Proċedura : 2016/0282B(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0380/2017

Testi mressqa :

A8-0380/2017

Dibattiti :

PV 11/12/2017 - 16
CRE 11/12/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2017 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0476

RAPPORT     ***I
PDF 1279kWORD 113k
28.11.2017
PE 613.584v01-00 A8-0380/2017

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemendaw ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0605 – C8-0404/2017 – 2016/0282B(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Albert Deß

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2016)0605 – C8-0404/2017 – 2016/0282B(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0605),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Novembru 2017 li taqsam il-proposta tal-Kummissjoni u li tawtorizza lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jfassal rapport leġiżlattiv separat għad-dispożizzjonijiet b'rabta mal-mandat ta' dan il-Kumitat, b'mod partikolari l-Artikoli 267 sa 270 u 275 tal-proposta tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u (3) u l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2017 tas-26 ta' Jannar 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Mejju 2017(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0211/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0380/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jissottolinja li l-qsim tal-proposta tal-Kummissjoni għandu l-għan li jippermetti li d-dispożizzjonijiet b'rabta mal-mandat tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018 u li l-parti li jkun jifdal mill-proposta tal-Kummissjoni(4) tiġi eżaminata fi stadju suċċessiv;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(5)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE) 2017/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' …

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/ 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/ 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-punt (b) l-Artikolu 168(4) ▌ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri(6),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(7),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(8),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(9),

Billi:

(1)  Sabiex jiġu żgurati ċertezza legali u implimentazzjoni armonizzata u nondiskriminatorja tal-appoġġ lil bdiewa żgħażagħ, jeħtieġ li fil-kuntest tal-iżvilupp rurali jkun previst li d-"data tal-istabbiliment", imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u f'regoli rilevanti oħrajn, tfisser id-data meta l-applikant iwettaq jew ilesti azzjoni relatata mal-istabbiliment għall-ewwel darba u li l-applikazzjoni għall-appoġġ trid tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 24 xahar wara dik id-data. Barra minn hekk, l-esperjenza min-negozjati tal-programmi wriet li r-regoli għall-istabbiliment konġunt ta' bdiewa żgħażagħ u l-limiti għall-aċċess għall-appoġġ meħtieġa taħt l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu ċċarati, u li d-dispożizzjonijiet dwar id-durata tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandhom jiġu ssimplifikati.

(2)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' servizzi ta' konsulenza u taħriġ mill-Awtoritajiet ta' Ġestjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-istatus ta' benefiċjarju taħt dik il-miżura jiġi estiż għal dawk l-awtoritajiet, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-fornitur tas-servizz jintgħażel minn korp funzjonalment indipendenti minn dawk l-awtoritajiet u li l-verifiki jitwettqu fil-livell tal-fornitur tal-konsulenza jew tat-taħriġ.

(3)  Bil-ħsieb li tiġi inċentivata l-parteċipazzjoni fi skemi ta' kwalità, jenħtieġ li l-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li jieħdu sehem f'tali skemi fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ ikunu eliġibbli għal perijodu ta' żmien ta' mhux aktar minn ħames snin, filwaqt li jittieħed kont dovut taż-żmien tal-parteċipazzjoni inizjali fl-iskema.

(4)  Sabiex ikunu attraenti biżżejjed għas-settur privat, hu essenzjali li l-istrumenti finanzjarji jkunu mfassla u implimentati b'mod flessibbli u trasparenti. Madankollu, l-esperjenza wriet li ċerti regoli dwar l-eliġibbiltà speċifiċi għall-miżuri jillimitaw l-użu ta' strumenti finanzjarji fil-programmi ta' żvilupp rurali, kif ukoll l-użu flessibbli ta' strumenti finanzjarji mill-maniġers ta' fondi. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi previst li ċerti regoli dwar l-eliġibbiltà speċifiċi għall-miżuri ma japplikawx għal strumenti finanzjarji. Għall-istess raġuni, xieraq ukoll li jiġi previst li l-appoġġ għall-bidu tal-istabbiliment lill-bdiewa żgħażagħ taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jista' jiġi pprovdut ukoll fil-forma ta' strumenti finanzjarji. Fid-dawl ta' dawk il-bidliet, jenħtieġ li jiġi previst li, fejn l-appoġġ għall-investimenti taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, l-investiment irid jikkontribwixxi għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.

(5)  Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv b'rabta mal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' ebda finanzjament doppju fir-rigward tal-ekoloġizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw tnaqqis medju, fiss għall-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu t-tip ta' operazzjoni jew submiżura kkonċernata.

(6)  Illum il-ġurnata l-bdiewa huma esposti għal riskji ekonomiċi dejjem akbar bħala konsegwenza tal-iżviluppi fis-suq. Madankollu, dawk ir-riskji ekonomiċi ma jaffettwawx lis-setturi agrikoli kollha bl-istess mod. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li, f'każijiet debitament ġustifikati, jgħinu lill-bdiewa permezz ta' għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, b'mod partikolari għal setturi milqutin minn tnaqqis qawwi fid-dħul li jkollu impatt ekonomiku qawwi għal qasam rurali speċifiku, dment li t-tnaqqis fid-dħul jaqbeż limitu ta' mill-inqas 20 %. Sabiex jiġi żgurat li l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur hija effikaċi u adattata għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jiddefinixxu, fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom, id-dħul li għandu jittieħed kont tiegħu għall-attivazzjoni tal-għodda, b'mod flessibbli.

Fl-istess waqt, u sabiex jiġi promoss l-użu ta' assigurazzjoni mill-bdiewa, jenħtieġ li l-limitu għat-tnaqqis fil-produzzjoni applikabbli għall-assigurazzjoni jonqos għal 20 %. Barra minn hekk, sabiex tiġi sorveljata n-nefqa li ssir taħt l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur u l-assigurazzjoni, jenħtieġ li jiġi adattat il-kontenut tal-pjan finanzjarju tal-programm. ▌

(7)  L-obbligu ta' rapportar speċifiku għall-miżura ta' ġestjoni tar-riskju fl-2018 imsemmi fl-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 diġà huwa kopert mir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni (PAK) imsemmi fl-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Għaldaqstant, jenħtieġ li jitħassar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(8)  Rigward il-fondi mutwi għal bdiewa tas-setturi kollha, jidher li l-projbizzjoni ta' kwalunkwe kontribuzzjoni minn fondi pubbliċi għal stokk kapitali inizjali stabbilita fl-Artikoli 38(3) u 39(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ixxekkel il-funzjonament effettiv ta' dawk il-fondi. Għaldaqstant jenħtieġ li titħassar dik il-projbizzjoni. Huwa wkoll xieraq li jiġu estiżi l-oqsma li jistgħu jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, sabiex il-kontribuzzjonijiet ikunu jistgħu jissupplimentaw il-pagamenti annwali fil-fondi, kif ukoll jirrelataw mal-istokk kapitali tagħhom.

(9)  L-appoġġ għall-investimenti għall-irkupru tal-potenzjal ta' produzzjoni wara diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi taħt il-punt (b) tal-Artikolu 18(1) u taħt il-punt (d) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 normalment jingħata lill-applikanti eliġibbli kollha. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jiddefinixxu l-kriterji tal-għażla għall-operazzjonijiet ta' rkupru. Barra minn hekk, f'każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkunx possibbli li jiġu ddefiniti kriterji tal-għażla minħabba l-għamla tal-operazzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu metodi tal-għażla alternattivi.

(10)  L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiddefinixxi r-rati massimi tal-kontribuzzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Sabiex tittaffa l-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali ta' ċerti Stati Membri u sabiex jiġu aċċellerati investimenti tassew meħtieġa f'Ċipru, jenħtieġ li r-rata massima tal-kontribuzzjoni ta' 100 % imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 59(4) tiġi estiża sa meta jagħlaq il-programm. Barra minn hekk, jenħtieġ li referenza għar-rata ta' kontribuzzjoni speċifika introdotta fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) għall-istrument finanzjarju l-ġdid imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tissemma fl-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(11)  Skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programmi tista' tibda mid-data li fiha seħħ id-diżastru naturali. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà li n-nefqa ssir eliġibbli qabel is-sottomissjoni ta' emenda għall-programm tiġi estiża għal ċirkustanzi oħrajn, bħal avvenimenti katastrofiċi jew bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun ▌.

(12)  Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fir-rigward ta' investimenti fis-settur agrikolu, hija biss dik in-nefqa mġarrba wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni li tkun eliġibbli. F'każijiet, madankollu fejn l-investiment ikun relatat ma' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jipprevedu fil-programmi tagħhom li n-nefqa mġarrba wara li jseħħ l-avveniment tkun eliġibbli, sabiex jiġi żgurat ir-rispons flessibbli u f'waqtu tagħhom għal tali avvenimenti. Sabiex jiġi provdut appoġġ effiċjenti għal operazzjonijiet ta' emerġenza mwettqa mill-Istati Membri bħala rispons għal avvenimenti li okkorrew fl-aħħar snin, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

(13)  Sabiex jiżdied l-użu tal-għażliet tal-kost issimplifikati msemmijin fil-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jeħtieġ li r-regoli speċifiċi għall-FAEŻR stabbiliti fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu limitati għal għajnuna mogħtija skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), rigward id-dħul mitluf u l-kostijiet tal-manutenzjoni, u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(14)  L-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-programm ta' żvilupp rurali dwar il-kriterji tal-għażla fi żmien erba' xhur mill-approvazzjoni tal-programm. Dan joħloq obbligu indirett sabiex l-Istati Membri jkunu ddefinixxew il-kriterji tal-għażla kollha sa dik id-data anki għas-sejħiet għall-applikazzjoni li jitnedew sussegwentement. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv żejjed, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi finanzjarji jintużaw bl-aħjar mod possibbli, ▌ jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu l-kriterji tal-għażla u jitolbu l-opinjoni tal-Kumitat ta' Monitoraġġ fi kwalunkwe waqt qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal applikazzjonijiet.

(15)  Bil-ħsieb li jiżdied l-użu tal-assigurazzjoni fuq l-uċuħ tar-raba', tal-annimali u tal-pjanti, u tal-fondi mutwi u l-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul, jenħtieġ li l-perċentwal massimu ta' appoġġ pubbliku inizjali jiżdied minn 65 % sa 70 %.

(16)  Id-dixxiplina finanzjarja tintuża sabiex jiġi żgurat li l-baġit għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) jikkonforma mal-limiti massimi rispettivi tal-qafas finanzjarju pluriennali u sabiex tiġi stabbilita r-riserva għal kriżijiet fis-settur agrikolu. Minħabba l-karattru tekniku tad-determinazzjoni tar-rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti u r-rabtiet inerenti tagħha mal-istimi tan-nefqa tal-Kummissjoni stipulati fl-abbozz tal-baġit annwali tagħha, il-proċedura għall-issettjar tar-rata ta' aġġustament għandha tiġi ssimplifikata billi l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tadottaha skont il-proċedura konsultattiva. ▌

(17)  Sabiex jiġu armonizzati r-regoli dwar id-diżimpenn awtomatiku stabbiliti fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li d-data sa meta l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar eċċezzjonijiet għad-diżimpenn, imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tiġi adattata.

(18)  Sabiex tiġi prevista ▌ ċarezza legali rigward it-trattament tal-irkupri ġġenerati mit-tnaqqis temporanju taħt l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dan tal-aħħar għandu jkun inkluż fil-lista ta' sorsi tad-dħul assenjat taħt l-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament.

(19)  Fl-interess tas-simplifikazzjoni amministrattiva, huwa xieraq li l-limitu, li taħtu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipproċedux għall-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti, jiżdied minn EUR 150 għal EUR 250 dment li l-Istat Membru japplika limitu ugwali jew ogħla biex ma jipproċedix għall-irkupru ta' djun nazzjonali.

(20)  Huwa xieraq li jiġi żgurat li ċ-ċaħda jew l-irkupru ta' pagamenti bħala riżultata ta' nonkonformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku jirriflettu l-gravità ta' tali nonkonformità u jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif espress, pereżempju, fil-linji gwida rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji fin-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża għan-nonkonformità mat-tali regoli. Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li tali nonkonformità taffettwa l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet biss bl-istess livell.

(21)  Sabiex jonqos il-piż amministrattiv għall-bdiewa ż-żgħar, jenħtieġ li tiġi introdotta deroga oħra, li teżenta lill-bdiewa ż-żgħar milli jiddikjaraw irqajja' li fuqhom ma saritx applikazzjoni għal pagament.

(22)  Fir-rigward ta' diffikultajiet prattiċi u speċifiċi li rriżultaw mill-armonizzazzjoni tal-iskadenzi għall-pagamenti għal pagamenti relatati mal-erja bejn l-FAEG u l-FAEŻR, jenħtieġ li l-perijodu tranżizzjonali jiġi estiż b'sena oħra. Madankollu, fir-rigward tal-miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-erja, sabiex jinżamm il-fluss tal-flus tal-bdiewa, jenħtieġ li jibqgħu possibbli l-pagamenti bil-quddiem qabel is-16 ta' Ottubru.

(23)  Sabiex tiġi akkomodata d-diversità tas-sistemi agrikoli fl-Unjoni, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jikkunsidraw il-ħrit, li huwa rilevanti għall-aspetti agronomiċi u ambjentali, bħala kriterju li jintuża għall-klassifikazzjoni ta' bwar permanenti.

(24)  Ċerti arbuxelli jew siġar li mhumiex għar-ragħa diretta tal-annimali jistgħu xorta jipproduċu għalf tal-annimali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jinkludu dawk l-arbuxelli jew siġar f'bur permanenti fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti, fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu.

(25)  Sabiex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni qabel l-2018 tal-art li titħalla tistrieħ bħala raba', li kienet stabbilita għal ħames snin jew aktar, u biex tingħata ċertezza lill-bdiewa kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-klassifikazzjoni tagħha bħala raba' fl-2018.

(26)  L-art li tista' tkun għar-ragħa, fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti, u fejn il-prattiki tar-ragħa la huma tradizzjonali fil-karattru tagħhom u lanqas mhuma importanti għall-konservazzjoni ta' bijotopi u ħabitat, tista' madankollu jkollha valur ta' ragħa rilevanti f'ċerti erjas. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iqisu dawk l-erjas bħala bwar permanenti fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu.

(27)  L-esperjenza miksuba fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) uriet li ċerti Stati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja ma użawx l-ammont sħiħ tal-fondi disponibbli taħt il-limiti massimi baġitarji stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1089(14). L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku diġà għandhom il-possibbiltà, sa ċerti limiti, li jiddistribwixxu intitolamenti għal pagamenti għal valur ogħla mill-ammont disponibbli għall-iskema ta' pagament bażiku sabiex jiżguraw użu aktar effiċjenti tal-fondi. L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għandhom jitħallew ukoll, fi ħdan l-istess limiti komuni u mingħajr ħsara għar-rispett tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti, jikkalkolaw l-ammont neċessarju li bih jista' jiżdied il-limitu massimu tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja tagħhom.

(28)  Ċerti Stati Membri joperaw reġistri nazzjonali fiskali jew tas-sigurtà soċjali li fihom il-bdiewa huma rreġistrati għall-attivitajiet agrikoli tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jeskludu mill-eliġibilità għal pagamenti diretti bdiewa li mhumiex irreġistrati skont il-każ.

(29)  Minħabba li l-esperjenza miksuba fil-passat uriet li f'għadd ta' każijiet l-appoġġ ingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-fini ta' negozju tagħhom ma kienx, jew kien biss marġinalment, immirat lejn attività agrikola, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 introduċa l-klawżola tal-bidwi attiv. Taħt dan, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jagħtu pagamenti diretti lil ċerti persuni sakemm tali persuni ma jkunux jistgħu juru li l-attività agrikola tagħhom mhijiex marġinali. Madankollu, l-esperjenza sussegwenti turi li ▌ l-implimentazzjoni tat-tliet kriterji sabiex wieħed jitqies bħala bidwi attiv, elenkati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 , irriżultat diffiċli għal ħafna Stati Membri. Sabiex jonqos il-piż amministrattiv assoċjat mal-implimentazzjoni ta’ dawk it-tliet kriterji, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li wieħed jew tnejn minnhom biss isiru disponibbli biex jintwera li persuna hija bidwi attiv. ▌

(30)  Barra minn hekk, l-esperjenza ta' xi Stati Membri hija li d-diffikultajiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-elementi relatati mal-lista ta' attivitajiet jew negozji kif previst fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kienu akbar mill-benefiċċju tal-esklużjoni ta' għadd limitat ħafna ta' benefiċjarji li mhumiex attivi mill-iskemi ta' appoġġ dirett. Meta Stat Membru iqis li dan huwa l-każ, jenħtieġ li jkun jista' jwaqqaf l-applikazzjoni tal-Artikolu 9 fir-rigward tal-lista ta' attivitajiet jew.

(31)  Huwa xieraq li jkun espliċitu li l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri biex jirrieżaminaw, fuq bażi annwali, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tnaqqis tal-parti tal-pagament bażiku li għandu jingħata lill-bdiewa ta' aktar minn EUR 150 000, dment li tali rieżami ma jwassalx għal tnaqqis tal-ammonti disponibbli għall-iżvilupp rurali.

(32)  Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw l-appoġġ taħt il-PAK għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jenħtieġ li huma jingħataw opportunitajiet xierqa sabiex jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom dwar it-trasferiment ta' fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom u viċe versa. Għaldaqstant jenħtieġ li huma jingħataw il-possibbiltà wkoll li jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom b'effett mis-sena kalendarja 2019, dment li kwalunkwe talideċiżjoni ma tinvolvix xi tnaqqis fl-ammonti assenjati għall-iżvilupp rurali.

(33)  Minbarra l-użu ta' tnaqqis lineari tal-valur tal-intitolamenti għal pagamenti taħt l-iskema ta' pagament bażiku sabiex jerġgħu jimtlew ir-riżervi nazzjonali jew reġjonali biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' bdiewa żgħażagħ u bdiewa li jkunu qed jibdew l-attività agrikola tagħhom fl-iskema ta' appoġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw ukoll l-istess mekkaniżmu biex jiġu ffinanzjati miżuri meħuda biex jiġi evitat l-abbandun tal-art u biex il-bdiewa jiġu kkumpensati għal żvantaġġi speċifiċi.

(34)  Sabiex tiġi ssimplifikata u tittejjeb il-konsistenza bejn ir-regoli applikabbli għall-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni mill-obbligu tal-erja b'fokus ekoloġiku applikabbli għal azjendi li jikkultivaw uċuħ tar-raba' leguminużi bħala l-uniċi uċuħ tar-raba' jew flimkien ma' ħaxix jew foraġġ erbaċew jew ieħor jew art li titħalla tistrieħ fuq aktar minn 75 % tar-raba' skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tiġi estiża għall-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'.

(35)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-mod kif jitqiesu diversi tipi ta' uċuh tar-raba', minħabba s-sehem sostanzjali tagħhom fl-erjas, relattivament għar-rekwiżit ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', jenħtieġ li l-flessibilità fl-applikazzjoni tar-regoli ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tiġi estiża biex tinkludi l-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sostanzjali tas-sena jew għal parti sostanzjali taċ-ċiklu tal-uċuħ tar-raba'.

(36)  Sabiex jiġu razzjonalizzati l-eżenzjonijiet eżistenti mill-obbligu ta' diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, applikabbli għal art użata predominantement għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' leguminużi jew il-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma, jew li hija predominantement art li titħalla tistrieħ jew bur permanenti, u b'hekk biex jiġi previst trattament indaqs għall-bdiewa kollha bl-istess proporzjonijiet tal-użu tal-art, jenħtieġ li l-limitu massimu ta' 30 ettaru ta' raba' ma jkunx aktar applikabbli.

(37)  Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċità agronomika tat-Triticum spelta, jenħtieġ li titqies bħala wiċċ tar-raba' għall-fini tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(38)  Sabiex jiġu razzjonalizzati l-eżenzjonijiet eżistenti mill-obbligu ta' erja b'fokus ekoloġiku stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu  46(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, applikabbli għal art użata predominantement għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, jew għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' leguminużi jew il-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' taħt l-ilma, jew li hija predominantement art li titħalla tistrieħ jew bur permanenti, jenħtieġ li l-limitu massimu ta' 30 ettaru ta' raba' ma jkunx aktar applikabbli.

(39)  Fid-dawl tal-potenzjal għal benefiċċji ambjentali indiretti għall-bijodiversità li jistgħu jiġu pprovduti minn ċerti uċuħ tar-raba' permanenti, jenħtieġ li l-lista tat-tipi ta’ erjas b'fokus ekoloġiku stabbilita fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tiġi estiża biex tinkludi Miscanthus u Silphium perfoliatum.

Fid-dawl tal-fatt li t-tip ta' kopertura ta' veġetazzjoni jista' jaffettwa l-kontribut għall-bijodiversità mill-art li titħalla tistrieħ, jenħtieġ li l-art li titħalla tistrieħ għal pjanti li jipproduċu l-għasel tiġi rikonoxxuta bħala erja b'fokus ekoloġiku distinta.

Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fatturi ta' ppeżar għal Miscanthus, Silphium perfoliatum u art li titħalla tistrieħ għal pjanti li jipproduċu l-għasel. Jenħtieġ li fatturi ta' ppeżar jiġu stabbiliti b'tali mod li jirrifletti l-importanza differenti tagħhom għall-bijodiversità. L-introduzzjoni ta' tipi addizzjonali ta' erjas b'fokus ekoloġiku teħtieġ il-fatturi ta' ppeżar eżistenti għal erja b'uċuħ tar-raba' li jiffissaw in-nitroġenu u għal imsajġar ta' rotazzjoni qasira li jridu jiġu adattati sabiex jirriflettu l-bilanċ ġdid bejn it-tipi kollha ta' erja b'fokus ekoloġiku.

(40)  L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' appoġġ għal bdiewa żgħażagħ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 uriet li, f'ċerti każijiet, bdiewa żgħar ma jistgħux jibbenefikaw mill-ħames snin sħaħ ta' appoġġ. Filwaqt li l-attenzjoni ewlenija ta' dak l-appoġġ tibqa' fuq attività ekonomika ġdida minn żgħażagħ li jkunu qed jibdew l-attivitajiet ta' biedja tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess ta' bdiewa żgħażagħ għall-ħames snin sħaħ ta' pagamenti għal bdiewa żgħażagħ anke f'każijiet fejn il-bdiewa żgħażagħ ma applikawx għall-appoġġ immedjatament wara l-istabbiliment.(41)  Xi Stati Membri vvalutaw li l-pagament ipprovdut lill-bdiewa żgħażagħ skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa insuffiċjenti biex jirrispondi adegwatament għall-isfidi finanzjarji tal-istabbiliment inizjali u l-aġġustament strutturali tal-azjendi agrikoli stabbiliti mill-bdiewa żgħażagħ. Biex jitjiebu aktar il-prospetti għall-parteċipazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ fil-biedja, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li jżidu l-perċentwali applikata biex jiġi kkalkolat l-ammont ta' pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-medda ta' bejn 25 % u 50 % u irrispettivament mill-metodu ta' kalkolu applikat. Jenħtieġ li tali deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għal-limitu ta' 2 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jiġi ffinanzjat il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ.

(42)  Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza fir-rigward tal-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-karatteristika ta' limitazzjoni tal-produzzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju, huwa xieraq li jiġi riformulat l-Artikolu 52(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Billi r-riformulazzjoni tirrifletti l-prattika attwali mill-1 ta'  Jannar 2015 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, huwa xieraq li tkun tapplika mis-sena ta' pretensjoni 2015.

(43)  Sabiex tiġi żgurata l-akbar konsistenza possibbli bejn skemi tal-Unjoni li għandhom fil-mira setturi li, f'ċerti snin, huma mmarkati bi żbilanċi strutturali fis-suq, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jippermettu l-Istati Membri jiddeċiedu li l-appoġġ akkoppjat volontarju jista' jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata tali appoġġ f'perijodu ta' referenza fl-imgħoddi. ▌

(44)  Sabiex titjieb il-flessibbiltà fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju, jenħtieġ li jkun jista' jsir rieżami annwali mill-Istati Membri tad-deċiżjonijiet ta' appoġġ tagħhom b'effett mis-sena tat-talba 2019.

(45)  Wieħed mill-ostakli ewlenin għall-formazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, l-aktar fl-Istati Membri li għadhom lura fir-rigward tal-livell ta' organizzazzjoni, jidher li huwa n-nuqqas ta' fiduċja reċiproka u esperjenzi fl-imgħoddi. F'dan il-kuntest, l-ikkowċjar, fejn l-organizzazzjonijiet ta' produtturi li diġà qegħdin jaħdmu jiggwidaw lil organizzazzjonijiet ta' produtturi, gruppi ta' produtturi jew produtturi individwali ta' frott u ħxejjex oħrajn, jista' jpatti għal dak l-ostaklu u b'hekk jenħtieġ li jkun inkluż fost l-objettivi tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(46)  Minbarra l-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn, huwa xieraq ukoll li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet ta' kkowċjar maħsuba biex il-produtturi jitħeġġu jwaqqfu organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji sabiex jiġu rikonoxxuti u jkunu jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament sħiħ mill-Unjoni fi ħdan il-programmi operazzjonali ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi eżistenti.

(47)  Il-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet jenħtieġ li jiġu estiżi biex ikopru r-riforniment tal-fondi mutwi li, bħala strumenti ġodda, jistgħu jgħinu biex jiġu miġġielda l-kriżijiet, kif ukoll il-promozzjoni u l-komunikazzjoni sabiex jiġu diversifikati u kkonsolidati s-swieq tal-frott u l-ħxejjex.

(48)  Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura attwali li l-ewwel jiġu awtorizzati l-Istati Membri biex jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali addizzjonali lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi f'reġjuni tal-Unjoni fejn il-livell ta' organizzazzjoni huwa partikolarment baxx u mbagħad tiġi rimborżata parti mill-assistenza finanzjarja nazzjonali jekk jiġu rrispettati kondizzjonijiet ulterjuri, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ġdida għal Stati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni jkun sew taħt il-medja tal-Unjoni. ▌Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-proċedura kurrenti għas-sistema l-ġdida, jenħtieġ li jsir provvediment għal perijodu tranżizzjonali ta' sena. Is-sistema l-ġdida għalhekk jenħtieġ li ssir applikabbli mill-1 ta' Jannar 2019.

(49)  Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ispirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kontra r-riskji ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw ir-regoli dwar awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli adatt għall-produzzjoni ta' nbejjed b'indikazzjoni ġeografika anke għal inbejjed li huma adattati għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika.

(50)  L-użu ta' kuntratti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jista' jgħin biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-operaturi u tiżdied il-kuxjenza tagħhom dwar il-bżonn li jittieħed kont aħjar tas-sinjali tas-suq, biex titjieb it-trasmissjoni tal-prezzijiet u biex jadattaw il-provvista mad-domanda, kif ukoll jgħin biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali mhux ġusti. Sabiex jingħata inċentiv għall-użu ta' dawn il-kuntratti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib kif ukoll f'setturi oħrajn, il-produtturi, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu kuntratt bil-miktub, anki jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel l-użu ta' tali kuntratti obbligatorju.

(51)  Filwaqt li l-partijiet għal kuntratt għall-kunsinna ta' ħalib mhux ipproċessat huma liberi li jinnegozjaw l-elementi ta' tali kuntratti, l-Istati Membri li jagħmlu obbligatorju l-użu ta' kuntratti ngħataw l-opportunità li jimponu ċerti klawżoli kuntrattwali, b'mod partikolari id-durata minima tagħhom. Bl-għan li l-partijiet ikunu jistgħu jiksbu ċarezza kuntrattwali dwar il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-prezzijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jimponu fuq il-partijiet l-obbligu li jsir qbil dwar ir-relazzjoni bejn il-kwantità kkonsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-kunsinna.

(52)  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jaqdu rwoli utli fil-konċentrazzjoni tal-provvista, it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni, l-ippjanar u l-aġġustament tal-produzzjoni skont id-domanda, l-aħjar użu possibbli tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi, it-twettiq ta' riċerka, il-promozzjoni tal-aħjar prattiki u l-provvista ta' għajnuna teknika, il-ġestjoni tal-prodotti sekondarji u tal-għodod tal-ġestjoni tar-riskji disponibbli għall-membri tagħhom, biex b'hekk jagħtu kontribut għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-produtturi fil-katina alimentari. Għaldaqstant, l-attivitajiet tagħhom, inklużi n-negozjati kuntrattwali għall-forniment ta' prodotti agrikoli minn tali organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom meta jikkonċentraw il-provvista u jqiegħdu l-prodotti tal-membri tagħhom fis-suq, jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK stabbilita fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), peress li dawn isaħħu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari u jistgħu jikkontribwixxu għal funzjonament aħjar tal-katina tal-provvista alimentari. Ir-riforma tal-PAK fl-2013 saħħet ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. B'deroga mill-Artikolu 101 tat-TFUE, il-possibbiltà li jitwettqu attivitajiet bħall-ippjanar tal-produzzjoni, l-aħjar użu tal-ispejjeż, it-tqegħid tal-prodotti tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-suq u t-tmexxija ta' negozjati kuntrattwali għandha għalhekk tiġi regolata b'mod espliċitu bħala dritt ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fis-setturi kollha li għalihom ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dik id-deroga għandha tkopri biss organizzazzjonijiet ta' produtturi li ġenwinament jeżerċitaw attività mmirata lejn l-integrazzjoni ekonomika u li jikkonċentraw il-provvista u jqiegħdu l-prodotti tal-membri tagħhom fis-suq. Madankollu, minbarra l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFUE għal dawn l-organizzazzjonijiet ta' produtturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji sabiex ikun żgurat li tali attivitajiet ma jeskludux il-kompetizzjoni jew jipperikolaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 tat-TFUE. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jintervjenu f'każijiet bħal dawn u jiddeċiedu li tali attivitajiet jkollhom jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jsirux. Sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjoni tal-produtturi jenħtieġ li jitqiesu bħala legali. Jenħtieġ li l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jkunu jistgħu jiddependu, għall-attivitajiet li jwettqu huma stess, fuq id-deroga prevista fl-Artikolu 152(1a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sal-istess punt u taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(53)  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma rikonoxxuti f'settur speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, peress li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu joperaw f'aktar minn settur wieħed, u fl-interess li jiġi evitat piż amministrattiv minħabba l-obbligu li joħolqu diversi organizzazzjonijiet ta' produtturi għall-finijiet ta' rikonoxximent, jenħtieġ li jkun possibbli għal organizzazzjoni ta' produtturi li tikseb aktar minn rikonoxximent wieħed. Madankollu, f'tali każijiet, jenħtieġ li l-organizzazzjoni ta' produtturi inkwistjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' rikonoxximent għal kull wieħed mis-setturi kkonċernati.

(54)  B'kont meħud tar-rwol li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jaqdu fil-funzjonament aħjar tal-katina tal-provvista alimentari, il-lista ta' objettivi possibbli li jistgħu jippruvaw jilħqu dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri wkoll miżuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji marbuta mas-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u l-ambjent.

(55)  L-organizzazzjonijiet interprofessjonali huma rikonoxxuti f'settur speċifiku msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, peress li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu joperaw f'aktar minn settur wieħed u, fl-interess li jiġi evitat piż amministrattiv minħabba l-obbligu li joħolqu diversi organizzazzjonijiet interprofessjonali għall-finijiet ta' rikonoxximent, jenħtieġ li jkun possibbligħal organizzazzjoni interprofessjonali li tikseb aktar minn rikonoxximent wieħed. Madankollu, f'tali każijiet, jenħtieġ li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' rikonoxximent għal kull wieħed mis-setturi kkonċernati.

(56)  Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasmissjoni aħjar tas-sinjali tas-suq u jissaħħu r-rabtiet bejn il-prezzijiet tal-produtturi u l-valur miżjud tul il-katina ta' provvista, jenħtieġ li l-bdiewa, inklużi l-assoċjazzjonijiet ta' bdiewa, jkunu jistgħu jaqblu mal-ewwel xerrej tagħhom dwar il-klawżoli tal-kondiviżjoni tal-valuri, fosthom il-qligħ u t-telf tas-suq. Peress li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jkollhom rwol importanti biex ikun jista' jsir djalogu bejn l-atturi fil-katina tal-provvista, u fil-promozzjoni tal-aħjar prattiki u tat-trasparenza tas-suq, jenħtieġ li jitħallew jistabbilixxu klawżoli standard tal-kondiviżjoni tal-valuri. Madankollu, l-użu ta' klawżoli tal-kondiviżjoni tal-valuri min-naħa tal-bdiewa, l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u l-ewwel xerrej tagħhom jenħtieġ li jibqa' volontarju.

(57)  L-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 188 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ▌ uriet li l-bżonn li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni ta' proċessi sempliċi u matematiċi marbutin mal-mod kif jiġu allokati l-kwoti jinvolvi ħafna xogħol u riżorsi intensivi mingħajr ebda vantaġġ speċifiku marbut mat-tali approċċ. Fil-fatt il-Kummissjoni ma għandha ebda marġni ta' diskrezzjoni f'dan il-kuntest peress li l-formula relatata diġà hija stabbilita mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006(16). Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġi ssimplifikat il-proċess relatat, jenħtieġli jiġi previst li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji ▌ permezz ta' pubblikazzjoni adatta fuq il-web. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika li tipprovdi li l-Istati Membri jenħtieġ li joħorġu liċenzji biss wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-allokazzjoni mill-Kummissjoni.

(58)  Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-Artikolu 209 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jew tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà li tintalab l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet ta' bdiewa jew ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet tagħhom mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 tat-TFUE.

(59)  Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv u f'waqtu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jippermettu ftehimiet u deċiżjonijiet kollettivi biex temporanjament jistabbilizzaw is-setturi kkonċernati fi żminijiet ta' żbilanċi serji fis-swieq, jenħtieġ li l-possibbiltajiet għal tali azzjonijiet kollettivi jiġu estiżi għall-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa. Barra minn hekk, jenħtieġu li tali miżuri temporanji ma jibqgħux jiġu awtorizzati bħala l-aħħar opzjoni iżda jistgħu jikkomplementaw l-azzjoni tal-Unjoni fil-kuntest tal-intervent pubbliku, il-ħżin privat u l-miżuri eċċezzjonali previsti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(60)  Billi huwa xieraq li s-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib jibqa' jiġi megħjun fit-transizzjoni tiegħu bħala riżultat ta' tmiem is-sistema tal-kwoti u li jiġi nkoraġġit jirreaġixxi b'mod aktar effettiv għall-fluttwazzjonijiet fis-swieq u fil-prezzijiet, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jsaħħu l-arranġamenti kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ma jibqgħux ikollhom data ta' tmiem.

(61)  Is-swieq agrikoli jenħtieġ li jkunu trasparenti u l-informazzjoni dwar il-prezzijiet jenħtieġ li tkun aċċessibbli u utli għal dawk kollha involuti.

(62)  L-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 uriet li l-bżonn li jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni għall-approvazzjoni ta' żidiet ristretti fil-limiti tal-arrikkiment tal-inbid, li huma tekniċi u ta' natura nonkontroversjali, jinvolvi ħafna xogħol u riżorsi mingħajr ebda vantaġġ speċifiku marbut mat-tali approċċ. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat u jiġi ssimplifikat il-proċess jenħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dik id-deroga għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

(63)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) jipprevedi l-possibbiltà li l-impenji baġitarji jinqasmu f’pagamenti annwali biss fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ programmi nazzjonali pluriennali għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi, għal programmi ta' stħarriġ dwar il-presenza tal-pesti u għal programmi dwar il-kontroll tal-pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, dik il-possibbiltà teħtieġ li tiġi estiża għall-azzjonijiet l-oħrajn previsti f’dak ir-Regolament.

(64)  Sabiex ikun possibbli li l-emendi previsti f'dan ir-Regolament jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(65)  Jenħtieġ għalhekk li r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/ 2013, (UE) Nru 1308/ 2013 u (UE) Nru 652/2014 jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (n) jinbidel b'dan li ġej:

"(n)  'bidwi żagħżugħ' tfisser persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f'azjenda agrikola bħala l-kap ta' dik l-azjenda; l-istabbiliment jista' jsir b'mod individwali jew b'mod konġunt ma' bdiewa oħrajn, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu;";

(b)  jiżdied il-punt li ġej:

"(s)  'data ta' stabbiliment' tfisser id-data li fiha l-applikant iwettaq jew ilesti azzjoni jew azzjonijiet relatati mal-istabbiliment imsemmi fil-punt (n).";

(2)  fl-Artikolu 8(1)(h), il-punt (h)(ii) jinbidel b'dan li ġej:

"(ii)  tabella li, għal kull miżura, għal kull tip ta' operazzjoni b'rata ta' kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, għal kull tip ta' operazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) u fl-Artikolu 39a u għall-assistenza teknika, tistabbilixxi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ppjanata u r-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR. Fejn applikabbli, din it-tabella għandha tindika b'mod separat ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għar-reġjuni anqas żviluppati u għal reġjuni oħra;" ▌;

(3)  fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.  L-ispejjeż eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu l-ispejjeż tal-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni. L-infrastruttura installata b'riżultat ta' dimostrazzjoni tista' tintuża wara li titlesta l-operazzjoni. Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni, l-appoġġ jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-investiment relatati. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għas-sussistenza tal-parteċipanti kif ukoll l-ispiża għas-sostituzzjoni tal-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli wkoll għall-appoġġ. L-ispejjeż kollha identifikati taħt dan il-paragrafu għandhom jitħallsu lill-benefiċjarju.";

(4)  l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

  (a)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  Il-benefiċjarju tal-appoġġ previst skont il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun jew il-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ jew l-Awtorità ta' Ġestjoni. Fejn l-Awtorità ta' Ġestjoni tkun il-benefiċjarju, il-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ għandu jintgħażel minn korp li jkun funzjonalment indipendenti mill-Awtorità ta' Ġestjoni. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lill-awtorità jew lill-korp magħżul biex jorganizza s-servizz tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, tas-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli, tal-konsultazzjoni dwar l-azjendi agrikoli jew tal-konsultazzjoni dwar il-forestrija.";

  (b)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"3.  L-awtoritajiet jew il-korpi magħżula biex jipprovdu pariri għandu jkollhom ir-riżorsi adatti fil-forma ta' persunal kwalifikat u mħarreġ regolarment, u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li dwarhom huma jagħtu pariri. Il-fornituri taħt din il-miżura għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa għal korpi kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati. Dik il-proċedura tal-għażla għandha tkun oġġettiva u għandha teskludi kandidati b'kunflitti ta' interess.";

  (c)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3a.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-Artikolu 65(1), iwettqu l-kontrolli kollha fil-livell tal-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ.";

(5)  l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

  (a)  il-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b' dan li ġej:

"1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri l-parteċipazzjoni ġdida, jew il-parteċipazzjoni minn bdiewa jew minn gruppi ta' bdiewa fil-ħames snin preċedenti, minn bdiewa u gruppi ta' bdiewa, jew il-parteċipazzjoni minn bdiewa, fi:";

  (b)  il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2.  L-appoġġ taħt din il-miżura jista' jkopri wkoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' għoti ta' informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta' produtturi, fir-rigward ta' prodotti koperti minn iskema ta' kwalità li tirċievi appoġġ f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, dawn l-attivitajiet jistgħu biss jiġu implimentati fis-suq intern.

3.  L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 għandu jingħata bħala pagament annwali ta' inċentiv, li l-livell tiegħu għandu jiġi determinat skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skemi appoġġati, għal durata massima ta' ħames snin.

Fil-każ tal-parteċipazzjoni inizjali qabel ma ssir l-applikazzjoni għal appoġġ taħt il-paragrafu 1, id-durata massima ta' ħames snin għandha titnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn il-parteċipazzjoni inizjali fi skema ta' kwalità u l-mument meta ssir l-applikazzjoni għall-appoġġ.".

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, "spejjeż fissi" tfisser l-ispejjeż imġarrba għas-sħubija fi skema tal-kwalità appoġġata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn meħtieġ, in-nefqa għall-verifiki meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "bidwi" tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.";

(6)  l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b)  jikkonċernaw l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-TFUE jew il-qoton, minbarra l-prodotti tas-sajd; ir-rendiment tal-proċess ta' produzzjoni jista' jkun prodott mhux kopert minn dak l-Anness; fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, il-prodott inizjali jista' jkun ukoll prodott mhux kopert minn dak l-Anness I bil-kondizzjoni li l-investiment jikkontribwixxi għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;";

(b)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.  Jista' jingħata appoġġ lil bdiewa żgħażagħ li jistabbilixxu azjenda agrikola għall-ewwel darba bħala kapijiet tal-azjenda fir-rigward ta' investimenti biex ikunu konformi mal-istandards tal-Unjoni li japplikaw għall-produzzjoni agrikola, inkluża s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Tali appoġġ jista' jingħata għal mhux aktar minn 24 xahar mid-data tal-istabbiliment kif imsemmi fil-programm ta' żvilupp rurali, jew sa meta jitlestew l-azzjonijiet definiti fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 19(4).";

(7)  l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.  L-applikazzjoni għal appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data ta' stabbiliment.

L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandha tibda sa mhux aktar tard minn disa' xhur mid-data tad-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta' ħames snin.

▌Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jipprevedi li l-bidwi żagħżugħ jikkonforma mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fi żmien 18-il xahar mid-data tad-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-azzjoni jew azzjonijiet imsemmija fil-punt (s) tal-Artikolu 2(1) fil-programmi ta' żvilupp rurali.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi għal kull benefiċjarju jew azjenda sabiex jagħtu aċċess għal appoġġ taħt il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. Il-limitu minimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jkun ogħla mil-limitu massimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1. L-appoġġ għandu jkun limitat għal azjendi li jaqgħu fid-definizzjoni ta' impriżi mikro u żgħar.";

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4a.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista' jingħata wkoll fil-forma ta' strumenti finanzjarji, jew bħala taħlita ta' għotjiet u strumenti finanzjarji.";

(c)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.  L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitħallas f'tal-anqas żewġ pagamenti. Il-pagamenti jistgħu jkunu digressivi. Il-ħlas tal-aħħar pagament taħt il-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.";

(8)  fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4.  Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.";

(9)  l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

  (a)  it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 23

L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta' sistemi agroforestali";

  (b)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lill-ġesturi privati tal-art, lill-muniċipalitajiet u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment, tar-riġenerazzjoni u/jew tar-rinnovament u primjum annwali għal kull ettaru li jkopri l-ispejjeż ta' manutenzjoni, għal perijodu massimu ta' ħames snin.";

(10)  l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Meta jikkalkulaw il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat lill-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu t-tip ta' operazzjoni kkonċernat.”;

(b)  il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:

"9.  L-appoġġ jista' jingħata għall-konservazzjoni u għall-użu u żvilupp sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, inklużi riżorsi mhux indiġeni, għal operazzjonijiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet taħt il-paragrafi 1 sa 8. Tali impenji jistgħu jitwettqu minn benefiċjarji li mhumiex dawk imsemmijin fil-paragrafu 2.";

(11)  l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata, għal kull ettaru ta' żona agrikola, lil bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jbiddlu jew iżommu prattiki u metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u li huma bdiewa attivi skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.";

(b)  fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Meta jikkalkulaw il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat lill-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-submiżuri kkonċernati.";

(12)  fl-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"1.  Meta jikkalkulaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat għall-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-submiżuri kkonċernati.";

(13)  l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  Il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jwettqu l-attività agrikola tagħhom fiż-żoni indikati skont l-Artikolu 32 u huma bdiewa attivi fit-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.";

  (b)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"5.  Minbarra l-pagamenti previsti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti taħt din il-miżura bejn l-2014 u l-2020 lil benefiċjarji f'żoni li kienu eliġibbli taħt l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 matul il-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Għal benefiċjarji f'żoni li m'għadhomx eliġibbli b'segwitu għad-delimitazzjoni ġdida msemmija fl-Artikolu 32(3), dawk il-pagamenti għandhom ikunu digressivi matul perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin. Dak il-perijodu għandu jibda fid-data li fiha tintemm id-delimitazzjoni skont l-Artikolu 32(3) u mhux aktar tard mill-2019. Dawk il-pagamenti għandhom jibdew b'mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju stabbilit fil-programm għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'konformità mal-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u għandhom jintemmu mhux aktar tard mill-2020 b'mhux aktar minn 20 %. Meta l-applikazzjoni tar-riżultati ta' digressività fil-livell tal-pagament jilħaq EUR 25, l-Istat Membru jista' jkompli bil-pagamenti f'dak il-livell sa meta jintemm il-perijodu ta' tneħħija gradwali.";

(14)  fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  Il-pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali taħt din il-miżura għandhom jingħataw lil bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f’wieħed jew aktar impenji għat-trattament xieraq tal-annimali u li huma bdiewa attivi fit-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.";

(15)  l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

"(c)  għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa tas-setturi kollha għal meta jkun hemm tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.";

(ii)  jiżdied il-punt li ġej:

"(d)  għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa ta' settur speċifiku għal meta jkun hemm tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.";

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "bidwi" tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.";

(c)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.  Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, 'fond mutwu' tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex il-bdiewa affiljati jassiguraw lilhom infushom, li permezz tagħha jsiru pagamenti ta’ kumpens lil bdiewa affiljati għal telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew mit-tfaqqigħ ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara jew inċident ambjentali, jew telf ikkawżat minn annimali selvaġġi, jew għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.";

(d)  fil-paragrafu 5, jitħassar it-tieni subparagrafu.

(16)  fl-Artikolu 37(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"1.  L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss għal kuntratti tal-assigurazzjoni li jkopru t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku negattiv, jew minn mard tal-annimali jew tal-pjanti, jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara, jew inċident ambjentali jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmu ta’ ħsara li jeqirdu iżjed minn 20 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta' bidwi individwali f'sena partikolari.";

(17)  l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

  (i) l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"3.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 36(1) jistgħu jkunu marbuta biss ma’:

(a)  l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta’ tliet snin b’mod digressiv;

(b)  l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tkun marbuta mal-interess fuq self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi;

(c)  is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;

(d)  l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.

(ii) it-tielet subparagrafu jitħassar;

(b)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"5.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima ta' appoġġ stabbilita fl-Anness II. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-paragrafu 3 għandu jikkunsidra kwalunkwe appoġġ mogħti diġà taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3.”;

(18)  l-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)  L-intestatura tinbidel b'li ġej:

"Artikolu 39Għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa tas-setturi kollha"

(b)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  L-appoġġ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss fejn it-tnaqqis fid-dħul jeċċedi 30 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta’ appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali ta' introjtu tal-bidwi.";

  (c)  il-paragrafi 4 u 5 jinbidlu b'dan li ġej:

"4.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jistgħu jkunu marbuta biss ma’:

(a)  l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta’ tliet snin b’mod digressiv;

(b)  l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi;

(c)  is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;

(d)  l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.

5.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima stabbilita stabbiliti fl-Anness II. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jikkunsidra kwalunkwe appoġġ mogħti diġà taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4.”;

(19)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 39aGħodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa ta' settur speċifiku

"1.  L-appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss f'każijiet debitament ġustifikati u fejn it-tnaqqis fid-dħul jaqbeż limitu ta' mill-inqas 20 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu ta' tliet snin preċedenti jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat id-dħul annwali tal-bidwi. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta' appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-input. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza.

2.  L-Artikolu 39 (2) sa (5) għandu japplika għall-fini ta' appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 36(1).";

(20)  l-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.  Fejn l-appoġġ jiġi pprovdut permezz ta' strument finanzjarju stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kapital operatorju jista' jikkostitwixxi nefqa eliġibbli. Tali nefqa eliġibbli ma għandhiex taqbeż EUR 200 000 jew 30 % tal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli għall-investiment ▌, skont liema minnhom tkun l-ogħla.";

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

"7.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ ikun ipprovdut fil-forma ta' strumenti finanzjarji.";

(21)  l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati fejn ma jkunx possibbli li jiġu stabbiliti kriterji tal-għażla minħabba n-natura tat-tip ta' operazzjonijiet ikkonċernati, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiddefinixxi metodu ieħor ta' għażla li jrid jiġi deskritt fil-programm ta' żvilupp rurali wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ.”;

(b)  il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

"2.  L-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet għandha tiżgura li l-operazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-operazzjonijiet taħt il-punt (b) tal-Artikolu 18(1), il-punt (d) tal-Artikolu 24(1), u l-Artikoli 28 sa 31, 33 sa 34 u 36 sa 39a, jintgħażlu skont il-kriterji tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1 u skont proċedura trasparenti u dokumentata sew.

3.  Il-benefiċjarji jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi ta' sejħiet għal proposti, billi jiġu applikati kriterji ta' effiċjenza ekonomika, soċjali u ambjentali.";

(c)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.";

(22)  fl-Artikolu 59, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

"(f)  100 % għal ammont ta' EUR 100 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Irlanda, għal ammont ta' EUR 500 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Portugall u għal ammont ta' EUR 7 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lil Ċipru;";

(b)  jiżdied il-punt li ġej:

"(h)  ir-rata ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 39a(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) ta' dak ir-Regolament.";

(23)  l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 65(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, ▌ il-programmi ta' żvilupp rurali jistgħu jipprevedu li l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programm tista' tibda mid-data meta jkun seħħ l-avveniment.";

(b)  fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Bl-eċċezzjoni ta' kostijiet ġenerali kif iddefiniti fil-punt (c) fl-Artikolu 45(2), fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' investiment taħt miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, hija biss in-nefqa mġarrba wara li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li għandha titqies eliġibbli. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-programm tagħhom li n-nefqa li tkun relatata ma' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, ▌ u li ġġarrbet mill-benefiċjarju wara li jkun seħħ l-avveniment, hija eliġibbli wkoll.";

(c)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.  Il-pagamenti minn benefiċjarji għandhom ikunu appoġġati minn fatturi u dokumenti li jagħtu prova tal-pagament. Fejn dan ma jkunx jista' jsir, il-pagamenti għandhom jiġu appoġġati b'dokumenti ta' valur probatorju ekwivalenti, minbarra għall-forom ta' appoġġ taħt il-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.";

(24)  fl-Artikolu 62, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  Fejn l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta' kostijiet standard jew kostijiet addizzjonali u ta' dħul mitluf skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), fir-rigward tad-dħul mitluf u l-ispejjeż ta' manutenzjoni, ▌ u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti huma adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta' metodu ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dan il-għan, korp li jkun funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u li jkollu l-kompetenza xierqa għandu jagħmel il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli. Fil-programm ta' żvilupp rurali għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.";

(25)  fl-Artikolu 66(1), il-punt (b) huwa mħassar;

(26)  fl-Artikolu 74, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a)  jiġi kkonsultat u għandu joħroġ opinjoni, qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa rilevanti għal proposti, dwar il-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet iffinanzjati, li għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet ta' programmazzjoni;";

(27)  l-Anness II huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)  jitħassar il-paragrafu 2;

(b)  il-paragrafi 3 u 4 ▌ huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3.  Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha tapplika r-rata ta' aġġustament, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rata ta' aġġustament. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

4.  Sal-1 ta' Diċembru tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha tapplika r-rata ta' aġġustament, il-Kummissjoni tista', fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta' aġġustament stabbilita skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).";

(2)  fl-Artikolu 38, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.  Fil-każ ta' kwalunkwe proċediment legali jew ta' appell amministrattiv li jkollu effett ta' sospensjoni, il-perijodu għal diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, fir-rigward tal-ammont relatat mal-operazzjonijiet ikkonċernati, għad-durata ta' dak il-proċediment jew ta' dak l-appell amministrattiv, bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tirċievi notifikazzjoni motivata mill-Istat Membru sal-31 ta' Jannar tas-sena N + 4.";

(3)  fl-Artikolu 43(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a)  somom li taħt l-Artikolu 40, 52 u 54 u, fir-rigward ta’ nfiq taħt il-FAEG, ▌ taħt l-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 51 iridu jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inklużi l-imgħaxijiet fuqhom;";

(4)  fl-Artikolu 54(3), il-punt (a)(ii) jinbidel b'dan li ġej:

"(ii)  l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ, mingħajr l-imgħax, ikun bejn EUR 100  u EUR 250 u l-Istat Membru konċernat japplika limitu daqs l-ammont li għandu jiġi rkuprat, jew ogħla minnu, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali.";

(5)  fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn in-nonkonformità tikkonċerna regoli nazzjonali jew tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi rtirata għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-gravità tan-nonkonformità u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità ▌. Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjoni għandha tkun affettwata biss sal-livell tal-parti tal-għajnuna li ma għandhiex titħallas jew li għandha tiġi irtirata.";

(6)  fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:

(a)  irqajja' tar-raba' b'erja ta' mhux aktar minn 0,1 ettaru li għalihom ma tkunx saret applikazzjoni għal pagament ma jeħtieġx li jiġu ddikjarati, sakemm is-somma ta' tali ħbula ma taqbiżx ettaru, u/jew jistgħu jiddeċiedu li bidwi li ma japplika għal ebda pagament ibbażat fuq l-erja ma jkollux għalfejn jiddikjara l-ħbula tar-raba' tiegħu fil-każ fejn l-erja totali ma' taqbiżx ettaru. Fil-każijiet kollha, il-bidwi għandu jindika fl-applikazzjoni tiegħu li huwa jkollu ħbula tar-raba' għad-dispożizzjoni tiegħu u għandu jindika, meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti, il-post fejn jinsabu;

(b)  bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema tal-bdiewa ż-żgħar kif imsemmi fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandhomx għalfejn jiddikjaraw il-ħbula tar-raba' tagħhom li għalihom ma tkunx saret applikazzjoni għal pagament, sakemm tali dikjarazzjoni ma tkunx meħtieġa għall-iskop ta' għajnuna jew appoġġ oħra.";

(7)  it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 75(1) jinbidlu b'dan li ġej:

"Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu:

(a)  qabel l-1 ta’ Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta’ Ottubru, iħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta’ pagamenti diretti;

(b)  qabel l-1 ta’ Diċembru, iħallsu bil-quddiem sa 75 % għall-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2).

Fir-rigward ta’ appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 67(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna jew talbiet għal pagament imressqa mis-sena tat-talba 2019 'il quddiem.".

Artikolu 3Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

  (i)  il-punt (h) jinbidel b'dan li ġej:

"(h)  bur permanenti u mergħat permanenti" (flimkien imsemmija "bur permanenti") tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor naturali (li jitla' waħdu) jew permezz ta' kultivazzjoni (li jkun inżera') u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba' tal-impriża għal ħames snin jew aktar, kif ukoll, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew aktar; tista' tinkludi speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar tajbin għar-ragħa u, fejn l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, speċijiet oħra bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, dment li l-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jikkunsidraw bħala bur permanenti:

(i)  art li tista' tintuża għar-ragħa u li tifforma parti minn prattiki lokali stabbiliti fejn ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma tradizzjonalment mhux predominanti fiż-żoni tar-ragħa; u/jew

(ii)  art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti f'żoni tar-ragħa;";

  (ii)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Minkejja l-punti (f) u (h) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li, qabel l-1 ta' Jannar 2018, aċċettaw irqajja' ta' art li titħalla tistrieħ bħala raba' jistgħu ikomplu jaċċettawhom bħala tali wara dik id-data. Mill-1 ta' Jannar 2018 irqajja' ta' art li titħalla tistrieħ li ġew aċċettati bħala raba' taħt dan is-subparagrafu fl-2018 għandhom isiru bur permanenti fl-2023, jew wara, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (h) jiġu sodisfatti.";

(b)  fil-paragrafu 2, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:

(a)  art li ma tkunx inħartet għal ħames snin jew iktar għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li l-art tintuża biex jitkabbar il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor b'mod naturali (li jitla' waħdu) jew permezz ta' kultivazzjoni (li jkun inżera') u li ma tkunx ġiet inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba' tal-impriża għal ħames snin jew aktar;

(b)  bur permanenti jista' jinkludi speċijiet oħra, bħal arbuxelli u/jew siġar li jipproduċu għalf tal-annimali, f'żoni fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor huma predominanti; u/jew

(c)  art li tista' tintuża għar-ragħa fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor mhumiex predominanti jew huma assenti f'żoni tar-ragħa għandha tiġi kkunsidrata bħala bur permanenti kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li japplikaw id-deċiżjoni tagħhom skont il-punti (b) u/jew (c) tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu għat-territorju kollu tagħhom jew għal parti mit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018 bi kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont it-tielet u r-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu.";

(2)  fl-Artikolu 6(2), ▌ jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4), il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak l-Istat Membru għas-sena rispettiva jista' jinqabeż bl-ammont ikkalkolat skont dak is-subparagrafu.";

(3)  l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3a.  Barra mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-ebda pagament dirett ma għandu jingħata lil bdiewa li mhumiex irreġistrati, għall-attivitajiet agrikoli tagħhom, f'reġistru fiskali jew tas-sigurtà soċjali nazzjonali.";

(b)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.  Il-paragrafi 2, 3 u 3a ma għandhomx japplikaw għal bdiewa li rċevew biss pagamenti diretti li ma jaqbżux ċertu ammont għas-sena ta' qabel. Tali ammont għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-karatteristiċi nazzjonali jew reġjonali tagħhom, u ma għandux ikun aktar minn EUR 5 000.";

(c)  il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 jew 4, u sal-31 ta' Marzu 2018 dwar kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3a. Fil-każ ta' emendi għal tali deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha tittieħed kwalunkwe deċiżjoni ta' emendar.";

(d)  għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"7.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu mill-2018, jew minn kwalunkwe sena sussegwenti, li mit-tliet kriterji elenkati fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, wieħed jew tnejn biss jistgħu jiġu invokati minn persuni jew minn gruppi ta' persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel u tat-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 sabiex juru li huma bdiewa attivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni, jekk tiġi applikata mill-2018, sal-31 ta' Marzu 2018 jew, jekk tiġi applikata minn sena sussegwenti, sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.

8.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieqfu japplikaw il-paragrafu 2 mill-2018 jew kwalunkwe sena sussegwenti. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali deċiżjoni, jekk tiġi applikata mill-2018, sal-31 ta' Marzu 2018 jew, jekk tiġi applikata minn sena sussegwenti, sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.";

(4)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6.  L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar tnaqqis fil-pagamenti skont dan l-Artikolu fuq bażi annwali, dment li tali rieżami ma jwassalx għal tnaqqis fl-ammonti disponibbli għall-iżvilupp rurali.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-snin sal-2019 sal-1 ta' Awwissu tas-sena qabel l-applikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet, bl-aħħar data possibbli għal tali notifika tkun l-1 ta' Awwissu 2018.";

(5)  l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami ma għandhiex tirriżulta fi tnaqqis fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.";

(b)  fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'effett mis-sena kalendarja 2019 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu 2018. Kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq tali rieżami ma għandhiex tirriżulta f'żieda fil-perċentwal innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.";

(6)  fl-Artikolu 31(1), il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

"(g)  fejn l-Istati Membri jqisu li jkun meħtieġ, tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 30(6) ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Istati Membri li diġà jagħmlu użu minn dak it-tnaqqis lineari jistgħu fl-istess sena japplikaw ukoll tnaqqis lineari tal-valur tad-drittijiet ta' pagament taħt l-iskema ta' pagament bażiku fil-livell nazzjonali jew reġjonali biex ikopru l-każijiet imsemmija fil-punti (a) and (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(7) ta' dan ir-Regolament;

(7)  fl-Artikolu 36(4), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkolat skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jista' jiżdied b'massimu ta' 3 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali rilevanti kif stabbilit fl-Anness II wara t-tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament ta' żona waħda skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2018 bil-perċentwali annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kull sena kalendarja mill-2018.

L-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi annwali u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ibbażata fuq tali rieżami sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.";

(8)  l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  Mingħajr preġudizzju għall-għadd ta' wċuħ tar-raba' rikjesti skont il-paragrafu 1, il-limiti massimi stabbiliti fihom m'għandhomx japplikaw għall-impriżi fejn il-ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew l-art li titħalla tistrieħ jew li tkun ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti mis-sena jew għal parti sinifikanti miċ-ċiklu ta' kultivazzjoni tkopri aktar minn 75 % tar-raba'. F'dawn il-każijiet, il-wiċċ tar-raba' ewlieni fuq il-kumplament tar-raba' m'għandux ikopri aktar minn 75 % ta' dik ir-raba' li fadal minbarra fejn din iż-żona li fadal tkun koperta minn ħaxix jew foraġġ erbaċew jew art li titħalla tistrieħ.";

(b)  fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

"(a)  fejn aktar minn 75 % tar-raba' tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix u foraġġ erbaċew, tintuża għall-kultivazzjoni ta' uċuħ tar-raba' legumi, tkun art li titħalla tistrieħ, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;

(b)  fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta' kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;";

(c)  fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Uċuħ tar-raba' tax-xitwa u l-uċuħ tar-raba' tar-rebbiegħa għandhom jitqiesu bħala uċuħ tar-raba' distinti anke jekk ikunu jagħmlu parti mill-istess ġeneru. It-Triticum spelta għandha tiġi kkunsidrata bħala wiċċ distint mill-uċuħ tar-raba' li jagħmlu parti mill-istess ġeneru.";

(9)  l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)  fl-ewwel subparagrafu, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(k)  żoni bil-Miscanthus;"

"(l)  żoni bis-Silphium perfoliatum;"

"(m)  art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (l-ispeċijiet li jipproduċu ħafna għabra tad-dakra u nektar).";

  (ii)  it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Għajr iż-żoni tal-impriża msemmijin fil-punti (g) u (h), (k) u (l) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, iż-żona b' fokus ekoloġiku għandha tkun tinsab fuq ir-raba' tal-impriża. Fil-każ ta' żoni msemmijin fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, iż-żona b'fokus ekoloġiku tista' wkoll tkun tmiss mar-raba' tal-impriża li l-bidwi ddikjara f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.";

(b)  fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

"(a)  fejn aktar minn 75 % tar-raba' tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor, tkun art li titħalla tistrieħ, tiġi użata għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' legumi, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet;

(b)  fejn aktar minn 75 % taż-żona agrikola eliġibbli tkun bur permanenti, tintuża għall-produzzjoni ta' ħaxix jew foraġġ erbaċew ieħor jew għall-kultivazzjoni ta' wċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal parti sinifikanti taċ-ċiklu ta' kultivazzjoni, jew tkun soġġetta għal taħlita ta' dawk l-użijiet.";

(10)  l-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.  Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ għandu jingħata għal kull bidwi għal perijodu ta' ħames snin, li jibda mill-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ sakemm dik il-preżentazzjoni sseħħ fi żmien il-ħames snin wara l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2. Dak il-perijodu ta' ħames snin għandu japplika wkoll għall-bdiewa li jkunu rċevew il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fir-rigward ta' talbiet qabel is-sena tat-talba tal-2018.

Permezz ta' deroga mit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għal dawk il-bdiewa żgħażagħ li stabbilixxew f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2 matul il-perijodu 2010-2013, il-perijodu ta' ħames snin għandu jitnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ.";

(b)  fil-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

"(a)  bejn 25 % u 50 % tal-valur medju tad-drittijiet għal pagament bi sjieda jew b'kirja li għandu l-bidwi; jew

(b)  bejn 25 % u 50 % ta' ammont ikkalkulat billi perċentwal fiss tal-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2019, stabbilit fl-Anness II, jiġi diviż bin-numru tal-ettari eliġibbli kollha ddikjarati fl-2015 f'konformità mal-Artikolu 33(1). Dak il-perċentwal fiss għandu jkun ugwali għas-sehem tal-limitu massimu nazzjonali li għad fadal għall-iskema ta' pagament bażiku f'konformità mal-Artikolu 22(1) għall-2015";

(c)  il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

"7.  L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 36 għandhom kull sena jikkalkulaw l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal valur bejn 25 % u 50 % tal-pagament uniku skont iż-żona kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 36 bin-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jkun iddikjara f'konformità mal-Artikolu 36(2).";

(d)  fil-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"8.  Permezz ta' deroga mill-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal valur bejn 25 % u 50 % tal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru bin-numru ta' drittijiet li l-bidwi jkun attiva f'konformità mal-Artikolu 32(1), jew bin-numru ta' ettari eliġibbli li l-bidwi jkun iddikjara f'konformità mal-Artikolu 36(2).";

(e)  fil-paragrafu 10, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"10.  Minflok japplikaw il-paragrafi 6 sa 9, l-Istati Membri jistgħu jallokaw ammont f'daqqa annwali għal kull bidwi kkalkulat billi n-numru fiss ta' ettari jiġi mmultiplikat b'ċifra li tikkorrispondi għal valur bejn 25 % u 50 % tal-pagament medju annwali għal kull ettaru, kif stabbilit f'konformità mal-paragrafu 8.";

(11)  l-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:

(a)  jitħassar il-paragrafu 5;

(b)  il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6.  L-appoġġ akkoppjat huwa skema li tillimita l-produzzjoni li għandha tieħu l-forma ta' pagament annwali ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq numru fiss ta' annimali u għandu jirrispetta l-limiti massimi finanzjarji li għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri għal kull miżura u nnotifikati lill-Kummissjoni.”;

(c)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

"10.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 70 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' miżuri sabiex jiġi evitat li l-benefiċjarji ta' appoġġ akkoppjat volontarju jsofru minn żbilanċi strutturali tas-suq f'settur. Dawk l-atti delegati jistgħu jippermettu lill-Istati Membru jiddeċiedu li tali appoġġ jista' jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata appoġġ akkoppjat volontarju f'perijodu ta' referenza fl-imgħoddi.";

(12)  fl-Artikolu 53, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

"6.  L-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta' Awwissu ta' kwalunkwe sena partikolari, jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu u, b'effett mis-sena sussegwenti, jiddeċiedu:

(a)  li jżommu kif inhu, iżidu jew inaqqsu l-perċentwal stabbilit skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stabbiliti hemmhekk fejn japplika, jew biex iżommu kif inhu jew inaqqsu l-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 4;

(b)  li jimmodifikaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ akkoppjat;

(c)  li jieqfu jagħtu l-appoġġ taħt dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali deċiżjoni sad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.";

(13)  l-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9) u (10), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.";

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9) u (10), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.";

(c)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 43(12), l-Artikolu 44(5), l-Artikolu 45(5) u (6), l-Artikolu 46(9), l-Artikolu 50(11), l-Artikolu 52(9) u (10), l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 58(5), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 64(5), l-Artikolu 67(1) u (2) u l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

(14)  l-Anness X huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

"(f)  il-prevenzjoni u l-immaniġġar ta' kriżijiet, inkluż l-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet ta' produtturi oħrajn, lil assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, lil gruppi tal-produtturi jew lil produtturi individwali;";

(b)  l-ewwel subparagarfau tal-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punti (c) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:

"(c)  il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet immirati lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni fis-swieq tal-frott u l-ħaxix, kemm jekk għall-prevenzjoni kif ukoll jekk matul perijodu ta' kriżi;

(d)  l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji biex jerġgħu jimtlew fondi mutwi, wara l-kumpens imħallas lil membri produtturi li jkollhom tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom bħala riżultat ta' kundizzjonijiet tas-suq diffiċli;";

(ii)  jiżdied il-punt li ġej:

"(i)  l-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet ta' produtturi oħrajn, lil assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, lil gruppi tal-produtturi jew lil produtturi individwali.";

(c)  it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 5 jinbidlu b'dan li ġej:"L-azzjonijiet ambjentali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-impenji agroambjentali-klimatiċi jew tal-biedja organika stabbiliti fl-Artikolu 28(3) u fl-Artikolu 29(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Fejn tal-anqas 80 % tal-membri produtturi ta' organizzazzjoni ta' produtturi jkunu soġġetti għal impenn, wieħed jew aktar, agroambjentali-klimatiku jew tal-biedja organika identiku previsti fl-Artikolu 28(3) u fl-Artikolu 29(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.";

(2)  fl-Artikolu 34, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"4.  Il-limitu ta' 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każijiet li ġejjin:

(a)  l-irtirar mis-suq ta' frott u ta' ħxejjex li ma jaqbżux il-5 % tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta' kull organizzazzjoni ta' produtturi u li jitneħħew billi:

(i)  jitqassmu b'xejn lil organizzazzjonijiet u lil fondazzjonijiet tal-karità li huma approvati f'dan is-sens mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jgħinu lil persuni li d-dritt tagħhom għall-għajnuna pubblika huwa rikonoxxut mil-liġi nazzjonali, b'mod partikolari minħabba li ma għandhomx il-mezzi ta' sussistenza meħtieġa;

(ii)  jitqassmu b'xejn lil istituzzjonijiet penali, lil skejjel u lil istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi , lil stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 22 u lil kampijiet ta' btala tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u lil djar tal-anzjani nnominati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet imqassmin b'dan il-mod ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw mit-tali stabbilimenti;

(b)  azzjonijiet relatati mal-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet ta' produtturi oħrajn, jew lil gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dment li dawk l-organizzazzjonijiet jew gruppi ikunu minn reġjuni ta' Stati Membri msemmija fl-Artikolu 35(1) ta' dan ir-Regolament jew ta' produtturi individwali.";

(3)  l-Artikolu 35 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 35Assistenza finanzjarja nazzjonali

1.  F'reġjuni ta' Stati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil organizzazzjonijiet ta' produtturi assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. Dik l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operazzjonali.

2.  Il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkunsidrat bħala taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti fejn il-livell medju ta' organizzazzjoni kien inqas minn 20 % għal tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali. Il-livell ta' organizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u mqiegħed fis-suq minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi u gruppi tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb f'dak ir-reġjun.

3.  L-Istati Membri li jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont il-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reġjuni li jissodisfaw il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 2 u dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dawk ir-reġjuni.";

(4)  fl-Artikolu 37, il-punt (d)(ii) jinbidel b'dan li ġej:

"(ii)  il-kondizzjonijiet relatati mal-punti (a), (b), (c) u (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3);";

(5)  fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 38, il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

"(i)  il-miżuri ta' promozzjoni, komunikazzjoni, taħriġ u kkowċjar f'każijiet ta' prevenzjoni u mmaniġġar ta' kriżijiet;";

(6)  fl-Artikolu 62, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan il-Kapitolu għaż-żoni li jipproduċu l-inbid adattat għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kif ikun irreġistrat skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, dawk iż-żoni jistgħu jiġu ttrattati bħala żoni fejn jistgħu jiġu prodotti nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta.

___________________________________________

  Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).";

(7)  l-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)  fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

"(c)  l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament jew mingħajr dritt ta' tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;";

(b)  fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"2.  Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 f'sena partikolari teċċedi ż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet skont distribuzzjoni pro-rata ta' ettari lill-applikanti kollha abbażi taż-żona li għaliha huma jkunu talbu l-awtorizzazzjoni. Tali għoti jista' jistabbilixxi żona minima u/jew massima skont l-applikant u jsir ukoll parzjalment jew kompletament skont wieħed jew aktar mill-kriterji prijoritarji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin:";

(c)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a.  Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jżid il-kondizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika ta' eta ta' mhux aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.";

(d)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3.  L-Istati Membru għandhom jagħmlu pubbliċi l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a applikati minnhom u għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni.";

(8)  l-Artikolu 148 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

''1a.  Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrikjedu li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta’ kuntratt mhumiex obbligatorji, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.”;

(b)  fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:

“2.  Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom:";

(c)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandhomx ikunu meħtieġa kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat ikun ikkonsenjat minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha huwa jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom jinkludu dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.'';

(d)  fil-paragrafu 4, il-parti introduttorja u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu jinbidlu b'dan li ġej:

''Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)  fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel kuntratt bil-miktub għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jistabbilixxi:

(i)  l-obbligu għall-partijiet li' jaqblu dwar relazzjoni bejn ċerta kwantità konsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-konsenja;

(ii)  tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn bidwi u l-ewwel xerrej ta' ħalib mhux ipproċessat; tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;'';

(9)  fl-Artikolu 149, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta taħt l-Artikolu 161(1) tista’ tinnegozja f’isem il-bdiewa membri tagħha, fir-rigward ta' parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew fir-rigward ta' kollha kemm hi, kuntratti għall-konsenja ta’ ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 148(1).'';

(10)  l-Artikolu 152 huwa emendat kif ġej:

  (a)  fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b)  ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi u li jwettqu għall-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)  ipproċessar konġunt;

(ii)  distribuzzjoni konġunta, inkluż permezz ta' pjattaformi konġunti tal-bejgħ jew ta' trasportazzjoni konġunta;

(iii)  ippakkjar, tikkettar jew promozzjoni konġunta;

(iv)  organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità;

(v)  l-użu konġunt ta' tagħmir jew faċilitajiet ta' ħżin;

(vi)  ġestjoni konġunta tal-iskart direttament relatat mal-produzzjoni;

(vii)  akkwist konġunt ta' prodotti;

(viii)  kwalunkwe attività konġunta oħra ta' servizzi intenzjonati biex jinkiseb objettiv minn fost dawk elenkati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;";

  (b)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"1a.  B'deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli, f'isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu:

(a)  dment li waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) sa (vii) tal-paragrafu 1 ikunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE;

(b)  dment li organizzazzjoni ta' produtturi tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq, irrispettivament jekk isirx trasferiment jew le tas-sjieda ta' prodotti agrikoli mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c)  kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni aggregata ta' xi wħud mill-membri jew kollha;

(d)  dment li l-produtturi kkonċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi oħra rigward il-prodotti koperti mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(e)  dment li l-prodott agrikolu ma jkunx kopert b'obbligu ta' konsenja li jirriżulta mill-fatt li bidwi jkun membru f'kooperattiva li hija stess ma tkunx membru tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom;

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kondizzjoni stipulata fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-membri produtturi jkollhom żewġ unitajiet distinti ta’ produzzjoni li jkunu jinsabu f’żoni ġeografiċi differenti;

1b.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-referenzi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinkludu wkoll l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) jekk tali assoċjazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1c.  L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista' tiddeċiedi f'każijiet individwali li, għall-futur, waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a jridu jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jseħħux għalkollox jekk tqis li dan hu meħtieġ sabiex jiġi evitat li tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew jekk tqis li l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda.

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

(c)  il-paragrafu 3 jitħassar;

(11)  l-Artikolu 154 huwa emendat kif ġej:

  (a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.  L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni tal-produtturi li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull settur li għalih tkun qed tfittex ir-rikonoxximent.";

(a)  il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dawn li ġejjin:

"2  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 152.

3.  Fejn organizzazzjonijiet ta' produtturi jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020.'';

(12)  l-Artikolu 157 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (c) tal-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(xv)  l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom;

(xvi)  l-implimentazzjoni ta' miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali.”;

(b)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.  L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni interprofessjonali li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 3 għal kull settur li għalih tkun qed tfittex rikonoxximent.”;

(c)  fil-punt (c) tal-paragrafu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(xii)  l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fit-tifsira tal-Artikolu 172a, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom;

(xiii)  jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali.”;

(13)  fl-Artikolu 159, l-intestatura tinbidel b'dan li ġej:

"Rikonoxximent obbligatorju'';

(14)  l-Artikolu 161 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja u l-punt (a) jinbidlu b'dan li ġej:

"1.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib l-entitajiet legali kollha jew partijiet definiti b'mod ċar ta' tali entitajiet, dment li:

(a)  ikunu kostitwiti minn produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tagħhom u isegwu għan speċifiku li jista' jinkludi wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

(i)  li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(ii)  li tiġi kkonċentrata l-provvista u jitqiegħdu fis-suq prodotti magħmulin mill-membri tagħhom;

(iii)  li jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-produzzjoni u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produtturi;";

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta' April 2012 fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi.'';

(15)  l-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

''1a.  Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, fir-rigward ta' prodotti agrikoli f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), apparti s-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u taz-zokkor, jirrikjedu li kwalunkwe konsenja tal-prodotti tagħhom lil proċessur jew distributur tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta’ kuntratt mhumiex obbligatorji mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.”;

(b)  fil-paragrafu 4, il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

"4.  Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha:";

(c)  il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandux ikun meħtieġ kuntratt jew offerta għal kuntratt fejn il-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti fi, jew derivati minn, dawn l-istatuti jkun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4.'';

(16)  l-Artikoli 169, 170 u 171 jitħassru;

(17)  tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

''Taqsima 5aKlawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur

Artikolu 172a

Kondiviżjoni tal-valur

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-ewwel xerrej tagħhom jistgħu jaqblu dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf tas-suq, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom.”;

(18)    fl-Artikolu 184, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew f’parti minnha, jew kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, li għandhom ikunu amministrati parzjalment jew għal kollox mill-Unjoni, li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE jew kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) jew l-Artikolu 207 TFUE, għandhom jinfetħu u/jew jiġu amministrati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 186 ta' dan ir-Regolament u atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 187 ta' dan ir-Regolament.";

(19)  l-Artikolu 188 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 188Il-proċess ta' allokazzjoni għall-kwoti tariffarji

1.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika, permezz ta' pubblikazzjoni web xierqa, ir-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-applikazzjonijiet notifikati filwaqt li tqis il-kwoti tariffarji disponibbli u l-applikazzjonijiet notifikati.

2.  Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza wkoll, meta meħtieġ, għall-bżonn li jiġu miċħudin applikazzjonijiet pendenti, li tiġi sospiża l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet jew li jiġu allokati kwantitajiet mhux użati.

3.  L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tal-importazzjoni u liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom fil-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-kwoti tariffarji tal-esportazzjoni, soġġetti għall-koeffiċjenti ta' allokazzjoni rispettivi u wara li jsiru pubbliċi mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.";

(20)  l-Artikolu 209 huwa emendat kif ġej:

  (a)  it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

''Artikolu 101(1) TFUE m’għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ tali assoċjazzjonijiet, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 152 jew l-Artikolu 161 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, it-trattament jew l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, sakemm ma jiġux ipperikolati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.'';

  (b)  fil-paragrafu 2, jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin wara l-ewwel subparagrafu:

"Madankollu, il-bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 152 jew l-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156 ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitolbu opinjoni mingħand il-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.

Il-Kummissjoni għandha tittratta talbiet għal opinjonijiet minnufih u għandha tibgħat lill-applikant l-opinjoni tagħha fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi talba kompleta. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tibdel il-kontenut ta' opinjoni, b’mod partikolari jekk l-applikant ikun ipprovda informazzjoni impreċiża jew ikun għamel użu skorrett tal-opinjoni.'';

(21)  l-Artikolu 222(1) huwa emendat kif ġej:

  (a)  fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“1.  Matul perijodi ta' żbilanċ qawwi fis-swieq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament korrett tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:'';

  (b)  jitħassar il-paragrafu 2;

(22)  fl-Artikolu 232, jitħassar il-paragrafu 2;

(23)  l-Annessi VII u VIII huma emendati skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5Emendi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4.    Fil-każ tal-approvazzjoni ta' azzjonijiet plurieenali, l-impenji baġitarji jistgħu jiġu diviżi f'pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji jiġu diviżi hekk, il-Kummissjoni għandha timpenja l-pagamenti annwali b'kont meħud tal-progress tal-azzjonijiet, l-istimi tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli.";

(2)  fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 5;

(3)  fl-Artikolu 22, jitħassar il-paragrafu 5;

(4)  fl-Artikolu 27, jitħassar il-paragrafu 5.

Artikolu 6Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

B'deroga mit-tieni paragrafu:

(a) il-punt 11(a) u (b) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015;

(b) il-punt 23(b) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016; u

(c) il-punt 3 tal-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) fil-linja dwar l-Artikolu 17(3), Suġġett: Investiment f’assi fiżiċi, Settur agrikolu, Ammont Massimu f’EUR jew rata: 40 %, ir-raba' kolonna, il-parti introduttorja u l-ewwel inċiż jinbidlu b'dan li ġej:

"Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra

Dawn ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’20 punt perċentwali addizzjonali, sakemm l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx 90 %, għal:

— Bdiewa żgħażagħ għal massimu ta' ħames snin mid-data tal-istabbiliment kif stipulat fil-programm ta' żvilupp rurali, jew sa meta jitlestew l-azzjonijiet definiti fil-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 19(4);";

(2) fil-linja dwar l-Artikolu 17(3), Suġġett: Investiment f’assi fiżiċi, Proċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE, Ammont Massimu f’EUR jew rata: 40 %, ir-raba' kolonna tinbidel b'dan li ġej:

"Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra

Ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali addizzjonali, sakemm dak it-total tal-appoġġ massimu pprovdut ma jaqbiżx 90 %, għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI, għal investimenti kollettivi u proġetti jew operazzjonijiet integrati marbutin ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi";

(3) il-linji dwar l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5) u l-Artikolu 39(5), jinbidlu b'dan li ġej:

"

37(5)

Assigurazzjoni fuq l-uċuħ tar-raba’, l-annimali u l-pjanti

70 %

Tal-primjum tal-assigurazzjoni dovut

38(5)

Fond mutwu għal avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali u tal-pjanti, infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara u inċidenti ambjentali

70 %

Tal-ispejjeż eliġibbli

39(5)

Għodda għall-istabilizzazzjoni tad- dħul

70 %

Tal-ispejjeż eliġibbli

";

ANNESS II

Fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, it-tabella "Il-fatturi tal-konverżjoni u tal-ponderazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)" hija emendata kif ġej:

(1) il-linja "Żoni bi msaġar b'newba qasira" tinbidel b'dan li ġej:

"

Żoni bi msaġar b'newba qasira (għal kull 1 m 2 )

n.a.

0,5

0,5 m2

";

(2) il-linja "Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu" tinbidel b'dan li ġej:

"

Żoni b'għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (għal kull 1 m 2 )

n.a.

1

1 m2

";

(3) jiżdiedu l-linji li ġejjin:

"

Żoni bil-Miscanthus

n.a.

0,7

0,7 m2

Żoni bis-Silphium perfoliatum

n.a.

0,7

0,7 m2

Art mistrieħa għal pjanti tajbin għall-għasel (speċijiet mgħobbija bil-polline u n-nektar)

n.a.

1,5

1,5 m2

";

ANNESS III

L-Annessi VII u VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma emendati kif ġej:

(1)  fil-punt 1(c) tal-Parti II tal-Anness VII, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:

"— il-limitu superjuri għall-qawwa alkoħolika totali jista’ jkun aktar minn 15 % volum għal inbejjed b’denominazzjoni protetta ta' oriġini li jkunu saru mingħajr tisħiħ, jew b'tisħiħ biss permezz ta' proċessi ta' konċentrazzjoni parzjali elenkati fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Part I tal-Anness VIII, sakemm l-ispeċifikazzjoni tal-prodott fil-fajl tekniku tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini kkonċernata tagħti lok għal dik il-possibbiltà;";

(2)  fit-Taqsima A tal-Part I tal-Anness VIII, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Fi snin meta l-kondizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment sfavorevoli, il-limitu jew limiti stabbiliti fil-punt 2 jistgħu jiżdiedu b’0,5 % mill-Istati Membri bħala eċċezzjoni għar-reġjunu kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tali żieda.".

(1)

  ĠU C 91, 23.3.2017, p. 1.

(2)

  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 63.

(3)

  ĠU C 306, 15.9.2017, p. 64.

(4)

Numru tal-proċedura 2016/0282A(COD).

(5)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(6)

  ĠU C 91, 23.3.2017, p. 1.

(7)

  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 63.

(8)

  ĠU C 306, 15.9.2017, p. 64.

(9)

  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' ...

(10)

  Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(11)

  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir- Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(12)

  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(13)

  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(14)

  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 tas-6 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is- sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja (ĠU L 176, 7.7.2015, p. 29).

(15)

  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(16)

  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(17)

  Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir- Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal Regolament tal--Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2016)0605 – C8-0404/2017 – 2016/0282B(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

16.11.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Albert Deß

25.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angelo Ciocca, Rosa D’Amato, Julie Girling, Norbert Lins, Ivari Padar, Sofia Ribeiro, Estefanía Torres Martínez, Tom Vandenkendelaere, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner

Data tat-tressiq

28.11.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Gesine Meissner, Ulrike Müller

ECR

Richard Ashworth, Julie Girling, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson

EFDD

Rosa D'Amato, Marco Zullo

ENF

Edouard Ferrand, Philippe Loiseau, Laurenţiu Rebega

GUE

Luke Ming Flanagan, Estefanía Torres Martínez

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Sofia Ribeiro

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Viorica Dăncilă, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Maria Noichl, Ivari Padar, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

5

-

EFDD

John Stuart Agnew

GUE

Maria Lidia Senra Rodríguez

VERTS/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza