RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom

30.11.2017 - (13076/2017 – C8-0415/2017 – 2017/0193(NLE)) - ***

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Christofer Fjellner

Proċedura : 2017/0193(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0386/2017
Testi mressqa :
A8-0386/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom

(13076/2017 – C8-0415/2017 – 2017/0193(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13076/2017),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (13073/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0415/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0386/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) tikkostitwixxi l-pedament tal-politika Ewropea ambizzjuża dwar il-klima. Ilha fis-seħħ mill-2005 u hija l-akbar skema ta' limitu u skambju ("cap and trade") fid-dinja. L-iskema tkopri l-manifatturi industrijali, il-produtturi tal-elettriku u t-traffiku tal-ajru, u hija l-aktar għodda importanti li għandha l-UE għad-dispożizzjoni tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'konformità mal-objettiv adottat fl-2014 mill-Kunsill Ewropew li, sal-2030, jitnaqqsu mill-inqas 40 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbel mal-livelli tal-1990.

Huwa mistenni li s-setturi koperti mill-EU ETS inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom bi 43 %, meta mqabbel mal-2005, filwaqt li s-setturi mhux koperti minn din l-iskema huma mistennija jnaqqsuhom bi 30 %. Il-mekkaniżmu tas-suq fl-EU ETS jippermetti flessibbiltà u tnaqqis kosteffikaċi u effiċjenti fl-emissjonijiet, filwaqt li jissalvagwardja l-kompetittività internazzjonali tal-industriji tal-UE li jużaw ħafna enerġija permezz ta' regoli fissi fit-tul.

Issa l-EU ETS se tkun ikkollegata mal-Iskema Żvizzera għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS Żvizzera). Il-kollegament taż-żewġ skemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jippermetti lill-parteċipanti fi skema waħda jużaw unitajiet mill-iskema kkollegata għall-konformità. B'hekk jiġi estiż is-suq u tiżdied id-disponibbiltà ta' opportunitajiet ta' tnaqqis, li mbagħad itejjeb l-effikaċja tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u jnaqqas l-ispejjeż.

L-UE tikkontribwixxi b'10 % biss tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra u, għaldaqstant, ma tistax twaqqaf it-tisħin globali waħedha. Sabiex inrażżnu t-tisħin globali, għandna bżonn politika dwar il-klima li jsegwiha ħaddieħor ukoll. Biex isir hekk, il-politika tagħna dwar il-klima trid tkun kosteffikaċi u tappoġġa l-impjiegi, it-tkabbir u l-iżvilupp teknoloġiku. Il-fatt li jkun hemm kooperazzjoni ma' pajjiżi minn madwar id-dinja kollha u kollegament ma' skemi oħra għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet mal-EU ETS hu tal-akbar importanza u huwa l-aktar mod effikaċi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima. Għalhekk, il-kollegament tal-EU ETS mal-ETS Żvizzera huwa pass inizjali importanti biex emitturi oħrajn jerfgħu sehemhom mir-responsabbiltà u jirrispettaw l-objettiv fit-tul tal-politika tal-UE li jiġu kkollegati aktar skemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet mal-EU ETS u b'hekk jintlaħqu effettivament l-objettivi klimatiċi tagħna.

L-ETS Żvizzera tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għall-kollegament mal-EU ETS, f'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva li tistabbilixxi l-EU ETS. L-ETS Żvizzera hija kompatibbli mal-EU ETS u għandha disinn simili għal tagħha. Tkopri l-istess gassijiet u setturi industrijali u tapplika l-istess limiti għall-inklużjoni. L-ETS Żvizzera tpoġġi wkoll limitu fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u mill-2013 'l hawn hija obbligatorja għall-industriji l-kbar u li jużaw ħafna enerġija.

Barra minn hekk, it-tnaqqis annwali fil-kwantità ta' kwoti fl-ETS Żvizzera huwa konformi mat-tnaqqis annwali fl-EU ETS. Fl-istess ħin, il-metodoloġiji taż-żewġ skemi f'dak li għandu x'jaqsam mal-allokazzjoni huma kompatibbli. Il-metodu standard huwa l-irkant u, meta l-industriji jirċievu allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas, jintużaw parametri referenzjarji. Il-perjodu attwali għall-iskambju jkopri l-istess snin – mill-2013 sal-2020 – u, jekk ma jiġux ċeduti biżżejjed kwoti, il-penali previsti fl-iskemi huma simili.

L-unika differenza importanti hija li, s'issa, l-ETS Żvizzera ma tkoprix l-attivitajiet tal-avjazzjoni. Madankollu, l-Iżvizzera qed tħejji biex iddaħħal l-avjazzjoni fl-ETS tagħha, b'mod li jirrifletti r-regoli tal-EU ETS. Din hija parti kruċjali mill-ftehim dwar il-kollegament, flimkien mal-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet li jiżguraw il-kompatibbiltà bejn iż-żewġ skemi sal-2030, anke wara li jkunu għaddew mir-rieżami attwali tal-2021.

It-tibdil fil-klima jikkostitwixxi kwistjoni transkonfinali li tiġi indirizzata l-aħjar fil-livell tal-UE u f'dak globali. Biex tinfluwenza u tipperswadi atturi mondjali oħrajn jagħmlu l-istess, l-UE trid tmexxi bl-eżempju b'taħlita ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u żamma tal-kompetittività. Il-kollegament propost bejn l-EU ETS u l-ETS Żvizzera jiżgura dan. Il-kollegament iwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li jissalvagwardja l-kompetittività internazzjonali tal-industriji tal-UE li jużaw ħafna enerġija fit-tranżizzjoni gradwali lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u jikkonserva l-inċentivi għal investiment fit-tul f'teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tagħhom

Referenzi

13076/2017 – C8-0415/2017 – COM(2017)04272017/0193(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

24.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

29.11.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

29.11.2017

ITRE

29.11.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

14.9.2017

ITRE

11.10.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Christofer Fjellner

13.9.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.11.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Rory Palmer, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Peter Jahr, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Younous Omarjee, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Pál Csáky, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Data tat-tressiq

30.11.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

59

+

ALDE

Catherine Bearder, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Richard Ashworth, Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Julie Girling, Bolesław G. Piecha, John Procter

GUE/NGL

Stefan Eck, Eleonora Forenza, Kateřina Konečná, Younous Omarjee, Anja Hazekamp

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Pál Csáky, Angélique Delahaye, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Peter Jahr, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Tomáš Zdechovský

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

3

-

EFDD

Julia Reid, Marco Valli

ENF

Sylvie Goddyn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni