RAPPORT dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja
21.11.2017 - (00000/2017 – C8-0000/2017 – 2017/2044(BUD))
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
Rapporteurs: Siegfried Mureşan (Taqsima III – Il-Kummissjoni)
Richard Ashworth (Taqsimiet oħra)
PR_BUD_Conciliation
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja
(00000/2017 – C8-0000/2017 – 2017/2044(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (00000/2017 – C8-0000/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0400),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2017, u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2017 (11815/2017 – C8-0313/2017),
– wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2017 għall-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018[1] u l-emendi baġitarji li tinkludi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[4],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[5],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A8-0359/2017),
1. Japprova t-test konġunt maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li jikkonsisti mid-dokumenti li ġejjin meħuda flimkien:
- lista ta' linji baġitarji mhux modifikati, mqabbla mal-abbozz tal-baġit jew mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
- ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju;
- ċifri linja b'linja dwar il-partiti baġitarji kollha;
- dokument konsolidat biċ-ċifri u t-test finali tal-linji kollha li ġew modifikati matul il-konċiljazzjoni;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet unilaterali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS
18.11.2017
FINALIBaġit 2018 –
Elementi għal konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. Baġit 2018
2. Baġit 2017 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017
3. Dikjarazzjonijiet
Ħarsa ġenerali
A. Baġit 2018
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
- Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2018 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 160 113,5 miljun. B'mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2018 ta' EUR 1 600,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.
- Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2018 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 144 681,0 miljun.
- L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2018 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 837,2 miljun għall-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza.
- Il-marġni globali għall-impenji qed jintuża f'livell ta' EUR 1 113,7 miljun għall-intestatura 1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-intestatura 1b Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali.
- Id-Deċiżjoni UE 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017[1] se tiġi emendata sabiex taġġusta l-profil ta' tpaċija biex jitnaqqas l-ammont ikkumpensat fl-intestatura 5 Amministrazzjoni fl-2018 minn EUR 570 miljun għal EUR 318-il miljun u b'mod korrispondenti tintroduċi kumpens ta' EUR 252 miljun għall-istess l-intestatura fl-2020.
- L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2018 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2014, fl-2016, fl-2017 u fl-2018 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 678,3 miljun.
B. Baġit 2017
Skont l-elementi għal konklużjonijiet konġunti, l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 6/2017 huwa aċċettat kif propost mill-Kummissjoni.
1. Baġit 2018
1.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn isfel f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha li ma ġewx emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 bl-eċċezzjoni ta':
• Skont l-intestatura 3:
o L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, artikolu baġitarju 18 02 04) li għalih ġew miżjuda 10 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 3 690 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Uffiċċju Ewropew fil-qasam tal-Asil (EASO, artikolu baġitarju 18 03 02) li għalih ġie miżjud l-ammont ta' EUR 5 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o Il-Korp Ewropew għat-Titjib tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST, artikolu baġitarju 33 03 04) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 1 845 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
• Taħt l-intestatura 1a:
o L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA, artikolu baġitarju 02 05 11) li għalih ġew miżjuda 5 postijiet addizzjonali u l-ammont ta' EUR 345 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
o L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, artikolu baġitarju 12 02 06) li għalih tnaqqsu l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit.
Aġenziji eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018, kif emendati mill-Ittra Emendatorja 1/2018.
Proġetti pilota/azzjonijiet preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 87 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għal ammont totali ta' EUR 100,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament flimkien mal-azzjoni preparatorja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2018.
Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi ġuridika eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-bażi ġuridika korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.
Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tal-infiq tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:
Intestatura 1a – Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2018 |
Differenza |
|
1.1.11 |
Sistemi Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita (EGNOS u Galileo) |
|
|
-4 090 000 |
|
02 05 01 |
Żvilupp u forniment ta' infrastrutturi u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satellita (Galileo) sal-2020 |
623 949 000 |
621 709 000 |
-2 240 000 |
|
02 05 02 |
Forniment ta' servizzi b'bażi satellitari b'titjib tal-prestazzjoni tal-GPS biex gradwalment ikun kopert ir-reġjun kollu tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) sal-2020 (EGNOS) |
185 000 000 |
183 150 000 |
-1 850 000 |
|
1.1.13 |
Programm Ewropew tal-Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus) |
|
|
-10 370 000 |
|
02 06 01 |
Twassil ta' servizzi operazzjonali li jistrieħu fuq osservazzjonijiet mill-ispazju u data in situ (Copernicus) |
130 664 000 |
129 364 000 |
-1 300 000 |
|
02 06 02 |
Bini ta' kapaċità awtonoma tal-osservazzjoni tad-Dinja mill-Unjoni (Copernicus) |
507 297 000 |
498 227 000 |
-9 070 000 |
|
1.1.14 |
Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) |
|
|
-30 000 000 |
|
15 05 01 |
Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
68 235 652 |
38 235 652 |
-30 000 000 |
|
1.1.31 |
Orizzont 2020 |
|
|
110 000 000 |
|
02 04 02 01 |
Rwol ta' tmexxija fl-ispazju |
173 389 945 |
184 528 490 |
11 138 545 |
|
02 04 02 03 |
Żieda tal-innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) |
36 937 021 |
43 178 448 |
6 241 427 |
|
06 03 03 01 |
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika |
53 986 199 |
56 835 072 |
2 848 873 |
|
08 02 01 01 |
Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka |
1 827 122 604 |
1 842 122 604 |
15 000 000 |
|
08 02 02 01 |
Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifatturar u proċessar avvanzati |
518 395 125 |
524 204 453 |
5 809 328 |
|
08 02 03 03 |
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva |
330 244 971 |
336 486 398 |
6 241 427 |
|
08 02 03 04 |
Kisba ta' sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika |
230 777 055 |
239 323 675 |
8 546 620 |
|
08 02 03 05 |
Kisba ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta' materja prima |
297 738 618 |
303 307 891 |
5 569 273 |
|
08 02 08 |
Strument għall-SMEs |
471 209 870 |
481 209 870 |
10 000 000 |
|
09 04 02 01 |
Rwol ta' tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
722 055 754 |
725 189 515 |
3 133 761 |
|
15 03 01 01 |
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet, għarfien u innovazzjoni ġodda |
870 013 019 |
885 710 765 |
15 697 746 |
|
32 04 03 01 |
Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema enerġetika affidabbli, sostenibbli u kompetittiva |
300 984 111 |
320 757 111 |
19 773 000 |
|
1.1.4 |
Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) |
|
|
15 000 000 |
|
02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta' ekwità u dejn |
199 554 000 |
214 554 000 |
15 000 000 |
|
1.1.5 |
Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+) |
|
|
54 000 000 |
|
15 02 01 01 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol |
1 955 123 300 |
1 979 123 300 |
24 000 000 |
|
15 02 01 02 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea |
182 672 916 |
212 672 916 |
30 000 000 |
|
1.1.7 |
Dwana, Fiscalis u Ġlieda Kontra l-Frodi |
|
|
-1 365 232 |
|
14 02 01 |
Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali |
80 071 000 |
78 860 555 |
-1 210 445 |
|
14 03 01 |
Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni |
32 043 000 |
31 888 213 |
-154 787 |
|
1.1.81 |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) - Enerġija |
|
|
-19 773 000 |
|
32 02 01 04 |
Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrumenti Finanzjarji għall-ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti enerġetiċi. |
19 773 000 |
0 |
-19 773 000 |
|
1.1.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
-3 965 555 |
|
02 05 11 |
Aġenzija tal-GNSS Ewropea |
30 993 525 |
31 338 525 |
345 000 |
|
12 02 06 |
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) |
15 947 170 |
11 636 615 |
-4 310 555 |
|
1.1.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
-2 346 000 |
|
02 03 02 01 |
Sostenn għall-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mwettqa mis-CEN, is-Cenelec u l-ETSI |
18 908 000 |
18 562 000 |
-346 000 |
|
26 02 01 |
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi |
8 500 000 |
7 500 000 |
-1 000 000 |
|
29 02 01 |
Forniment ta' informazzjoni ta' statistika ta' kwalità, implimentazzjoni ta' metodi ġodda ta' produzzjoni ta' statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika |
59 475 000 |
58 475 000 |
-1 000 000 |
|
1.1.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
51 650 000 |
|
1.1.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
-2 900 000 |
|
01 02 01 |
Koordinazzjoni u sorveljanza ta', u komunikazzjoni dwar, l-unjoni ekonomika u monetarja, inkluża l-euro |
12 000 000 |
11 500 000 |
-500 000 |
|
04 03 01 08 |
Relazzjonijiet industrijali u djalogu soċjali |
16 438 000 |
15 038 000 |
-1 400 000 |
|
06 02 05 |
Attivitajiet ta' sostenn għall-politika Ewropea tat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri inklużi attivitajiet ta' komunikazzjoni |
11 821 000 |
10 821 000 |
-1 000 000 |
|
|
Total |
|
|
155 840 213 |
|
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 22 001,5 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1a ta' EUR 21 239 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 762,5 miljun.
Intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustament maqbul mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljat fit-tabella ta' hawn taħt:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2018 |
Differenza |
|
1.2.5 |
Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni komplementari speċifika) |
|
|
116 666 667 |
|
04 02 64 |
Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ |
233 333 333 |
350 000 000 |
116 666 667 |
|
1.2.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
7 700 000 |
|
|
Total |
|
|
124 366 667 |
|
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 55 532,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 1b ta' EUR 55 181 miljun, u l-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji għall-ammont ta' EUR 351,2 miljun.
Intestatura 2 – Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2018 |
Differenza |
|
2.0.10 |
Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti |
|
|
-229 900 000 |
|
05 03 01 10 |
Skema ta' pagament bażiku (BPS) |
16 556 000 000 |
16 326 100 000 |
-229 900 000 |
|
2.0.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
15 600 000 |
|
|
Total |
|
|
-214 300 000 |
|
It-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa kompletament attribwit għal aktar dħul allokat disponibbli mis-surplus tal-FAEG tal-31 ta' Ottubru 2017 li se jkopri l-ħtiġijiet kollha tas-settur kif aġġornat fl-Ittra Emendatorja 1/2018. Fost dawn il-ħtiġijiet aġġornati, l-Ittra Emendatorja 1/2018 iżżid il-ħlasijiet għal:
• Bdiewa żgħażagħ b'EUR 34 miljun (partita baġitarja 05 03 01 13),
• Il-prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent b'EUR 95 miljun (partita baġitarja 05 03 01 11),
• Miżuri oħra għal-laħam tal-majjal, tjur, bajd, trobbija tan-naħal u ta' prodotti tal-annimali oħrajn b'EUR 60 miljun (partita baġitarja 05 02 15 99)
• Programmi ta' appoġġ nazzjonali għas-settur tal-inbid b'EUR 7 miljun (partita baġitarja 05 02 09 08), u
• Miżuri ta' ħżin għall-ħalib tat-trab xkumat b'EUR 2 miljun (partita baġitarja 05 02 12 02).
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 59 285,3 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 981,7 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 2.
Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit 2018 |
Differenza |
|
3.0.11 |
Ewropa Kreattiva |
|
|
3 500 000 |
|
15 04 01 |
Tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet żgħar u żgħar ħafna fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, u trawwim ta' politika tal-iżvilupp u mudelli ta' negozju ġodda |
34 528 000 |
35 528 000 |
1 000 000 |
|
15 04 02 |
Sottoprogramm kulturali — Appoġġ ta' azzjonijiet transkonfinali u promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u l-mobilità transnazzjonali |
68 606 000 |
71 106 000 |
2 500 000 |
|
3.0.8 |
Ikel u Għalf |
|
|
-6 500 000 |
|
17 04 01 |
Żgurar ta' stat aħjar tas-saħħa tal-annimali u livell ogħla ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni |
161 500 000 |
160 000 000 |
-1 500 000 |
|
17 04 02 |
Żgurar tad-detezzjoni propizja ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-qerda tagħhom |
25 000 000 |
22 000 000 |
-3 000 000 |
|
17 04 03 |
Żgurar ta' kontrolli effettivi, effiċjenti u affidabbli |
57 483 000 |
55 483 000 |
-2 000 000 |
|
3.0.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
10 535 000 |
|
18 02 04 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) |
116 687 271 |
120 377 271 |
3 690 000 |
|
18 03 02 |
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) |
85 837 067 |
90 837 067 |
5 000 000 |
|
33 03 04 |
Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust) |
36 506 468 |
38 351 468 |
1 845 000 |
|
3.0.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
12 650 000 |
|
|
Total |
|
|
20 185 000 |
|
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 493,2 miljun, u ma jifdal l-ebda marġni taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 3, u l-mobilizzazzjoni ta' EUR 837,2 miljun permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà.
Intestatura 4 – Ewropa Globali
L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit tal-2018 |
Differenza |
|
4.0(1) |
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) |
|
|
-95 000 000 |
|
05 05 04 02 |
Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
148 000 000 |
131 000 000 |
-17 000 000 |
|
22 02 01 01 |
Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo[2], il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
189 267 000 |
199 267 000 |
10 000 000 |
|
22 02 03 01 |
Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
217 400 000 |
167 400 000 |
-50 000 000 |
|
22 02 03 02 |
Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
274 384 000 |
236 384 000 |
-38 000 000 |
|
4.0.2 |
Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI) |
|
|
50 000 000 |
|
22 04 01 03 |
Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti |
262 072 675 |
296 072 675 |
34 000 000 |
|
22 04 01 04 |
Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA) |
293 379 163 |
299 379 163 |
6 000 000 |
|
22 04 02 02 |
Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli |
351 556 726 |
361 556 726 |
10 000 000 |
|
4.0.3 |
Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) |
|
|
20 000 000 |
|
21 02 07 03 |
L-iżvilupp tal-bniedem |
193 374 058 |
205 874 058 |
12 500 000 |
|
21 02 20 |
Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI) |
94 928 673 |
102 428 673 |
7 500 000 |
|
4.0.4 |
Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (PI) |
|
|
-3 000 000 |
|
19 05 01 |
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-avvanz u l-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u dawk reċiproċi |
126 263 000 |
123 263 000 |
-3 000 000 |
|
4.0.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
-1 083 000 |
|
13 07 01 |
Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka |
32 473 000 |
34 473 000 |
2 000 000 |
|
21 02 40 |
Ftehimiet dwar il-prodotti bażiċi |
5 583 000 |
2 500 000 |
-3 083 000 |
|
4.0.PPPA |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
8 900 000 |
|
4.0.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
1 000 000 |
|
19 06 01 |
Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni |
12 000 000 |
15 000 000 |
3 000 000 |
|
21 08 01 |
Evalwazzjoni tar-riżultati ta' għajnuna mill-Unjoni, u segwitu u miżuri ta' awditjar |
30 676 000 |
29 176 000 |
-1 500 000 |
|
21 08 02 |
Koordinament u promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni rigward kwistjonijiet ta' żvilupp |
13 036 000 |
12 536 000 |
-500 000 |
|
|
Total |
|
|
-19 183 000 |
|
Bħala konsegwenza ta' dan, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 568,8 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 256,2 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Amministrazzjoni
L-għadd ta' postijiet fl-organigrammi tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
• It-taqsima tal-Parlament li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;
• It-taqsima tal-Kunsill li għaliha l-qari tiegħu huwa approvat;
• Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li għalih EUR 800 000 ġew allokati għal partita baġitarja ġdida 2 2 1 4 Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika. Dan għandu l-għan li jgħammar lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikopri l-istrumenti ta' komunikazzjoni strateġika, jingaġġa esperti tekniċi fil-komunikazzjoni strateġika, isostni l-pluralità lingwistika tal-prodotti tal-komunikazzjoni strateġika u jagħmel kuntatt ma' u jżomm netwerk ta' speċjalisti li jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ġirien. Il-partita baġitarja 3 0 0 4 Nefqa amministrattiva oħra tnaqqset bi EUR 800 000 biex tkun żgurata n-newtralità baġitarja.
Barra minn hekk, l-impatt fil-Baġit tal-2018 tal-aġġornament awtomatiku tas-salarji li japplika mill-1 ta' Lulju 2017 huwa integrat fit-taqsimiet kollha tal-Istituzzjonijiet bil-mod segwenti:
|
f'EUR |
|
Il-Parlament |
-2 796 000 |
|
Il-Kunsill |
-948 000 |
|
Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi) |
-13 179 600 |
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
-868 800 |
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
-357 000 |
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
-193 000 |
|
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
-146 000 |
|
L-Ombudsman |
-24 600 |
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
-13 459 |
|
Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna |
-878 400 |
|
Total |
-19 404 859 |
|
Fl-aħħar nett, it-tnaqqis addizzjonali ta' EUR 5 miljun ġie identifikat fl-Istituzzjonijiet kollha għan-nefqa relatata mal-binjiet, bil-mod segwenti:
|
f'EUR |
|
Il-Kunsill |
-378 623 |
|
Il-Kummissjoni (pensjonijiet inklużi) |
-3 637 499 |
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
-270 611 |
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
-96 409 |
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
-89 461 |
|
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
-63 393 |
|
L-Ombudsman |
-7 016 |
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
-9 526 |
|
Is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna |
-447 462 |
|
Total |
-5 000 000 |
|
Bħala konsegwenza ta' dan, u wara li tqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji (EUR 3,5 miljun) proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 9 665 ,5 miljun, u jifdal marġni ta' EUR 362,5 miljun taħt il-limitu minimu ta' nefqa tal-intestatura 5, wara l-użu ta' EUR 318,0 miljun tal-marġni biex tkun impaċija l-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017.
Strumenti speċjali: FEG, Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u FSUE
L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) u għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza huma stabbiliti fil-livell proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018. Ir-riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) tħassret (artikolu baġitarju 40 02 44).
1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-Baġit tal-2018 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:
1. L-ewwel nett, qiegħed jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi tnaqqis addizzjonali tan-nefqa agrikola tal-ammont -EUR 229,9 miljun. L-effett kombinat huwa tnaqqis ta' -EUR 255,3 miljun.
2. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji kollha ġodda proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 50 % tal-impenji l-ġodda korrispondenti, jew il-livell propost mill-Parlament jekk ikun iktar baxx. L-effett kombinat huwa żieda ta' EUR 50,0 miljun;
3. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit tal-2018 |
Differenza |
|
1.1.14 |
Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) |
|
|
-22 501 000 |
|
15 05 01 |
Korp Ewropew ta' Solidarjetà |
51 177 000 |
28 676 000 |
-22 501 000 |
|
1.1.5 |
Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus+) |
|
|
12 000 000 |
|
15 02 01 01 |
Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol |
1 845 127 000 |
1 857 127 000 |
12 000 000 |
|
1.1.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
-3 965 555 |
|
02 05 11 |
Aġenzija tal-GNSS Ewropea |
30 993 525 |
31 338 525 |
345 000 |
|
12 02 06 |
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) |
15 947 170 |
11 636 615 |
-4 310 555 |
|
1.1.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
-900 000 |
|
26 02 01 |
Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, xogħlijiet u servizzi |
8 200 000 |
7 300 000 |
-900 000 |
|
3.0.DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
|
|
10 535 000 |
|
18 02 04 |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) |
116 687 271 |
120 377 271 |
3 690 000 |
|
18 03 02 |
Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) |
85 837 067 |
90 837 067 |
5 000 000 |
|
33 03 04 |
Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust) |
36 506 468 |
38 351 468 |
1 845 000 |
|
4.0.1 |
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) |
|
|
-76 300 000 |
|
05 05 04 02 |
Appoġġ għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
120 000 000 |
107 200 000 |
-12 800 000 |
|
22 02 01 01 |
Sostenn għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo[3], il-Montenegro, is-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
219 000 000 |
221 500 000 |
2 500 000 |
|
22 02 03 01 |
Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
86 000 000 |
48 500 000 |
-37 500 000 |
|
22 02 03 02 |
Sostenn għat-Turkija — Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
291 000 000 |
262 500 000 |
-28 500 000 |
|
4.0.2 |
Strument Ewropew ta' Viċinat (ENI) |
|
|
12 500 000 |
|
22 04 01 03 |
Pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti |
125 000 000 |
133 500 000 |
8 500 000 |
|
22 04 01 04 |
Sostenn għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina (UNRWA) |
260 000 000 |
261 500 000 |
1 500 000 |
|
22 04 02 02 |
Sħubija tal-Lvant — Tnaqqis tal-faqar u żvilupp sostenibbli |
320 000 000 |
322 500 000 |
2 500 000 |
|
4.0.3 |
Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) |
|
|
16 900 000 |
|
21 02 07 03 |
L-iżvilupp tal-bniedem |
170 000 000 |
179 400 000 |
9 400 000 |
|
21 02 20 |
Erasmus+ — Kontribuzzjoni mill-istrument għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI) |
95 995 100 |
103 495 100 |
7 500 000 |
|
4.0.OTH |
Azzjonijiet u programmi oħra |
|
|
1 000 000 |
|
13 07 01 |
Sostenn finanzjarju biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka |
25 000 000 |
26 000 000 |
1 000 000 |
|
4.0.SPEC |
Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
|
1 500 000 |
|
19 06 01 |
Sensibilizzazzjoni informattiva dwar relazzjonijiet esterni tal-Unjoni |
13 700 000 |
15 200 000 |
1 500 000 |
|
|
Total |
|
|
-49 231 555 |
|
4. Sar tnaqqis addizzjonali fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal dawn il-linji baġitarji li ġejjin:
|
|
|
|
f'EUR |
|
Linja baġitarja / Programm |
Isem |
AB 2018 (inkl. l-IE 1) |
Baġit tal-2018 |
Differenza |
|
1.2.12 |
Reġjuni fi tranżizzjoni |
|
|
-55 000 000 |
|
04 02 61 |
Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi |
1 345 000 000 |
1 305 000 000 |
-40 000 000 |
|
13 03 61 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi |
2 750 463 362 |
2 735 463 362 |
-15 000 000 |
|
1.2.13 |
Kompetittività (reġjuni aktar żviluppati) |
|
|
-90 000 000 |
|
04 02 62 |
Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi |
2 882 000 000 |
2 847 000 000 |
-35 000 000 |
|
13 03 62 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi |
3 497 060 077 |
3 442 060 077 |
-55 000 000 |
|
1.2.2 |
Kooperazzjoni territorjali Ewropea |
|
|
-90 500 000 |
|
13 03 64 01 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — kooperazzjoni territorjali Ewropea |
1 004 701 248 |
914 201 248 |
-90 500 000 |
|
1.2.31 |
Assistenza teknika |
|
|
-4 500 000 |
|
13 03 65 01 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Assistenza teknika operazzjonali |
72 000 000 |
69 000 000 |
-3 000 000 |
|
13 03 66 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Azzjonijiet ta' innovazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli |
43 321 859 |
41 821 859 |
-1 500 000 |
|
|
Total |
|
|
-240 000 000 |
|
1. Tħassret ir-riżerva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (artikolu baġitarju 40 02 44) (-EUR 88,0 miljun).
Dawn l-azzjonijiet se jipprovdu livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li jammonta għal EUR 144 681,0 miljun, tnaqqis ta' EUR 582,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018.
1.5. Riżerva
Ma hemm l-ebda riżerva oħra barra minn dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, ħlief il-partita baġitarja 22 02 03 01 Sostenn għat-Turkija — riformi politiċi u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni li għaliha EUR 70 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 35 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament jitqiegħdu fir-riżerva sakemm din il-kundizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta:
"Dan l-ammont jiġi żblukkat meta t-Turkija tagħmel titjib suffiċjenti u kwantifikabbli fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa, skont ir-rapport annwali tal-Kummissjoni."
Il-kumment baġitarju għall-partita baġitarja 22 02 03 01 huwa modifikat f'dan is-sens.
1.6. Kummenti baġitarji
Sakemm ma jkunx indirizzat speċifikament fil-paragrafi preċedenti, l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill lit-test tal-kummenti baġitarji huma maqbula, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-linji baġitarji elenkati fiż-żewġ tabelli li ġejjin:
• Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja tagħha.
Linja baġitarja |
Isem |
|
06 02 01 01 |
It-tneħħija tar-restrinġiment, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-għaqda fejn hemm il-lakuni u t-titjib tat-taqsimiet transkonfinali |
|
09 05 01 |
Sottoprogramm MEDIA— Jopera fuq livell transnazzjonali u internazzjonali u jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni u l-mobbiltà transnazzjonali |
|
18 04 01 01 |
Ewropa għaċ-Ċittadini — Tisħiħ tal-kommemorazzjoni u t-titjib tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni ċivika fil-livell tal-Unjoni |
|
21 02 07 03 |
L-iżvilupp tal-bniedem |
|
22 02 03 02 |
Sostenn għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni |
|
• Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018 u mill-aġġornament FEG, huma approvati.
Linja baġitarja |
Isem |
|
02 02 01 |
Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni |
|
02 03 04 |
Għodod ta' Governanza tas-Suq Intern |
|
05 02 08 03 |
Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi |
|
05 03 01 01 |
Skema ta' pagament uniku (SPU) |
|
05 03 01 10 |
Skema ta' pagament bażiku (BPS) |
|
05 04 60 01 |
Promozzjoni ta' żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv |
|
08 02 02 02 |
Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta' riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni |
|
09 05 05 |
Azzjonijiet ta' Multimedia |
|
13 03 61 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi |
|
13 03 62 |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-objettiv tat-tkabbir u l-impjiegi |
|
13 06 01 |
Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija |
|
18 02 01 02 |
Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b'rabta mas-sigurtà |
|
18 03 01 01 |
Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri |
|
21 04 01 |
Tisħiħ tar-rispett u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-appoġġ għal riformi demokratiċi |
|
23 02 01 |
Konsenja ta' għajnuna umanitarja u assistenza alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi |
|
33 02 07 |
Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) |
|
Dan huwa skont il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-bażi ġuridika eżistenti, jew inaqqru l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tkun koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Linji baġitarji ġodda
In-nomenklatura baġitarja proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, hija maqbula bl-inklużjoni ta':
• il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda, proposti fl-ambitu tat-taqsima 1.2 ta' hawn fuq; u
• il-partita baġitarja 2 2 1 4 l-ġdida fi ħdan it-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, proposta fl-ambitu tat-taqsima 1.3 ta' hawn fuq.
2. Baġit 2017
L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 6/2017 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
3. DIKJARAZZJONIJIET
3.1. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta f'waqthom, ċifri aġġornati rigward l-istat ta' implimentazzjoni u stimi rigward ħtiġijiet ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2018.
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u biex jiżguraw li t-talbiet għal pagament jiġu rimborżati kif dovut.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill[4] u tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li t-tnaqqis tal-qgħad, u b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, jibqa' prijorità politika għolja u kondiviża, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw id-determinazzjoni tagħhom li jagħmlu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi baġitarji disponibbli biex dan jiġi indirizzat, u b'mod partikolari permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
Għaldaqstant, huma jilqgħu ż-żieda fl-ammont allokat għal din l-inizjattiva fl-2018. Madankollu, mhuwiex biss essenzjali li jkun previst finanzjament adegwat fil-baġit tal-UE, iżda li jkun hemm fis-seħħ, fl-istess ħin, il-proċeduri xierqa biex jiġi implimentat b’mod effettiv.
F’dan ir-rigward, hija meħtieġa kooperazzjoni effettiva bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-miżuri adottati.
Għaldaqstant, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ser jikkunsidraw, bħala materja ta’ prijorità, il-modifika fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni meħtieġa mill-adozzjoni tal-baġit għall-2018.
Il-Kummissjoni ser tiffaċilita l-approvazzjoni rapida tat-tibdil fil-programmi għall-implimentazzjoni tal-YEI.
3.3. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
It-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa’ prijorità politika għolja. Il-Kummissjoni ser tagħmel monitoraġġ mill-qrib tax-xejra fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI). Jekk ix-xejra ta’ din l-inizjattiva taċċellera u jekk il-kapaċità ta’ assorbiment tippermetti żieda, il-Kummissjoni ser tipproponi żieda tal-finanzjament tal-YEI permezz ta’ baġit emendatorju li għandu jiġi ffinanzjat mill-marġini globali għall-impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP.
F’dak il-każ, il-Kummissjoni tistenna lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jipproċessaw b’mod rapidu kwalunkwe abbozz ta’ baġit emendatorju bħal dan.
3.4. Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal
Il-Kunsill ifakkar li s-sena fil-mira għall-implimentazzjoni sħiħa tat-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal kienet l-2017. Madankollu, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha laħqu l-mira ta’ tnaqqis, il-Kunsill iħeġġeġ it-tkomplija tal-isforzi fl-2018 sabiex jiġi ssodisfat il-ftehim.
Huwa essenzjali li l-mira ta’ tnaqqis ta’ 5% tal-persunal tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha u jsir monitoraġġ sakemm tintlaħaq għalkollox. Fid-dawl ta' dan, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tevalwa l-eżitu tal-eżerċizzju sabiex jinsiltu minnu tagħlimiet għall-futur.
- [1] ĠU L 50, 28.2.2017, p. 57.
- [2] Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
- [3] Din il-pożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet 1244(1999) u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
- [4] Ir-Renju Unit ma jappoġġax din id-dikjarazzjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 |
||||
Referenzi |
00000/2017 – C8-0000/2017 – 2017/2044(BUD) |
||||
Presidenza tad-delegazzjoni: President |
Antonio Tajani |
||||
Kumitat responsabbli President |
BUDGJean Arthuis
|
||||
Rapporteur(s) |
Siegfried Mureşan |
Richard Ashworth |
|||
Abbozz ta' atti kkunsidrati |
|||||
Pożizzjoni tal-Kunsill data tal-adozzjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
11815/2017 – C8-0313/201704.9.2017
13.9.2017 |
||||
Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew |
25.10.2017 |
||||
Data tal-ittra tal-Kunsill dwar in-nonapprovazzjoni tal-emendi tal-Parlament |
25.10.2017 |
||||
Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
06.11.2017 |
17.11.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni mid-delegazzjoni tal-Parlament skont l-Artikolu 314(5) TFUE |
18.11.2017 |
||||
Membri preżenti |
Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Joachim Zeller, Manuel dos Santos, Patricija Šulin |
||||
Data tal-qbil fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni |
18.11.2017 |
||||
Data li fiha l-kopresident stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u trażmess lill-Parlament u lill-Kunsill |
18.11.2017 |
||||
Data tat-tressiq |
21.11.2017 |
||||