Proċedura : 2017/2069(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0385/2017

Testi mressqa :

A8-0385/2017

Dibattiti :

PV 11/12/2017 - 19
CRE 11/12/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2017 - 5.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0487

RAPPORT     
PDF 938kWORD 105k
30.11.2017
PE 606.039v02-00 A8-0385/2017

dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku

(2017/2069(INI))

Kumitat għall-Petizzjonijiet

Rapporteur: Beatriz Becerra Basterrechea

Rapporteur għal opinjoni (*):

Csaba Sógor, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

(*) Il-kumitati assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku

(2017/2069(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2017, intitolat "It-Tisħiħ tad-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku" (COM (2017)0030),

–  wara li kkunsidra r-rapport imfassal skont l-Artikolu 25 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-progress lejn ċittadinanza effettiva tal-UE 2013-2016,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-2015 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE mmexxija mill-Kummissjoni, u r-riżultati tal-eżerċizzji ta' stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 dwar id-drittijiet elettorali u dwar iċ-ċittadinanza,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6 u 9-12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 18-25 tat-TFUE (TFUE) u l-Artikoli 11, 21 u 39 sa 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra r-rispett għall-istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-TUE, li jistabbilixxi d-dritt għall-moviment liberu tal-persuni,

–  wara li kkunsidra d-dritt għall-petizzjoni stabbilit fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Dittijiet Fundamentali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra d-dritt ta' petizzjoni stabbilit fl-Artikolu 227 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-TFUE dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2016 dwar l-istrateġija għal suq uniku(1) u speċjalment id-dokument dwar ir-riżultati tal-laqgħa informali taċ-Ċentri SOLVIT li saret f'Lisbona fit-18 ta' Settembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar "Ir-Rapport tal-2013 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE – Iċ-ċittadini tal-UE: id-drittijiet tagħkom, il-futur tagħkom(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar "Tagħlim dwar l-UE fl-iskejjel"(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru2016 dwar "Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni: Rapport annwali tal-2014"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu, tat-2 ta' Marzu 2017, dwar l-Implimentazzjoni tal-programm "l-Ewropa għaċ-Ċittadini"(7),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (COM(2016)0411),

–  wara li kkunsidra r-rapport tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Grupp ta' ħidma tiegħu dwar Kwistjonijiet marbuta mal-Benessri tat-Tfal, u b'mod partikolari l-konklużjonijiet tiegħu(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015(9),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tat-23 ta' Frar 2017(10) u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-1 ta' Ġunju 2017(11) dwar ir-rapport mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015,

–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ organizzati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2016 u fl-2017, u speċjalment għal: is-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku tal-11 ta' Mejju 2017 organizzata b'mod konġunt mill-Kumitati LIBE, PETI u EMPL bit-titlu "Is-sitwazzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit"; is-smigħ pubbliku tal-11 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern"; is-smigħ pubbliku tal-4 ta' Mejju 2017 bit-titolu "Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi"; is-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku tal-15 ta' Marzu 2016 organizzata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u l-Kumitati LIBE, PETI, AFCO u JURI tal-Parlament Ewropew intitolat "iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni fil-prattika"; u s-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku dwar l-Apolidija organizzata mill-Kumitati LIBE u PETI fid-29 ta' Ġunju 2017,

–  wara li kkunsidra s-smigħ tal-Kumitat PETI tat-22 ta' Frar 2016 bit-titolu "Jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 51)?", is-smigħ tal-21 ta' Ġunju 2016 dwar "It-Trasparenza u l-libertà ta' informazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE" u dak tat-22 ta' Ġunju 2017 dwar "Il-kisba mill-ġdid tal-kunfidenza u tal-fiduċja taċ-ċittadini fil-Proġett Ewropew", flimkien ma' dawk preċedenti f'dan it-terminu leġiżlattiv dwar id-"Dritt għal Petizzjoni (23 ta' Ġunju 2015) u dwar "L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" (26 ta' Frar 2015),

–  wara li kkunsidra l-istudji kkummissjonati fl-2016 u l-2017 mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew fuq talba tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet intitolata "Obstacles to the right of free movement and residence for EU citizens and their families" ("Ostakli għad-dritt tal-moviment liberu u ta' residenza għaċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom"), "Discrimination(s) as emerging from the petitions received" (Id-Diskriminazzjoni/il-każijiet ta' diskriminazzjoni, kif jirriżultaw mill-petizzjonijiet irċevuti"), "The impact of Brexit in relation to the right to petition and on the competences, responsibilities and activities of the Committee on Petitions" (L-impatt tal-Brexit fir-rigward tad-dritt għal petizzjoni u dwar il-kompetenzi, ir-responsabilitajiet u l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet") u "The protection role of the Committee on Petitions in the context of the implementation of the UN Convention on the Rights of Persons with Disabilities" ("Ir-rwol ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità"),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġusizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0385/2017),

A.  billi ċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet relatati tagħha kienu inizjalment introdotti fl-1992 mit-Trattat ta' Maastricht u ġew imsaħħa aktar permezz tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2009, kif ukoll permezz tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

B.  billi l-eżerċitar taċ-ċittadinanza jirrikjedi l-garanzija minn qabel u t-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

C.  billi approċċ olistiku li għandu l-għan li jilħaq l-objettivi stipulati fit-Trattati tal-UE, bħall-impjieg sħiħ u l-progress soċjali, huwa fundamentali biex jippermetti t-tgawdija effettiva tad-drittijiet u tal-libertajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

D.  billi l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE jinkiseb permezz tan-nazzjonalità ta' Stat Membru, li huwa rregolat minn liġijiet nazzjonali; billi fl-istess ħin, id-drittijiet u d-dmirijiet joħorġu minn din l-istituzzjoni u huma stabbiliti mid-dritt tal-UE u ma jiddependux fuq l-Istati Membri; billi għal din ir-raġuni huwa daqstant ieħor veru li dawn id-drittijiet u l-obbligi ma jistgħux jiġu limitati b'mod inġustifikat mill-Istati Membri, inklużi l-entitajiet sottonazzjonali tagħhom; billi fil-kuntest tal-aċċess għaċ-ċittadinanza nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu rregolati mill-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, bħal dawk tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni, li t-tnejn huma elaborati sew fil-ġurisprudenza tal-QtĠ; billi skont it-Trattati kull ċittadin tal-UE jrid jirċievi attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet tal-UE;

E.  billi ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom fiduċja li l-Istati Membri, inklużi l-entitajiet sottonazzjonali, japplikaw kemm id-dritt Komunitarju kif ukoll il-liġijiet nazzjonali tagħhom, li hija prekundizzjoni għall-eżerċitar effettiv tad-drittijiet kollha li jirriżultaw miċ-ċittadinanza Ewropea li huma detenturi tagħha;

F.  billi t-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-UE jintrabat mat-titjib tal-kwalità tad-demokrazija fil-livell tal-Unjoni, għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali u għall-opportunità li tingħata lil kull ċittadin biex jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

G.  billi kwalunkwe bidla unilaterali tal-fruntiera ta' Stat Membru tikser, ta' mill-inqas, l-Artikoli 2, 3.2 u 4.2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, minbarra li tipperikola t-tgawdija tad-drittijiet kollha li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

H.  billi t-Trattat ta' Lisbona kkonsolida d-drittijiet inaljenabbli u l-garanziji taċ-ċittadinanza tal-UE, li jinkludu, inter alia, il-libertà li wieħed jivvjaġġa, jaħdem u jistudja fi Stat Membru ieħor, li jieħu sehem fil-ħajja politika Ewropea, li jippromwovi l-ugwaljanza u r-rispett għad-diversità u li jkun protett minn diskriminazzjoni, speċjalment dik ipprattikata fuq il-bażi tan-nazzjonalità; billi l-eżerċitar dejjem jiżdied tad-dritt għall-moviment liberu fl-UE matul id-deċennji li għaddew kellu bħala konsegwenza l-iżvilupp ta' familji mħallta b'nazzjonalitajiet differenti, li spiss jinkludu t-tfal; billi filwaqt li din hija xejra tajba għall-konsolidazzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE bħala istituzzjoni fiha nnifisha, din timplika ħtiġijiet speċifiċi u tippreżenta sfidi f'aspetti differenti, inklużi dawk legali;

I.  billi l-prospettiva tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (Brexit) irrilevat l-importanza tad-drittijiet marbutin maċ-ċittadinanza tal-UE u r-rwol kruċjali tagħhom fil-ħajja ta' kuljum għal miljuni ta' ċittadini tal-UE, u qajmet kuxjenza fl-UE dwar it-telf potenzjali ta' drittijiet involut minħabba l-Brexit fuq iż-żewġ naħat b'kunsiderazzjoni partikolari għat-3 miljun ċittadin tal-UE residenti fir-Renju Unit u l-1.2 miljun ċittadin tar-Renju Unit residenti fl-UE;

J.  billi fid-dawl tal-aħħar avvenimenti fir-Renju Unit, il-kriżi umanitarja tar-refuġjati, l-impatt soċjali u ekonomiku devastanti tal-politiki ta' awsterità, il-livelli għoljin ta' qgħad u faqar, u ż-żieda fil-ksenofobija u r-razziżmu fl-UE, dawn qegħdin ipoġġu f'dubju l-fiduċja fis-sistema u fil-proġett Ewropew kollu hemm hu;

K.  billi d-dritt għal moviment liberu u l-eżerċitar tiegħu huma ċentrali għaċ-ċittadinanza tal-UE u jikkomplementaw il-libertajiet l-oħra tas-suq intern tal-UE; billi ż-żgħażagħ Ewropej għandhom qalbhom marbuta, b'mod partikolari, mal-moviment liberu, li qiegħed fl-ewwel post fost iċ-ċittadini tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mar-rikonoxximent u l-popolarità, bħala l-aktar kisba pożittiva tal-UE, wara dik tal-paċi;

L.  billi, hekk kif jixhdu diversi petizzjonijiet irċevuti, il-libertà tal-moviment u l-eżerċitar tagħha nkisru minn diversi Stati Membri li keċċew jew heddew li jkeċċu mit-territorju tagħhom lil ċittadini tal-UE;

M.  billi, kif urew il-petizzjonijiet u l-ilmenti indirizzati lill-Kummissjoni u lil SOLVIT, iċ-ċittadini tal-UE jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar biex igawdu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom minħabba problemi ekonomiċi u tal-impjiegi serji, li ġew iggravati mill-adozzjoni ta' miżuri ta' awsterità fil-livell tal-UE u mill-Istati Membri, u b'piżijiet amministrattivi u burokrazija fl-Istati Membri, u informazzjoni ħażina u/jew nuqqas ta' kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

N.  billi l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur tal-ġilda jew oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, kif minquxin fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, huwa l-espressjoni primarja taċ-ċittadinanza tal-UE; billi huwa wkoll kruċjali għall-eżerċizzju ta' suċċess tal-libertà ta' moviment, kif muri mill-petizzjonijiet;

O.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi huwa wieħed mill-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE, kif minqux fit-Trattati; billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-UE jappartjenu għal minoranza nazzjonali, u madwar 10 % jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja; billi l-protezzjoni effettiva tal-minoranzi jeħtieġ li tissaħħaħ;

P.  billi t-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-istituzzjonijiet demokratiċi jinkludi l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza bejn is-sessi f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

Q.  billi s-sottorappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fl-isfera politika u fil-livell tal-bordijiet fir-rigward ta' negozji, tostakola l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u ddgħajjef l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja demokratika tal-UE;

R.  billi l-parteċipazzjoni u t-tmexxija tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi għadhom affettwati minn diversi ostakli, bħall-persistenza ta' sterjotipi bbażati fuq is-sessi u l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika reċenti flimkien mar-riperkussjonijiet negattivi tagħha fuq il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

S.  billi għad hemm diskrepanzi kbar f'termini ta' protezzjoni tal-vittmi ta' vjolenza sessista u ta' vjolenza domestika madwar l-UE f'każijiet ta' tilwim transfruntier fil-familji;

T.  billi d-diskriminazzjoni ffaċċjata min-nisa madwar l-UE hija ostaklu għall-ugwaljanza; billi n-nisa jibqgħu sottorappreżentati bħala votanti kif ukoll f'karigi ta' tmexxija, kemm jekk hija kariga eletta, fis-servizz ċivili, fl-akkademja, fil-media kif ukoll fis-settur privat; billi d-diskriminazzjoni multipla mifruxa ffaċċjata min-nisa u l-għadd sproporzjonat ta' nisa li jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali huma ostakli għall-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom;

U.  billi d-dritt li ssir petizzjoni lill-Parlament Ewropew, kif stabbilit fl-Artikoli 20 u 227 tat-TFUE u fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, huwa wieħed mill-pilastri taċ-ċittadinanza tal-UE, huwa kklassifikat bħala t-tieni dritt l-aktar magħruf mid-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE, u jrid joħloq mezz ta' konnessjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej permezz ta' proċess miftuħ, demokratiku u trasparenti;

V.  billi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE jistgħu jiġu ggarantiti permezz ta' approċċ ġdid li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

W.  billi ċ-ċittadini Ewropej huma direttament rappreżentati fil-Parlament Ewropew u għandhom id-dritt demokratiku li joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej u li jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej, anke meta jirrisjedu fi Stat Membru ieħor; billi d-dritt tal-vot taċ-ċittadini Ewropej li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-liberta ta' moviment biex jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali mhuwiex iffaċilitat u promoss ugwalment fl-Istati Membri kollha; billi petizzjonijiet varji indikaw l-eżistenza ta' ostakli u nuqqasijiet burokratiċi ta' natura amministrattiva jew xi natura oħra fir-rigward tal-eżerċitar tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għal dawk li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor; billi xi ċittadini qed jiġu miċħuda milli jeżerċitaw dan id-dritt demokratiku, bħalma huwa l-każ ta' persuni b'diżabilitajiet fl-Istati Membri li rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCPRD) imma li ma kkonformawx mal-obbligu tagħha li jirriformaw il-liġijiet elettorali tagħhom biex jippermettu lil persuni b'diżabilitajiet li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot;

X.  billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jorganizzaw jew jappoġġaw, flimkien ma' ċittadini oħra tal-UE mill-Istati Membri kollha, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), li għandha tippermettihom jistabbilixxu l-aġenda leġiżlattiva tal-UE; billi l-ECI tikkostitwixxi strument importanti ta' demokrazija diretta li jippermetti liċ-ċittadini jkunu involuti b'mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE; billi għandha tkun trasparenti u effettiva; billi l-eżerċitar ta' dan id-dritt ma kienx sodisfaċenti s'issa;

Y.  billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-UE saħħew ħafna l-libertà ta' moviment fl-UE u jikkostitwixxu wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; billi fil-konklużjonijiet tiegħu Nru 9166/3/11 u 9167/3/11 tad-9 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkonferma l-konklużjoni b'suċċess tal-proċess ta' evalwazzjoni u t-tħejjija teknika tal-Bulgarija u tar-Rumanija biex jaderixxu għaż-żona Schengen;

Z.  billi s-sigurtà hija waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini tal-UE; billi l-UE jenħtieġ li tagħmel liċ-ċittadini tagħha jħossu li l-libertà tagħhom hija protetta u li s-sigurtà tagħhom hija żgurata fit-territorju tagħha kollu filwaqt li tiżgura li l-libertajiet u d-drittijiet tagħhom ikunu ugwalment irrispettati u protetti; billi t-terroriżmu huwa theddida globali li teħtieġ tiġi indirizzata b'mod effettiv fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej;

AA.  billi skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta' April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi(12), kważi seba' miljun ċittadin tal-UE jivvjaġġaw jew jgħixu barra mill-UE f'postijiet fejn il-pajjiż tagħhom stess ma jkollux ambaxxata jew konsulat; billi l-għadd ta' ċittadini tal-UE mhux irrappreżentati huwa mistenni li jiżdied għal mill-inqas għaxar miljuni sal-2020; billi ċ-ċittadini tal-UE residenti fit-territorju ta' pajjiż mhux tal-UE li fih ma hemmx rappreżentanza tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, huma intitolati għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini ta' dak l-istat;

1.  Jieħu nota tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017, li fih elenku ta' prijoritajiet ġodda skont il-qasam ta' attività għas-snin li ġejjin; ifakkar li l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE hija responsabilità konġunta tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol kruċjali li l-Kummissjoni għandha bħala l-gwardjan tat-Trattati fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 258 sa 260 tat-TFUE; jesprimi l-ħtieġa ta' prijoritajiet li jwieġbu b'mod effettiv it-tħassib taċ-ċittadini u ta' impenji u azzjonijiet konkreti u definiti sew għat-tliet snin li ġejjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef il-politika ta' infurzar tad-dritt tal-UE tagħha billi tuża l-mekkaniżmi ta' għodda kollha disponibbli;

2.  Jinnota li d-drittijiet għal petizzjoni, id-dritt li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew u d-dritt ta' aċċess għal dokumenti u reġistri huma elementi tanġibbli u fundamentali taċ-ċittadinanza tal-UE u sabiex tiżdied it-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet; għalhekk, jesprimi x-xewqa tiegħu li dawn id-drittijiet jiġu promossi u enfasizzati bħala elementi ewlenin tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u jiġu riflessi kif suppost hemmhekk;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-eżerċitar effettiv tad-dritt għal petizzjoni ġie ffaċilitat bis-saħħa tal-ipproċessar imtejjeb tal-petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew u t-tnedija lejn l-aħħar tal-2014 tal-portal tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jippermetti li jiġu ppreżentati petizzjonijiet b'mod mhux ikkumplikat u ġestiti b'mod iktar effiċjenti, kif spjegat ukoll fir-Rapporti Annwali rispettivi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jitlob għall-konklużjoni mingħajr dewmien tal-implimentazzjoni tal-passi li jmiss tal-proġett kif previst, peress li dan jippermetti segwitu ħafna aktar interattiv tal-proċess tal-petizzjonijiet mill-petizzjonanti u mis-sostenituri;

4.  Jenfasizza li l-eżerċitar b'suċċess tad-drittijiet taċ-ċittadinanza jippresupponi li d-drittijiet u l-libertajiet kollha li huma minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE huma rispettati mill-Istati Membri; Jisħaq fuq il-fatt li l-adozzjoni ta' governanza demokratika u parteċipattiva, l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza u l-involviment dirett taċ-ċittadini kollha fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, finalment isaħħu ċ-ċittadinanza tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom u jiffaċilitaw l-aċċess ugwali ta' dawn id-drittijiet u r-rispett ugwali għalihom kemm fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom kif ukoll fi Stati Membri oħrajn; jenfasizza n-nonparteċipazzjonijiet eżistenti minn partijiet tat-Trattati tal-UE minn xi Stati Membri li jirriżultaw f'differenzi de facto fid-drittijiet taċ-ċittadini;

5.  Jesprimi dispjaċir qawwi dwar il-fatt li għal kważi għaxar snin sa issa ma sar l-ebda progress fl-adozzjoni tad-Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni fl-UE kollha; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u speċjalment lill-Istati Membri biex jerġgħu iniedu, bħala kwistjoni ta' prijorità assoluta, in-negozjati rilevanti; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tappoġġja b'mod attiv il-konklużjonijiet ta' dawn in-negozjati;

6.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress li ilu jeżisti għall-proposta għal direttiva tal-2008 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill sabiex jadotta l-proposta mill-aktar fis possibbli;

7.  Huwa tal-fehma li l-effettività tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-antidiskriminazzjoni jenħtieġ li tiżdied u li l-ostakli li fadal jitneħħew; jirrakkomanda li l-Kummissjoni taġġorna l-ewwel żewġ direttivi kontra d-diskriminazzjoni, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, biex tallinjahom mal-verżjoni attwali tat-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

8.  Jirrikjedi l-adozzjoni ta' qafas regolatorju effiċjenti u miżuri ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġu assigurati livelli għolja ta' protezzjoni soċjali, b'mod speċjali fil-postijiet tax-xogħol stabbli li għandhom remunerazzjoni adegwata; jemmen li tali approċċ huwa determinanti biex jiġu rinforzati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

9.  Jenfasizza li l-miżuri ta' awsterità adottati fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri żiedu l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali, li b'hekk illimitaw b'mod serju l-eżerċitar konkret tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

10.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu u l-proposta tal-Kummissjoni dwar direttiva komprensiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi, inklużi mezzi ta' trasport differenti; jirrakkomanda li l-leġiżlaturi jħaffu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità; jilqa' l-ftehim interistituzzjonali li ntlaħaq għall-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx fil-liġi tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur, li ġie promoss mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet sa mill-2011, u jtenni t-talba tiegħu għal ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx mill-UE u l-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u jiffirmaw il-Protokoll tagħha; jappoġġa l-estensjoni tal-użu ta' karta tad-diżabilità tal-UE, rikonoxxuta b'mod reċiproku, għal kemm jista' jkun Stati Membri; iħeġġiġhom jiffaċilitaw il-mobilità tal-persuni b'diżabilità u l-limitazzjonijiet funzjonali fl-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-aċċessibilità għas-siti web tal-UE għall-persuni b'diżabilità;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi iktar attivi fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra persuni LGBTI u biex tiġġieled l-omofobija billi tiddefinixxi azzjoni konkreta li għandha tittieħed fil-livelli nazzjonali u Ewropej; jistieden fl-istess ħin lill-istituzzjonijiet tal-UE jimmonitorjaw id-drittijiet ta' persuni LGBTI mill-qrib u jippromwovu r-rikonoxximent tad-drittijiet transfruntiera għal persuni LGBTI u l-familji tagħhom fl-UE;

12.  ifakkar li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jista' jiġi implimentat biss permezz ta' ugwaljanza strateġika bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-UE, inkluż permezz tal-Impenn Strateġiku tagħha għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019; jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri effettivi sabiex tiġi eliminata d-diskriminazzjoni u jiġu miġġielda d-dikjarazzjonijiet diskriminatorji li jsofru n-nisa fl-UE u li jħeġġu l-isterjotipi tas-sessi; itenni l-ħtieġa ta' investiment fl-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u dik ċivika u l-edukazzjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa kollha; jiġbed l-attenzjoni lejn id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-distakk fil-pensjonijiet fl-UE, li jimminaw il-possibilità ta' awtonomija ekonomika ġenwina għal miljuni ta' nisa; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, u jitlob għal aktar azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom.

13.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex l-UE tiffirma u tikkonkludi l-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jiddispjaċih, madankollu, li l-limitazzjoni għal żewġ oqsma – kwistjonijiet relatati ma' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, u l-asil u n-non-refoulement – tqajjem inċertezzi legali dwar l-iskop tal-adeżjoni tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċeleraw in-negozjati dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jistieden lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jirratifikaw malajr din il-Konvenzjoni, u lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa; jilqa' l-preżentazzjoni tal-pakkett dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-Kummissjoni, u jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jwettqu dawn il-miżuri malajr kemm jista' jkun; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu d-dħul u r-rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija u biex jieħdu azzjoni speċifika ħalli jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' ċittadini vulnerabbli li jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla intersezzjonali, b'tali mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom, pereżempju permezz ta' strateġiji xierqa; jistieden lill-Kunsill iżid l-isforzi tiegħu biex terġa' titnieda d-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet; jafferma mill-ġdid it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tadotta l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 tagħha, bħala komunikazzjoni;

14.  Ifakkar li l-minoranzi tradizzjonali ilhom jikkoeżistu għal sekli sħaħ ma' kulturi ta' maġġoranza fil-kontinent tal-Ewropa; jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom rwol aktar attiv fil-ħarsien tal-minoranzi, billi jippromwovu laqgħat, seminars u riżoluzzjonijiet dwar sensibilizzazzjoni kif ukoll passi amministrattivi konkreti fl-istituzzjonijiet tal-UE; jemmen li l-UE għandha tistabbilixxi standards għoljin għall-protezzjoni tal-minoranzi, li jibdew bl-istandards ikkodifikati fi strumenti legali internazzjonali, bħal dawk tal-Kunsill tal-Ewropa, u li dawn l-istandards għandhom jiġu inkorporati b'mod sħiħ f'qafas legali li jiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw għalkollox il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji mingħajr aktar dewmien u biex jimplimentaw it-Trattati in bona fede; ifakkar, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu implimentati l-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE); jiddeplora kwalunkwe retorika li tinċita diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità; iħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali biex jinstabu soluzzjonijiet dejjiema u biex jippromwovu kultura ta' diversità lingwistika fl-Istati Membri kollha u l-UE kollha kemm hi, lil hinn mill-konfini ta' lingwi uffiċjali tal-UE, billi kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE għandhom referenzi għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u tad-diskriminazzjoni pprattikata abbażi ta' lingwa;

15.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-għadd ta' persuni Rom fl-Ewropa, li huma vittmi ta' reġistrazzjoni tat-twelid diskriminatorja, u li għalhekk ma għandhom l-ebda dokumenti ta' identità u huma mċaħħda l-aċċess għal servizzi bażiċi essenzjali fil-pajjiż ta' residenza tagħhom, u konsegwentement, huma wkoll miċħuda l-aċċess tagħhom għal kwalunkwe dritt fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri korrettivi immedjati f'dan ir-rigward biex jissalvagwardjaw it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tagħhom u d-drittijiet kollha pprovduti miċ-ċittadinanza tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri u tibda leġiżlazzjoni legalment vinkolanti dwar l-identifikazzjoni u l-protezzjoni tal-persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom ma ġietx rikonoxxuta u li ma għandhom l-ebda aċċess għal dokumenti ta' identità;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri speċifiċi għat-tneħħija ta' ostakli għall-moviment liberu, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern(13) u tat-28 ta' April 2016 dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew(14);

17.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod regolari l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fl-Istati Membri u tieħu l-miżuri xierqa biex tneħħi l-ostakli potenzjali għal-libertà ta' moviment; jilqa' l-għodda ta' tagħlim elettroniku dwar id-dritt għall-moviment liberu ta' ċittadini tal-Unjoni, li tgħin lill-amministraturi lokali biex jifhmu aħjar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-moviment liberu.

18.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħmel sorsi multipli ta' informazzjoni u għajnuna dwar l-UE u d-drittijiet li tagħti liċ-ċittadini tagħha, bħalma hu n-netwerk Europe Direct, il-portal Your Europe u l-portal tal-ġustizzja elettroniku, disponibbli u aktar aċċessibbli, sabiex l-individwi jiġu informati aħjar dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE; jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni għal Portal Diġitali Uniku li jagħti liċ-ċittadini aċċess online faċli għal informazzjoni, assistenza u servizzi ta' riżoluzzjoni ta' problemi fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet fi ħdan is-suq uniku;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-netwerk SOLVIT billi ttejjeb l-interazzjoni bejn is-servizzi u ċ-ċentri nazzjonali tiegħu bil-għan li tiżgura segwitu aħjar ta' każijiet mhux solvuti u repetittivi kif ukoll artikulazzjoni aktar viċina bejn l-għodod differenti tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni bħall-EU PILOT u CHAP; u fl-istess ħin, jistieden lill-Istati Membri jippromwovu n-netwerk SOLVIT u s-servizzi tiegħu, kif ukoll mekkaniżmi oħrajn ta' rimedju u parteċipazzjoni taċ-ċittadini, fost iċ-ċittadini tal-UE, kemm fil-livell tal-Unjoni (eż. permezz tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, l-Ombudsman Ewropew jew l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej) kif ukoll fil-livell nazzjonali (eż. permezz tal-ombudsman reġjonali jew lokali, kumitati tal-petizzjonijiet jew inizjattivi leġiżlattivi popolari);

20.  Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 li torganizza kampanja ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni mal-UE kollha dwar id-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE sabiex tgħin liċ-ċittadini jifhmu aħjar id-drittijiet tagħhom; jinnota li ċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għat-tisħiħ ġenwin taċ-ċittadinanza Ewropea, u li tali informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod ċar u li jinftiehem, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom iggarantiti skont it-Trattat u skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jesprimi dispjaċir f'dan is-sens dwar il-opaċità u n-nuqqas ta' trasparenza fin-negozjati ta' ftehimiet li, bħall-Ftehim Transatlantiku għall-Kummerċ u l-Investiment (TTIP) jew il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Globali (CETA), jolqtu aspetti bażiċi tal-eżerċitar taċ-ċittadinanza; jirrakkomanda l-promozzjoni tat-trasparenza u tal-appoġġ konsulari proattiv bħala l-aktar għodod xierqa għal dak il-għan, flimkien ma' pubblikazzjoni adegwata tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-issetiljar ta' persuni li jkunu għadhom kif waslu;

21.  Ifakkar li l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali u r-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali fi Stati Membri oħra huma l-oqsma li fihom iċ-ċittadini tal-UE spiss qed jiffaċċjaw diffikultajiet, u jitlob li jsir infurzar vigoruż mill-Kummissjoni sabiex jiġu solvuti tali sitwazzjonijiet;

22.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fin-nuqqas ta' sodisfazzjon politiku fost iċ-ċittadini bħala konsegwenza tal-politiki tal-awsterità u ta' trażżin tad-drittijiet u l-libertajiet; jikkunsidra l-bżonn li tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-ksenofobija, ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni u d-diskors ta' mibegħda, li qegħdin jiżdiedu bħala konsegwenza, fost affarijiet oħrajn, preċiżament ta' dawn il-politiki ta' awsterità u tat-trażżin tal-libertajiet u drittijiet;

23.  Jirrikonoxxi li l-azzjoni biex jiżdied l-għadd ta' votanti fl-elezzjonijiet Ewropej hija responsabilità kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri; jinkoraġġixxi lil dawn tal-aħħar biex jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika billi jinfurmaw aħjar liċ-ċittadini dwar id-dritt tagħhom li joħorġu għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej u jivvutaw fihom permezz ta' diversi kanali u b'lingwa li tinftiehem, u biex ineħħu kull ostaklu għall-parteċipazzjoni tagħhom, bħal diskriminazzjoni ekonomika, soċjali u lingwistika, prattiki inġusti jew korruzzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli ta' aċċessibilità għaċ-ċittadini b'diżabilità u jiffaċilitaw il-votazzjoni fl-elezzjonijiet kollha għaċ-ċittadini li jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw 'il bogħod mill-post fejn jivvutaw is-soltu, pereżempju billi jinkludu l-identifikazzjoni elettronika u soluzzjonijiet ta' votazzjoni;

24.  Jemmen li r-riforma tal-Att Elettorali tista' tkun opportunità għall-Unjoni biex issir aktar demokratika; jenfasizza l-fatt li eluf ta' Ewropej jaqblu ma' din il-fehma; ifakkar il-ħtieġa li jiġu promossi l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej billi tiżdied il-viżibilità tal-partiti politiċi fuq livell Ewropew u li t-tisħiħ tan-natura Ewropea tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ikun responsabilità kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jinkludi l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u listi bbilanċjati bejn is-sessi fir-reviżjoni tal-att imsemmi hawn fuq; jitlob lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq ilmenti fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt għall-vot fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali, biex tfassal pjan ta' azzjoni konkret biex l-introduzzjoni tal-votazzjoni elettronika fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jibdew l-aktar kmieni possibbli, u biex dik is-sistema tkun disponibbli b'mod usa' għaċ-ċittadini kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex iħeġġu lill-persuni li m'għandhomx ċittadinanza ta' xi stat u li jgħixu b'mod permanenti fl-Istati Membri tal-UE biex jadottaw iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti, sabiex dawn ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE; iqis li ċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu lejn Stat Membru u jirrisjedu fih għandu jkollhom il-possibilità li jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jistieden lill-Istati Membri li jneħħu d-dritt tal-vot taċ-ċittadini tagħhom stess, li jagħżlu li jgħixu fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta' żmien estiż, biex jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet għal dawn iċ-ċittadini u jippreżervaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi neċessarji biex tippermetti lill-persuni b'diżabilità jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom mingħajr ebda forma ta' diskriminazzjoni; jappoġġja l-possibilità li, apparti dokumenti nazzjonali ta' identifikazzjoni, tinħoloq karta tal-identità Ewropea;

25.  Jistieden lill-partiti politiċi Ewropej jindirizzaw b'mod effettiv il-problema tal-livelli tal-għadd ta' votanti li qed jonqsu u d-distakk dejjem akbar bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE; jissuġġerixxi li l-introduzzjoni ta' listi transnazzjonali biex jiġu okkupati proporzjon mis-siġġijiet fil-Parlament Ewropew tkun kontribut pożittiv għat-trawwim tal-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni konkreta għall-introduzzjoni tal-votazzjoni elettronika bil-ħsieb tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019; jikkunsidra n-nomina tal-kandidati madwar l-Ewropa kollha għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni mill-partiti politiċi Ewropej bħala pass importanti lejn il-bini ta' spazju pubbliku Ewropew ġenwin, u huwa konvint li l-objettiv ta' Ewropeizzazzjoni tal-kampanja elettorali jista' jintlaħaq biss permezz ta' attivitajiet pan-Ewropej u netwerks li jorbtu flimkien il-midja lokali u nazzjonali, speċjalment il-midja pubblika (radju, televiżjoni, seminars u l-Internet);

26.  Jinnota l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2017)482) dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li tinkludi proposta għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tas-16 ta' Frar 2011, bil-għan li jitjieb il-funzjonament tiegħu; huwa fiduċjuż li r-reviżjoni tar-regolament ser tirriżulta fi strument tal-ECI li jkun aktar trasparenti, effikaċi u faċli biex jintuża, filwaqt li jiżgura r-responsabilità demokratika u l-parteċipazzjoni usa' taċ-ċittadini fid-dibattitu Ewropew u l-istabbiliment ta' aġenda; jenfasizza li l-Parlament se jkollu rwol leġiżlattiv importanti u l-importanza ta' kooperazzjoni tajba mal-Kummissjoni matul ir-reviżjoni tar-regolament; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jirrivedu l-kundizzjonijiet tal-ammissibilità legali, ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u proċeduri ta' eżami għal ECI;

27.  Jikkunsidra li fl-interessi taċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija meħtieġa azzjoni mill-Kummissjoni biex issaħħaħ id-dimensjoni kulturali Ewropea; iħeġġeġ il-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" biex jiffinanzja proġetti aktar innovattivi b'potenzjal ta' impatt sistemiku; jissuġġerixxi li jinħoloq il-programm "Sir af l-Ewropa" b'mod parallel u komplementari għall-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini";

28.  Jipproponi, bl-iskop li tissaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u l-eżerċitar ta' dik iċ-ċittadinanza, li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali biex jaħtru kunsilliera responsabbli għall-affarijiet Ewropej, peress li dan huwa l-eqreb livell għaċ-ċittadini;

29.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi reġistru ta' dħul f'kull sede tagħha, inklużi r-rappreżentanzi fl-Istati Membri, b'mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirrikorru bil-miktub, personalment u b'mod affidabbli, għand kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni;

30.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tintroduċi, f'kooperazzjoni ml-fornituri ta' servizzi tal-posta universali, sistema ta' spedizzjoni ta' messaġġi b'ċertifikazzjoni tal-kontenut, kif ukoll tad-data ta' min qiegħed jibgħat, b'mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirrikorru bil-miktub, mingħajr il-preżenza fiżika tagħhom, u b'mod affidabbli għand l-istituzzjonijiet Ewropej;

31.  Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li d-dritt fundamentali għal-libertà ta' espressjoni u informazzjoni, minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-media ħielsa u l-aċċess għall-pluralità ta' vuċijiet fis-soċjetà u fil-media huma partijiet indispensabbli minn demokrazija b'saħħitha u għalhekk jikkostitwixxu fondazzjoni kostituzzjonali tas-sħubija tal-UE kif stabbilit fl-Artikoli 2 u 6 tat-TUE; jissottolinja l-ħtieġa għal politika tal-UE definita b'mod ċar sabiex tindirizza propaganda anti-Ewropea u informazzjoni falza, kif ukoll sabiex trawwem l-indipendenza tal-media pubblika mill-gvernijiet; jipproponi li jiġi stabbilit żmien minimu ddedikat għall-kontenut relatat mal-affarijiet tal-UE fil-media tax-xandir pubblika fl-Istati Membri kollha; jipproponi li l-istituzzjonijiet tal-UE jipproċedu bil-ħolqien ta' kanali tax-xandir tat-televiżjoni Ewropej fl-Istati Membri kollha u fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u bl-edukazzjoni taċ-ċittadini dwar il-litteriżmu tal-media minn età bikrija; jappoġġja t-tixrid ta' produzzjonijiet multimedjali u tal-istampa bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa għal aktar tqajjim ta' kuxjenza fost il-ġurnalisti Ewropej;

32.  Isostni li d-diversità lingwistika u t-trasparenza huma għodod ewlenin biex iqarrbu liċ-ċittadini lejn l-UE u jinvolvuhom fl-attivitajiet tagħha; jinnota li aċċess għad-dokumenti jirrappreżenta 30 % tal-investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2016 u għalhekk jirrakkomanda l-promozzjoni tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti u t-traduzzjoni ta' kemm jista' jkun dokumenti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; jappoġġja l-intensifikazzjoni tad-djalogu maċ-ċittadini u jħeġġeġ dibattiti pubbliċi sabiex jitjieb il-fehim taċ-ċittadini tal-impatt tal-UE fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum u biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fi skambju ta' opinjonijiet, permezz ta' slots fi programmi tat-televiżjoni għal udjenzi fil-mira; jitlob li tiġi implimentata direttiva orizzontali dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li tistabbilixxi mezzi u proċeduri xierqa għar-rappurtar tal-każijiet;

33.  Jappoġġa l-promozzjoni ta' kultura ta' servizz pubbliku fost l-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali u jqis li l-UE jenħtieġ li tmexxi bl-eżempju permezz tal-ogħla standards ta' amministrazzjoni u ta' trasparenza, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; jipproponi li l-uffiċċji lokali tal-UE fl-Istati Membri jiġi trasformati f'uffiċċju wieħed li joffri servizzi komprensivi għaċ-ċittadini tal-UE, sabiex jitnaqqsu l-burokrazija u l-ostakli li jinħolqu għall-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE; jenfasizza l-importanza ta' proġett "ta' darba biss", li jelimina piżijiet żejda għan-negozji Ewropej li jintalbu jippreżentaw l-istess data u dokumenti ripetutament fl-operazzjonijiet tagħhom bejn il-fruntieri;

34.  Jenfasizza li edukazzjoni aċċessibbli għandha rwol vitali biex tinforma liċ-ċittadini futuri tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom; jenfasizza l-importanza li, permezz tal-programm Erasmus+, jitrawwem l-iżvilupp ta' ħiliet trasferibbli li jtejbu l-fehim interkulturali u l-parteċipazzjoni attiva f'soċjetajiet differenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu aktar spazju għall-edukazzjoni ċivika ffukata b'mod partikolari fuq iċ-ċittadinanza tal-UE u wkoll fuq l-affarijiet tal-UE fil-kurrikuli tal-iskejjel tagħhom, u jadattaw it-taħriġ tal-għalliema kif xieraq; ifakkar fil-ħtieġa li l-għalliema u l-professjonisti fil-qasam edukattiv jingħataw l-għajnuna biex jintegraw l-informazzjoni dwar id-drittijiet u ċ-ċittadinanza tal-UE fit-tagħlim tagħhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jippromwovu u jiżviluppaw pjattaformi onlajn, sabiex il-professjonisti tal-edukazzjoni jkunu jistgħu jaċċessaw materjal ta' tagħlim multilingwistiku innovattiv li jgħinhom jispiraw u jimmotivaw l-istudenti biex jitgħallmu dwar l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi strateġija dwar l-Edukazzjoni għaċ-Ċittadinanza Ewropea li tinkorpora l-linji gwida proposti biex jiżviluppaw kurrikulu li jista' jinkludi żjarat tal-iskejjel fl-istituzzjonijiet tal-UE;

35.  Ifakkar li, skont il-liġi tal-UE kif inhi bħalissa, l-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni huwa ekwivalenti għat-telf taċ-ċittadinanza Ewropea għaċ-ċittadini tagħha; jiddispjaċih li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE se tkun l-ewwel darba fl-istorja li ċ-ċittadini se jiġu miċħuda minn drittijiet mogħtija lilhom permezz tat-Trattati tal-UE; jenfasizza li dan it-telf ta' drittijiet huwa mistenni li jkollu impatt serju fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum; jenfasizza li kwalunkwe ftehim għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-ekwità, is-simetrija, it-trattament ġust, ir-reċiproċità, u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll ir-rispett sħiħ tal-integrità tad-dritt tal-UE, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-qafas tal-infurzar tagħha. iħeġġeġ liż-żewġ partijiet fin-negozjati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini kollha affettwati u biex iħarsu d-drittijiet tagħhom; jitlob lill-partijiet involuti fin-negozjati biex iżommu d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u tal-familja derivattivi kollha, u b'mod partikolari d-drittijiet tal-kura tas-saħħa, bl-aktar mod sħiħ possibbli wara l-ħruġ tar-Renju Unit;

36.  Jipproponi li, fid-9 ta' Mejju, tiġi stabbilita vaganza pubblika Ewropea sabiex jissaħħaħ is-sens Ewropew ta' appartenenza għall-familja Ewropea;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tkun ċara u dettaljata biżżejjed biex tiżgura li d-dritt ta' moviment liberu taċ-ċittadini u l-familji tagħhom jiġi rispettat, biex jipproċedu b'taħriġ xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'dan ir-rigward u biex tinxtered informazzjoni preċiża lill-partijiet interessati b'mod preċiż, u sabiex titrawwem kooperazzjoni tajba u skambju rapidu ta' informazzjoni ma' amministrazzjonijiet nazzjonali oħrajn, speċjalment fejn huma kkonċernati assigurazzjoni transfruntiera u pensjonijiet tal-irtirar; jitlob biex ikun hemm kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri ospitanti u l-konsulati kkonċernati li tiżgura netwerk xieraq ta' assistenza u trattament ġust f'każijiet transfruntiera, b'mod partikolari meta dawn jinvolvu kustodja tal-minuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar ir-rikonoxximent transfruntier ta' ordnijiet ta' adozzjoni;

38.  Jistieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew biex jippermettu lill-pajjiżi kollha li jissodisfaw il-kriterji tekniċi meħtieġa biex isiru membri taż-żona Schengen, sabiex iċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jgawdu l-libertà ta' moviment bla xkiel minn kontrolli mal-fruntieri;

39.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà jenħtieġ li tkun aġġornata, effikaċi u effiċjenti fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-reazzjoni għat-theddid li qed jevolvi għas-sigurtà; jitlob l-implimentazzjoni urġenti tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, infurzar aħjar tal-istrumenti legali eżistenti tal-UE f'dan il-qasam, u skambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni aktar effiċjenti fost l-Istati Membri u mal-aġenziji tal-UE; jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fis-sigurtà bejn l-Istati Membri; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza li l-armonizzazzjoni ta' azzjoni interna u esterna tal-UE fil-qasam tas-sigurtà hija essenzjali għall-protezzjoni effiċjenti taċ-ċittadini tal-UE;

40.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE biex jintensifikaw l-isforzi biex jiżviluppaw unjoni ta' sigurtà effettiva u ġenwina li tindirizza d-dimensjonijiet kollha tat-theddida terroristika;

41.  Iqis id-deradikalizzazzjoni u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni bħala prijorità assoluta għall-UE u jesprimi ruħu ferm favur it-tisħiħ tal-programmi bejn is-setturi speċifiċi mmirati lejn l-edukazzjoni, l-attivitajiet volontarji u kulturali, il-ħidma fost iż-żgħażagħ kif ukoll il-programmi ta' deradikalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet reliġjużi u l-amministrazzjonijiet reġjonali; jemmen li politika komprensiva f'dan il-qasam għandha tkun akkumpanjata minn proċessi ta' deradikalizzazzjoni proattivi u fuq perijodu twil fl-isfera ġudizzjarja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji dwar l-inklużjoni soċjali u l-politiki li jindirizzaw id-diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni b'mod olistiku u jieħdu vantaġġ tal-għarfien espert tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni stabbilit fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni tista' tkun appoġġjata wkoll permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati minn programmi tal-UE bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u Ewropa għaċ-Ċittadini;

42.  Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva (UE) 2015/637 sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini tal-UE f'pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru tagħhom mhuwiex rappreżentat;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal format ġdid u aktar sigur għad-dokument ta' emerġenza tal-ivvjaġġar tal-UE għaċ-ċittadini tal-UE mhux irrappreżentati barra l-UE li l-passaport tagħhom ikun insteraq, intilef, inqered jew li jkun temporanjament mhux disponibbli, sabiex jiġi garantit li huma jkunu jistgħu jivvjaġġaw lura lejn pajjiżhom mingħajr periklu;

44.  Jenfasizza li l-vittmi tal-kriminalità u t-terroriżmu jridu jiġu ggarantiti livell xieraq ta' drittijiet mingħajr diskriminazzjoni fl-UE kollha, u li għandhom jiġu ttrattati bir-rispett u d-dinjità u jirċievu appoġġ xieraq skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom u l-ħtiġijiet tal-familji tagħhom; jenfasizza li għadd dejjem akbar ta' ċittadini Ewropej sofrew attakki terroristiċi f'pajjiż li mhuwiex pajjiżhom, u għalhekk jitlob b'urġenza li jiġu stabbiliti protokolli fl-Istati Membri sabiex, f'każ ta' attakk terroristiku, l-Ewropej mhux ċittadini tal-pajjiż jiġu megħjuna, f'konformità mal-proposta għal direttiva 2015/0281/UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza l-ħtieġa ta' direttiva speċifika dwar il-protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu;

45.  Jiddispjaċih dwar l-eżistenza ta' ostakli transfruntiera fi kwistjonijiet ċivili jew soċjali, bħal pereżempju d-dritt tal-familja jew il-pensjonijiet, li jxekklu lil ħafna ċittadini milli jgawdu għal kollox iċ-ċittadinanza tal-UE tagħhom;

46.  Jiddispjaċih li l-ġenituri u t-tfal ma għandhomx l-istess possibbiltajiet ta' rimedji f'kull Stat Membru f'każ ta' separazzjoni jew divorzju, bir-riżultat li mijiet ta' ġenituri fl-Ewropa kkuntattjaw lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex iħeġġuħ ikun aktar attiv minkejja li għandu kompetenzi limitati ħafna f'dan il-qasam;

47.  Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata protezzjoni tal-vittmi ta' vjolenza sessista u li l-aħjar interessi tat-tfal jitqiesu f'każijiet ta' tilwim transfruntier fil-familji;

48.  Jilqa' t-tnedija tal-Korp ta' Solidarjetà tal-UE għaċ-ċittadini żgħażagħ Ewropej u jitlob biex l-inizjattiva tiġi ffinanzjata kif xieraq u li l-impjiegi ta' kwalità ma jiġux sostitwiti minn volontarjat mhux imħallas;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni sabiex jindirizzaw b'mod effiċjenti l-kwistjonijiet tat-taxxa doppja u t-taxxi diskriminatorji fi kwalunkwe kuntest transfruntier u jqisu aħjar ir-realitajiet tal-mobilità transfruntiera tal-ħaddiema; iqis li l-kwistjonijiet tat-taxxa doppja huma attwalment indirizzati b'mod insuffiċjenti għax huma ttrattati permezz tal-konvenzjonijiet tat-taxxa bilaterali eżistenti jew permezz ta' azzjoni unilaterali minn xi Stat Membru, u jkunu jeħtieġu azzjoni miftiehma u f'waqtha fil-livell tal-UE;

50.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

Dokument tal-Kunsill 6622/16.

(2)

Dokument tal-Kunsill 14268/15.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2014)0233.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2016)0106.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2016)0385.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2017)0013.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2017)0063.

(8)

PE 601.177v04-00.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2016)0512.

(10)

PE 597.698v03-00.

(11)

PE 603.107v02-00.

(12)

ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2017)0083.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0142.


NOTA SPJEGATTIVA

Ippubblikat ftit xhur iktar tard milli previst, it-tielet rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE ħareġ fil-25 Anniversarju ta' meta l-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE ġie stabbilit solennement fit-Trattat ta' Maastricht tal-UE fl-1992. Huwa ħareġ ukoll f'mument ta' sfida mingħajr preċedent: wara r-referendum li sar fir-Renju Unit fit-23 ta' Ġunju 2016, l-implikazzjonijiet ta' ħruġ ta' Stat Membru fuq id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE. Dawn iż-żewġ mumenti ewlenin ifakkru lill-UE li wasal iż-żmien għal valutazzjoni bir-reqqa tal-kisbiet ewlenin u l-isfidi pendenti. Dan huwa ż-żmien biex jiġu identifikati l-oqsma fejn għad fadal aktar xogħol xi jsir, u biex jintlaħaq qbil fuq it-tifsira reali, fattwali u għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadinanza tal-UE, sabiex iċ-ċittadini jgawdu b'mod sħiħ id-drittijiet u l-privileġġi li hija ġġib magħha: hija komplementari għaċ-ċittadinanza nazzjonali tagħhom u kultant tirdoppja drittijiet salvagwardjati minn dispożizzjonijiet nazzjonali.

Ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017(1) huwa dokument li jħares 'il qudiem u li jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2017-2019, u jsegwi r-rapporti tal-2010 u tal-2013 ippreparati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew bi tweġiba għal rapporti tal-Kummissjoni korrispondenti. Bi preparazzjoni għal dan ir-rapport, il-Kummissjoni kkonsultat lis-soċjetà ċivili permezz tal-organizzazzjoni ta' konsultazzjoni dedikata u żewġ eżerċizzji ta' stħarriġiet dwar iċ-ċittadinanza tal-UE, u bosta laqgħat ma' partijiet interessati ewlenin, fosthom smigħ pubbliku konġunt mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet PETI, AFCO u JURI tal-Parlament Ewropew fil-15 ta' Marzu 2016.

L-għan aħħar tal-politiki taċ-ċittadinanza tal-UE huwa li ċ-ċittadini kollha tal-UE jħossuhom f'darhom ikunu fejn ikunu fl-UE u li jgawdu mill-istatus tagħhom bħala ċittadini Ewropej, anke meta jkunu qed joqogħdu f'pajjiżhom (skont studju tal-ECAS, huma biss madwar 20 % l-Ewropej li jibbenefikaw mill-ivvjaġġar transfruntier fi ħdan l-UE u mit-tgawdija ta' drittijiet bħal dawn). Dan ifisser it-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u li jkun żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu effettivament japprezzawhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Dan ifisser ukoll it-trawwim tal-valuri komuni tal-UE: l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE, kif ukoll spazju pubbliku Ewropew ta' sigurtà, paċi u prosperità sostenibbli, fejn jistgħu jesprimu t-tħassib u l-ideat tagħhom dwar l-iżvilupp tal-UE.

Dan l-abbozz ta' rapport jeżamina bir-reqqa l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni Ewropea mill-perspettiva ta' petizzjonijiet li rċieva l-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul il-perjodu ta' referenza 2014-2016. Il-petizzjonijiet jipprovdu rispons dirett miċ-ċittadini dwar l-implimentazzjoni ta' politiki differenti. Huma jikkostitwixxu barometru affidabbli li jkejjel il-livell ta' sodisfazzjon bl-Unjoni Ewropea u għaldaqstant jintużaw mill-Kummissjoni meta tkun qed tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri.

Skont ir-riżultati li kisbet il-Kummissjoni, matul dawn l-aħħar snin is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom żdiedet. Id-dritt għal petizzjoni, li huwa dritt minqux fit-Trattat ta' Lisbona u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, huwa wieħed minn dawn id-drittijiet u jidher mir-riżultati tal-istħarriġ li sar li huwa wieħed mill-aktar magħrufa, flimkien mad-dritt ta' moviment liberu tal-persuni. 

- Każijiet ta' diskriminazzjoni ta' kull tip kienu suġġett rikorrenti fil-petizzjonijiet: diskriminazzjoni minħabba sess, nazzjonalità, orjentazzjoni sesswali, età, lingwa, oriġini etnika. Wieħed għandu jenfasizza hawnhekk is-suġġetti tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi (it-telf taċ-ċittadinanza, l-edukazzjoni, il-lingwa, l-eżerċitar tad-drittijiet elettorali tagħhom). Punt ieħor huwa l-kwistjonijiet li tqajmu minn koppji LGBTI meta jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri, peress li jibqa' f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk humiex se jipprovdu rikonoxximent legali għal relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess fit-territorju tagħhom (u, b'mod partikolari, jekk humiex se jiftħu ż-żwieġ u/jew sħubijiet reġistrati għal koppji tal-istess sess), kif ukoll biex jiddeterminaw il-konsegwenzi (finanzjarji jew oħrajn) li jirriżultaw minn tali relazzjonijiet, speċjalment meta wieħed jiġi għall-istatus ta' ġenitur. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva għadd kbir ta' petizzjonijiet li jittrattaw diskriminazzjoni marbuta mad-diffikultajiet li l-persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom magħhom f'kull aspett tal-ħajja ta' kuljum: fil-post tax-xogħol, kwistjonijiet ta' mobilità (fost l-oħrajn, l-aċċessibilità ta' mezzi tat-trasport u tal-bini, id-drittijiet tal-passiġġieri), il-kura tas-saħħa, l-aċċess għall-edukazzjoni, id-deistituzzjonalizzazzjoni, ir-rikonoxximent tal-istatus, il-pensjonijiet, il-permessi tal-parkeġġ, il-Karta tad-Diżabilità tal-UE (li attwalment għadha fi stadju pilota), il-benefiċċji soċjali, id-drittijiet elettorali, l-aċċess għall-impjieg, u fl-aħħar nett kwistjonijiet relatati mal-infurzar tat-Trattat ta' Marrakech fl-UE. Jidher li d-Direttiva Orizzontali Kontra d-Diskriminazzjoni, li qed tistaġna, hija mixtieqa b'mod voċiferu madwar l-UE kollha. Bl-istess mod, ir-reviżjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jeħtieġ li ssir sabiex ikun iggarantit trattament preċiż tal-petizzjonijiet dwar id-Drittijiet Fundamentali fi ħdan il-Kumitat.

Speċjalment fir-rigward tal-minoranzi, l-UE għandha ħafna x'tagħmel biex tiżgura protezzjoni effettiva ta' dawn il-valuri fil-każ ta' minoranzi. Pereżempju, fil-qasam partikolari ta' minoranzi awtoktoni nazzjonali, l-UE ma kinitx kapaċi tissanzjona jew tipprevjeni l-prattiki diskriminatorji li jkollhom impatt negattiv fuq il-lingwi u l-kulturi ta' persuni li jappartjenu għal gruppi bħal dawn. Minkejja li d-drittijiet ta' dawn il-minoranzi għandhom primarjament ikunu ggarantiti mill-Istati Membri, iċ-ċittadini tal-UE jistennew li ssir aktar ħidma fil-livell Ewropew; fatt li ġie affermat, fost l-oħrajn, minn diversi petizzjonijiet sottomessi lill-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward.

Meta wieħed iżomm f'moħħu li, skont id-dritt tal-UE kif inhi bħalissa, il-ħruġ jissarraf f'telf taċ-ċittadinanza Ewropea, u partijiet tar-Renju Unit ma jistgħux jinnegozjaw separatament il-permanenza tagħhom fl-UE, peress li n-negozjati se jikkonċernaw Stat Membru fl-intier tiegħu, il-fatt li l-Brexit huwa sfida tremenda għad-drittijiet taċ-ċittadini jsir sempliċement aktar punġenti. L-istituzzjonijiet tal-UE se jkollhom jindirizzaw din l-isfida permezz tan-negozjati dwar il-Brexit b'mod li jkun l-aktar ta' benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva numru kbir ta' petizzjonijiet dwar il-Brexit (147 petizzjoni bejn Jannar 2016 u Ġunju 2017), li jinkludu kostellazzjonijiet ta' ċittadini tal-UE fir-Renju Unit, ċittadini tar-Renju Unit fl-UE u ċittadini tar-Renju Unit fir-Renju Unit li jixtiequ jżommu d-drittijiet tat-Trattat. Il-maġġoranza vasta ta' dawn il-petizzjonijiet tirreferi għaċ-ċittadinanza tal-UE: ilmenti dwar it-telf involontarju potenzjali ta' drittijiet, espressjoni ta' tħassib dwar riperkussjonijiet prattiċi tal-Brexit fuq il-familji li joqogħdu fir-Renju Unit jew fi ħdan l-UE, u fuq il-pensjonanti, u anki proposti taż-żamma taċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet marbuta magħha għal ċittadini tar-Renju Unit wara l-ħruġ, jew reġim speċjali fl-UE għal dawn iċ-ċittadini.

Il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-UE u t-tgawdija ta' drittijiet elettorali miċ-ċittadini tal-UE li jgħixu barra minn pajjiżhom fi Stat Membru ieħor kienu frekwentament is-suġġett ta' petizzjonijiet, mhux l-inqas peress li huwa qasam fejn sforz konġunt mill-UE u l-awtoritajiet lokali għall-infurzar ta' dawn id-drittijiet huwa meħtieġ. Fl-istess ħin, il-kwistjonijiet irrappurtati permezz ta' petizzjonijiet huma każijiet ta' diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità; diffikultajiet rigward il-proċedura segwita mill-Istati Membri biex jippermettu liċ-ċittadini tagħhom jivvotaw barra mill-pajjiż; il-kumplessità tal-leġiżlazzjoni lokali fi Stati Membri ospitanti li jimponu formalitajiet addizzjonali jew kundizzjonijiet għal ċittadini tal-UE biex jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali. Il-kwistjoni tat-tneħħija tad-dritt għall-vot għaċ-ċittadini minn diversi Stati Membri ġiet diskussa ripetutament f'laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u tqajmet ma' Kumitati oħra, li qed jagħmlu sforzi fid-direzzjoni ta' reviżjoni tal-Liġi Elettorali fi Stati Membri fejn l-elezzjonijiet Ewropej huma kkonċernati. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, strument ewlieni stabbilit mill-UE biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħajja istituzzjonali Ewropea, ma ġietx trattata sew ripetutament u wara serje ta' deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE attwalment qiegħda tiġi riveduta mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat dejjem aktar importanza liċ-ċittadinanza Ewropea u poġġiet il-moviment liberu fuq quddiem nett, bħala d-dritt bażiku li jippermetti sensiela wiesgħa ta' drittijiet oħra essenzjali. Il-moviment liberu huwa wieħed mill-egħżeż kisbiet tal-UE, wieħed mid-drittijiet l-aktar popolari u magħrufa, peress li jipprovdi liċ-ċittadini tal-UE b'opportunitajiet biex jivvjaġġaw, jistudjaw, jagħmlu negozju, jaħdmu u jgħixu f'pajjiżi oħra tal-UE. Matul dawn l-aħħar snin ġew reġistratrati numru dejjem jiżdied ta' petizzjonijiet rigward il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu. L-istatistiċi juru li kwestjonijiet relatati mal-moviment liberu jammontaw għal madwar 25 % tan-numru totali tal-petizzjonijiet irċevuti. L-oqsma ewlenin ta' tħassib imqajma fil-petizzjonijiet ikopru drittijiet soċjali u l-estenzjoni tar-responsabilità tal-impjegati fi ħdan l-UE; id-drittijiet tal-konsumatur fis-Suq Intern Diġitali, fejn il-konsumaturi Ewropej għadhom jiffaċċjaw diffikultajiet biex jixtru online bejn il-fruntieri fl-UE relatati mal-kunsinni, il-frodi, il-garanziji; ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali; il-portabilità tal-benesseri u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema fi ħdan l-UE - teorija u prattika; u ostakli fl-aċċess għall-benefiċċji soċjali bħala ċittadini tal-UE (sussidji, allowances akkumulati, id-dritt għal kura tas-saħħa transfruntiera). L-Ewropej għadhom isibuha diffiċli biex jiċċaqilqu jew jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE, l-aktar minħabba proċeduri amministrattivi twal jew mhux ċari, nuqqas ta' informazzjoni u diffikultajiet biex jingħata aċċess għal servizzi privati. Iċ-ċittadini jiltaqgħu wkoll ma' diffikultajiet fl-ippjanar tal-ivvjaġġar transfruntier, li jgħaqqad aktar minn mod wieħed ta' trasport (l-ivvjaġġar multimodali), biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet pubbliċi u jiksbu aċċess għal kura tas-saħħa transfruntiera.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, wieħed ma jistax jenfasizza biżżejjed l-importanza li jinstabu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi mill-aktar fis possibbli, billi din mhix kwistjoni ta' sempliċi eżerċitar tad-drittijiet salvagwardjati mit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, iżda dawn huma marbuta direttament mal-immaġni tal-UE, il-popolarità tagħha u l-aċċettazzjoni tagħha miċ-ċittadini, peress li tolqot il-qofol tal-interess tagħhom u, ħafna drabi, il-qalba tal-ħajja tagħhom ta' kuljum. Fl-aħħar mill-aħħar hija mod kif terġa' tinkiseb il-fiduċja tagħhom fil-proġett Ewropew, sentiment li jidher li beda jgħib f'dawn l-aħħar snin, kif rifless fir-riżultati elettorali madwar il-kontinent.

Bħala konklużjoni, ir-rapport jinkludi lista twila ta' kwistjonijiet trattati mill-Kummissjoni Ewropea, iżda nuqqas sostanzjali ta' dijanjosi realistika u ta' għanijiet konkreti u bbilanċjati, li għandhom jintlaħqu b'impenji definiti sew għat-tliet snin li ġejjin. Għalkemm wieħed jista' japprezza l-kisbiet u l-isperanza dwar passi futuri, wieħed għandu wkoll jinnota li t-test tar-rapport iħalli togħma ta' rieda li tittieħed azzjoni irrispettivament mir-rieda taċ-ċittadini tal-UE permezz tal-elenku ta' proġetti tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni u prijoritajiet ta' politika. Jista' jkun aktar favorevoli għall-kisba tar-riżultati fil-mira li din l-enumerazzjoni tiġi sostitwita b'azzjonijiet konkreti, effiċjenti u effettivi.

(1)

"Rapport tal-2017 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE – It-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini f'Unjoni ta' tibdil demokratiku", COM(2017)0030 final/2.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Entità u/jew persuna

Servizz ta' Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej (ECAS)

 

Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

 

 


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (9.11.2017)

għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet

dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku

(2017/2069(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Csaba Sógor

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2017, intitolat "It-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini f'Unjoni ta' tibdil demokratiku" (COM (2017)0030),

–  wara li kkunsidra l-Karta dwar l-Edukazzjoni għal Ċittadinanza Demokratika u Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-2015 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE mmexxija mill-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżultati tal-eżerċizzji ta' stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 dwar id-drittijiet elettorali u dwar iċ-ċittadinanza,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perijodu 2014 sa 2020,

  wara li kkunsidra l-kriterji ta' Copenhagen, u l-grupp ta' regoli tal-Unjoni li pajjiż kandidat jeħtieġlu jissodisfa jekk ikun jixtieq jissieħeb fl-Unjoni (l-acquis),

–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ organizzati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2016 u fl-2017, jiġifieri s-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku tal-11 ta' Mejju 2017 organizzata b'mod konġunt mill-Kumitati LIBE u EMPL bit-titlu "The situation and rights of EU Citizens in the UK" (Is-sitwazzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit), is-smigħ pubbliku bit-titolu "Obstacles to EU citizen's freedom to move and work in the Internal Market" (Ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern) li sar fil-11 ta' Ottubru 2016, is-smigħ pubbliku bit-titolu "Niġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u nipproteġu l-minoranzi" li sar fl-4 ta' Mejju 2017 u s-seduta konġunta ta' smigħ pubbliku koorganizzata mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ Ġustizzja u Konsumaturi) u mill-Kumitati LIBE, AFCO u JURI dwar "Iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni fil-prattika: il-valuri komuni, id-drittijiet u l-parteċipazzjoni demokratika tagħna" li saret fil-15 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-istudji kkummissjonati mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament fuq it-talba tal-kumitati LIBE u PETI fl-2016 u l-2017 bit-titolu "Obstacles to the right of free movement and residence for European Union citizens and their families" (Ostakli għad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-familji tagħhom),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Nru 9166/3/11 u 9167/3/11 tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar il-konklużjoni tal-proċess ta' evalwazzjoni u t-tħejjija teknika tal-Bulgarija u tar-Rumanija biex jaderixxu għaż-żona Schengen,

–  wara li kkunsidra n-notifika mogħtija mill-Prim Ministru tar-Renju Unit lill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017 skont l-Artikolu 50(2) tat-TUE,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-istudju kkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament fuq it-talba tal-kumitati LIBE fl-2016 bit-titolu "Towards a Comprehensive EU Protection System for Minorities" ("Lejn Sistema ta' Protezzjoni Komprensiva tal-UE għall-Minoranzi"),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li ġiet adottata fi New York fit-13 ta' Diċembru 2006 u ratifikata mill-UE nhar it-23 ta' Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titolu "Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli" (COM(2010)0636),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom (COM(2010)0133, COM(2012)0226, COM(2013)0454, COM(2015)0299 u COM(2016)0424), inkluża l-Komunikazzjoni dwar "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020" (COM(2011)0173),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2016 bit-titolu "Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina" (COM(2016)0230),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE,

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona ġab avvanzi kbar għaċ-ċittadini tal-Unjoni, billi kkonsolida d-drittijiet u s-salvagwardji taċ-ċittadini tal-UE, filwaqt li pprovda lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali bil-valur legali u billi ġab l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fil-qasam leġiżlattiv tal-UE;

B.  billi l-Unjoni stabbilixxiet għaliha nnifisha l-objettiv li toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

C.  billi skont l-Artikolu 21 tal-Karta għandha tkun ipprojbita kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi bħal sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal xi minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali;

D.  billi fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; billi l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni huwa l-espressjoni primarja taċ-ċittadinanza tal-UE;

E.  billi d-dritt għal trattament ugwali huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea u dritt fundamentali tal-persuni kollha; billi, meta jistabbilixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, l-Artikolu 9 tat-TUE jsemmi espressament li l-Unjoni għandha tosserva l-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jirċievu attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha; billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-Unjoni jappartjenu għal minoranza nazzjonali, u madwar 10 % jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja; billi ma jeżisti l-ebda qafas legali tal-UE li jiggarantixxi d-drittijiet tagħhom bħala membri ta' minoranza u jistgħu jiġu ttrattati b'mod differenti, skont liema Stat Membru jgħixu fih; billi hemm differenza bejn il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni; billi t-trattament ugwali huwa dritt bażiku, mhux privileġġ, taċ-ċittadini kollha;

F.  billi, skont ir-Rapport taċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 tal-Kummissjoni, mill-2012 'il hawn, għadd dejjem jikber ta' nies irrappurtaw li ġarrbu xi sura ta' diskriminazzjoni;

G.  billi l-korpi tal-ugwaljanza huma essenzjali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva ta' leġiżlazzjoni ta' trattament indaqs; billi hemm nuqqas ta' standards tal-UE għal korpi nazzjonali tal-ugwaljanza li jiżguraw li għandhom mandat wiesa' biżżejjed u jgawdu minn indipendenza finanzjarja u organizzattiva biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

H.  billi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija addizzjonali għaċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex, billi l-Artikolu 20 tat-TFUE jipprevedi li kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru hija wkoll ċittadin tal-Unjoni, bid-drittijiet u l-obbligi minquxa fit-Trattati u l-Karta;

I.  billi l-moviment liberu huwa wieħed mill-erba' libertajiet fundamentali tal-UE, minquxa fit-Trattati bħala ġebla tax-xewka tal-integrazzjoni Ewropea, u hija waħda mid-drittijiet l-iktar stmati taċ-ċittadini tal-UE;

J.  billi d-dritt għal moviment liberu u l-eżerċitar tiegħu huwa ċentrali għaċ-ċittadinanza tal-UE; billi ċ-ċittadini tal-UE għadhom jistgħu jesperjenzaw għadd ta' ostakli persistenti jew ġodda biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' moviment liberu u ta' residenza, bħal rekwiżiti ta' dokumentazzjoni eċċessivi, proċeduri onerużi għall-ksib ta' drittijiet ta' residenza, diffikultajiet fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, jew proċeduri twal għall-ksib ta' aċċess għax-xogħol jew għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali; billi ċerti ċittadini Ewropej ġew soġġetti għal espulsjonijiet jew ordnijiet ta' espulsjoni fl-UE;

K.  billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-UE jsaħħaħ ħafna l-libertà ta' moviment fl-UE u huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; billi fil-konklużjonijiet tiegħu Nru 9166/3/11 u 9167/3/11 tad-9 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkonferma l-konklużjoni b'suċċess tal-proċess ta' evalwazzjoni u t-tħejjija teknika tal-Bulgarija u tar-Rumanija biex jaderixxu għaż-żona Schengen;

L.  billi s-sigurtà hija waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini tal-UE; billi l-UE jenħtieġ li tirsisti biex iċ-ċittadini tagħha jħossu li l-libertà tagħhom hija protetta u s-sigurtà tagħhom żgurata fit-territorju tagħha filwaqt li tiżgura li l-libertajiet u d-drittijiet tagħhom huma rrispettati u protetti b'mod ugwali, filwaqt li t-terroriżmu huwa theddida globali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod effettiv fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej;

M.  billi skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja d-Direttiva (UE) 2015/637, kważi seba' miljun ċittadin tal-UE jivvjaġġaw jew jgħixu barra mill-UE f'postijiet fejn il-pajjiż tagħhom stess ma jkollux ambaxxata jew konsulat; billi l-għadd ta' ċittadini tal-UE mhux irrappreżentati huwa mistenni li jiżdied għal mill-inqas għaxar miljuni sal-2020; billi ċ-ċittadini tal-UE residenti fit-territorju ta' pajjiż mhux tal-UE li fih ma hemmx rappreżentanza tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, huma intitolati għall-protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini ta' dak l-istat;

N.  billi t-Trattat ta' Lisbona saħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE, inkluż billi introduċa l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), li permezz tagħha ċ-ċittadini għandhom il-possibilità li jitolbu azzjoni tal-UE; billi s'issa l-użu tal-ECI, filwaqt li ppreżenta sfidi prattiċi u legali għall-organizzaturi, ma laħaqx l-aspettattivi fir-rigward tal-impatt leġiżlattiv;

O.  billi l-esperjenza turi li, pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni huma aktar lesti li jirrispettaw il-kriterji ta' Copenhagen dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u li jressqu 'l quddiem is-sitwazzjoni tal-minoranzi; billi bħalissa ma hemm l-ebda qafas adegwat li jiggarantixxi t-twettiq ta' dawn il-kriterji wara l-adeżjoni u b'hekk li jipproteġi liċ-ċittadini tal-UE mill-effetti li jinvolvi l-ksur tal-kriterji ta' Copenhagen;

P.  billi bħalissa, ħlief għall-proċedimenti ta' ksur, l-UE għandha biss għodod b'effikaċja limitata biex tirrispondi għal manifestazzjonijiet sistematiċi u istituzzjonali ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija kontra l-minoranzi fost l-Istati Membri tal-UE; billi l-proċedimenti ta' ksur ma jkoprux it-theddid li jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi sekondarja tal-UE;

Q.  billi ċ-ċittadini tar-Rom tal-UE jikkostitwixxu l-akbar grupp ta' minoranza u l-aktar wieħed vulnerabbli fl-UE; billi r-Rom jaffaċċjaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali b'diversi livelli fl-Ewropa; billi l-għodod ta' liġi mhux vinkolanti tal-UE bħall-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS), kellhom biss rwol limitat f'li jiżguraw li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi tagħhom li jikkonformaw mal-istandards tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem dwar il-protezzjoni tal-minoranza u jindirizzaw il-manifestazzjonijiet istituzzjonali ta' diskriminazzjoni;

R.  billi ċ-ċittadini Ewropej b'diżabilità għadhom jaffaċċjaw bosta ostakli biex jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol, għall-edukazzjoni u għat-taħriġ, jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar u esklużjoni soċjali mill-pari tagħhom li ma għandhomx diżabilità u jsibu diffikultà biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jgawdu mid-drittijiet tagħhom;

S.  billi l-vjolenza fuq in-nisa għadha sseħħ b'mod wiesa' fl-UE; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tan-nisa kollha;

T.  billi, skont l-Artikolu 25 tal-Karta, "l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani għal ħajja ta' dinjità u indipendenza u għal parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u kulturali";

U.  billi r-riskju tat-tneħħija tad-dritt tal-vot taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu mill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom lejn Stat Membru ieħor tal-UE jista' jinibixxihom milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu fi Stat Membru ieħor;

V.  billi kull stat għandu s-setgħa sovrana li jiddeċiedi min huma ċ-ċittadini tiegħu, fi ħdan il-limiti tad-dritt internazzjonali; billi l-persuni apolidi huma ta' spiss f'riskju ta' detenzjoni u li jkunu nieqsa minn kollox; billi hemm rabta b'saħħitha bejn iċ-ċittadinanza tal-UE u l-apolidija minħabba l-possibilità ta' aċċess għal ċittadinanza tal-UE jew it-telf tagħha minn persuni apolidi li jgħixu fl-Istati Membri, li jingħataw iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru jew li ċ-ċittadinanza tagħhom ta' Stat Membru tkun ġiet irtirata;

W.  billi xi wħud mill-aktar konsegwenzi importanti tal-irtirar mistenni tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jikkonċernaw l-istatus legali, id-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-Unjoni Ewropea u taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit mill-mument li jseħħ l-irtirar;

X.  billi miljuni ta' ċittadini, li jkunu bbenefikaw mid-dritt li jgħixu, jibnu familja, jaħdmu, jistudjaw u jirtiraw fir-Renju Unit u fis-27 Stat Membru tal-UE, u li jkunu għamlu għażliet tal-ħajja deċiżivi abbażi tad-drittijiet tagħhom, issa qed jiffaċċjaw inċertezzi kbar u ansjetà dwar il-futur tagħhom;

1.  Jistieden lill-Kunsill tal-UE u lill-Kunsill Ewropew biex jippermettu lill-pajjiżi kollha li jissodisfaw il-kriterji tekniċi meħtieġa biex isiru membri taż-żona Schengen, sabiex iċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jgawdu l-libertà ta' moviment bla xkiel minn kontrolli mal-fruntieri;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod regolari l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fl-Istati Membri u tieħu l-miżuri xierqa biex tneħħi l-ostakli potenzjali għal-libertà ta' moviment; jilqa' l-għodda ta' tagħlim elettroniku dwar id-dritt għall-moviment liberu ta' ċittadini tal-Unjoni, li tgħin lill-amministraturi lokali biex jifhmu aħjar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-moviment liberu.

3.  Ifakkar li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà jenħtieġ li tkun aġġornata, effikaċi u effiċjenti fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-reazzjoni għat-theddid li qed jevolvi għas-sigurtà; jitlob l-implimentazzjoni urġenti tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, infurzar aħjar tal-istrumenti legali eżistenti tal-UE f'dan il-qasam, u skambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni aktar effiċjenti fost l-Istati Membri u mal-aġenziji tal-UE; Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fis-sigurtà bejn l-Istati Membri u tappoġġja bis-sħiħ aktar skambju ta' informazzjoni effiċjenti fost l-Istati Membri u mal-aġenziji tal-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza li l-armonizzazzjoni ta' azzjoni interna u esterna tal-UE fil-qasam tas-sigurtà hija essenzjali għall-protezzjoni effiċjenti taċ-ċittadini tal-UE;

4.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE biex jintensifikaw l-isforzi biex jiżviluppaw unjoni ta' sigurtà effettiva u ġenwina li tindirizza d-dimensjonijiet kollha tat-theddida terroristika;

5.  Iqis id-deradikalizzazzjoni u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni bħala prijorità assoluta għall-UE u jesprimi ruħu ferm favur it-tisħiħ tal-programmi bejn is-setturi speċifiċi mmirati lejn l-edukazzjoni, l-attivitajiet volontarji u kulturali, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-programmi ta' deradikalizzazzjoni f'istituzzjonijiet, komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, komunitajiet reliġjużi u amministrazzjonijiet reġjonali; jemmen li politika komprensiva f'dan il-qasam għandha tkun akkumpanjata minn proċessi ta' deradikalizzazzjoni proattivi u fuq perijodu twil fl-isfera ġudizzjarja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji dwar l-inklużjoni soċjali u l-politiki li jindirizzaw id-diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni b'mod olistiku u jieħdu vantaġġ tal-għarfien espert tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni stabbilit fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni tista' tkun appoġġjata wkoll permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati minn programmi tal-UE bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u Ewropa għaċ-Ċittadini;

6.  Jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali hija dimensjoni ewlenija li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika tal-Unjoni; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tirrakkomanda l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-Unjoni komprensiv għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali(2) bħala għodda addizzjonali li tista' ttejjeb il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem – inklużi d-drittijiet taċ-ċittadinanza – u li tista' żżid il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE;

7.  Jinnota li ċ-ċittadini tal-UE għandhom dritt li jindirizzaw lill-Ombudsman Ewropew, li huwa wieħed mid-drittijiet ewlenin mogħtija miċ-ċittadinanza Ewropea.

8.  Ifakkar li fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2016, il-biċċa l-kbira tal-ilmenti li waslu għand l-Ombudsman Ewropew kienu dwar allegat nuqqas ta' trasparenza, kif enfasizzat mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha tal-24 ta' Jannar 2017, intitolat "Dwar il-progress lejn ċittadinanza effettiva tal-UE 2013-2016" (COM(2017)0032); jinsab konvint li t-trasparenza u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE huma kundizzjoni essenzjali biex tinbena fiduċja fil-konfront taċ-ċittadini tal-UE, biex iċ-ċittadini jersqu eqreb lejn l-UE u jkunu involuti fl-attivitajiet tagħha, u biex dawn ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ u jeżerċitaw id-drittijiet ta' ċittadinanza tagħhom; jinnota li ċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa f'dan ir-rigward, u li din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata bl-aktar mod ċar u li jinftiehem. jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE jindirizzaw in-nuqqasjiet li għadhom jeżistu f'konformità mad-dispożizzjonijiet, fost oħrajn, tal-Artikoli 9 u 10(3) tat-TUE, l-Artikolu 15 tat-TFUE u l-Artikoli 41-42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jinnota li l-edukazzjoni ċivika u d-djalogu interkulturali jtejbu l-fehim taċ-ċittadini dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni soċjali u politika, filwaqt li l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem iżżid l-għarfien tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom stess u tgħallimhom ir-rispett tad-drittijiet ta' ħaddieħor; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza demokratika u l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-kurrikuli tal-iskola sabiex jgħammru lill-istudenti bl-għarfien, il-fehim u l-ħiliet, iżda wkoll biex dawn tal-aħħar ikunu lesti ħalli jieħdu azzjoni fis-soċjetà għad-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

10.  Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva (UE) 2015/637 sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini tal-UE f'pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru tagħhom mhuwiex rappreżentat;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal format ġdid u aktar sigur għad-dokument ta' emerġenza tal-ivvjaġġar tal-UE għaċ-ċittadini tal-UE mhux irrappreżentati barra l-UE li l-passaport tagħhom ikun insteraq, intilef, inqered jew li jkun temporanjament mhux disponibbli, sabiex jiġi garantit li huma jkunu jistgħu jivvjaġġaw lura lejn pajjiżhom b'mod effettiv;

12.  Jenfasizza li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) hija għodda innovattiva għal demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea li permezz tagħha ċ-ċittadini għandhom l-opportunità li jitkellmu b'mod ċar dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom u jsawru l-iżvilupp tal-politiki tal-UE; jinnota, madankollu, li hemm nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tal-ECI li jeħtieġ jiġi indirizzat sabiex din tkun aktar effettiva; juri tħassib dwar is-segwitu tal-inizjattivi b'suċċess min-naħa tal-Kummissjoni;

13.  Jenfasizza li l-vittmi tal-kriminalità u t-terroriżmu jridu jiġu ggarantiti livell xieraq ta' drittijiet mingħajr diskriminazzjoni fl-UE kollha, u li għandhom jiġu ttrattati bir-rispett u d-dinjità u jirċievu appoġġ xieraq skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom u għall-familji tagħhom; jenfasizza li għadd dejjem akbar ta' ċittadini Ewropej sofrew attakki terroristiċi f'pajjiż li mhuwiex pajjiżhom, u għalhekk jitlob b'urġenza li jiġu stabbiliti protokolli fl-Istati Membri sabiex f'każ ta' attakk terroristiku l-Ewropej mhux nazzjonali jiġu megħjuna f'konformità mad-Direttiva 2015/0281/UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza l-ħtieġa ta' direttiva speċifika dwar il-protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu;

14.  Iqis li, sabiex tingħata sustanza għar-referenzi għall-minoritajiet u l-ugwaljanza taċ-ċittadini kollha tal-UE magħmula fl-Artikoli 2 u 9 TUE, rispettivament, u sabiex jintlaħaq aħjar il-potenzjal taċ-ċittadinanza tal-UE, l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tiggarantixxi l-protezzjoni tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE, inkluż id-drittijiet tal-minoranzi.

15.  Jenfasizza l-fatt li l-minoranzi nazzjonali, etniċi, reliġjużi u lingwistiċi fl-Ewropa ilhom għal sekli sħaħ jgħixu flimkien ma' kulturi ta' maġġoranza fl-Ewropa jew qribhom; jemmen li konformità mill-UE mar-rekwiżit tat-TUE li tiġi rrispettata, issalvagwardjata u msaħħa d-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa fl-UE, kemm fost kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri ssaħħaħ aktar ir-rabtiet bejn iċ-ċittadini u l-proġett Ewropew; jemmen li l-UE għandha tistabbilixxi standards għoljin għall-protezzjoni tal-minoranzi, li jibdew bl-istandards ikkodifikati fi strumenti legali internazzjonali, bħal dawk tal-Kunsill tal-Ewropa, u li dawn l-istandards għandhom jiġu inkorporati b'mod sħiħ f'qafas legali li jiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw għalkollox il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji mingħajr aktar dewmien u biex jimplimentaw it-Trattati in bona fede; ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġu implimentati l-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-OSKE;

16.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress li ilu jeżisti għall-proposta għal direttiva tal-2008 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; itenni s-sejħa tiegħu lill-Kunsill biex jadotta l-proposta malajr kemm jista' jkun;

17.  Jinnota li r-Regolament tal-UE dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perijodu 2014 sa 2020 jiddikjara, li biex wieħed jilħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 3(3) tat-TUE, il-programm għandu jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet tat-tfal;

18.  Jemmen li d-diskriminazzjoni sistematika taċ-ċittadini Rom f'pajjiżhom, kif ukoll it-tkeċċija u l-espulsjoni tagħhom meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu lejn u d-dritt ta' residenza fi Stat Membru ieħor huma f'kontradizzjoni mad-dritt fundamentali ta' nondiskriminazzjoni abbażi tal-oriġini etnika u d-dritt li jiċċaqilqu lejn jew li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor u b'hekk ipoġġu għall-prova l-pedamenti tad-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE; jistieden lill-Istati Membri biex iwettqu r-reġistrazzjoni tat-twelid mingħajr diskriminazzjoni, u biex jiżguraw miżuri korrettivi immedjati ħalli jiżguraw l-identifikazzjoni taċ-ċittadini kollha tagħhom sabiex jiġi evitat li l-membri tal-komunità Rom jiċċaħħdu mill-aċċess għas-servizzi bażiċi essenzjali kollha; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu passi attivi, permezz tal-awtoritajiet lokali tagħhom, sabiex jiżguraw li kull tifel u tifla jkunu rreġistrati; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u twettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, tikkondividi l-aħjar prattiki dwar l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom ma tkunx ġiet rikonoxxuta u li m'għandhomx aċċess għal dokumenti ta' identità, u tniedi kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tar-reġistrazzjoni tat-twelid;

19.  Jilqa' l-fatt li r-Rapport dwar iċ-Ċittadinanaza tal-2017 tal-Kummissjoni qed jenfasizza ż-żieda u t-titjib fil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bħala prijorità; b'dispjaċir jinnota, madankollu, li r-rapport ma jagħmel l-ebda referenza għad-dritt ta' petizzjoni, għad-dritt ta' referenza għall-Ombudsman Ewropew jew għad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti u kif għandhom jissaħħu dawn id-drittijiet;

20.  Jikkundanna l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u vjolenza kontra persuni leżbjani, gay, transġeneru, bisesswali u intersesswali (LGBTI); iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw liġijiet u politiki biex jiġġieldu l-omofobija u t-transfobija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal aġenda li tiżgura drittijiet u opportunitajiet indaqs għal raġunijiet ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri;

21.  Jesprimi li midja ħielsa u aċċess liberu għal internet miftuħ huma parti kruċjali mid-demokrazija;

22.  Jilqa' l-iffirmar fit-13 ta' Ġunju 2017 tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika; jiddispjaċih, madankollu, li l-limitazzjoni għal żewġ oqsma – kwistjonijiet relatati ma' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, u l-asil u n-non-refoulement – tqajjem inċertezzi legali dwar l-iskop tal-adeżjoni tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċeleraw in-negozjati dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; jenfasizza li sabiex ikunu aktar effettivi, il-miżuri li jiġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa għandhom ikunu akkumpanjati minn azzjonijiet li jippromwovu l-indipendenza finanzjarja tan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tindirizza l-inugwaljanzi ekonomiċi bbażati fuq il-ġeneru u l-kwistjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

23.  Jirrikonoxxi li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trattament indaqs teħtieġ l-istabbiliment ta' korpi nazzjonali tal-ugwaljanza; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi linji gwida lill-Istati Membri dwar kif dawn il-korpi għandhom joperaw u kif għandhom jiggarantulhom l-indipendenza, l-effikaċja, is-setgħat u r-riżorsi – inkluż EQUINET –li jkunu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw id-diskriminazzjoni u jippromwovu trattament ugwali; jistieden lill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza, inkluż l-EQUINET, biex iwettqu l-ħidmiet tagħhom u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f'termini tal-indirizzar tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-trattament ugwali; ifakkar fl-importanza tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 biex jingħata aktar appoġġ prattikabbli għal kontra d-diskriminazzjoni fil-livell lokali; jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta f'komunikazzjoni l-impenn strateġiku tagħha għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019; ifakkar li l-UE hija bbażata fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u li tali prinċipju jista' jinkiseb biss jekk jiġi integrat fil-politiki kollha tal-UE; jinnota l-impatt sproporzjonat ta' diskriminazzjoni multipla fuq in-nisa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-korpi tal-infurzar tal-liġi, il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiżdied il-monitoraġġ tal-intersezzjonalità bejn il-bażijiet differenti ta' diskriminazzjoni;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, bħala firmatarji tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, biex jintegraw it-tħassib dwar l-aċċessibilità, il-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza fil-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex iċ-ċittadini Ewropej b'diżabilità jkunu jistgħu jgawdu mid-drittijiet fundamentali tagħhom fuq bażi ugwali mal-pari tagħhom;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-għodod finanzjarji, leġiżlattivi u ta' appoġġ kollha disponibbli biex jippromwovu soċjetà adattata għall-anzjani u tixjiħ f'saħħtu għaċ-ċittadini Ewropej fost l-oħrajn permezz ta' swieq tax-xogħol inklużivi, skemi ta' xogħol innovattivi u flessibbli, aċċess għal taħriġ, id-disponibilità ta' kura tas-saħħa ta' kwalità u l-introduzzjoni ta' prodotti u servizzi tas-saħħa elettronika;

26.  Jieħu nota tal-inizjattiva tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li toħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat jew biex jaħdmu fi proġetti f'pajjiżhom stess jew barra minn pajjiżhom, u jilqa' l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna Ewropej, li tippermetti lill-Ewropej jieħdu sehem fi programmi ta' għajnuna umanitarja mad-dinja kollha;

27.  Iqis li ċ-ċittadini li jiċċaqilqu lejn Stat Membru u jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-UE għandu jkollhom il-possibilità li jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jistieden lill-Istati Membri li jneħħu d-dritt tal-vot taċ-ċittadini tagħhom stess, li jagħżlu li jgħixu fi Stat Membru ieħor għal perjodu ta' żmien estiż, biex jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet għal dawn iċ-ċittadini u jippreżervaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali;

28.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li s-salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi taċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE li jgħixu jew għexu fir-Renju Unit u taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu jew għexu f'wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE trid tiġi ttrattata bħala prijorità assoluta fin-negozjati dwar il-ftehim għall-ħruġ; iqis, barra minn hekk, li l-obbligi għar-Renju Unit u għall-UE f'dan ir-rigward għandhom ikunu bbażati fuq ir-reċiproċità, l-ekwità, is-simetrija, in-nondiskriminazzjoni, it-trattament ġust, kif ukoll ir-rispett sħiħ tal-integrità tad-dritt tal-Unjoni, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-qafas tal-infurzar tagħha.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

6.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ahmedov Ademov, Gerard Batten, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Daniel Dalton, Rachida Dati, Raymond Finch, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Elly Schlein, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, André Elissen, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Peter Kouroumbashev, Julia Reda, Sofia Ribeiro, Bart Staes, Julie Ward, Wim van de Camp

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Cecilia Wikström

ECR

Helga Stevens

GUE/NGL

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, György Hölvényi, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Sofia Ribeiro, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Wim van de Camp, Axel Voss

S&D

Monika Beňová, Miriam Dalli, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Karin Kadenbach, Dietmar Köster, Peter Kouroumbashev, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Elly Schlein, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Max Andersson, Julia Reda, Judith Sargentini, Bart Staes

6

-

EFDD

Gerard Batten, Raymond Finch, Kristina Winberg

ENF

André Elissen, Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

3

0

ECR

Daniel Dalton, Marek Jurek, Monica Macovei

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Testi adottati, P8_TA(2017)0102.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0409.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (23.10.2017  )

għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet

dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku

(2017/2069(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Krystyna Łybacka

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE, iċ-ċittadinanza attiva u s-solidarjetà, kif ukoll fit-tisħiħ tal-valuri komuni Ewropej tagħna, abbażi tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jirrikonoxxi li permezz tal-kooperazzjoni u l-iskambju transnazzjonali u interkulturali, il-programmi tal-UE, bħall-Erasmus+, il-programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini u l-programm Ewropa Kreattiva, jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija hawn fuq;

2.  Jenfasizza li l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jippromwovi fehim aħjar tad-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini fl-UE; jirrakkomanda, għalhekk, li l-ġenerazzjoni li jmiss tal-programm tiġi adottata b'bażi legali li tippermetti li l-Parlament ikun involut bħala koleġiżlatur fl-istess livell mal-Kunsill u li jkun hemm aktar riżorsi umani u finanzjarji biex jiżdied l-għadd ta' proġetti appoġġjati;

3.  Jenfasizza l-importanza li, permezz tal-programm Erasmus+, jitrawwem l-iżvilupp ta' ħiliet trasferibbli li jtejbu l-fehim interkulturali u l-parteċipazzjoni attiva f'soċjetajiet differenti;

4.  Ifakkar li hemm bżonn sforzi kontinwi biex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar drittijiethom u biex ikun żgurat li dawk id-drittijiet jiġu infurzati b'mod uniformi fl-UE kollha, filwaqt li jiġu enfasizzati l-opportunitajiet iġġenerati mill-appartenenza għall-UE; jissottolinja r-rwol tal-istituzzjonijiet edukattivi fis-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ dwar id-drittijiet tagħhom fl-UE u fl-appoġġ għaċ-ċittadinanza attiva; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tipprovdi qafas komuni għat-tagħlim dwar l-UE fl-iskejjel u jħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li dan il-qafas ikun effettivament inkluż fil-kurrikuli tal-iskejjel; jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni, barra minn hekk, li l-promozzjoni tal-għarfien dwar id-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE teħtieġ kooperazzjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza, għal dan il-għan, li għandu jingħata taħriġ adegwat u speċifiku f'kull livell, partikolarment fil-livell reġjonali u lokali;

5.  Huwa tal-fehma li sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu tassew iggarantiti drittijiet ugwali, is-sistemi edukattivi għandhom ikunu aċċessibbli u inklużivi, b'enfasi partikolari fuq l-aktar kategoriji żvantaġġati u vulnerabbli, u għandhom joffru edukazzjoni ta' kwalità għolja li tħeġġeġ iċ-ċittadinanza attiva u tagħlim tul il-ħajja li jirrispondi għall-ħtiġijiet tal-ekonomija u tas-soċjetà;

6.  Ifakkar il-ħtieġa li l-għalliema u l-professjonisti fil-qasam edukattiv jingħataw l-għajnuna biex jagħmlu l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-UE u ċ-ċittadinanza parti integrali mit-tagħlim tagħhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa tal-promozzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' pjattaformi online bħal School Education Gateway, Teacher Academy u Open Education Europa sabiex il-professjonisti fil-qasam edukattiv ikun jista' jkollhom aċċess għal materjal edukattiv multilingwi innovattiv, inkluż dak adattat għall-istudenti bi bżonnijiet speċjali, li jgħinhom jispiraw u jimmotivaw lill-istudenti fit-tagħlim relatat mal-UE;

7.  Jissottolinja r-rwol tal-mobilità fl-iżvilupp personali taż-żgħażagħ permezz tat-titjib fit-tagħlim u l-iskambju kulturali, li jtejjeb l-għarfien taċ-ċittadinanza attiva u l-prattika tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw il-programmi tal-UE li jippromwovu l-mobilità;

8.  Japprezza l-importanza tal-kultura, l-arti u x-xjenza bħala aspetti integrali taċ-ċittadinanza attiva tal-UE; jisħaq fuq ir-rwol tagħhom fit-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza komuni taċ-ċittadini għall-Unjoni tagħna, li jagħti spinta lill-fehim reċiproku u jistimula d-djalogu interkulturali;

9.  Iħeġġeġ iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri Ewropej u d-drittijiet taċ-ċittadini fl-UE fost l-istudenti ta' kull età permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali sabiex jitjiebu l-fehim interkulturali u s-solidarjetà fl-Ewropa;

10.  Jemmen li huwa importanti li jitrawwem fehim tal-kultura u l-valuri Ewropej fost il-migranti – sabiex issir aktar faċli għalihom li jintegraw ruħhom – u li jitrawwem id-djalogu interkulturali bil-promozzjoni tal-kulturi nattivi tal-migranti u t-titjib tal-ħiliet taċ-ċittadinanza ewlenin tagħhom;

11.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-impenn politiku taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE; iħeġġeġ il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika billi jiġi intensifikat id-djalogu maċ-ċittadini, jissaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini dwar ir-rwol tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, u jiġi ssottolinjat id-dritt attiv u passiv tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u dawk Ewropej, jgħixu fejn jgħixu fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta, f'dan ir-rigward, il-mezzi tax-xandir soċjali u l-għodod diġitali b'enfasi speċjali fuq iż-żieda tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tal-persuni b'diżabilità; jitlob l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodod ta' demokrazija elettronika, bħalma huma l-pjattaformi online, biex iċ-ċittadini jkunu involuti b'mod aktar dirett fil-ħajja demokratika tal-UE, u b'hekk titrawwem il-parteċipazzjoni tagħhom;

12.  Ifakkar l-importanza li jiġi estiż u approfondit id-djalogu strutturat maċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom – u b'hekk jiġu identifikati l-ostakli li ċ-ċittadini jiltaqgħu magħhom fl-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet – u li jittejbu l-monitoraġġ u l-effikaċja tal-programmi u l-inizjattivi tal-UE f'dan il-qasam;

13.  Jisħaq fuq l-importanza tar-rwol li għandhom il-mezzi tax-xandir u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, joħolqu qafas legali li jippromwovi l-pluraliżmu u l-indipendenza tal-midja u l-aċċessibilità ta' informazzjoni oġġettiva għaċ-ċittadini;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji speċifiċi, b'attenzjoni partikolari għall-aspetti edukattivi, biex tevalwa l-implimentazzjoni u r-rendiment tal-programmi Ewropej li jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li ċ-ċittadini b'diżabilità u ċ-ċittadini vulnerabbli jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet u l-opportunitajiet mogħtija miċ-ċittadinanza tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jintroduċu Karta tad-Diżabilità tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-persuni b'diżabilità fl-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-aċċessibilità għas-siti web tal-UE għall-persuni b'diżabilità;

16.  Jappoġġja r-reviżjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) bil-għan li jittejbu l-aċċessibilità u l-faċilità tal-użu tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-funzjonament u s-sensibilizzazzjoni tal-ECI fost il-pubbliku sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tagħha li trawwem il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-dibattitu demokratiku;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw il-Pjan ta' Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ 2016-2018 billi jiffokaw fuq il-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva u fuq it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u ċivika fl-UE;

18.  Jissottolinja l-fatt li r-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u l-opportunitajiet inċerti għall-futur għadhom sors ta' tħassib kbir fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-għanijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava li "jinħoloq futur ekonomiku promettenti għal kulħadd, jiġi ssalvagwardjat l-istil tal-ħajja tagħna u jiġu pprovduti opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ"; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tappoġġja liż-żgħażagħ billi tagħtihom opportunitajiet ġodda fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi;

19.  Jisħaq fuq ir-rwol tat-traineeships u l-apprendistati li jgħinu lill-istudenti u l-gradwati jakkwistaw għarfien prattiku u esperjenza professjonali; jappoġġja, f'dan il-kuntest, il-ħolqien ta' pjattaforma unika u ċentralizzata għal traineeships u apprendistati transkonfinali kif issuġġerit fil-konsultazzjoni pubblika;

20.  Jisħaq fuq l-importanza tal-volontarjat bħala komponent essenzjali tal-programmi li jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' kurrikuli li jinkludu kontenut edukattiv u involviment ċiviku kif ukoll ir-rikonoxximent tal-volontarjat bħala attività li tista' tissarraf fi krediti;

21.  Jenfasizza li l-volontarjat ma jistax jieħu post l-impjieg imħallas u jisħaq fuq l-idea bażika li l-impjiegi mħallsa jiżguraw sens ta' appartenenza f'komunità, involviment u parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u, fl-aħħar mill-aħħar, involviment ċiviku;

22.  Jenfasizza r-rwol tal-isport, partikolarment fil-livell lokali, bħala kontributur għaċ-ċittadinanza attiva billi jippromwovi l-fehim u r-rispett reċiproċi filwaqt li jrawwem il-valuri u l-prinċipji tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-inizjattivi sportivi li jirrispettaw il-prattika taċ-ċittadinanza attiva u l-valuri ċiviċi, u b'hekk jiżviluppaw sens komuni ta' appartenenza;

23.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tagħti l-appoġġ tagħha għal azzjonijiet u inizjattivi li jippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadini u ċ-ċittadinanza attiva; jenfasizza l-fatt li inizjattivi ġodda f'dan il-qasam għandhom ikunu komplementari għal dawk eżistenti u m'għandhomx jaffettwaw il-baġits attwali tal-programmi;

24.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi għodda ta' tagħlim elettroniku fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu ffaċilitati fehim aħjar u implimentazzjoni xierqa tar-regoli tal-moviment liberu, u li toħloq "Portal Diġitali Uniku" li jipprovdi informazzjoni online għaċ-ċittadini u n-negozji fis-suq uniku tal-UE; jinnota li dawn l-għodod għandhom jagħtu informazzjoni konsistenti u faċli li tinftiehem mill-utent dwar id-drittijiet taċ-ċittadini fl-UE u l-implimentazzjoni prattika tagħhom; jirrimarka li dawn l-għodod għandhom ikunu konnessi ma' għodod eżistenti f'dan il-qasam bħal Europe Direct u L-Ewropa Tiegħek;

25.  Jissottolinja l-importanza tal-iskambju u t-tixrid tal-aħjar prattiki għall-promozzjoni tal-għarfien dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u l-involviment tagħhom fil-ħajja ċivika u politika madwar l-UE;

26.  Jissottolinja l-importanza li l-Membri tal-PE u personalitajiet prominenti Ewropej oħra jqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

27.  Jappoġġja l-produzzjoni u t-tixrid ta' produzzjonijiet multimedjali u tal-istampa bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE li jiffukaw fuq it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jinfurzaw dawn id-drittijiet b'mod effikaċi;

28.  Jidentifika mal-kunċett li ċ-ċittadinanza tal-UE tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' soċjetà Ewropea aktar magħquda, u b'hekk jitrawmu l-fehim reċiproku, id-djalogu interkulturali, u l-kooperazzjoni transnazzjonali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Rupert Matthews, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Reimon, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miltiadis Kyrkos, Jarosław Wałęsa, Patricija Šulin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat

ECR

Angel Dzhambazki, Remo Sernagiotto

EFDD

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Patricija Šulin, Sabine Verheyen, Jarosław Wałęsa, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski

S&D

Silvia Costa, Damian Drăghici, Miltiadis Kyrkos, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward

Verts/ALE

Michel Reimon, Helga Trüpel

2

-

ECR

Rupert Matthews

ENF

Dominique Bilde

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (16.11.2017)

għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet

dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku

(2017/2069(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Dan Preda

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE huma rispettati, u jħeġġeġ biex dawn jiġu protetti aktar permezz tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (CFR), u d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati tal-UE; ifakkar li skont l-Artikolu 9 TUE u l-Artikolu 20 TFUE, persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru għandha tkun ċittadin tal-UE; huwa konvint li ċ-ċittadini tal-UE se jkunu jistgħu biss jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bis-sħiħ jekk ikunu konxji minnhom u jekk l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet jieħdu impenn sod li jipproteġuhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi politiki u twettaq kampanji u attivitajiet li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u l-għodod disponibbli biex jeżerċitawhom;

2.  Huwa impenjat fit-tisħiħ tad-dimensjoni demokratika tal-elezzjonijiet Ewropej permezz tar-riforma tal-liġi elettorali Ewropea attwali bl-għan li jiżdiedu l-parteċipazzjoni u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema demokratika tal-UE; jemmen li żieda fit-trasparenza, l-għarfien, l-aċċess effikaċi u mhux diskriminatorju għal informazzjoni, kif ukoll it-tiġdid ta' prattiki demokratiċi, sistemi ta' votazzjoni ġodda, inkluż għodod tad-demokrazija elettronika, u tnaqqis tad-distakk diġitali bejn l-Istati Membri f'termini ta' infrastruttura diġitali se jrawmu l-iżvilupp ta' spazju pubbliku Ewropew ġenwin; huwa konvint li informazzjoni aħjar u aktar iffokata dwar il-politiki Ewropej u l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini jtejbu l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; ifakkar il-ħtieġa li jiġu promossi l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej billi tiżdied il-viżibbiltà tal-partiti politiċi fuq livell Ewropew u li t-tisħiħ tan-natura Ewropea tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ikun responsabbiltà kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha;

3.  Iwissi kontra l-inċertezza legali possibbli dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u dawk ta' ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE li tirriżulta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE; jemmen li d-drittijiet indiviżibbli kollha għandhom jiġu mħarsa bħala prijorità fil-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u fil-ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit, u li ftehim dwar dawn id-drittijiet u oħrajn, bħall-aċċess għal kura tas-saħħa, għandhom jintlaħqu malajr kemm jista' jkun; jenfasizza li kwalunkwe ftehim għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' reċiproċità u nondiskriminazzjoni; ifakkar f'dan ir-rigward fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea;(1)

4.  Ifakkar li fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2016, il-biċċa l-kbira tal-ilmenti li waslu għand l-Ombudsman Ewropew kienu dwar allegat nuqqas ta' trasparenza, kif enfasizzat mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha tal-24 ta' Jannar 2017, intitolat "Dwar il-progress lejn ċittadinanza effettiva tal-UE 2013-2016"(2); huwa konvint li trasparenza u integrità sħaħ min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE huma kundizzjoni essenzjali għall-bini tal-fiduċja u l-kunfidenza fil-konfront ta' ċittadini tal-UE u biex ikunu jistgħu jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza tagħhom; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE biex jindirizzaw in-nuqqasijiet kontinwi bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta', fost l-oħrajn, l-Artikoli 9 u 10(3) TUE, 15 TFUE u 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ;

5.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex tirrevedi r-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bl-għan li ttejjeb il-funzjonament tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward u minkejja l-modifiki tekniċi neċessarji, biex tinkludi dispożizzjonijiet li jirrivedu l-kundizzjonijiet tal-ammissibbiltà legali u r-rekwiżiti għal reġistrazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej kif ukoll il-proċeduri għall-eżami tagħha, billi tieħu bħala punt ta' tluq is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi "Minority SafePack" (IT-646/13) u "Stop TTIP" (IT-754/14); jappoġġja bil-qawwa dan ir-regolament bħala għodda importanti għad-demokrazija parteċipattiva li, jekk jintuża sal-potenzjal sħiħ tiegħu, jista' jżid il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE u jikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni Ewropea aktar inklużiva;

6.  Iqis li, fid-dawl tal-impatt dejjem jikber tal-univers onlajn u l-midja soċjali fuq il-ħajja taċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikomplu jiżviluppaw mekkaniżmi ġodda u politiki pubbliċi li huma maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-individwi f'ambjent diġitali, b'enfasi fuq il-libertà ta' espressjoni tagħhom, id-dritt għall-privatezza tagħhom u l-ħarsien tal-isem tajjeb, tad-data personali u tal-immaġni personali tagħhom, partikolarment fil-każ tal-minorenni;

7.  Iqis li s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u l-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom ikunu prijorità ewlenija għall-UE; jilqa' l-passi meħuda mill-UE biex issaħħaħ l-Unjoni tas-Sigurtà; jitlob l-implimentazzjoni mħaffa tal-interoperabbiltà ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE fl-oqsma tas-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, li kollha għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data tal-UE; ifakkar fil-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn is-sigurtà u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-koordinazzjoni ta' azzjoni interna u esterna tal-UE fil-qasam tas-sigurtà hija essenzjali għall-protezzjoni effiċjenti taċ-ċittadini tal-UE u l-fiduċja tagħhom fil-kapaċità tal-UE li tkun fornitur tas-sigurtà. ifakkar li l-protezzjoni konsulari hija ta' importanza ewlenija biex tiġi żgurata protezzjoni barra mill-pajjiż, u jemmen li, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, għandhom jittieħdu passi ulterjuri lejn l-armonizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tar-regoli dwar dokumenti ta' emerġenza tal-ivvjaġġar;

8.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tniedi mill-ġdid il-proċess ta' adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 6 TUE, billi jiġu esplorati soluzzjonijiet biex jiġu indirizzati l-oġġezzjonijiet espressi fl-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-18 ta' Diċembru 2014; jemmen li l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni tkun titjib sinifikanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u tgħin biex tinkiseb sistema koerenti ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.9.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pervenche Berès, Jérôme Lavrilleux, Cristian Dan Preda, Jasenko Selimovic, Rainer Wieland

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jasenko Selimovic

PPE

Michał Boni, Elmar Brok, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Cristian Dan Preda, György Schöpflin

S&D

Mercedes Bresso, Ramón Jáuregui Atondo, Pedro Silva Pereira, Claudia Țapardel

5

-

ECR

Morten Messerschmidt

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Barbara Spinelli

NI

Diane James

VERTS/ALE

Pascal Durand

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Testi adottati, P8_TA(2017)0102.

(2)

COM(2017) 0032.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Andrea Cozzolino, Pál Csáky, Eleonora Evi, Peter Jahr, Rikke Karlsson, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Notis Marias, Marlene Mizzi, Cristian Dan Preda, Gabriele Preuß, Laurenţiu Rebega, Virginie Rozière, Yana Toom, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michela Giuffrida, Demetris Papadakis, Julia Pitera, Sven Schulze, Igor Šoltes, Ángela Vallina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Inés Ayala Sender


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

ECR

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Beatriz Becerra Basterrechea, Yana Toom, Cecilia Wikström

Rikke Karlsson

Heinz K. Becker, Pál Csáky, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Sven Schulze, Jarosław Wałęsa

Inés Ayala Sender, Andrea Cozzolino, Michela Giuffrida, Jude Kirton-Darling, Marlene Mizzi, Demetris Papadakis, Gabriele Preuß, Virginie Rozière

Margrete Auken, Igor Šoltes, Tatjana Ždanoka

2

-

ECR

ENF

Notis Marias

Laurenţiu Rebega

4

0

EFDD

GUE/NGL

Eleonora Evi

Marina Albiol Guzmán, Martina Anderson, Ángela Vallina

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza