Proċedura : 2017/0163(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0369/2017

Testi mressqa :

A8-0369/2017

Dibattiti :

PV 14/03/2018 - 20
CRE 14/03/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2018 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0085

RAPPORT     ***I
PDF 624kWORD 74k
23.11.2017
PE 613.576v01-00 A8-0369/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

(COM(2017)0385 – C8-0236/2017 – 2017/0163(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Silvia Costa

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

(COM(2017)0385 – C8-0236/2017 – 2017/0163(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0385),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0236/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0369/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż ta' udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha.

(2)  L-orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ magħżula fl-Istati Membri kollha skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż ta' udjenza bi prova.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a)  B'konformità mal-objettivi tas-sottoprogramm kulturali, l-EUYO tipprovdi taħriġ regolari għal mużiċisti żgħażagħ permezz ta' programm ta' residenza u toffri opportunitajiet ta' daqq f'festivals u f'tours fl-Unjoni Ewropea u f'livell internazzjonali, u b'hekk issaħħaħ il-professjonaliżmu tagħhom u tipprovdilhom il-ħiliet meħtieġa għal karriera fis-settur kulturali u kreattiv.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 b)  L-EUYO jenħtieġ li tiddiversifika kontinwament id-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv l-appoġġ finanzjarju minn sorsi oħra apparti l-finanzjament mill-Unjoni, sabiex tiggarantixxi s-sostenibilità tagħha u l-indipendenza gradwali mill-finanzjament mingħand l-Unjoni. Għaldaqstant l-EUYO jenħtieġ li tiżgura kosteffiċjenza fil-ġestjoni tagħha.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 c)  L-EUYO jentieġ li tfittex li ttejjeb il-kooperazzjoni mal-patruni onorarji tagħha, iżżid il-viżibilità tagħha fl-avvenimenti Ewropej u ddoqq f'aktar Stati Membri, inkluż b'kooperazzjoni man-netwerks awdjoviżivi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 d)  L-EUYO jenħtieġ li tiżgura t-trasparenza tal-proċess tal-għażla. Jenħtiġilha wkoll li b'kollaborazzjoni mal-assoċjati nazzjonali tagħha u l-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva, issaħħaħ il-viżibilità tal-udjenzi bi prova annwali bil-ħsieb li tilħaq aktar bilanċ bejn l-għadd ta' mużiċisti minn kull Stat Membru u l-popolazzjoni totali tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e)  L-EUYO jenħtieġ li timpenja ruħha b'mod attiv fl-iżvilupp u l-involviment tal-udjenza b'attenzjoni speċjali għal udjenzi żgħażagħ fl-Istati Membri, issaħħaħ il-viżibilità tal-attivitajiet tiegħu u topera f'konformità mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-EUYO twaqqfet fl-1976 wara Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew8 u għaldaqstant hija unika fost l-orkestri fl-Ewropa. Minħabba l-istatus speċifiku, l-objettivi strateġiċi u l-attivitajiet tagħha, l-EUYO tikkwalifika bħala "korp identifikat minn att bażiku" skont it-tifsira tal-Artikolu 190(1)(d) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/20129. Għalhekk, l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.

(5)  L-EUYO twaqqfet fl-1976 wara Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew8 u għandha lill-President tal-Parlament Ewropew bħala l-President Onorarju tagħha, u għal din ir-raġuni hija unika fost l-orkestri fl-Ewropa. L-EUYO tippromwovi l-idea ta' Ewropa msejsa fuq il-paċi, il-kultura u l-komprensjoni reċiproka, u l-patrimonju mużikali rikk tal-Ewropa. Minħabba l-istatus speċifiku, l-objettivi strateġiċi u l-attivitajiet tagħha, l-EUYO tikkwalifika bħala "korp identifikat minn att bażiku" skont it-tifsira tal-Artikolu 190(1)(d) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/20129. Għalhekk, l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.

__________________

__________________

8 Resolution on the motion for a resolution submitted by Mrs Kellett-Bowman on the formation of a European Community youth orchestra (Ir-Riżoluzzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata mis-Sinjura Kellett-Bowman dwar it-twaqqif ta' Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Komunità Ewropea), ĠU C 79, 5.4.1976, p. 8.

8 Resolution on the motion for a resolution submitted by Mrs Kellett-Bowman on the formation of a European Community youth orchestra (Ir-Riżoluzzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata mis-Sinjura Kellett-Bowman dwar it-twaqqif ta' Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Komunità Ewropea), ĠU C 79, 5.4.1976, p. 8.

9 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

9 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5 a)  Il-finanzjament jenħtieġ li jingħata eċċezzjonalment lill-EUYO għall-perjodu sa tmiem il-programm Ewropa Kreattiva attwali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant jenħtieġ li l-EUYO tiġi inkluża fost il-miżuri li jibbenefikaw minn appoġġ mis-sottoprogramm kulturali.

(6)  Għaldaqstant jenħtieġ li l-EUYO tiġi inkluża fost il-miżuri li jibbenefikaw minn appoġġ mis-sottoprogramm kulturali attwali u t-Taqsima Transsettorjali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

Artikolu 15 - paragrafu 1 - punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.   Fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(fa)   L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea".

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

Referenzi

COM(2017)0385 – C8-0236/2017 – 2017/0163(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

11.9.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.9.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

30.8.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Silvia Costa

4.9.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

4.9.2017

Data tal-adozzjoni

22.11.2017

 

 

 

Data tat-tressiq

23.11.2017

Avviż legali - Politika tal-privatezza