RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra

27.11.2017 - (13419/2016 – C8-0100/2017 – 2006/0058(NLE)) - ***

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Theresa Griffin

Proċedura : 2006/0058(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0376/2017
Testi mressqa :
A8-0376/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra

(13419/2016 – C8-0100/2017 – 2006/0058(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13419/2016),

–  wara li kkunsidra l-Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0100/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0376/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest u kontenut tal-ftehim

F'Ġunju 2003, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ngħataw mandat biex jinnegozjaw Ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar it-Trasport bl-Ajru.

L-għan tan-negozjati kien l-istabbiliment ta' "Żona Miftuħa tal-Avjazzjoni" bejn il-partijiet. L-idea kienet li jinħoloq suq uniku għat-trasport bl-ajru, li fih il-linji tal-ajru Ewropej u dawk tal-Istati Uniti jkunu jistgħu jipprovdu servizzi tal-ajru mingħajr restrizzjonijiet ta' xejn, u li jinkludu s-swieq domestiċi taż-żewġ partijiet.

Kieku l-mandat kellu jintlaħaq bis-sħiħ, kien ikun hemm l-obbligu ta' tibdil leġiżlattiv sinifikanti fl-Istati Uniti tal-Amerika, partikolarment biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet ġuridiċi eżistenti fuq is-sjieda u l-kontroll barranin ta' linji tal-ajru tal-Istati Uniti u fuq il-kabotaġġ. Sal-lum il-ġurnata, dawn il-kwistjonijiet għadhom ta' sensittività politika estrema fl-Istati Uniti. Għal din ir-raġuni, il-mandat irrikonoxxa l-possibilità li jiġi implimentat ftehim fi stadji diversi.

F'Novembru 2005, id-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti (DOT) għamel tentattiv biex jinbidlu r-regoli dwar is-sjieda barranija billi ħareġ "Avviż ta' Leġiżlazzjoni Proposta" ("Notice of Proposed Rulemaking" - NPRM), sabiex jagħmel ir-regoli aktar flessibbli. Id-DOT, madankollu, iddeċieda f'Diċembru 2006 li jirtira l-NPRM, wara li analizza ammont kbir ta' kummenti pubbliċi, inklużi dawk irċevuti mill-Kungress tal-Istati Uniti.

Dan ħoloq il-ħtieġa ta' serje ġdida ta' negozjati dwar l-abbozz tal-ftehim, biex dan ikun aktar aċċettabbli għan-naħa tal-UE.

Dan irriżulta f'abbozz ġdid ta' ftehim tal-ewwel stadju fit-2 ta' Marzu 2007, li ġie ffirmat fis-Summit UE-Stati Uniti tat-30 ta' April 2007. Il-Kunsill approva l-abbozz ta' ftehim u ddeċieda li japplikah b'mod provviżorju mit-30 ta' Marzu 2008[1].

Il-Parlament irrisponda għall-abbozz tal-ftehim il-ġdid permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerika (T6-0071/2007). Huwa laqa' l-ftehim tal-ewwel stadju bħala pass importanti lejn suq integrat tal-avjazzjoni transatlantika li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi, u ta l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim fil-11 ta' Ottubru 2007[2].

F'Mejju 2008, ingħata bidu għal negozjati tat-tieni stadju u dawn wasslu għall-konklużjoni ta' ftehim tat-tieni stadju li ħa l-forma ta' Protokoll, li jemenda l-ftehim inizjali (l-ewwel stadju), iffirmat u applikat provviżorjament mill-24 ta' Ġunju 2010[3] (ir-ratifika u l-proċess ta' approvazzjoni tal-Protokoll għadhom għaddejjin).

Il-Protokoll jipprevedi aktar progress kunsiderevoli, inklużi opportunitajiet addizzjonali għall-investiment u l-aċċess għas-suq, kif ukoll it-tisħiħ tal-qafas ta' kooperazzjoni f'oqsma regolatorji, bħas-sikurezza, is-sigurtà kif ukoll l-ambjent. Huwa inkluda wkoll (Art. 21), responsabilità reċiproka lejn "espansjoni ulterjuri tal-opportunitajiet" li tkopri, fost l-oħrajn, il-progress futur fir-rigward tar-regoli dwar is-sjieda barranija.

Il-kisbiet

F'Lulju 2017, f'Washington, l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika ċċelebraw l-Anniversarju ta' Għaxar Snin mill-Ftehim UE-Stati Uniti dwar it-Trasport bl-Ajru. Huwa ġeneralment meqjus bħala kisba kbira. Is-suq Transatlantiku llum jgħodd 55 miljun passiġġier, li huwa żieda ta' 6.4 miljun passiġġier u 52 konnessjoniaktar bejn il-bliet milli kien hemm għaxar snin ilu.

Madankollu, għandu jiġi nnutat li s-sehem ikkombinat ta' passiġġieri li vvjaġġaw bejn ajruporti tal-UE u dawk tal-Istati Uniti niżel minn 61 % tat-total ta' passiġġieri fid-dinja fl-2000 għal 38 % fl-2015. Dan jirrifletti n-natura li qed tinbidel tas-swieq tal-avjazzjoni u l-ħtieġa għal kooperazzjoni eqreb aktar minn qatt qabel fl-avjazzjoni internazzjonali.

L-Istati Uniti u l-UE għadhom sal-lum is-swieq tal-avjazzjoni l-aktar żviluppati.

Il-proċedura

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru (ftehim tal-ewwel stadju) ġie ffirmat fil-25 u t-30 ta' April 2007, u ġie applikat b'mod proviżorju mit-30 ta' Marzu 2008.

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim fil-11 ta' Ottubru 2007.

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ġie ffirmat u japplika provviżorjament mill-24 ta' Ġunju 2010.

Il-proċess ta' ratifika tal-ftehim tlesta mill-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, f'Novembru tal-2014[4].

F'Ottubru 2015[5], il-Kummissjoni ppreżentat proposta emendata għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim, sabiex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u tal-fatt li sadattant, il-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija kienu saru Stati Membri tal-UE.

Wara reviżjoni mill-ġuristi-lingwisti tal-Kunsill, l-abbozz ta' deċiżjoni ppreżentat illum għall-approvazzjoni lill-Parlament jinkludi l-bidliet ġuridiċi meħtieġa mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fis-sentenza tagħha tat-28 ta' April 2015[6].

Sabiex jiġi konkluż il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew kif jesiġi l-Artikolu 218 tat-TFUE.

  • [1]  Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-13, is-16 u l-20 ta' April 2007
  • [2]  T6-0428/2007 u r-rapport tal-Kumitat TRAN A6-0320/2007.
  • [3]  Test tal-Ftehim, ĠU L 134, 25.5.2007, p.4; Test tal-Protokoll, ĠU L 223, 25.8.2010, p.1;
  • [4]  Dawn il-pajjiżi saru partijiet għall-Ftehim permezz tal-adeżjoni tagħhom mal-UE.
  • [5]  COM(2015)491 final, 13 ta' Ottubru 2015
  • [6] Il-Kawża C-28/12, Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill, Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla Manja) tat-28 ta' April 2015,

Skont l-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rakkomandazzjoni li tapprova jew tiċħad l-att propost. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni waħda u ma tista' titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-KE u l-Istati Uniti

Referenzi

13419/2016 – C8-0100/2017 – COM(2006)0169 – C6-0210/2007 – 2006/0058(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

7.6.2007

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.3.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Theresa Griffin

7.12.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Pavel Telička, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Jill Evans, Maria Grapini, Peter Kouroumbashev, Jozo Radoš, Olga Sehnalová

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Juan Fernando López Aguilar

Data tat-tressiq

27.11.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Gesine Meissner, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Peter Kouroumbashev, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Juan Fernando López Aguilar, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Olga Sehnalová, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Jill Evans

0

-

/

/

3

0

EFDD

Jill Seymour

ENF

Marie-Christine Arnautu

PPE

Dieter-Lebrecht Koch

Tifsira tas-simboli użati

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni