Proċedura : 2017/2065(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0384/2017

Testi mressqa :

A8-0384/2017

Dibattiti :

PV 11/12/2017 - 21
CRE 11/12/2017 - 21

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2017 - 5.15
CRE 12/12/2017 - 5.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0488

RAPPORT     
PDF 702kWORD 84k
29.11.2017
PE 609.638v01-00 A8-0384/2017

Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali

(2017/2065(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Marietje Schaake

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali

(2017/2065(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 207(3) u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma dwar il-Kummerċ Elettroniku tad-WTO,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri tal-ICT tal-G7 fil-Laqgħa f'Takamatsu, Kagawa tad-29 u t-30 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-Ekonomija Diġitali f'Cancún fl-2016,

–  wara li kkunsidra l-Koalizzjoni Dinamika dwar il-Kummerċ (Dynamic Coalition on Trade) fil-Forum ta' Governanza tal-Internet,

–  wara li kkunsidra n-negozjati tal-UE li għaddejjin fil-qasam tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi,

–  wara li kkunsidra l-ftehim imħabbar fil-prinċipju dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-Ġappun tas-6 ta' Lulju 2017,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea" (COM(2016)0180),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "Inizjattiva Cloud Ewropea – Il-bini ta' dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa" (COM(2016)0178),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2017 dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u għall-Investiment (COM(2017)0338),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2017 bit-titolu "Il-Bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Data" (COM(2017)0009),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika) (COM(2017)0010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0495 final) tat-13 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta Mejju 2017 bit-titolu "Digital4Development: mainstreaming digital technologies and services into EU Development Policy" (Digital4Development: integrazzjoni tat-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-politika ta' żvilupp tal-UE) (SWD(2017)0157),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)(5),

–  wara li kkunsidra s-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u d-dokument finali adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development" (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli)", kif ukoll is-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

–  wara li kkunsidra il-11-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li se ssir fi Buenos Aires, l-Arġentina, mill-10 sat-13 ta' Diċembru 2017, fejn x'aktar se jiġi diskuss il-kummerċ elettroniku,

–  wara li kkunsidra l-inizjattivi tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni tan-NU b'appoġġ għall-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (ITU-D),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU għall-protezzjoni tal-libertà tal-kelma dwar il-Libertà tal-Espressjoni u s-settur privat fl-era diġitali (A/HRC/32/38) u r-rwol tal-fornituri ta' aċċess diġitali (A/HRC/35/22),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline, adottati mill-Kunsill (Affarijiet Barranin) fit-12 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 108, flimkien mal-Protokoll addizzjonali tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-flussi ta' data transatlantiċi(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd, it-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni (COM(2017)0491),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0384/2017),

A.  billi l-iżviluppi teknoloġiċi, l-aċċess għall-internet miftuħ u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija jikkostitwixxu l-mutur tat-tkabbir peress li huma jippermettu lil kumpaniji, b'mod partikolari l-istart-ups, l-mikroimpriżi u l-SMEs, joħolqu opportunitajiet ġodda fl-iżvilupp, l-ordnijiet, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni jew il-kunsinna ta' prodotti u l-għoti ta' servizzi, u jilħqu klijenti madwar id-dinja kollha b'mod aktar rapidu u b'inqas spejjeż minn qatt qabel; billi teknoloġiji emerġenti bħat-teknoloġija tar-reġistru distribwit għandhom il-potenzjal li jsaħħu l-kummerċ diġitali billi jtejbu t-trasparenza ta' kuntratti internazzjonali u jħaffu t-trasferiment ta' valur; billi l-kummerċ f'oġġetti fiżiċi qiegħed jiġi sostitwit b'ammonti dejjem akbar ta' trasferimenti transfruntiera ta' kontenut diġitali, fejn f'xi drabi tisfuma d-distinzjoni bejn prodotti u servizzi;

B.  billi l-ġbir ta' data, l-aggregazzjoni ta' data u l-kapaċità ta' trasferiment ta' data bejn il-fruntieri għandhom il-potenzjal li jkunu mutur fundamentali tal-innovazzjoni, tal-produttività u tal-kompetittività ekonomika;

C.  billi l-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u tal-kummerċ internazzjonali ippermettew lill-impriżi jikbru u jipprovdu opportunitajiet ekonomiċi liċ-ċittadini; billi d-diġitalizzazzjoni tal-industriji tradizzjonali taffettwa l-katini tal-provvista, il-manifattura u l-mudelli tas-servizzi, li tista' twassal għal ħolqien ta' impjiegi f'industriji ġodda, iżda tista' wkoll ixxekkel l-impjiegi attwali u twassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, peress li aktar u aktar kompiti tradizzjonali imwettqa mill-bniedem jibdew jsiru awtomatizzati u/jew jiġu trasferiti; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-fatt li jridu jiġu stabbiliti l-miżuri soċjali ta' sostenn neċessarji sabiex dawn ikunu ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha, bħal politiki b'saħħtihom ta' edukazzjoni u taħriġ, politiki attivi tas-suq tax-xogħol, u miżuri biex jingħeleb id-distakk diġitali;

D.  billi l-ekonomija diġitali teħtieġ qafas ibbażat fuq ir-regoli, inklużi regoli kummerċjali li jkunu jistgħu jirrikonċiljaw il-bidliet rapidi fis-suq mad-drittijiet tal-konsumaturi, li jipprovdi spazju għall-politika u lok għal inizjattivi regolatorji ġodda meħtieġa mill-gvernijiet biex jiddefendu u jsaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

E.  billi aċċess għal internet liberu, miftuħ u sigur huwa rekwiżit preliminari biex jinkisbu l-kummerċ u l-iżvilupp ibbażati fuq ir-regoli fil-qafas tal-ekonomija diġitali; billi l-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk għandu jkun parti ewlenija tal-istrateġija tal-UE għall-kummerċ diġitali sabiex ikun hemm kompetizzjoni ġusta u innovazzjoni fl-ekonomija diġitali, filwaqt li tiġi żgurata il-libertà tal-espressjoni online;

F.  billi l-investiment fl-infrastruttura u l-aċċess għall-ħiliet jibqgħu sfidi ewlenin għall-konnettività u, għalhekk, għall-kummerċ diġitali;

G.  billi l-SDGs tan-NU jenfasizzaw li l-għoti ta' aċċess universali u bi prezzijiet raġonevoli għall-internet lill-persuni li jinsabu fil-pajjiżi l-inqas żviluppati sal-2020, se jkun kruċjali biex jitrawwem l-iżvilupp, peress li l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali jista' jirrappreżenta l-mutur għall-impjiegi u t-tkabbir, inkwantu l-kummerċ elettroniku jikkostitwixxi opportunità biex jiżdied l-għadd ta' esportaturi żgħar, il-volumi tal-esportazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni;

H.  billi n-nisa jistgħu jibbenefikaw bħala imprendituri u bħala ħaddiema minn aċċess aħjar għas-swieq globali, u bħala konsumaturi minn prezzijiet orħos, billi ħafna sfidi u inugwaljanzi għadhom ixekklu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija globali, peress li ħafna nisa f'pajjiżi b'introjtu baxx u medju, għad ma għandhomx aċċess għall-internet;

I.  billi l-kummerċ elettroniku qiegħed jikber ġmielu wkoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;

J.  billi l-gvernijiet tad-dinja kollha qegħdin jadottaw miżuri ta' protezzjoniżmu diġitali permezz ta' ostakli li jxekklu l-aċċess għas-suq u l-investiment dirett, jew joħolqu vantaġġi inġusti għall-kumpaniji nazzjonali; billi għadd ta' miżuri wiesgħa f'pajjiżi terzi li ttieħdu f'ġieħ iċ-(ċiber)sigurtà nazzjonali għandhom impatt dejjem aktar negattiv fuq il-kummerċ ta' prodotti tal-ICTs;

K.  billi l-kumpaniji barranin bħalissa jibbenefikaw minn aċċess ħafna akbar għas-suq Ewropew milli għandhom l-Ewropej f'pajjiżi terzi; billi ħafna mis-sħab kummerċjali tagħna qegħdin dejjem aktar jagħlqu s-swieq nazzjonali tagħhom u jirrikorru għall-protezzjoniżmu diġitali; billi l-UE għandha tibbaża l-istrateġija għall-kummerċ diġitali tagħha fuq il-prinċipji ta' reċiproċità, kompetizzjoni ġusta, regolamentazzjoni intelliġenti u trasparenza, bl-għan li terġa' tikseb il-fiduċja tal-konsumaturi u kundizzjonijiet ta' parità għall-impriżi;

L.  billi l-imblukkar ġeografiku għandu jintemm, u fil-futur ma għandu jkun hemm l-ebda forma ta' diskriminazzjoni inġusta bbażata fuq in-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment tal-konsumatur fis-suq intern;

M.  billi, fil-qafas tal-ftehimiet kollha ta' kummerċ ħieles, jenħtieġ li jkunu promossi l-pilastri fundamentali li jippreservaw l-internet miftuħ fis-suq uniku diġitali tal-UE, inklużi l-prinċipji bħall-kompetizzjoni ġusta, in-newtralità tan-netwerk u l-protezzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-intermedjarji; billi d-dimensjoni globali tal-kummerċ diġitali tagħmel lid-WTO s-sede naturali għan-negozjar ta' qafas multilaterali bbażat fuq ir-regoli; billi l-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Diċembru 2017 tipprovdi l-pjattaforma għat-tnedija ta' proċess bħal dan;

