permess ta' residenza, awtorizzazzjoni li toffri dritt ta' soġġorn jew iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe Stat li ċ-ċittadini tiegħu huma benefiċjarji tad-dritt ta' moviment liberu fi ħdan l-Unjoni għandhom jitħassru hekk kif l-Istat Membru emittenti jsir konxju, jew jiġi infurmat skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera], li l-persuna inkwistjoni kisbet tali permess ta' residenza, awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta' soġġorn jew ċittadinanza.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Data proċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skont dan ir-Regolament tista' tiġi trasferita jew imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' pajjiż terz skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru emittenti, biss għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ħruġ ta' dokument ta' identifikazzjoni jew tal-ivvjaġġar lil ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi illegalment bil-ħsieb ta' ritorn.
Data proċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament tista' tiġi trasferita jew imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' pajjiż terz skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru emittenti, biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
(a) id-data tiġi trasferita jew issir disponibbli biss għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ħruġ ta' dokument ta' identifikazzjoni jew tal-ivvjaġġar lil ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi illegalment bil-ħsieb ta' ritorn;
(aa) il-pajjiż terz jaqbel espliċitament li juża d-data biss għall-fini li għaliha ġiet provduta u għal dak li hu legali u neċessarju għall-fini stabbiliti fil-punt (a), u li jħassar id-data meta ma jkunx għadu ġustifikat li jżommha; u
(b) iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie infurmat li d-data personali u l-informazzjoni supplimentari tiegħu jew tagħha se jiġu kondiviżi ma' awtoritajiet ta' pajjiż terz.
L-ebda informazzjoni fir-rigward tal-fatt li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li tkun saret fi Stat Membru m'għandha tiġi żvelata lil allegat attur ta' persekuzzjoni jew ħsara serja f'konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2013/32/UE jew meta dak il-pajjiż ikun ukoll il-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.
Data proċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament m'għandhiex issir disponibbli għal pajjiż terz meta d-deċiżjoni ta' ritorn ma tkunx aktar disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(3).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 10a
Non-refoulement, l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħajja tal-familja u l-qagħda tas-saħħa
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement u għandhom dejjem iqisu l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħajja tal-familja u l-qagħda tas-saħħa jew il-kundizzjoni ta' vulnerabbiltà tal-individwi kkonċernati.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istatistika fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Kontrolli fil-fruntiera], l-Aġenzija għandha tipproduċi statistika ta' kuljum, mensili u annwali, kemm f'numru totali kif ukoll għal kull Stat Membru dwar in-numru ta' twissijiet dwar ritorn imdaħħla fis-SIS, inkluż dwar id-data msemmija fl-Artikolu 4(x) ta' dan ir-Regolament, dwar in-notifiki msemmija fl-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament u n-numru ta' twissijiet dwar ritorn imħassra minħabba konformità ma' obbligu ta' ritorn. L-Aġenzija għandha tipproduċi statistika mensili u annwali dwar id-data pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(5) ta' dan ir-Regolament. Din l-istatistika ma għandux ikun fiha data personali.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istatistika fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Kontrolli fil-fruntiera], l-Aġenzija għandha tipproduċi statistika ta' kuljum, mensili u annwali, kemm f'numru totali kif ukoll għal kull Stat Membru dwar in-numru ta' twissijiet dwar ritorn imdaħħla fis-SIS, inkluż dwar id-data msemmija fl-Artikolu 4(x), (xb) u (xc) ta' dan ir-Regolament, dwar in-notifiki msemmija fl-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament u n-numru ta' twissijiet dwar ritorn imħassra minħabba konformità ma' obbligu ta' ritorn. L-Aġenzija għandha tipproduċi statistika mensili u annwali dwar id-data pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(5) ta' dan ir-Regolament. Din l-istatistika ma għandux ikun fiha data personali.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-istatistika kollha għandha tinġabar mill-Aġenzija f'rapport annwali li għandu jiġi ppubblikat. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Peress li mhumiex stabbiliti f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Aġenzija, id-dħul u l-ipproċessar ta' twissijiet, il-kundizzjonijiet għal aċċess għal twissijiet u ż-żamma tagħhom, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika stabbiliti fl-Artikoli minn 6 sa 19, l-Artikolu 20(3)-(4) kif ukoll fl-Artikoli 21, 22, 28, 29(4) u minn 33 sa 54 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Kontrolli fil-fruntiera] għandhom japplikaw għal data mdaħħla u proċessata fis-SIS skont dan ir-Regolament.
Dment li mhumiex stabbiliti f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Aġenzija, id-dħul, l-ipproċessar, l-aġġornament u l-kompatibbiltà tat-twissijiet, il-kundizzjonijiet għal aċċess għal twissijiet u ż-żamma tagħhom, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika stabbiliti fl-Artikoli 3, minn 6 sa 19, l-Artikolu 20 (3)-(4) kif ukoll fl-Artikoli 21, 22, 23a, 28, 29(4) u minn 33 sa 54 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Kontrolli fil-fruntiera] għandhom japplikaw għal data mdaħħla u proċessata fis-SIS skont dan ir-Regolament.
NOTA SPJEGATTIVA
L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta' ritorn huwa pass ieħor żgħir iżda kruċjali f'sensiela ta' miżuri tal-Unjoni bil-għan li tittejjeb l-effikaċja tar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment. It-titjib tal-effikaċja tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni huwa kruċjali sabiex tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku fil-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-asil.
Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li bħalissa l-politika ta' ritorn tal-Unjoni għadha 'l bogħod milli tkun effikaċi. Fl-2015, l-għadd ta' migranti irregolari li ntalbu jħallu l-Unjoni Ewropea ammonta għal 533,395, filwaqt li r-rata ta' ritorn totali kienet ta' madwar 42 %. Barra minn hekk, jekk jiġi injorat ir-ritorn lejn il-Balkani tal-Punent, ir-rata ta' ritorn tal-Unjoni Ewropea tkompli tinżel għal 27 %.
Din il-proposta se tistabbilixxi għall-ewwel darba sistema għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni fil-livell tal-Unjoni bejn l-Istati Membri dwar deċiżjonijiet ta' ritorn u għalhekk se tippermetti l-monitoraġġ irrispettivament minn jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal dawk id-deċiżjonijiet ikunux telqu mit-territorju tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' ritorn madwar l-Unjoni, li b'hekk jenħtieġ li jżidu l-effikaċja tal-politiki ta' ritorn tal-Unjoni.
Ir-rapporteur hija tal-fehma li anke għal din il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen dwar ir-ritorn, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura li diġà qiegħda hemmhekk u li qed taħdem tajjeb għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Għalhekk, l-Uffiċċji SIRENE jenħtieġ li jkunu l-awtorità responsabbli għall-iskambju effiċjenti u rapidu ta' informazzjoni supplimentari b'rabta mat-twissijiet dwar ritorn bejn l-Istati Membri.
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1) Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fl-Istati Membri, b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa parti essenzjali mill-isforzi komprensivi biex tkun indirizzata l-migrazzjoni irregolari u tiżdied ir-rata ta' ritorn ta' migranti irregolari.
(1) Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fl-Istati Membri, b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipju ta' non-refoulement, li jinsab ikkodifikat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951, u skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa parti essenzjali mill-isforzi komprensivi biex tkun indirizzata l-migrazzjoni irregolari u tiġi ġestita l-migrazzjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi terzi ta' oriġini jew ta' tranżitu.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jirritornaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment b'mod effettiv u proporzjonat, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE.
(3) Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jirritornaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment b'mod effettiv u proporzjonat, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Jenħtieġ li t-twissijiet dwar ritorn jitħassru minnufih hekk kif l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti li jkunu ħarġu d-deċiżjoni ta' ritorn skont d-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE jkunu ġew infurmati li r-ritorn seħħ. Fejn deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta' dħul, din tal-aħħar jenħtieġ li tiddaħħal fis-SIS skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera]. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma tkun teżisti l-ebda lakuna ta' żmien bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz iħalli ż-żona ta' Schengen u l-attivazzjoni tat-twissija dwar il-projbizzjoni ta' dħul fis-SIS.
(12) Jenħtieġ li t-twissijiet dwar ritorn jitħassru minnufih hekk kif l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti li jkunu ħarġu d-deċiżjoni ta' ritorn skont d-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE jkunu ġew infurmati li r-ritorn seħħ. Fejn deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta' dħul, din tal-aħħar jenħtieġ li tiddaħħal fis-SIS skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kontrolli fil-fruntiera]. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma tkun teżisti l-ebda lakuna ta' żmien bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz iħalli l-fruntieri esterni ta' Stat Membru u l-attivazzjoni tat-twissija dwar il-projbizzjoni ta' dħul fis-SIS.
Ġustifikazzjoni
It-terminu 'ż-żona ta' Schengen' mhuwiex konsistenti mat-terminu użat fl-Artikolu 6: "Meta ċittadin ta' pajjiż terz, li jkun is-suġġett ta' twissija dwar ritorn, joħroġ mill-fruntiera esterna tal-Istat Membru emittenti, il-konferma ta' ritorn għandha tkun komunikata lill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali."
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(16) Data proċessata fis-SIS jew trasferita permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari tista' tipprovdi lill-Istat Membru tal-infurzar b'informazzjoni li tkun utli għall-identifikazzjoni u r-ridokumentazzjoni rapidi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment, bil-ħsieb tar-ritorn tagħhom lejn pajjiż terz. F'każijiet individwali, jenħtieġ li tkun possibbli l-kondiviżjoni ta' data u ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għal dan l-għan. Jenħtieġ li l-kondiviżjoni ta' kull data personali tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ċari, u li ssir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 u titwettaq bil-qbil tal-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.
(16) Data proċessata fis-SIS jew trasferita permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari tista' tipprovdi lill-Istat Membru tal-infurzar b'informazzjoni li tkun utli għall-identifikazzjoni u r-ridokumentazzjoni rapidi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment, bil-ħsieb tar-ritorn tagħhom lejn pajjiż terz. F'każijiet individwali, jenħtieġ li tkun possibbli l-kondiviżjoni ta' data u ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għal dan l-għan. Madankollu, din għandha ssir biss wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar ir-ritorn. Jenħtieġ li l-kondiviżjoni ta' kull data personali tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ċari, u li ssir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679, b'mod partikolari tal-Artikoli 6(1)(f), 8, 12(1) u 40(2)(g) f'każijiet relatati ma' minuri, u titwettaq bil-qbil tal-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.
Ġustifikazzjoni
L-ebda data personali ma għandha tiġi ttrasferita lil pajjiż terz qabel id-deċiżjoni ta' ritorn, adottata skont id-Direttiva 2008/115(KE), tkun ġiet iffinalizzata, u għaldaqstant mhux qabel ma jkun ġew eżawriti l-proċeduri possibbli ta' rimedju jew appell, jew qabel ma talba relatata mill-applikant tkun ġiet iddikjarata bħala mhux ammissibbli.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(16a) Fil-każijiet relatati mal-minuri, l-aħjar interessi tal-minuri jenħtieġ li jkunu l-kunsiderazzjoni primarja fl-applikjazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta d-data marbuta ma' minuri tiddaħħal fis-SIS, jenħtieġ li din tintuża biss għal skopijiet relatati mal-prevenzjoni, mal-identifikazzjoni u mal-investigazzjoni ta' każijiet ta' minuri neqsin, u għall-protezzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, konformement mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dittijiet tat- Tfal.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 16b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(16b) Il-miżuri kollha meħuda fir-rigward tas-SIS jenħtieġ li jirrispettaw il-Karta. L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw linji gwida, li għandhom ikunu stabbiliti u monitorjati konġuntament mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, relatati ma' prassi komuni rigward it-teħid tal-marki tas-swaba' u tal-immaġini tal-wiċċ ta' ċittadini irregolari ta' pajjiżi terzi, abbażi ta' lista ta' kontroll imfassla mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. F'kull mument l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw id-dinjità u l-integrità fiżika tal-minuri matul il-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba' u tal-immaġini tal-wiċċ. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrikorrux għall-koerċizzjoni biex iġiegħlu lill-minuri jittiħdulu l-marki tas-swaba'.
Ġustifikazzjoni
Bi qbil mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal, il-minuri għandhom jiġu trattati b'umanità u b'rispett, b'mod li jitqiesu l-bżonnijiet tal-età tagħhom. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni speċifika tal-minuri. L-aħjar interessi tal-minuri għandhom dejjem jiġu kkunsidrati l-ewwel.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(17) L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-ritorn jistgħu jkunu konsiderevolment differenti bejn Stat Membru u ieħor, u dawn l-awtoritajiet jistgħu jvarjaw ukoll fi Stat Membru skont ir-raġunijiet għas-soġġorn illegali. L-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu wkoll joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE, pereżempju b'riżultat ta' appelli kontra rifjut li tingħata awtorizzazzjoni jew dritt ta' soġġorn, jew bħala sanzjoni kriminali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-ħruġ u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE jkollhom id-dritt li jaċċessaw is-SIS sabiex idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu twissijiet dwar ritorn.
(17) L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-ritorn jistgħu jkunu konsiderevolment differenti bejn Stat Membru u ieħor, u dawn l-awtoritajiet jistgħu jvarjaw ukoll fi Stat Membru skont ir-raġunijiet għas-soġġorn illegali. Barra minn hekk jeżistu listi nazzjonali differenti ta' "pajjiżi terzi bla periklu". L-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu wkoll joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE, pereżempju b'riżultat ta' appelli kontra rifjut li tingħata awtorizzazzjoni jew dritt ta' soġġorn, jew bħala sanzjoni kriminali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-ħruġ u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE jkollhom id-dritt li jaċċessaw is-SIS sabiex idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu twissijiet dwar ritorn.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(28a)L-ebda emenda jew dispożizzjoni ġdida ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li toħloq ostakli bla bżonn għall-Istati Membri li biħsiebhom jingħaqdu jew li jinsabu fil-proċess li jingħaqdu maż-żona Schengen.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Id-data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal fis-SIS bl-għan li jkun verifikat li l-obbligu ta' ritorn ġie rispettat u biex ikun appoġġat l-infurzar tad-deċiżjoni. Meta tinħareġ id-deċiżjoni ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal twissija fis-SIS.
1. Id-data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal fis-SIS minnufih wara li d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru rispettiv, bil-għan li jkun verifikat li l-obbligu ta' ritorn ġie rispettat u biex ikun appoġġat l-infurzar tad-deċiżjoni. Meta tinħareġ id-deċiżjoni ta' ritorn skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandha tiddaħħal twissija fis-SIS.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt p
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(p) il-kategorija tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna;
(p) il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni attwali jew tal-imgħoddi tal-persuna, jew ta' dokumenti oħrajn użati sa dak il-mument b'"alias";
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt r
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(r) in-numru/i tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna;
(r) in-numru/i tad-dokumenti ta' identifikazzjoni attwali jew tal-imgħoddi tal-persuna;
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 8, twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru meta d-deċiżjoni li fuqha kienet ibbażata t-twissija tkun ġiet irtirata jew annullata mill-awtorità kompetenti. Twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru wkoll meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat jista' juri li telaq mit-territorju tal-Istati Membri f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 8, twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru minnufih meta d-deċiżjoni li fuqha kienet ibbażata t-twissija tkun ġiet irtirata jew annullata mill-awtorità kompetenti. Twissijiet dwar ritorn għandhom jitħassru wkoll meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat jista' juri li telaq mit-territorju tal-Istati Membri f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Data proċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skont dan ir-Regolament tista' tiġi trasferita jew imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' pajjiż terz skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru emittenti, biss għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ħruġ ta' dokument ta' identifikazzjoni jew tal-ivvjaġġar lil ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi illegalment bil-ħsieb ta' ritorn.
Data proċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skont dan ir-Regolament tista' tiġi trasferita jew imqiegħda għad-dispożizzjoni ta' pajjiż terz skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 bl-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru emittenti, biss għall-fini tal-identifikazzjoni u l-ħruġ ta' dokument ta' identifikazzjoni jew tal-ivvjaġġar lil ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi illegalment bil-ħsieb ta' ritorn. Madankollu, din għandha tikkonċerna biss każijiet individwali u għandha ssir biss wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar ir-ritorn, b'konformità sħiħa mal-prinċipju ta' non-refoulement. B'mod partikolari, għandu jiġi kkonfermat li l-pajjiż partikolari jiżgura livell ta' protezzjoni adegwat, b'kunsiderazzjoni tal-konformità mal-prinċipju tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, l-eżistenza u l-funzjonament effikaċi tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti u tal-impenji internazzjonali tal-pajjiż. Qabel ma jseħħ kwalunkwe trasferiment ta' informazzjoni lil pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jikkonfermaw li l-ħajja u l-libertà tal-persuna rimpatrijata mhumiex se jiġu mhedda abbażi tar-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-affiljazzjoni ma' grupp soċjali jew ma' opinjoni politika partikolari. Id-data u l-informazzjoni supplimentari relatata ma għandhomx jiġu ttrasferiti, jekk dan it-trasferiment jista' jpoġġi l-persuna li jikkonċernaw fil-periklu.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Id-data relatata ma' kull applikazzjoni għall-asil preċedenti magħmula jew ma' status ta' immigrazzjoni mogħti lil persuna rimpatrijata fi Stat Membru ma għandhiex tkun ttrasferita lil pajjiż terz għall-finijiet ta' dan ir-regolament.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Hilde Vautmans, Boris Zala
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, Eleni Theocharous, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Paavo Väyrynen, Marie-Christine Vergiat, Željana Zovko
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Frank Engel
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
26
+
ALDE
Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen
ECR
Bas Belder, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Eleni Theocharous
EFDD
Fabio Massimo Castaldo
S&D
Francisco Assis, Brando Benifei, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Elena Valenciano, Boris Zala
13
-
EFDD
James Carver
GUE/NGL
Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat
NI
Janusz Korwin-Mikke
Verts/ALE
Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Bodil Valero
21
0
NI
Aymeric Chauprade
PPE
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Frank Engel, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Jaromír Štětina, László Tőkés, Željana Zovko, Luis de Grandes Pascual
Verts/ALE
Klaus Buchner
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment
Asim Ahmedov Ademov, Gerard Batten, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Daniel Dalton, Rachida Dati, Raymond Finch, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Auke Zijlstra
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Elly Schlein, Barbara Spinelli, Axel Voss
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Max Andersson, André Elissen, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Peter Kouroumbashev, Julia Reda, Sofia Ribeiro, Bart Staes, Julie Ward, Wim van de Camp
Data tat-tressiq
10.11.2017
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
40
+
ALDE
Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Cecilia Wikström,
ECR
Monica Macovei, Helga Stevens
EFDD
Kristina Winberg
NI
Udo Voigt
PPE
Asim Ahmedov Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, György Hölvényi, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Sofia Ribeiro, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Wim van de Camp
S&d
Monika Beňová, Miriam Dalli, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Karin Kadenbach, Peter Kouroumbashev, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Elly Schlein, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer
5
-
ENF
André Elissen, Auke Zijlstra
GUE/NGL
Malin Björk, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat
8
0
ECR
Daniel Dalton, Marek Jurek
EFDD
Gerard Batten, Raymond Finch
VERTS/ALE
Max Andersson, Julia Reda, Judith Sargentini, Bart Staes