N.  billi l-Unjoni Ewropea hija marbuta bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż l-Artikolu 8 tagħha dwar id-dritt tal-protezzjoni ta' data personali, bl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-istess dritt fundamentali u bl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE); billi d-dritt għall-privatezza huwa dritt universali tal-bniedem; billi standards għoljin ta' protezzjoni tad-data jgħinu biex tinbena l-fiduċja fl-ekonomija diġitali fost iċ-ċittadini Ewropej, u b'hekk jitrawwem l-iżvilupp tal-kummerċ diġitali; billi l-promozzjoni ta' standards għoljin tal-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' data sensittiva, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali jridu jimxu id f'id fl-era diġitali, sabiex jappoġġaw il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-kummerċ elettroniku, u l-kriptaġġ, u jirrifjutaw il-protezzjoniżmu diġitali, is-sorveljanza tal-massa, l-ispjunaġġ ċibernetiku u ċ-ċensura online;

O.  billi l-kummerċ diġitali jrid jipproteġi l-ispeċi ta' fawna selvaġġa fil-periklu, u billi s-swieq online iridu jipprojbixxu l-bejgħ ta' fawna selvaġġa u prodotti mill-fawna selvaġġa fuq il-pjattaformi tagħhom;

P.  billi l-kumpaniji privati qegħdin dejjem aktar jistabbilixxu normi u standards fl-ekonomija diġitali, li se jkollhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini u l-konsumaturi, kif ukoll fuq il-kummerċ intern u internazzjonali, u fl-istess ħin qegħdin jaċċeleraw l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi biex jissalvagwardjaw lin-negozju u lill-konsumaturi;

Q.   billi r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt, u l-pjanijiet tal-UE għal bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva, enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati għadd ta' sfidi tat-taxxa, inkluż dawk marbuta mal-ekonomija diġitali; billi t-taxxi għandhom jitħallsu fejn jiġu ġġenerati l-profitti; billi sistema aktar trasparenti, effiċjenti u ġusta għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa ta' kumpaniji transfruntiera għandha tipprevjeni t-trasferiment tal-profitti u l-evitar tat-taxxa; billi approċċ koerenti tal-UE għat-tassazzjoni fl-ekonomija diġitali huwa neċessarju biex tinkiseb tassazzjoni ġusta u effettiva għall-kumpaniji kollha u biex jinħolqu kundizzjonijiet ta' parità; ifakkar li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jinkludu klawsola dwar il-governanza tajba tat-taxxa li tafferma mill-ġdid l-impenn tal-partijiet li jimplimentaw l-istandards internazzjonali maqbula fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

R.  billi, skont l-OECD, aktar minn 5 % tal-prodotti importati fl-UE huma ffalsifikati, li jirriżulta f'telf sostanzjali ta' impjiegi u dħul mit-taxxi;

S.  billi setturi sensittivi bħas-servizzi awdjoviżivi, u drittijiet fundamentali bħall-protezzjoni ta' data personali, ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati kummerċjali;

T.  billi l-kummerċ diġitali jrid jimmira wkoll li jippromwovi t-tkabbir tal-SMEs u impriżi ġodda, u mhux biss tal-kumpaniji multinazzjonali;

U.  billi l-Messiku jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni mal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-data;

V.  billi l-protezzjoni ta' data personali mhijiex negozjabbli fil-ftehimiet kummerċjali, u billi l-protezzjoni ta' data dejjem ġiet eskluża mill-mandati għan-negozjati kummerċjali tal-UE;

W.  billi l-ftehimiet kummerċjali jistgħu jintużaw bħala lieva biex jittejbu d-drittijiet diġitali; billi l-inklużjoni fil-ftehimiet kummerċjali ta' dispożizzjonijiet dwar in-newtralità tan-netwerk, il-projbizzjoni ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata inġustifikata ta' data, is-sigurtà tad-data, is-sigurtà tal-ipproċessar u l-ħżin tad-data, il-kriptaġġ u r-responsabbiltà tal-intermedjarji tista' ssaħħaħ, b'mod partikolari, il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni;

1.  Jissottolinja li l-UE, bħala komunità ta' valuri u l-akbar esportatur tad-dinja ta' servizzi, għandha tiffissa l-istandards fir-regoli u fil-ftehimiet internazzjonali dwar il-flussi tal-kummerċ diġitali billi tibbażahom fuq tliet elementi: (1) tiggarantixxi l-aċċess għas-suq ta' oġġetti u servizzi diġitali f'pajjiżi terzi, (2) tiggarantixxi li r-regoli kummerċjali joħolqu benefiċċji konkreti għall-konsumaturi, u (3) tippromwovi r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali sabiex jiġu minimizzati l-impatti negattivi potenzjali fuq is-soċjetà u fuq l-iżvilupp; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), tat-tneħħija tal-ostakoli għat-tagħlim tul il-ħajja, u tal-għeluq tad-distakki bejn is-sessi fl-aċċess għal teknoloġiji ġodda u għall-użu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina aktar kif il-politika kummerċjali ta' bħalissa u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma marbuta flimkien, u kif il-kummerċ jista' jippromwovi t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa;

3.  Jinnota li l-effett tan-netwerk fuq l-ekonomija diġitali jippermetti lil kumpanija waħda jew għadd żgħir ta' kumpaniji biex ikollhom sehem kbir tas-suq, li jista' jwassal għal konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq; jenfasizza l-importanza li fil-ftehimiet kummerċjali tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta u effettiva, b'mod partikolari bejn il-fornituri tas-servizzi diġitali, bħal pjattaformi online, u l-utenti, bħal mikroimpriżi, SMEs u impriżi ġodda, u li tiġi promossa l-għażla tal-konsumatur, li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, li jiġi żgurat it-trattament nondiskriminatorju tal-parteċipanti tas-swieq kollha, u li jiġi evitat il-ħolqien ta' pożizzjonijiet dominanti li jwasslu għad-distorsjoni tas-suq; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza li tiġi inkluża n-newtralità tan-netwerk bħala parti ewlenija tal-istrateġija kummerċjali diġitali tagħha; iqis li strateġija kummerċjali diġitali trid tkun ikkomplementata b'qafas internazzjonali b'saħħtu u effettiv dwar il-politika tal-kompetizzjoni, inkluż permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, u kapitoli b'saħħithom dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-impriżi u l-kumpaniji jikkonformaw mar-regoli tal-kompetizzjoni, u li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra kompetituri għad-detriment tal-interessi tal-konsumaturi;

4.  Jenfasizza li l-aċċess għal-konnettività ma' internet ta' banda wiesgħa u metodi ta' ħlas diġitali sikuri, protezzjoni effikaċi tal-konsumatur, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-mekkaniżmi ta' rimedju għall-bejgħ transfruntier online, u proċeduri doganali prevedibbli, huma elementi essenzjali li jippermettu li jkun hemm il-kummerċ diġitali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv;

5.  Iqis li l-ftehimiet kummerċjali għandhom jipprevedu aktar kooperazzjoni bejn l-aġenziji għall-ħarsien tal-konsumatur, u jilqa' l-inizjattivi għat-trawwim ta' miżuri li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumatur fin-negozjati kummerċjali, bħal dispożizzjonijiet dwar il-firem elettroniċi u l-kuntratti u komunikazzjonijiet mhux mitluba; jenfasizza li d-drittijiet tal-konsumaturi jridu jipproteġu u fl-ebda każ ma għandhom jiddgħajfu;

6.  Jissottolinja li l-SMEs f'pajjiżi li qed jiżviluppaw jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-impriżi u jimpjegaw il-parti l-kbira tal-ħaddiema fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi; ifakkar li l-faċilitazzjoni tal-kummerċ elettroniku transfruntier jista' jkollha impatt dirett fuq it-titjib tal-għajxien, trawwem standards ta' ħajja ogħla u tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku;

7.  Ifakkar li xejn fil-ftehimiet kummerċjali ma għandu jipprevjeni lill-UE u lill-Istati Membri tagħha milli jżommu, jtejbu u japplikaw ir-regoli tal-protezzjoni tad-data tagħhom; ifakkar li d-data personali tista' tiġi trasferita lejn pajjiżi terzi mingħajr l-użu tad-dispożizzjonijiet ġenerali fil-ftehimiet kummerċjali meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti – kemm dawk fil-preżent kif ukoll fil-ġejjieni – minquxa fil-Kapitolu IV tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data, ta' bħalissa, u fil-Kapitolu V tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data li ġej; jirrikonoxxi li d-deċiżjonijiet ta' adegwatezza, inklużi dawk parzjali u dawk speċifiċi għas-settur, jikkostitwixxu mekkaniżmu fundamentali fir-rigward tas-salvagwardja tat-trasferiment ta' data personali mill-UE lejn pajjiż terz; josserva li l-UE adottat biss deċiżjonijiet ta' adegwatezza ma' erbgħa minn fost l-akbar 20 sieħeb kummerċjali tagħha; ifakkar fl-importanza li jiġi ggarantit it-trasferiment tad-data minn pajjiżi terzi lejn l-UE, b'mod partikolari permezz ta' djalogi fil-qasam tal-adegwatezza;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità u tħaffef l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, dment li l-pajjiżi terzi jiżguraw, permezz tad-dritt nazzjonali jew tal-impenji internazzjonali tagħhom, livell ta' protezzjoni "sostanzjalment ekwivalenti" għal dak garantit fi ħdan l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tadotta, tippubblika u taġġorna proċeduri vinkolanti dettaljati f'perjodu ta' żmien speċifiku biex jintlaħqu tali deċiżjonijiet, filwaqt li tirrispetta bi sħiħ is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-opinjoni tal-Parlament;

9.  Ifakkar li l-kapaċità ta' aċċess, ġbir, ipproċessar u trasferiment tad-data bejn il-fruntieri qiegħda ssir dejjem aktar importanti għal kull tip ta' kumpanija li tforni oġġetti u servizzi fuq livell internazzjonali; jinnota li din tirrigwarda kemm data personali u dik mhux personali, u tinkludi komunikazzjoni bejn magna u oħra;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tabbozza mill-aktar fis possibbli regoli għat-trasferimenti transfruntieri ta' data li jkunu totalment konformi mar-regoli fis-seħħ u futuri tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tinkorpora fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE dispożizzjoni orizzontali li żżomm bis-sħiħ id-dritt ta' parti li tipproteġi d-data personali u l-privatezza, dment li tali dritt ma jintużax b'mod inġustifikat biex il-parti taħrab mir-regoli tat-trasferimenti tranfruntieri ta' data għal raġunijiet għajr il-protezzjoni tad-data personali; iqis li tali regoli u dispożizzjonijiet għandhom jiffurmaw parti min-negozjati kummerċjali kollha, kemm ġodda kif ukoll dawk varati dan l-aħħar, mal-pajjiżi terzi; jenfasizza li kwalunkwe dispożizzjoni għandha tkun eżentata mill-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe kapitolu futur li jittratta l-protezzjoni tal-investimenti;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi b'mod rigoruż ir-rekwiżiti inġustifikati ta' lokalizzazzjoni tad-data fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles; iqis li t-tneħħija ta' tali rekwiżit għandha tkun prijorità assoluta, u jenfasizza li l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data għandha tiġi rrispettata; jiddispjaċih bit-tentattivi li jintużaw tali rekwiżiti bħala forma ta' ostaklu mhux tariffarju għall-kummerċ u bħala forma ta' protezzjoniżmu diġitali; iqis li dan il-protezzjoniżmu jostakola b'mod gravi l-opportunitajiet tal-impriżi Ewropej fis-swieq tal-pajjiżi terzi u jimmina l-benefiċċji ta' effiċjenza tas-suq diġitali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, il-pożizzjoni tagħha rigward it-trasferimenti transfruntieri ta' data, ir-rekwiżiti inġustifikati ta' lokalizzazzjoni tad-data u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data fin-negozjati kummerċjali, konformement mal-pożizzjoni tal-Parlament, bil-għan li tkun inkluża fin-negozjati kollha, kemm ġodda kif ukoll dawk varati dan l-aħħar, u biex ikun evitat li l-UE tingħata il-ġenb fin-negozjati dwar il-kummerċ internazzjonali;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġġieled kontra l-miżuri ta' pajjiżi terzi, bħall-politiki favur il-konsum ta' prodotti lokali, ir-rekwiżiti ta' kontenut lokali jew it-trasferimenti tat-teknoloġija furzati, sa tali punt li ma jkunux ġustifikati mill-programmi ggwidati min-NU dwar l-għeluq tad-distakk diġitali jew mill-eżenzjonijiet relatati mit-TRIPS, sabiex il-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu joperaw f'ambjent ġust u prevedibbli;

14.  Jenfasizza li l-UE għandha tkompli bl-isforzi tagħha mil-lati bilaterali, plurilaterali u multilaterali biex tiżgura li l-pajjiżi terzi joffru livelli ta' ftuħ lejn l-investimenti barranin ekwivalenti għal tagħha, kif ukoll biex iżommu kundizzjonijiet ta' parità għall-operaturi tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-UE għal regolament li jistabbilixxi qafas għar-rieżami tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, u jsostni l-objettivi tagħha biex jiġu protetti b'mod aħjar l-infrastrutturi u t-teknoloġiji kritiċi;

15.  Jissottolinja l-fatt li strateġija għall-kummerċ diġitali trid tkun totalment konformi mal-prinċipju tan-newtralità tan-netwerk u tħares it-trattament indaqs tat-traffiku tal-internet, mingħajr diskriminazzjoni, restrizzjoni jew indħil, indipendentement minn min jibgħat, min jirċievi, mit-tip, mill-kontenut, mill-apparat, mis-servizz jew mill-applikazzjoni; ifakkar, barra minn hekk, li l-miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku għandhom ikunu permessi f'każijiet eċċezzjonali biss meta jkunu strettament neċessarji, u matul il-perjodu neċessarju biss, bil-għan li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi, żamma tal-integrità u tas-sigurtà tan-netwerk jew prevenzjoni tal-konġestjoni imminenti tan-netwerk;

16.  Jiddeplora bil-qawwa l-prattiki tal-pajjiżi terzi li jrendu l-aċċess għas-suq kundizzjonat għad-divulgazzjoni u għat-trasferiment lejn l-awtoritajiet statali tal-kodiċijiet sors tas-software li l-kumpaniji biħsiebhom ibigħu; iqis li tali miżuri huma sproporzjonati bħala rekwiżit ġenerali għall-aċċess għas-suq; jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi lill-gvernijiet firmatarji tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles milli jinvolvu ruħhom f'attivitajiet bħal dawn; jisħaq fuq il-fatt li dan ta' hawn fuq ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet statali milli jippromwovu t-trasparenza tas-software, filwaqt li titħeġġeġ id-divulgazzjoni pubblika tal-kodiċijiet sors permezz ta' software liberu u b'sors miftuħ, kif ukoll tkun kondiviża d-data permezz ta' liċenzji ta' data miftuħa;

17.  Ifakkar li f'ċerti każijiet ir-rekwiżiti ta' preżenza lokali huma neċessarji biex tkun garantita s-superviżjoni prudenzjali effikaċi jew is-sorveljanza u l-infurzar tar-regolamentazzjoni; itenni għaldaqstant l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tassumi impenji limitati fil-Modalità 1, bil-għan li jkun evitat l-arbitraġġ regolatorju;

18.  Josserva r-rekwiżiti tat-trasferiment tat-teknoloġija favur tal-iżvilupp ma għandhomx ikunu esklużi mid-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ diġitali;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi lill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi milli jirrikjedu d-divulgazzjoni jew it-trasferiment tad-dettalji tat-teknoloġija (krittografika) użata fil-prodotti bħala kundizzjoni tal-manifattura, tal-bejgħ jew tad-distribuzzjoni ta' dawn il-prodotti;

20.  Josserva li l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (PI) u tal-investimenti fir-R&Ż hija kundizzjoni preliminari biex tinkiseb ekonomija tal-UE bbażata fuq l-għarfien, u li l-kooperazzjoni internazzjonali hija fundamentali għall-ġlieda kontra l-kummerċ ta' prodotti ffalsifikati matul il-katina tal-valur kollha kemm hi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, għalhekk, teżerċita pressjoni biex ikunu implimentati, mad-dinja kollha, l-istandards internazzjonali bħall-Ftehim TRIPS tad-WTO u t-Trattati tad-WIPO dwar l-internet; ifakkar li l-protezzjoni ġuridika, kemm online kif ukoll offline, fl-UE kollha hija neċessarja għall-kreazzjonijiet kollha inkwantu se tinkoraġġixxi l-investimenti u twassal għal aktar innovazzjonijiet; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-ftehimiet kummerċjali ma jagħtux lok biex jiġi estiż il-livell ta' protezzjoni tal-PI għad-detenturi tad-drittijiet billi jipprevedu aktar setgħat estensivi dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur; jenfasizza li l-aċċess għall-mediċini fil-pajjiżi terzi ma għandux ikun ikkontestat fuq il-bażi tal-protezzjoni tal-PI; jenfasizza li l-kummerċ tal-oġġetti ffalsifikati jeħtieġ approċċ għalkollox differenti fil-konfront tal-ksur tal-PI fl-ekonomija diġitali;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa' għassa tal-Programm gTLD tal-ICANN, li jespandi l-ismijiet ta' dominju għal eluf ta' ismijiet ġeneriċi, u tiggarantixxi, bi qbil mal-impenn tagħha għal internet liberu u miftuħ, il-protezzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, partikolarment dawk relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-ftehimiet kummerċjali biex tipprevjeni lill-partijiet milli jimponu limiti ta' kapital barrani, tistabbilixxi regoli ta' aċċess bl-ingrossa favur il-kompetizzjoni għan-netwerks tal-operaturi tradizzjonali, tipprovdi regoli u tariffi trasparenti u mhux diskriminatorji għall-ħruġ ta' liċenzji, u tiżgura aċċess veritier għaċ-ċirkwit lokali tal-infrastrutturi fis-swieq tal-esportazzjoni għall-fornituri tat-telekomunikazzjoni tal-UE; ifakkar li l-kompetizzjoni bbażata fuq ir-regoli fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet twassal għal servizzi ta' kwalità ogħla u għal prezzijiet orħos;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha favur l-iżvilupp ta' ġabra ta' normi multilaterali vinkolanti dwar il-kummerċ elettroniku fi ħdan id-WTO, u tkompli tikkonċentra fuq objettivi konkreti u realistiċi;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tniedi b'urġenza n-negozjati TiSA konformement mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament; jaqbel mal-fehma li l-UE jmissha taħtaf l-okkażjoni li tassumi rwol ta' tmexxija biex tiffissa standards diġitali globali tal-aħħar ġenerazzjoni;

25.  Ifakkar li, sa mill-1998, il-membri tad-WTO appoġġaw moratorju fuq it-tariffi fuq trażmissjonijiet elettroniċi; jisħaq fuq il-fatt li tali tariffi jkunu jinvolvu spejjeż addizzjonali bla bżonn kemm għall-impriżi kif ukoll għall-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tbiddel il-moratorju fi ftehim permanenti dwar il-projbizzjoni ta' tariffi fuq it-trażmissjonijiet elettroniċi, soġġett għal analiżi bir-reqqa tal-implikazzjonijiet fil-qasam tal-istampar tridimensjonali;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-ftehimiet kummerċjali biex tippromwovi l-interoperabbiltà tal-istandards tal-ICTs li tkun ta' ġid kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi, partikolarment fil-kuntest ta' internet tal-oġġetti sikur, tal-5 ġenerazzjoni (5G) u taċ-ċibersigurtà, u fl-istess ħin ma tevitax il-fora leġittimi għall-governanza b'bosta partijiet interessati li kienu ferm siewja għall-internet miftuħ;

27.   Iqis li għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-numru dejjem akbar ta' konsumaturi u individwi li qegħdin ibigħu u jixtru oġġetti fuq l-internet u jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' proċeduri doganali kkumplikati għall-oġġetti li jkunu xtraw online; ifakkar fil-bżonn li jinħoloq trattament doganali semplifikat, eżenti mit-taxxi u mid-dazji għall-oġġetti mibjugħa online u għall-oġġetti mhux użati li jinraddu lura; ifakkar li l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO jimmira li jħaffef il-proċeduri doganali u jtejbilhom l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza; jisħaq fuq il-bżonn tad-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni u tal-ġestjoni doganali permezz tar-reġistrazzjoni u tal-operazzjoni online tal-informazzjoni, fatt li għandu jiffaċilita l-iżdoganar fil-fruntieri, il-kooperazzjoni fil-kxif ta' frodi, l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-trasparenza tal-prezzijiet marbuta mad-dwana; jemmen li l-użu usa' ta' strumenti bħas-soluzzjonijiet tat-tilwim online jkun ta' ġid għall-konsumaturi;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-firmatarji tal-ftehimiet kummerċjali jinkludu, fil-kapitolu ddedikat għat-telekomunikazzjonijiet tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tagħhom, dispożizzjonijiet li jagħmlu t-tariffi tar-roaming internazzjonali u dawk applikati għat-telefonati u għall-messaġġi internazzjonali trasparenti, ġusti, raġonevoli u orjentati lejn il-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni ssostni l-politiki li jippromwovu prezzijiet bl-imnut orjentati lejn il-kostijiet għas-servizzi tar-roaming bil-għan li jorħsu l-prezzijiet, tkun promossa t-trasparenza, ikunu evitati l-prattiki kummerċjali inġusti jew b'xi mod huma negattivi għall-konsumaturi;

29.  Jirrikonoxxi li l-prinċipji tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (2000/31/KE) taw il-kontribut tagħhom sabiex tiġi żviluppata l-ekonomija diġitali billi ħalqu l-kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjonijiet u ggarantew il-libertà tal-kelma u l-libertà ta' impriża; ifakkar li, fin-negozjati kummerċjali tagħha, il-Kummissjoni hija marbuta bl-acquis tal-UE;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra t-teknoloġiji u s-servizzi diġitali fil-politika ta' żvilupp tal-UE, kif definit, fost oħrajn, fl-aġenda Digital4Development; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-ftehimiet kummerċjali biex ittejjeb u tippromwovi d-drittijiet diġitali; jirrikonoxxi li 53,6 % biss tal-unitajiet domestiċi fid-dinja kollha għandhom aċċess għall-internet; jiddeplora l-fatt li għad hemm distakk diġitali notevoli; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-investimenti fl-infrastruttura diġitali fin-Nofsinhar tad-dinja bil-għan li jingħalaq dan id-distakk diġitali, anki billi jiġu stimolati s-sħubijiet pubbliċi-privati, iżda xorta waħda fir-rispett tal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp; josserva, f'dan il-kuntest, il-kontribut li tat l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni - Settur tal-Iżvilupp (ITU-D) tan-NU fil-ħolqien, fl-iżvilupp u fit-titjib tat-telekomunikazzjoni u tat-tagħmir u netwerks tal-ICTs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tara li l-investimenti fl-infrastruttura ta' banda wiesgħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu totalment għar-rispett ta' internet liberu, miftuħ u sikur, kif ukoll ikunu subordinati għal dan ir-rispett, u tiżviluppa soluzzjonijiet adegwati għall-promozzjoni ta' aċċess għall-internet mobbli; jisħaq fuq l-importanza partikolari ta' tali investimenti għall-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fil-livell lokali, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li jkunu jistgħu jinteraġixxu b'mod diġitali mal-impriżi multinazzjonali u jaċċedu għall-ktajjen tal-valur mondjali; ifakkar li l-aġevolazzjoni tal-kummerċ elettroniku transfruntier jista' jkollha impatt dirett fuq it-titjib tal-għajxien, trawwem standards ta' ħajja ogħla u tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku; ifakkar il-kontribut li sforzi bħal dawn jistgħu jagħtu għall-ugwaljanza bejn is-sessi billi numru mdaqqas ta' dawn il-kumpaniji huma tan-nisa jew immexxijin minn nisa; itenni li l-kummerċ diġitali jaf ukoll ikun riżorsa għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u b'hekk ikun sostnut l-iżvilupp tal-gvern elettroniku;

31.  Jenfasizza li huwa importantissmu li kwalunkwe strateġija għall-kummerċ diġitali trid tirrispetta għalkollox il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki, u għandha b'mod partikolari tipprova tippromwovi u tippermetti l-istart-ups u lill-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fil-kummerċ elettroniku transfruntier, bi tfakkira tal-kontribut li dan jista' jagħti għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

32.  Iqis li l-kwistjonijiet diġitali għandhom ukoll ikunu preżenti b'aktar prominenza fil-politika "Għajnuna għall-Kummerċ" tal-UE bil-għan li jkun iffaċilitat it-tkabbir tal-kummerċ elettroniku permezz ta' iżjed sostenn għall-innovazzjoni u għall-infrastruttura kif ukoll aċċess għall-finanzjamenti, partikolarment bis-saħħa ta' inizjattivi ta' mikrofinanzjament, u anki permezz ta' assistenza biex tiżdied il-viżibbiltà online għall-impriżi tal-kummerċ elettroniku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex ikun iffaċilitat l-aċċess u tkun promossa d-disponibbiltà tas-soluzzjonijiet ta' pagament elettroniku u l-aċċess għal loġistika u servizzi ta' konsenja effikaċi f'termini ta' kostijiet;

33.  Jenfasizza li kwalunkwe strateġija għall-kummerċ diġitali, inklużi l-miżuri ta' akkumpanjament tagħha, trid tkun konformi għalkollox mat-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u trid tikkontribwixxi lejn dan it-twettiq; josserva li l-SDG nru 4 dwar l-edukazzjoni ta' kwalità dwar l-għoti ta' edukazzjoni primarja u sekondarja li tkun b'xejn, ekwa u ta' kwalità lill-bniet u lis-subien kollha, l-SDG nru 5 dwar il-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet, l-SDG nru 8.10 dwar il-promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, partikolarment billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji nazzjonali u jitwessa' l-aċċess għas-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-SDG nru 9.1 dwar l-iżvilupp ta' infrastruttura affidabbli u reżiljenti b'enfasi fuq aċċess ekwu għal kulħadd, u l-SDG nru 9.3 dwar iż-żieda fl-aċċess tal-impriżi ż-żgħar, partikolarment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għas-servizzi finanzjarji, inkluż għall-kreditu bi mgħax raġonevoli, u l-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur u fis-swieq, fatt li huwa partikolarment rilevanti f'dan ir-rigward;

34.  jimpenja ruħu li jaġġorna l-istrateġija għall-kummerċ diġitali tiegħu kull ħames snin;

35.  Jenfasizza li l-użu tal-infrastruttura, u l-aċċess għaliha, speċjalment f'żoni rurali, muntanjużi u remoti, li tkun adegwata fir-rigward tal-kopertura, tal-kwalità u tas-sigurtà u li tappoġġa n-newtralità tan-netwerk, huma kruċjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u għat-tisħiħ tal-governanza elettronika;

36.  Jappoġġa l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "L-istandards tal-ICT bħala l-pedament tas-suq uniku diġitali" (COM(2016)0176); jenfasizza li filwaqt li l-istandardizzazzjoni tal-ICT trid tkompli titmexxa primarjament mill-industrija, tkun volontarja u titmexxa b'kunsens, abbażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ftuħ, imparzjalità, kunsens, effikaċja, rilevanza u koerenza, sett aktar ċar ta' prijoritajiet għall-istandardizzazzjoni tal-ICTs, flimkien ma' appoġġ politiku ta' livell għoli, jagħtu spinta lill-kompetittività; jinnota li dan il-proċess għandu jagħmel użu mill-istrumenti tas-Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni u jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali, sabiex jiġu żgurati proċessi mtejba għall-iffissar tal-istandards, b'konformità mal-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni trawwem l-emerġenza ta' standards tal-industrija globali taħt it-tmexxija tal-UE għat-teknoloġiji 5G u l-arkitetturi tan-netwerks ewlenin, b'mod partikolari permezz tal-isfruttament tar-riżultati tas-sħubija pubblika-privata tal-5G (SPP 5G) fil-livell tal-korpi għall-istandardizzazzjoni tal-UE u internazzjonali ewlenin;

37.  Jinnota l-isforzi li saru mid-WTO biex tmexxi 'l quddiem il-programm ta' ħidma tagħha dwar il-kummerċ elettroniku; jitlob lill-Kummissjoni tfittex li jkun hemm aktar espansjoni tal-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni tad-WTO, bil-għan li jinkludi aktar prodotti u aktar membri tad-WTO, u jieħu nota tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires skedata għal Diċembru 2017; jitlob lill-Kummissjoni tikkonsulta lill-impriżi Ewropej u lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr dwar il-pożizzjoni tagħha dwar il-kummerċ elettroniku u kwistjonijiet oħra relatati mal-kummerċ diġitali li se jintlaħaq ftehim dwarhom fil-konferenza, sabiex tiżgura pożizzjoni Ewropea magħquda;

38.  Jemmen li l-kummerċ diġitali għandu jkun iffaċilitat aktar fil-politiki tal-akkwist, inkluż billi jittieħed vantaġġ tal-possibbiltajiet biex jiġu pprovduti servizzi mill-bogħod u billi l-kumpaniji Ewropej jitħallew, b'mod partikolari l-SMEs, jiksbu aċċess għall-akkwist pubbliku u privat;

39.  Jenfasizza l-importanza ta' standards internazzjonali dwar it-tagħmir u s-servizzi diġitali, speċjalment fil-qasam taċ-ċibersigurtà; jitlob lill-Kummissjoni taħdem biex tiżgura l-introduzzjoni ta' miżuri bażiċi ta' ċibersigurtà fejn għandhom x'jaqsmu prodotti tal-internet tal-oġġetti u servizzi bbażati fuq il-cloud.

40.  Jenfasizza li minkejja li l-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tindirizza ħafna mill-problemi li jiffaċċja l-kummerċ diġitali, il-kumpaniji tal-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli globali bħal nuqqas ta' trasparenza tar-regolamenti, l-intervent tal-gvern jew lokalizzazzjoni tad-data jew ħżin tad-data inġustifikati; jirrimarka li xi wħud mill-azzjonijiet ewlenin tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, bħalma huma l-inizjattiva tal-UE dwar il-cloud u r-riforma tad-drittijiet tal-awtur, għandhom dimensjoni internazzjonali li tista' tiġi indirizzata fi strateġija kummerċjali diġitali Ewropea;

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-SEAE.

(1)

ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(2)

ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0299.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2016)0041.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2015)0252.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2016)0233.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (12.10.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Lejn strateġija għall-kummerċ diġital

(2017/2065(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Daniel Dalton

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija "Kummerċ għal kulħadd" tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tagħti prijorità lill-approċċi ġodda li jiffaċilitaw il-kummerċ fi prodotti u servizzi diġitali u jeliminaw l-ostakli mhux tariffarji diġitali; jemmen li l-UE għandu jkollha rwol ta' mexxej fil-promozzjoni ta' kwistjonijiet dwar il-kummerċ diġitali fil-livell internazzjonali u jqis li l-mezzi kollha biex isir progress f'dan il-qasam għandhom jiġu esplorati;

2.  Jenfasizza li l-isfidi l-ġodda tal-kummerċ diġitali għandhom jiġu riflessi wkoll fl-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-ħiliet diġitali, li huma importanti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji, u li jridu jsiru sforzi, b'mod partikolari f'żoni rurali kif ukoll fl-ekonomiji anqas żviluppati; jissottolinja li huwa tal-ogħla importanza li tissaħħaħ il-kompetittività tal-impriżi Ewropej fis-suq globali biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ekonomiku tal-UE;

3.  Jenfasizza li l-miżuri previsti għall-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, bħal titjib fir-reġimi tal-protezzjoni tal-konsumatur, it-tneħħija tal-imblukkar ġeografiku, it-trawwim tan-newtralità tal-internet u t-titjib taċ-ċibersigurtà, huma rilevanti kemm f'dak li jirrigwarda l-politika esterna kummerċjali tal-UE u t-tisħiħ tas-suq uniku, kif ukoll jikkontribwixxu għal pożizzjoni ta' negozjar tal-UE aktar b'saħħitha f'dan ir-rigward fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi; jitlob għalhekk, li jkun hemm identifikazzjoni u eliminazzjoni ġenerali tal-ostakli fis-suq intern għall-kummerċ diġitali;

4.  Jinnota f'dan il-kuntest l-importanza tal-aċċess tas-suq għall-impriżi tat-telekomunikazzjoni tal-UE;

5.  Jinnota l-isforzi li saru mid-WTO biex tmexxi 'l quddiem il-programm ta' ħidma tagħha dwar il-kummerċ elettroniku; jitlob lill-Kummissjoni tfittex li jkun hemm aktar twessigħ tal-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni tad-WTO bil-għan li jinkludi aktar prodotti u aktar membri tad-WTO, u jieħu nota tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires skedata għal Diċembru 2017; jistaqsi lill-Kummissjoni biex tikkonsulta man-negozji Ewropej u l-Istati Membri kemm jista' jkun malajr dwar il-pożizzjoni tagħha dwar il-kummerċ elettroniku u kwistjonijiet oħra relatati mal-kummerċ diġitali li jintlaħaq ftehim dwarhom fil-konferenza, sabiex tiżgura pożizzjoni Ewropea magħquda;

6.  Jiddispjaċih li l-progress pożittiv f'dan ir-rigward kien kajman; jistieden lill-Kummissjoni tkun ambizzjuża meta tiġi biex tistabbilixxi l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fil-programm; iqis li għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-għadd dejjem akbar ta' konsumaturi li jinqabdu fi proċeduri doganali u l-ksur possibbli fir-rigward ta' prodotti li jinxtraw minn fuq l-internet; jemmen li l-użu usa' ta' għodod bħas-soluzzjonijiet tat-tilwim online jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi f'dan ir-rigward; jemmen li rata de minimis ogħla għandha tiġi segwita fil-kuntest ta' negozjati kummerċjali u wkoll li tissimplifika aktar ir-regoli kummerċjali internazzjonali;

7.  Iqis, f'dan il-kuntest, li l-qafas regolatorju għall-kummerċ elettroniku, minn naħa, jenħtieġ li jiżgura li l-konsumaturi jkunu protetti b'mod effettiv minn kwalunkwe ksur u jkunu infurmati b'mod effettiv dwar il-karatteristiċi tal-prodott meta jixtru oġġetti minn fuq l-internet, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fil-kummerċ diġitali u, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jnaqqas il-burokrazija għall-SMEs, in-negozji l-ġodda, in-negozji li qed jespandu u n-negozji żgħar ħafna, li huma dawk li għandhom l-aktar x'jibbenefikaw mill-viżibbiltà garantita tal-kummerċ online u jistgħu jibbenefikaw mit-tisħiħ tad-diġitalizzazzjoni u tal-kummerċ diġitali;

8.  Jisħaq li l-għodod effettivi bħal sistemi internazzjonali ta' pagament online siguri u affidabbli u mekkaniżmi ta' soluzzjoni għat-tilwim innovattivi huma kruċjali biex titnaqqas il-frodi online, jiġu miġġielda l-prattiki mhux ġusti u jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur sabiex jiffaċilitaw ir-rimedji għall-konsumaturi; jistaqsi lill-Kummissjoni tippromwovi u taħdem lejn tali titjib bħala parti miż-żieda tal-kummerċ internazzjonali;

9.  Jistaqsi lill-Kummissjoni tanalizza l-ftehimiet doganali u dwar it-taxxa biex jiġi żgurat li l-kummerċ diġitali ma ssirlux ħsara mir-regoli li ġew abbozzati bil-kunsiderazzjoni ta' prodotti fiżiċi biss u, fejn meħtieġ, tfittex li tirriforma;

10.  Jemmen li l-kummerċ diġitali għandu jkun iffaċilitat aktar fil-politiki tal-akkwist, inkluż billi jittieħed vantaġġ tal-possibbiltajiet biex jiġu pprovduti servizzi mill-bogħod u billi l-kumpaniji Ewropej jitħallew, b'mod partikolari l-SMEs, jiksbu aċċess ġust għall-akkwist pubbliku u privat;

11.  Jenfasizza li l-kummerċ diġitali huwa ffaċilitat l-aħjar permezz ta' skambju miftuħ ta' data, mingħajr restrizzjonijiet ġeografiċi; iqis li t-tneħħija tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data għandha tkun prijorità ewlenija, filwaqt li jenfasizza li l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data għandha tiġi rrispettata; jiddispjaċih minħabba t-tentattivi li jintużaw tali rekwiżiti bħala forma ta' ostaklu mhux tarrifarju għall-kummerċ u bħala forma ta' protezzjoniżmu diġitali; jemmen li l-ewwel pass lejn projbizzjoni globali tal-lokalizzazzjoni tad-data għandu jkun projbizzjoni madwar l-Unjoni kollha fi ħdan is-suq uniku u t-twaqqif tal-fluss ħieles ta' data bħala "l-ħames libertà" fl-Ewropa u jappoġġja l-isforzi kollha tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kummerċ diġitali u l-flussi tad-data bħala parti mill-mandati futuri kollha għan-negozjati kummerċjali; jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni tfittex tintroduċi l-annessi dwar il-kummerċ diġitali u l-flussi tad-data għall-ftehimiet preżenti, kull fejn ikun possibbli; jappella għall-ħolqien ta' konvenzjoni internazzjonali dwar il-flussi tad-data, flimkien ma' ftehimiet bilaterali dwar il-fluss liberu tad-data, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-rekwiżiti eżistenti ta' protezzjoni tal-proprjetà intellettwali jiġu rrispettati u li t-trasferimenti transkonfinali ta' data personali jkunu f'konformità mal-oqfsa legali attwali u futuri tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza;

13.  Jenfasizza li l-iskambju ta' data miftuħa jrid jirrispetta l-prinċipji tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali;

14.  Jirrikonoxxi li d-diskussjonijiet kummerċjali internazzjonali multilaterali dwar il-kummerċ diġitali mhumiex avvanzati daqs dibattiti komparabbli dwar is-Suq Uniku Diġitali; jirrakkomanda li, għall-inqas fuq livell bilaterali, il-Kummissjoni tiżviluppa pożizzjonijiet dwar l-iżviluppi antiċipati fil-kummerċ diġitali, inkluż l-adattament xieraq tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-kummerċ f'prodotti fejn l-ostakli bejn oġġetti u servizzi mhumiex ċari (eż. l-istampar 3D) u dawk il-prodotti b'għadd kbir ta' komponenti diġitali (eż. l-vetturi konnessi);

15.  Jappoġġja l-idea li l-moratorju attwali tad-WTO fuq it-tariffi dwar trażmissjonijiet elettroniċi jsir wieħed permanenti; jistieden lill-Istati Membri jiddefendu l-interessi Ewropej minn kwalunkwe attentat li jiġi ġġenerat dħul minn tali tariffi minn pajjiżi terzi;

16.  Jissottolinja l-valur tal-ekonomija kollaborattiva, kemm fi ħdan is-Suq Uniku kif ukoll bejn in-negozji u l-konsumaturi tal-UE u n-negozji barra mill-UE; jemmen li t-tkabbir globali ta' dan it-tip ta' kummerċ għandu jitqies bħala żvilupp pożittiv għall-futur tal-kummerċ;

17.  Jenfasizza l-importanza ta' standards internazzjonali dwar it-tagħmir u s-servizzi diġitali, speċjalment fil-qasam taċ-ċibersigurtà; jistaqsi lill-Kummissjoni taħdem biex tiżgura l-introduzzjoni ta' miżuri bażiċi ta' ċibersigurtà fejn għandhom x'jaqsmu prodotti tal-Internet tal-Oġġetti u servizzi bbażati fuq il-cloud.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Dennis de Jong, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Catherine Stihler, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Anna Hedh, Arndt Kohn, Roberta Metsola, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Kovatchev

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Dita Charanzová, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

PPE

Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Antonio López-Istúriz White, Roberta Metsola, Jiří Pospíšil

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Anna Hedh, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

4

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Dennis de Jong

Verts/ALE

Igor Šoltes

3

0

EFDD

Marco Zullo

PPE

Philippe Juvin, Andrey Kovatchev

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (24.10.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali

(2017/2065(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Angelika Mlinar

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Individwi f'dak li għandu x'jaqsam mal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, Serje tat-Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 108, flimkien mal-Protokoll addizzjonali tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-flussi ta' data transatlantiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 li jistabbilixxi li pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni ta' data personali permezz tal-liġi domestika tiegħu jew tal-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta' awtoritajiet superviżorji indipendenti,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-362/14 (Schrems), li ċċarat li livell adegwat ta' protezzjoni f'pajjiż terz irid jinftiehem li jkun "essenzjalment ekwivalenti" għal dak garantit fl-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 95/46/KE moqrija fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika Kummerċjali għal Kulħadd, it-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni (COM(2017)0491),

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija marbuta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-Artikolu 8 tagħha dwar id-dritt tal-protezzjoni ta' data personali, mill-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-istess dritt fundamentali u mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);

B.  billi l-protezzjoni ta' data personali mhijiex negozjabbli fil-ftehimiet kummerċjali u l-protezzjoni ta' data dejjem ġiet eskluża mill-mandati għan-negozjati kummerċjali tal-UE;

C.  billi l-fluss ħieles tad-data huwa parti integrali mill-ekonomija moderna, jippermetti l-għoti ta' servizzi transfruntiera u b'hekk jinħolqu bosta benefiċċji tanġibbli għall-utenti, jitrawwem l-ilħiq globali tal-kumpaniji Ewropej, inklużi l-SMEs, u huwa mistenni li l-fluss jiżdied aktar fis-snin li ġejjin;

D.  billi l-qafas ta' protezzjoni ta' data tal-UE diġà jippermetti l-"moviment liberu" ta' data ġewwa l-UE u ma' pajjiżi terzi, dment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu li jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni ta' data personali meħtieġ fl-Unjoni ma jiġix imminat bħala riżultat tat-trasferiment;

E.  billi r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (RĠPD) mhux biss jiċċara r-regoli għall-valutazzjoni tal-livell ta' protezzjoni ta' pajjiżi terzi (deċiżjonijiet ta' adegwatezza), iżda jikkodifika wkoll waħda mill-għodod diġà użati għat-trasferimenti internazzjonali (regoli korporattivi vinkolanti) u jipprevedi żewġ għażliet addizzjonali biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti ta' data personali (ċertifikazzjonijiet u kodiċijiet ta' kondotta);

F.  billi l-protezzjoni ta' data personali hija dritt fundamentali u standards għoljin f'dan il-qasam jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-fiduċja fl-ekonomija diġitali u b'hekk jitrawwem l-iżvilupp tal-kummerċ diġitali; billi l-promozzjoni ta' standards għoljin fil-qasam tal-protezzjoni ta' data u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali għandhom jimxu id f'id fl-era diġitali; billi għalhekk ir-RĠPD ma jistax jitqies bħala ostakolu għal flussi ta' data;

G.  billi l-ftehimiet kummerċjali jistgħu jintużaw bħala lieva biex jittejbu d-drittijiet diġitali; billi l-inklużjoni fil-ftehimiet kummerċjali ta' dispożizzjonijiet dwar in-newtralità tan-netwerk, il-projbizzjoni ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata mhux ġustifikata ta' data, is-sigurtà ta' data, is-sigurtà tal-ipproċessar u l-ħżin tad-data, il-kriptaġġ u r-responsabbiltà tal-intermedjarji tista' ssaħħaħ, b'mod partikolari, il-protezzjoni tal-libertà ta' espressjoni;

H.  billi l-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data skont l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u d-diġitalizzazzjoni ta' tali data saru parti integrali mill-mudelli kummerċjali moderni;

I.  billi l-Istati Membri jeħtiġilhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kummerċ diġitali, u dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija tal-UE;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-trasferimenti transfruntiera huma konformi mal-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u mal-istandards tad-drittijiet fundamentali tal-UE, b'mod partikolari fuq livell bilaterali, permezz ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, u f'livell internazzjonali, billi tiġi inkorporata fil-ftehimiet dwar il-kummerċ tagħna dispożizzjoni orizzontali li tibqa' żżomm sħiħ id-dritt ta' parti li tipproteġi d-data personali u l-privatezza u li tevita rekwiżiti mhux ġustifikati ta' lokalizzazzjoni tad-data, bil-kundizzjoni prinċipali li ma għandhiex tintuża bl-intenzjoni li tillimita l-flussi ta' data għal raġunijiet oħrajn għajr il-protezzjoni ta' data personali; jistieden lill-Kummissjoni tfittex l-opinjoni formali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (PEBD) futur dwar kwalunkwe waħda minn dawn ir-regoli diġà fl-istadju tal-abbozzar;

2.  Jirrakkomanda l-użu effiċjenti tal-istrumenti kollha previsti fir-RĠPD bil-ħsieb li jiġi garantit qafas legali b'saħħtu, filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li r-regoli tal-UE dwar it-trasferiment ta' data personali jistgħu jipprojbixxu l-ipproċessar ta' din id-data f'pajjiżi terzi jekk dawn ma jilħqux l-istandard ta' adegwatezza tal-UE;

3.  Jissottolinja l-ħtieġa li, bħala prijorità prinċipali, jiġu indirizzati l-forom kollha ta' protezzjoniżmu diġitali, inklużi r-rekwiżiti mhux ġustifikati tal-lokalizzazzjoni ta' data, peress li tali protezzjoniżmu jmur kontra l-objettivi tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni ta' data, itellef b'mod gravi l-opportunitajiet għan-negozji Ewropej fi swieq ta' pajjiżi terzi u jimmina l-benefiċċji ta' effiċjenza tal-kummerċ diġitali; jenfasizza li kwalunkwe restrizzjoni fuq il-flussi ta' data għandha tiġi ġustifikata;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun punt ta' riferiment għall-iffissar ta' standards għoljin ta' protezzjoni ta' data għal dak li jikkonċerna l-flussi ta' data fil-livell internazzjonali u tikkonsulta lill-istituzzjonijiet u l-korpi xierqa tal-UE responsabbli mill-qasam tal-protezzjoni ta' data qabel u matul il-proċess ta' negozjati ta' ftehimet internazzjonali jew kummerċjali li potenzjalment jistgħu jaffettwaw il-protezzjoni ta' data; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-obbligu tal-Kummissjoni li jirriżulta mill-Paragrafu 10 tal-Artikolu 218 tat-TFUE, li jistipula li l-Parlament għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura;

5.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali diġà tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, pereżempju billi żżid it-trasparenza tar-regolamenti u l-proċeduri ta' għoti u billi tissimplifika l-proċeduri doganali; jirrimarka li strateġija kummerċjali diġitali tista' tkompli tintuża biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali u l-prinċipji internazzjonali, billi tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq intern, armonizzazzjoni ta' standards u protezzjoni u sigurtà tal-konsumatur;

6.  Jenfasizza li minkejja li l-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tindirizza ħafna mill-problemi li jiffaċċja l-kummerċ diġitali, il-kumpaniji tal-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakoli bħal nuqqas ta' trasparenza tar-regolamenti globali, l-intervent tal-gvern jew lokalizzazzjoni tad-data jew ħżin tad-data mhux ġustifikati; jirrimarka li xi wħud mill-azzjonijiet ewlenin tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, bħalma huma l-inizjattiva tal-UE dwar il-cloud u r-riforma tad-drittijiet tal-awtur, għandhom dimensjoni internazzjonali li tista' tiġi indirizzata fi strateġija kummerċjali diġitali Ewropea.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Raymond Finch, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in 't Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Lívia Járóka, Dennis de Jong, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Kati Piri, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Josu Juaristi Abaunz, Kaja Kallas, Martin Sonneborn, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

52

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Kaja Kallas, Angelika Mlinar

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Ignazio Corrao, Laura Ferrara, Kristina Winberg

ENF

Harald Vilimsky

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Cornelia Ernst, Josu Juaristi Abaunz

NI

Martin Sonneborn

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Rachida Dati, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Kati Piri, Soraya Post, Birgit Sippel, Janusz Zemke

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

3

-

EFDD

Gerard Batten, Raymond Finch

ENF

Auke Zijlstra

1

0

GUE/NGL

Dennis de Jong

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0233.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (8.11.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar "Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali"

(2017/2065(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Reinhard Bütikofer

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku)(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2017 intitolata "Nindirizzaw il-kontenut illegali online: Lejn aktar responsabbiltà fir-rigward tal-pjattaformi online" (COM(2017)0555),

1.  Jinnota li ż-żieda fil-veloċità u l-konvenjenza ikbar tal-għodod diġitali jawtonomizzaw lill-kumpaniji u jespandu l-influwenza tagħhom; jenfasizza li l-UE trid tiżviluppa strateġiji sabiex tisfrutta t-teknoloġija diġitali għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u l-konsumaturi tagħha, tnaqqas id-distakk diġitali bejn ir-reġjuni u bejn il-ġenerazzjonijiet, tiżgura aċċess għas-suq ġust, trasparenti u sostenibbli u tipproteġi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha, inklużi l-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tad-data;

2.  Jinnota li t-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) tiffaċilita ekonomija inklużiva u tista' taġixxi ta' mutur ewlieni għall-innovazzjoni, it-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi, u dan jista' jkollu effett konsegwenzjali pożittiv fuq il-katina tal-valur kollha u fl-industriji u r-reġjuni, kollha, inkluż fuq il-konsumaturi u l-impjegati; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, twettaq ftehimiet kummerċjali adatti għas-seklu 21 li jirrikonoxxu n-natura fundamentali tal-avvanz tat-teknoloġija u l-internet u l-potenzjal tagħhom għall-prosperità; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, turi li hemm rabta koerenti bejn l-istrateġija tas-suq intern diġitali u strateġija għall-kummerċ diġitali, u tevidenzja l-benefiċċji tagħha għaċ-ċittadini tal-UE;

3.  Jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin b'rabta mal-fajls leġiżlattivi dwar is-suq diġitali u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm koerenza bejn is-suq uniku diġitali l-ġdid tal-UE u l-politiki esterni tagħha sabiex jiġi segwit approċċ integrat fin-negozjati kummerċjali; jenfasizza li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles jenħtieġ li ma jkunux l-uniku mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li jiffaċilita l-kummerċ diġitali;

4.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni ta', u l-aċċess għal, infrastruttura, speċjalment f'żoni rurali, muntanjużi u remoti, li tkun adegwata fir-rigward tal-kopertura, il-kwalità u s-sigurtà u li tappoġġa n-newtralità tal-internet, huma kruċjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u t-tisħiħ tal-governanza elettronika;

5.  Jinnota li sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-konnettività tal-UE għall-2025 huwa stmat li se jkun meħtieġ investiment ta' EUR 500 biljun f'infrastruttura ta' kapaċità għolja ħafna tul l-għaxar snin li ġejjin; jenfasizza li l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi se jkun strumentali fil-kisba ta' ambjent ta' investiment aktar prevedibbli, b'mod partikolari permezz ta' regolamentazzjoni adattata għar-riskji u l-isfidi fl-implimentazzjoni ta' netwerks li fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu ġodda, b'benefiċċji għal dawk li jaġixxu kmieni;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa tas-simplifikazzjoni u l-allinjament tar-regoli permezz ta' mudell teknoloġikament progressiv u trasparenti ta' governanza elettronika għall-proċeduri amministrattivi; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu progress rapidu fil-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-prattika ta' governanza elettronika tagħhom;

7.  Jenfasizza n-natura globali tal-aħjar standards tal-ICT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-infrastruttura kummerċjali, kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq dak internazzjonali; jitlob, għalhekk, kooperazzjoni iktar mill-qrib fil-livell tal-G7 u tal-G20; jissottolinja li l-ambjent online jaġixxi ta' punt tad-dħul għall-applikazzjoni ta' firxa ta' standards oħrajn, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumatur, l-ambjent, is-saħħa, u d-drittijiet soċjali u fundamentali;

8.  Jappoġġa l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "L-istandards tal-ICT bħala l-pedament tas-suq uniku diġitali" (COM(2016)0176); jenfasizza li filwaqt li l-istandardizzazzjoni tal-ICT trid tkompli titmexxa primarjament mill-industrija, tkun volontarja u titmexxa b'kunsens, abbażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ftuħ, imparzjalità, kunsens, effettività, rilevanza u koerenza, sett aktar ċar ta' prijoritajiet għall-istandardizzazzjoni tal-ICT, flimkien ma' appoġġ politiku ta' livell għoli, jagħtu spinta lill-kompetittività; jinnota li dan il-proċess jenħtieġ li jagħmel użu mill-istrumenti tas-Sistema Ewropea ta' Standardizzazzjoni u jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali, sabiex jiġu żgurati proċessi mtejba għall-iffissar tal-istandards, b'konformità mal-Inizjattiva Konġunta dwar l-Istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni trawwem l-emerġenza ta' standards tal-industrija globali taħt it-tmexxija tal-UE għat-teknoloġiji 5G u l-arkitetturi tan-netwerks ewlenin, b'mod partikolari permezz tal-isfruttar tar-riżultati tas-sħubija pubblika-privata tal-5G (SPP 5G) fil-livell tal-korpi għall-istandardizzazzjoni tal-UE u internazzjonali ewlenin;

9.  Jinnota li minkejja li l-konnettività diġitali ssaħħaħ il-volum tal-kummerċ, sistema ta' implimentazzjoni effiċjenti hija prerekwiżit għan-negozjanti online; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-UE tappoġġa tikketti armonizzati, li jistgħu jwasslu għal servizzi ta' traċċar transkonfinali aħjar u iktar effiċjenti; jilqa' l-istandards miftuħa tal-IT żviluppati fi ħdan il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tippromwovi tali għodod effettivi mas-sħab kummerċjali internazzjonali sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konsenja transkonfinali u fl-aħħar mill-aħħar għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-utenti aħħarin;

10.  Jinnota li meta jkunu qed jagħmlu xiri online, il-konsumaturi tal-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakli biex jixtru minn kummerċjanti fi Stati Membri oħrajn tal-UE, bħal pereżempju meta l-ħlas tagħhom jiġi rifjutat jew meta l-prodotti ma jkunux jistgħu jiġu konsenjati f'pajjiżhom;

11.  Jenfasizza li l-UE għandha rwol importanti x'taqdi fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' dawn l-istandards mad-dinja kollha;

12.  Jissottolinja li l-UE jenħtieġ li ssaħħaħ il-koperazzjoni dwar il-kummerċ diġitali mas-sħab kummerċjali tagħha, li japplikaw standards għoljin b'ħidma fil-livelli multilaterali, plurilaterali u bilaterali sabiex jitnaqqsu kemm l-ostakli tariffarji kif ukoll dawk mhux tariffarji permezz ta għodod bħat-tikkettar elettroniku u jiġu promossi standards globali rikonoxxuti; iwissi kontra l-użu tal-ftehimiet kummerċjali bħala għodda ta' standardizzazzjoni;

13.  Jissottolinja li, filwaqt li l-ftehimiet kummerċjali tal-UE qed ikollhom jindirizzaw dejjem iżjed ostakli wara l-fruntiera lil hinn mit-tariffi, huma jridu jħarsu l-funzjoni primarja tar-regolamenti, jiġifieri l-promozzjoni tal-interess pubbliku, u jkunu limitati għall-iffaċilitar tal-kummerċ u l-investiment permezz tal-identifikazzjoni tal-ostakli tekniċi bla bżonn għall-kummerċ u l-piżijiet amministrattivi duplikati jew inutli, li jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-SMEs, filwaqt li jiġi żgurat li l-istandards u l-proċeduri tekniċi dwar is-saħħa, is-sikurezza, il-konsumaturi, ix-xogħol, il-protezzjoni soċjali u ambjentali u d-diversità kulturali ma jiġux kompromessi; ifakkar li l-mekkaniżmi korrispondenti jridu jkunu bbażati fuq skambju ta' informazzjoni msaħħaħ u adozzjoni aħjar tal-istandards tekniċi internazzjonali, u jridu jwasslu għal konverġenza ikbar, filwaqt li taħt l-ebda ċirkostanza ma jdgħajfu jew jiddeferixxu l-proċeduri deċiżjonali demokratikament leġittimizzati ta' kwalunkwe sieħeb kummerċjali;

14.  Jenfasizza li l-prodotti fis-suq diġitali jeħtieġ li jkunu ttikkettati b'mod ċar biex ikun żgurat li ċ-ċittadini u l-kumpaniji jkunu jistgħu jivverifikaw l-oriġini u s-sikurezza ta' dawn il-prodotti;

15.  Jenfasizza l-impatt soċjetali kbir tal-kummerċ diġitali fuq l-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ħiliet; jinsisti sabiex il-ftehimiet kummerċjali jżommu kompetizzjoni ġusta, jipprevjenu rilokazzjoni ulterjuri, ma jbaxxux l-istandards Ewropej, filwaqt li jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tagħhom u jevitaw l-isfruttament diġitali, u ma jużawx l-istandards aktar baxxi ta' pajjiżi sħab bħala mezz biex jevitaw li jissodisfaw l-istandards soċjali u ta' kwalità;

16.  Jenfasizza li t-trattament ġust u simili tal-partijiet interessati jrid ikun inkluż fil-ftehimiet kummerċjali kollha; jemmen li n-negozji Ewropej jenħtieġ li, minħabba raġunijiet ta' reċiproċità, igawdu l-istess drittijiet bħal atturi ekonomiċi mill-pajjiżi sħab, sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ iċ-ċibersigurtà tal-operazzjonijiet tagħhom u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni kontra t-talbiet li jwasslu sabiex tiddgħajjef il-kapaċità tan-negozji jew iċ-ċittadini li jiżguraw iċ-ċibersigurtà u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tagħhom;

17.  Jirrikonoxxi li l-prinċipji tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku kienu kruċjali sabiex tiġi żviluppata l-ekonomija diġitali u sabiex jiġu garantiti l-libertà tal-kelma u l-libertà ta' intrapriża; jenfasizza li l-intermedjarji online jenħtieġ li ma jkollhomx l-obbligu ġenerali li jissorveljaw l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, jew li jfittxu b'mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali; jemmen, madankollu, li jenħtieġ li jikkooperaw sabiex il-kontenut illegali jiġi identifikat u mneħħi b'ħeffa u jevitaw li jerġa' jitfaċċa u jiggarantixxu r-remunerazzjoni ġusta tal-awturi u tad-detenturi tad-drittijiet, pereżempju billi jistabbilixxu mekkaniżmu ta' appell biex jippermettu lill-utenti u lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur jindikaw kontenut illegali ta' parti terza jew itejbu l-użu ta' filtri, u sabiex jevitaw li kontenut li jkun legali jitneħħa bi żball, billi jintroduċu mekkaniżmi ta' kontra avviż;

18.  Jenfasizza li l-ftehimiet kummerċjali jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu ta' teknoloġiji avvanzati, l-interoperabilità tas-sistemi, relazzjonijiet kuntrattwali prevedibbli u l-istat tad-dritt; jenfasizza l-ħtieġa tad-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni u l-ġestjoni doganali permezz tar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni online tal-informazzjoni, b'rispett tal-istandards internazzjonali, iċ-ċertifikazzjoni elettronika u l-ħlas online tad-dazji doganali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra t-twaqqif ta' mekkaniżmi ġodda ta' kooperazzjoni bejn ir-regolaturi sabiex tiġi appoġġata l-kollaborazzjoni konġunta fir-R&Ż, isir skambju tal-aħjar prattiki sabiex titrawwem l-innovazzjoni, jinħolqu ekosistemi ġodda (pereżempju bliet intelliġenti) u jiġu żgurati l-ogħla standards ta' protezzjoni tal-konsumatur u ċibersigurtà;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-kompatibilità u l-interoperabilità tas-sistemi ta' pagament diġitali u transkonfinali u li jkun hemm regoli ċari u vinkolanti dwar il-ħlas tat-taxxi u tad-dazji; jenfasizza li t-taxxi jridu jitħallsu fl-Istat Membru fejn jiġu ġġenerati l-profitti; jiġbed l-attenzjoni għall-frodi tal-VAT f'dan il-kuntest; jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-eżenzjoni tal-kunsinni żgħar u tapplika proċeduri tal-VAT effettivi;

20.  Jenfasizza li l-aħjar mod biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ diġitali huwa permezz ta' skambju miftuħ ta' data, sakemm, bħala rekwiżit minimu, tiġi inkluża dispożizzjoni inizjali fil-ftehimiet kummerċjali biex jiġi żgurat li t-trasferimenti transkonfinali ta' data jikkonformaw mal-qafas legali eżistenti u futur tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, u b'mod partikolari mad-deċiżjonijiet ta' adegwatezza, u li tiġi inkorporata dispożizzjoni orizzontali li żżomm bis-sħiħ id-dritt ta' parti li tipproteġi d-data personali u l-privatezza, bil-kundizzjoni ċara li ma tridx tintuża bil-ħsieb li tirrestrinġi l-flussi tad-data għal raġunijiet oħrajn għajr il-protezzjoni ta' data personali, flimkien ma' dispożizzjoni oħra li tipprevjeni rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni mhux ġustifikati, peress li l-lokalizzazzjoni furzata tad-data tista' tintuża bħala għodda protezzjonista li tirriżulta f'ostaklu kummerċjali li tqiegħed fi żvantaġġ b'mod partikolari l-SMEs; itenni li l-protezzjoni tad-data personali hija prijorità għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur u tad-drittijiet fundamentali;

21.  Jenfasizza li l-intrapriżi tat-telekomunikazzjoni madwar id-dinja mhux biss ifornu l-prodotti u s-servizzi tagħhom stess iżda jiffaċilitaw ukoll setturi oħrajn, billi jipprovdu l-infrastruttura ta' konnettività li hija essenzjali għall-funzjonament u t-tkabbir fl-ekonomija diġitali, speċjalment bil-ħsieb ta' mudelli ta' negozju innovattivi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tkompli tinkorpora dispożizzjonijiet fil-ftehimiet kummerċjali b'livelli ta' aċċess simili għal dawk fl-UE; iqis li s-sħab kummerċjali b'netwerks tat-telekomunikazzjoni favur il-kompetizzjoni se jżidu l-opportunitajiet kummerċjali għall-UE u se jikkontribwixxu sabiex jitnaqqas id-distakk diġitali bejn il-pajjiżi żviluppati u l-pajjiżi anqas żviluppati b'aċċess limitat għall-internet;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kompetizzjoni bbażata fuq ir-regoli fis-settur tat-telekomunikazzjoni, filwaqt li tiggarantixxi l-indipendenza tar-regolaturi u tiżgura aċċess ġust u nondiskriminatorju għan-netwerks tat-telekomunikazzjoni għall-intrapriżi Ewropej, peress li dan iżid l-għażla tal-konsumatur; jappoġġa bil-qawwa l-prinċipju ta' aċċess nondiskriminatorju għall-internet u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi b'mod attiv dan il-prinċipju f'livell multilaterali u fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles;

23.  Jenfasizza li l-kummerċ diġitali globali fil-prodotti qed iħabbat wiċċu mal-problema tal-falsifikazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi, bħal pereżempju marka ta' fiduċja diġitali b'sistema miftuħa, biex issaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fin-negozjanti elettroniċi u tiżgura kundizzjonijiet ekwi; iħeġġeġ l-użu ta' strumenti bħall-Memorandum ta' Qbil dwar il-bejgħ ta' oġġetti ffalsifikati fuq l-internet (COM(2013)0209).

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

6.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Jonathan Bullock, Reinhard Bütikofer, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Miroslav Poche, Carolina Punset, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Jude Kirton-Darling, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Dennis Radtke, Sofia Sakorafa, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Michael Gahler, György Hölvényi, Agnes Jongerius

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ECR

Zdzisław Krasnodębski

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel

PPE

Bendt Bendtsen, Christian Ehler, Michael Gahler, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Janusz Lewandowski, Dennis Radtke, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

Inés Ayala Sender, Eugen Freund, Adam Gierek, Theresa Griffin, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Vladimír Maňka, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Claude Turmes

2

-

EFDD

Jonathan Bullock

GUE/NGL

Sakorafa Sofia

6

0

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ENF

Christelle Lechevalier

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

23.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Edouard Ferrand, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Nicola Danti, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Merja Kyllönen, Marco Zullo


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Frédérique Ries, Marietje Schaake, Nadja Hirsch, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Bolesław G. Piecha, Emma McClarkin, Jan Zahradil, Joachim Starbatty

EFDD

Marco Zullo, William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Adam Szejnfeld, Artis Pabriks, Daniel Caspary, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Jarosław Wałęsa, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Laima Liucija Andrikienė, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Tokia Saïfi, Viviane Reding

S&D

Alessia Maria Mosca, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, Jude Kirton-Darling, Karoline Graswander-Hainz, Maria Arena, Nicola Danti

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Klaus Buchner

0

-

 

 

5

0

ENF

Edouard Ferrand, France Jamet

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz, Merja Kyllönen

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza