RAPPORT dwar in-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja klimatika

18.12.2017 - (2017/2086(INI))

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteur: Linnéa Engström

Proċedura : 2017/2086(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0403/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar in-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja klimatika

(2017/2086(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem adottata fl-10 ta' Diċembru 1948 u l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Diċembru 1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-1995 u Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing adottati fir-Raba' Konferenza Dinjija, b'mod partikolari l-qasam ta' tħassib kritiku K (In-Nisa u l-Ambjent),

  wara li kkunsidra l-programm "Demographic Exploration for Climate Adaptation" (DECA) żviluppat mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA), li jgħaqqad flimkien id-data dwar il-popolazzjoni mal-ġeografija ta' riskji klimatiċi, u jipprovdi għodda ta' politika li tippermetti li jitnaqqsu r-riskji ta' diżastri,

  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD), li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 1996, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali tagħha,

–  wara li kkunsidra t-18-il Konferenza tal-Partijiet (COP 18) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Doha, il-Qatar, mis-26 ta' Novembru sat-8 ta' Diċembru 2012 (deċiżjoni 23/CP.18),

–  wara li kkunsidra l-20 Konferenza tal-Partijiet (COP 20) għall-UNFCCC li saret f'Lima, il-Perù, mill-1 sat-12 ta' Diċembru 2014, u b'mod partikolari l-Programm ta' Ħidma ta' Lima dwar il-Ġeneri (deċiżjoni 18/CP.20),

–  wara li kkunsidra l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-UNFCCC li saret f'Pariġi, Franza, mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Pariġi,

–  wara li kkunsidra t-22 Konferenza tal-Partijiet (COP 22) għall-UNFCCC li saret f'Marrakech, il-Marokk, mis-7 sat-18 ta' Novembru 2016, u d-deċiżjoni tagħha dwar il-ġeneri u t-tibdil fil-klima li testendi l-Programm ta' Ħidma ta' Lima 2014 dwar il-Ġeneri (deċiżjoni 21/CP.22),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015 u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016 u, b'mod partikolari, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) 1, 4, 5 u 13 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 35/20 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-22 ta' Ġunju 2017 dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tibdil fil-klima,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3.2 u 3.5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar l-"Ugwaljanza tal-Ġeneri u l-ambjent: teħid ta' deċiżjonijiet, kwalifiki u kompetittività mtejba fil-qasam tal-politika dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-UE",

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020 tal-UE, adottat mill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2014 - COP 20 f'Lima, il-Perù[1];

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi"[2],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar in-nisa u t-tibdil fil-klima[3],

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' teħid ta' pożizzjoni dwar il-ftehim il-ġdid dwar il-klima tal-2015, ippubblikat fl-1 ta' Ġunju 2015 mill-organizzazzjoni Women and Gender Constituency (Grupp dwar in-Nisa u l-Ġeneri)[4],

–  wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tas-26 ta' Jannar 2017 bit-titolu "Gender in environment and climate change" (kwistjonijiet ta' ġeneri fil-kuntest ambjentali u dak tat-tibdil fil-klima)[5],

–  wara li kkunsidra l-Patt ta' Ġinevra għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Azzjoni Klimatika,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0403/2017),

A.  billi t-tibdil fil-klima qed iseħħ madwar id-dinja, iżda għandu impatt iktar distruttiv fuq il-pajjiżi u l-komunitajiet li huma l-inqas responsabbli għat-tisħin globali; billi l-impatti huma akbar fuq dawk il-popolazzjonijiet l-aktar dipendenti fuq riżorsi naturali għall-għajxien tagħhom u/jew li għandhom l-inqas kapaċità biex jirrispondu għal perikli naturali, bħal nixfiet, uqigħ tal-art, għargħar u uragani; billi dawk li għandhom inqas riżorsi finanzjarji biex jadattaw se jkunu l-aktar milquta u se jbatu l-aktar mill-impatti tat-tibdil fil-klima;

B.  billi in-nisa u l-irġiel se jħossu l-impatti tat-tibdil fil-klima b'mod differenti; billi n-nisa huma aktar vulnerabbli u jiffaċċaw riskji u piżijiet ikbar għal diversi raġunijiet, li jvarjaw minn aċċess mhux ugwali għar-riżorsi, l-edukazzjoni, l-opportunitajiet ta' impjieg u d-drittijiet fuq art, għal normi soċjali u kulturali u l-esperjenzi intersezzjonali diversi tagħhom;

C.  billi n-nisa huma partikularment vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u jħossu l-effetti tiegħu b'mod sproporzjonat minħabba r-rwoli soċjali tagħhom, bħal pereżempju r-rwol li jipprovdu ilma, ikel u materjal kombustibbli lill-familja u rwol li jieħdu ħsieb ħaddieħor; billi, fuq livell dinji, in-nisa huma responsabbli għal aktar minn 70 % tax-xogħol domestiku li jinvolvi l-użu ta' ilma u l-ġestjoni tal-ilma; billi fir-reġjuni l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima, 70 % tan-nisa kollha jaħdmu fis-settur agrikolu, iżda rarament jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-politiki dwar il-klima;

D.  billi n-NU tistma li 781 miljun persuna ta' 15-il sena jew aktar, li kważi żewġ terzi minnhom huma nisa, jibqgħu illitterati[6] filwaqt li l-aċċess għall-informazzjoni u l-edukazzjoni permezz ta' kanali xierqa ta' komunikazzjoni huwa essenzjali għall-iżgurar tal-awtonomija tan-nisa, speċjalment waqt diżastri;

E.  billi fis-settur agrikolu fl-Afrika, in-nisa jipproduċu madwar 90 % tal-ikel bażiku u fl-istess ħin huma proprjetarji ta' madwar 1 % tal-art li tinħarat;

F.  billi l-katastrofi għandhom impatt maġġuri fuq l-edukazzjoni, is-saħħa, il-faqar strutturali u l-ispostament tal-popolazzjonijiet;

G.  billi n-NU tistma li 70 % tal-1.3 biljun persuna li jgħixu fil-faqar fid-dinja huma nisa; billi l-foqra aktar spiss jgħixu f'żoni marġinali li huma vulnerabbli għall-għargħar, l-għoli tal-livelli tal-baħar u t-tempesti; billi n-nisa u t-tfal huma 14-il darba iktar probabbli li jmutu waqt diżastri naturali;

H.  billi l-impatti tat-tibdil fil-klima jaggravaw l-inugwaljanzi bejn is-sessi fir-rigward tad-diskriminazzjoni, it-theddidiet għas-saħħa, it-telf ta' qligħ tal-għajxien, l-ispostament, il-migrazzjoni, il-faqar, it-traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza, l-isfruttament sesswali, in-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u l-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi essenzjali; billi teżisti ħtieġa ta' approċċ sensittiv għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, li jorbot l-analiżi tal-impatti tal-klima ma' riflessjoni kritika dwar ix-xejriet tal-konsum u l-impatt tagħhom fuq it-tibdil fil-klima;

I.  billi l-parteċipazzjoni inugwali tan-nisa fil-proċessi deċiżjonali u fis-swieq tax-xogħol tkompli tkabbar l-inugwaljanzi u sikwit iżżomm lin-nisa milli jikkontribwixxu u jipparteċipaw b'mod sħiħ fit-tfassil, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika klimatika; billi n-nisa mhumiex biss vittmi iżda aġenti effikaċi ta' bidla fl-iżvilupp ta' strateġiji ta' mitigazzjoni u ta' adattament fi ħdan il-komunitajiet tagħhom u fil-pożizzjonijiet deċiżjonali u għandhom jingħataw is-setgħa li jagħmlu dan;

J.  billi l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (BPfA) tal-1995 definit b'mod ċar ir-rabta bejn il-ġeneru, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, u affermat li n-nisa għandhom rwol strateġiku x'jaqdu fl-iżvilupp ta' xejriet ta' konsum u produzzjoni sostenibbli u li jirrispettaw l-ambjent, inkluża l-ħtieġa li n-nisa jipparteċipaw fuq bażi ugwali fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ambjent fil-livelli kollha;

K.  billi l-Artikolu 5 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali tal-UNCCD jirrikonoxxi r-rwol tan-nisa fil-komunitajiet rurali u fir-reġjuni l-aktar milquta mid-deżertifikazzjoni u n-nixfa, u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ugwali kemm mill-irġiel u n-nisa fil-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-effetti tan-nixfa;

L.  billi l-ksib tal-bilanċ tal-ġeneru u tal-parteċipazzjoni konkreta tan-nisa f'kull proċess fl-aħħar mill-aħħar jiddependi fuq il-korrezzjoni tal-bażijiet strutturali tad-disparità bejn is-sessi;

M.  billi l-Partijiet għall-UNFCCC iddeċidew fil-COP 18 (Deċiżjoni 23/CP.18) li jadottaw l-għan li jiksbu bilanċ tal-ġeneru fil-korpi stabbiliti skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll ta' Kjoto sabiex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa, jiżguraw politika aktar effikaċi dwar it-tibdil fil-klima li tindirizza l-bżonnijiet tan-nisa u l-irġiel bl-istess mod u jirreġistraw il-progress magħmul fil-kuntest tal-għan ta' bilanċ tal-ġeneru fit-tfassil ta' politika dwar il-klima sensittiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru;

N.  billi n-nisa għadhom m'humiex rappreżentati biżżejjed fil-korpi deċiżjonali dwar it-tibdil fil-klima fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE, iżda mhux fid-DĠ rilevanti tal-Kummissjoni, bħal pereżempju d-DĠ Azzjoni Klimatika u d-DĠ Enerġija, fejn 40 % tal-pożizzjonijiet huma okkupati minn nisa;

O.  billi l-Programm ta' Ħidma ta' Lima dwar il-Ġeneru, adottat fil-COP 20 (Deċiżjoni 18/CP.20), jappella lil-Partijiet biex jiffavorixxu l-bilanċ tal-ġeneru fir-rappreżentanza tagħhom u jippromwovu s-sensittività għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar it-tibdil fil-klima; billi l-Partijiet huma inkuraġġiti jappoġġjaw it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni għad-delegati nisa u rġiel dwar kwistjonijiet marbuta mal-bilanċ tal-ġeneru u t-tibdil fil-klima;

P.  billi l-Ftehim ta' Pariġi (COP 21) jistabbilixxi li l-Partijiet għandhom jikkunsidraw l-obbligi rispettivi tagħhom fir-rigward, fost affarijiet oħra, tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi meta jieħdu azzjoni biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-implimentazzjoni tagħhom tal-Ftehim;

Q.  billi l-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta' miżuri ta' adattament u mitigazzjoni, għat-telf u l-ħsara jew għall-ispostament minħabba l-klima jkunu aktar effiċjenti jekk jinkorporaw il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fit-tfassil tal-proċessi, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni ta' nisa komuni; billi t-teħid ta' kont tal-għarfien tan-nisa, inkluż l-għarfien lokali u indiġenu jista' jwassal għal avvanzi fil-ġestjoni tad-diżastri, isaħħaħ il-bijodiversità, itejjeb il-ġestjoni tal-ilma, itejjeb is-sigurtà tal-ikel, jipprevjeni d-deżertifikazzjoni, jipproteġi l-foresti, jiżgura tranżizzjoni rapida għal teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli u jappoġġja s-saħħa pubblika;

R.  billi l-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi rrikonoxxew li t-tibdil fil-klima huwa tħassib komuni tal-bniedem; billi l-Partijiet għandhom, meta jieħdu azzjoni biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima, iħarsu, jippromwovu u jikkunsidraw l-obbligi rispettivi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt għas-saħħa, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, il-migranti, it-tfal, il-persuni b'diżabbiltajiet u l-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u d-dritt għall-iżvilupp, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġenerazzjonijiet;

S.  billi l-ġustizzja klimatika torbot id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, peress li tissalvagwardja d-drittijiet tal-aktar persuni vulnerabbli u tiżgura l-kondiviżjoni ekwa tal-piżijiet u l-benefiċċji tat-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu;

T.  billi l-SDGs jirrikonoxxu r-rabta bejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kisba tal-SDGs kollha, inkluż l-għan 13 dwar it-tibdil fil-klima, li jipprevedi l-possibbiltà li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-pożizzjoni soċjoekonomika iktar dgħajfa tan-nisa u b'hekk issaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għat-tibdil fil-klima;

U.  billi sas-sena 2030, l-impatti tat-tibdil fil-klima f'reġjuni bħalma huma l-Afrika sub-Saħarjana u n-Nofsinhar tal-Asja jaf iwasslu 100 miljun persuna għall-faqar estrem u b'hekk ikebbsu l-kunflitti u l-ispostamenti; billi l-UNCCD tistma li sal-2045 135 miljun persuna jaf jiġu spostati minħabba d-deżertifikazzjoni; billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tal-NU tosserva fl-evalwazzjoni tagħha tal-evidenza li sal-2050 in-numru ta' nies spostati minħabba l-klima jista' jvarja bejn 25 miljun għal biljun, u l-istima l-aktar ċitata hija dik ta' 200 miljun;

V.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġustizzja soċjali u d-dritt għall-iżvilupp huma inerenti fil-kunċett tal-ġustizzja klimatika; billi, għalkemm l-effetti avversi tal-bidla fil-klima qed jinħassu mis-soċjetà kollha kemm hi, huma b'mod partikolari n-nisa li huma l-aktar milquta severament mill-ispostament minħabba l-klima;

W.  billi t-tibdil fil-klima jżid il-kobor u l-frekwenza tad-diżastri naturali, li jistgħu jirriżultaw f'telf ta' proprjetà, telf ekonomiku ta' attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul, telf tal-aċċess għal servizzi tas-saħħa vitali, u riskju akbar ta' vjolenza sessista; billi l-kapaċità tan-nisa biex jaffaċċjaw l-effetti ta' diżastri naturali ta' spiss tiġi mxekkla mill-inugwaljanzi prevalenti; billi t-tibdil fil-klima jista' jaggrava dawn l-inugwaljanzi, joħloq aktar vulnerabbiltajiet u spostamenti;

X.  billi ħafna minn dawn l-impatti għad jistgħu jiġu impediti permezz tal-implimentazzjoni ta' agenda tal-iżvilupp rapida, inklużiva u sensittiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneri ffukata fuq il-mitigazzjoni u l-adattament għall-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu;

Y.  billi l-impatti tat-tibdil fil-klima se jwasslu għal aktar spostament ta' nies li ma jikkorrispondix għall-parametri tal-oqfsa internazzjonali attwali; billi l-indirizzar tal-ispostament minħabba l-klima se jkun sfida ta' importanza kardinali li teħtieġ strateġija globali kumplessa u komprensiva bbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

Z.  billi l-adozzjoni fl-2017 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tad-dokument "Key Messages on Human Rights and Climate Change" (Messaġġi Ewlenin dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-Tibdil fil-Klima) huwa pass sinifikanti 'l quddiem fl-indirizzar tal-impatt avvers fuq l-eżerċizzju sħiħ u effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli kif ukoll il-Ftehim ta' Pariġi jagħtu lill-mexxejja tad-dinja bażi normattiva transverali għall-iżvilupp ta' qafas li jista' jindirizza l-ispostament minħabba l-klima b'mod effikaċi billi jibni fuq l-istrumenti eżistenti tan-NU;

AA.  billi l-UE għandha qafas legali ċar li jirrikjedilha li tirrispetta u tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem fil-politiki interni u esterni tagħha; billi l-politika klimatika tal-UE jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta' politiki klimatiċi sensittivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fil-livell dinji;

AB.  billi l-UE, f'konformità mas-setgħat mogħtija mit-Trattati, tista' ttejjeb b'mod effikaċi l-oqsfa legali u ta' politika biex tappoġġja l-ġustizzja klimatika u tipparteċipa b'mod attiv fl-iżvilupp ta' qafas internazzjonali li jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem ta' persuni spostati minħabba l-klima; jinnota li l-UE u l-Istati Membri ħadu l-impenn li jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru fil-Patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari futura;

AC.  billi l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati ma tinkludix il-kategorija ta' "rifuġjat minħabba l-klima";

1.  Jirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni tal-isfidi klimatiċi; jenfasizza li n-nisa mhumiex biss vittmi, iżda wkoll aġenti setgħana ta' bidla li, abbażi tal-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom, jistgħu jifformulaw u jwettqu strateġiji u/jew soluzzjonijiet klimatiċi effiċjenti fir-rigward tal-adattament u l-mitigazzjoni u jistgħu jibnu r-reżiljenza għall-klima fuq il-bażi tad-diversi oqsma ta' esperjenza u għarfien prattiku tagħhom f'firxa ta' setturi li tinkludi l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-infrastrutturi tal-enerġija u l-bliet sostenibbli;

2.  Jinnota li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol f'żoni rurali tinkludi firxa wiesa' ta' impjiegi li tmur lil hinn mill-agrikoltura konvenzjonali, u jenfasizza f'dan ir-rigward li n-nisa fiż-żoni rurali jistgħu jkunu aġenti tal-bidla fil-mixja lejn agrikoltura sostenibbli u ekoloġikament soda u jista' jkollhom rwol importanti fil-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta programmi li permezz tagħhom it-trasferiment ta' teknoloġiji moderni u kompetenzi jkun jista' jgħin komunitajiet u reġjuni fil-fażi ta' żvilupp biex jadattaw għat-tibdil fil-klima filwaqt li tikkollabora man-nisa, li jirrappreżentaw 70 % tal-forza tax-xogħol agrikola f'pajjiżi suxxettibbli għad-diżastri;

4.  Huwa konvint li t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fiż-żoni rurali huwa essenzjali fir-rigward tal-aċċess għall-art, kreditu u metodi sostenibbli ta' biedja għall-bini tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, inkluż il-protezzjoni tal-ekosistemi, ir-riżorsi tal-ilma u l-fertilità tal-ħamrija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħarsu dawn l-aspetti fil-politiki ta' żvilupp tagħhom, inkluż permezz ta' pjanijiet ta' investiment pubbliku u billi japprovaw investimenti privati responsabbli li jużaw oqfsa bħall-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Patt Globali tan-NU u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UNCTAD għall-Investiment fl-SDGs;

5.  Jirrikonoxxi li n-nisa u l-bniet huma l-aħjar sorsi ta' għarfien taċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet tagħhom stess u għalhekk għandu jiġi kkonsultat f'kull kwistjoni marbuta magħhom; jirrikonoxxi li skont l-EIGE, statistikament, in-nisa huma aktar ikkonċernati dwar it-tibdil fil-klima; jirrikonoxxi li n-nisa, bħala innovaturi, mexxejja, organizzaturi, edukaturi u persuni li jipprovdu kura, sabu tul sekli soluzzjonijiet f'sitwazzjonijiet diffiċli biex jipprovdu u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-familji tagħhom, u għandhom potenzjal kbir biex ikunu innovaturi għall-ġejjieni wkoll;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatti soċjali u ambjentali fil-politiki tagħha fil-qasam kummerċjali u dak tal-iżvilupp barrani, inkluż l-impatt tal-azzjonijiet tagħha fuq in-nisa; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinsisti dwar l-istatus vinkolanti għan-normi soċjali u ambjentali fil-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali li qed tinnegozja, u tapplika sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità;

7.  Jirrikonoxxi li l-politiki ta' żvilupp fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-għoti tas-setgħa, flimkien mal-politika ambjentali, huma fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli u biex finalment tiġi solvuta l-kwistjoni tat-tibdil fil-klima; jirrikonoxxi li l-modi ta' kif dawn il-politiki huma inkorporati fl-indirizzar ta' xejriet dejjem jikbru bħall-urbanizzazzjoni se jħallu impatt kbir fuq it-tibdil fil-klima;

8.  Jirrimarka li l-SDG 13 ("Teħid ta' azzjoni urġenti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu") tindirizza l-parteċipazzjoni tan-nisa f'azzjonijiet klimatiċi b'objettiv (13b) li jiddikjara hekk: "Il-promozzjoni ta' mekkaniżmi biex tiżdied il-kapaċità ta' ppjanar u ġestjoni effikaċi marbuta mat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, anki b'enfasi fuq in-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet lokali u emarġinati";

9.  Jiddispjaċih li l-kontributi kollha għal ħidma tal-ġeneru mill-Partijiet fi ħdan l-UNFCCC huma volontarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtennu appoġġ għall-iżvilupp, l-adozzjoni u l-finanzjament tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (GAP) tal-UNFCCC, ikkumplimentat minn programm ta' ħidma komprensiv u pluriennali li jinkludi finanzjament, oqsma ta' azzjoni prijoritarji, skedi, indikaturi ewlenin tal-kisbiet, definizzjoni tal-atturi responsabbli u mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' rieżami;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jmexxu bl-eżempju u jadottaw il-miri u l-iskedi ta' żmien biex jintlaħaq l-għan ta' bilanċ tal-ġeneru f'delegazzjonijiet għall-UNFCCC;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu miżuri speċjali temporanji biex jippromwovu l-għan ta' bilanċ tal-ġeneru f'korpi formali u informali stabbiliti skont il-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto u jiġi implimetat mekkaniżmu biex jissanzjona gruppi reġjonali u kostitwenzi li ma jirrispettawx il-prinċipju ta' ugwaljanza f'nominazzjonijiet;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, f'konformità mal-impenji tal-UE immirati lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem, li Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali (NDCs) sussegwenti tal-UE jinkludu rappurtar konsistenti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jaderixxu mad-Deċiżjoni 21/CP.22 dwar il-ġeneri u t-tibdil fil-klima, li "Tistieden lill-Partijiet jaħtru u jipprovdu appoġġ għal punt fokali nazzjonali tal-ġeneru għan-negozjati, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' kwistjonijiet relatati mal-klima" u jipprovdu appoġġ għal punti fokali tal-ġeneru f'pajjiżi terzi u/jew pajjiżi sħab;

14.  Jirrikonoxxi li n-nisa mhux biss iwettqu l-parti l-kbira tax-xogħol domestiku u ta' kura bla ħlas, iżda jagħmlu wkoll il-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet ta' konsum ta' kuljum, u għalhekk, jekk jiġu pprovduti b'informazzjoni preċiża u għażliet, jista' jkollhom impatt fuq is-sostenibbiltà permezz tal-għażliet tagħhom; jinnota li, pereżempju, ir-riċerka wriet li meta jagħżlu prodotti tal-ikel lokali il-konsumaturi jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra b'sa 5 %;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima f'Durban (COP17)[7] u l-impenn li ttieħed fiha biex "tistinka għal rappreżentanza tan-nisa ta' mill-anqas 40% fil-korpi kollha rilevanti" għall-finanzjament fir-rigward tal-klima;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet tal-ġeneru u bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-ħidma tat-Task Force ta' Varsavja dwar l-Ispostament, inkarigat mill-UNFCCC (COP 22) biex jiżviluppa rakkomandazzjonijiet għal approċċi integrati għall-prevenzjoni, l-imminimizzar u l-indirizzar tal-ispostament relatat mal-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, u li jirrikonoxxi li n-nisa u l-bniet jappartjenu għall-iktar gruppi vulnerabbli milquta mill-ispostament klimatiku u għalhekk huma partikolarment vulnerabbli għat-traffikar u l-vjolenza sessista;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra t-tibdil fil-klima fil-programmi ta' żvilupp kollha fil-livelli kollha; jappella, barra minn hekk, għall-parteċipazzjoni akbar tan-nisa rurali u indiġeni fil-proċessi deċiżjonali, l-ippjanar u l-implimentazzjoni, u fit-tfassil ta' politiki u programmi ta' żvilupp dwar il-bidla fil-klima;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex jiżguraw approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fil-ħidma tagħhom fl-ambitu tal-Pjattaforma dwar l-Ispostament minħabba Diżastri (l-Inizjattiva Nansen) u l-"Aġenda għall-protezzjoni ta' persuni spostati transkonfinalment fil-kuntest ta' diżastri u tat-tibdil fil-klima" tagħha;

19.  Jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu soluzzjonijiet ta' finanzjament ġodda ogħla u finanzjament addizzjonali, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-attivitajiet ta' adattament li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għan-nisa b'mod dirett, li huma aktar vulnerabbli għall-impatt tat-tibdil fil-klima;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw indikaturi u jiġbru data diżaggregata skont il-ġeneru fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' politiki, programmi u proġetti fil-qasam tat-tibdil fil-klima, bl-użu ta' għodod bħal analiżi tal-ġeneru, valutazzjonijiet tal-impatt tal-ġeneru, l-ibbaġitjar tal-ġeneru u l-Indiċi għall-Ambjent u l-Ġeneru (EGI), inkluż permezz ta' tisħiħ tal-EIGE;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-ġustizzja klimatika, permezz tar-rikonoxximent tat-tibdil fil-klima bħala xprun ta' migrazzjoni, li jingħata kontribut ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u li tiġi integrata l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Patt kollu, b'mod konformi mal-bżonnijiet ta' persuni spostati minħabba l-klima;

22.  Ifakkar l-Impenn fundamentali 4 tal-impenji tal-UE għas-Summit Umanitarju Dinji, jiġifieri li jiġi żgurat li programmazzjoni umanitarja hija sensittiva għall-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan l-impenn huwa rifless fl-implimentazzjoni il-programm tal-ECHO għat-Tħejjija għal Diżastri (DIPECHO) u tal-Pjan ta' Azzjoni għar-Reżiljenza fil-Pajjiżi Suxxettibbli għal Kriżijiet (2013-2020) u l-Marker tar-Reżiljenza;

23.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-vjolenza sessista fuq in-nisa spostati u migranti; iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa u l-bniet migranti li jkunu sfaw vittmi ta' vjolenza matul il-vjaġġ tagħhom, billi jiġi żgurat li jkollhom aċċess għal servizzi mediċi u psikoloġiċi;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmiraw il-programmi rilevanti fuq iż-żoni affettwati minn diżastri, jintensifikaw l-isforzi biex titwassal għajnuna lil dawk ir-reġjuni, u jieħdu azzjoni biex isolvu l-problemi kkaġunati minn diżastri hemmhekk, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfal, li jbatu l-iżjed mill-konsegwenzi ta' diżastri;

25.  Jistieden lill-partijiet interessati kollha jinkoraġġixxu t-tisħiħ tas-setgħa u s-sensibilizzazzjoni tan-nisa billi jtejbu l-għarfien tagħhom dwar protezzjoni qabel, waqt u wara d-diżastri relatati mal-klima, kif ukoll jinvolvuhom b'mod attiv fil-previżjoni ta' diżastri, is-sistemi ta' twissija bikrija u l-prevenzjoni tar-riskji, peress li dan huwa parti importanti tar-rwol tagħhom fil-bini tar-reżiljenza f'każ ta' diżastru;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq il-post, biex jappoġġaw, isaħħu u jimplimentaw mekkaniżmi ta' monitoraġġ f'ċentri ta' akkoljenza għall-persuni spostati u migranti li m'għandhomx il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa biex jimpedixxu l-vjolenza sessista, bl-għan li jitwaqfu t-tipi kollha ta' intimidazzjoni fuq in-nisa u l-bniet;

27.  Jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-politika barranija tagħha, biex taħdem flimkien mas-soċjetà ċivili u mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem sabiex tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem tar-refuġjati u l-persuni spostati fiċ-ċentri ta' akkoljenza jkunu rispettati, b'mod partikolari fir-rigward ta' nisa u bniet vulnerabbli;

28.  Jirrikonoxxi l-possibbiltajiet għall-integrazzjoni tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-objettivi tal-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, b'mod partikolari f'pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw fil-kuntest ta' proġetti u mekkaniżmi rilevanti, bħall-programm tan-NU dwar it-Tnaqqis ta' Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni (UN-REDD), kif in-nisa jistgħu jiġu offruti opportunitajiet ta' xogħol bi ħlas biex iwettqu servizzi ambjentali li huma attwalment qed jipprovdu fuq bażi volontarja, pereżempju it-tisġir mill-ġdid, it-tisġir ta' art agrikola u l-konservazzjoni ta' riżorsi naturali;

29.  Jistieden lill-UE u l-Istati Membri, bil-ħsieb li jkomplu javvanzaw ir-rappreżentanza tan-nisa fin-negozjati tal-UNFCCC, biex jipprovdu finanzjament għat-taħriġ u l-parteċipazzjoni tad-delegati nisa; jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tappoġġja n-networking tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u attivitajiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar it-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-nisa jipparteċipaw b'mod ugwali fil-konsultazzjonijiet, programmi u finanzjamenti kollha fil-qasam tal-tibdil fil-klima organizzati bl-appoġġ tal-UE fil-livelli nazzjonali u lokali, u li jibbenefikaw minnhom;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni u d-DĠ responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi, l-iżvilupp, l-enerġija u l-klima rispettivament biex jinkludu l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod strutturat u sistematiku fil-politiki tagħhom dwar it-tibdil fil-klima u dwar l-enerġija għall-UE, u ma jiffukawx biss fuq id-dimensjoni esterna; iħeġġeġ, b'mod partikolari lid-DĠ għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi (JUST) u d-DĠ għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DEVCO) iżidu s-sensibilizzazzjoni tagħhom tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa (GEWE) u x-xogħol fuq il-GEWE minħabba li din it-tema hija relatata mal-ġustizzja klimatika; jenfasizza l-bżonn li d-DĠ għall-Azzjoni Klimatika (CLIMA) jalloka riżorsi sabiex timtela l-kariga ta' punt fokali tal-ġeneru (GFP); jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw il-prinċipju tal-"ġustizzja klimatika"; jinsisti li l-akbar inġustizzja fil-falliment tagħna li nittrattaw b'mod effikaċi t-tibdil fil-klima tkun l-effetti negattivi fuq il-pajjiżi l-foqra u fuq il-popolazzjonijiet, u b'mod partikolari fuq in-nisa;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrapportaw dwar l-impatti fuq il-ġeneru u fuq id-drittijiet tal-bniedem u dwar l-azzjoni klimatika fir-rapporti ta' Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

32.  Jinnota li l-impenji finanzjarji tal-UE għall-GEWE żdiedu, iżda l-kapaċità tar-riżorsi umani għall-ġestjoni ta' volum tax-xogħol li dejjem jikber ma żdiditx; jenfasizza li l-UE teħtieġ li turi l-impenn istituzzjonali qawwi lejn il-GEWE fir-rigward tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari kif stabbilit fil-politiki ġenerali li jirregolaw il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, jiġifieri l-SDGs u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (GAP) tal-UE;

33.  Jiddispjaċih li l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tibdil fil-klima ma jikkostitwixxux qasam ta' prijorità fil-GAP II tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa; Jirrimarka li l-indikaturi sensittivi għall-ġeneri ma ġewx żviluppati jew integrati b'mod adegwat fir-rappurtar tar-riżultati, u li l-obbligu ta' rendikont intern u l-finanzjament għar-riżultati GEWE baqgħu dgħajfa; jinnota li l-inqas li sar progress kien fuq l-objettiv 20 tal-GAP II tal-UE, dwar drittijiet ugwali li jgawdu minnhom in-nisa biex jipparteċipaw fil-proċessi deċiżjonali dwar kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali u jinfluwenzawhom, u jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi biex timplimenta dan l-objettiv; ifakkar li l-GAP II tal-UE ressaq aġenda tal-politika barranija tal-UE b'erba' pilastri tematiċi, inkluż il-pilastru orizzontali dwar iċ-ċaqliq tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-kultura istituzzjonali tas-SEAE għal twettiq aktar effikaċi tal-impenji tal-UE, b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

34.  Jirrikonoxxi li t-titjib tal-gwida teknika mhux se jkun biżżejjed waħdu biex jittrasforma l-effikaċja tal-UE fuq il-GEWE;

35.  Jappella għall-introduzzjoni ulterjuri tal-kunċett tal-bilanċ tal-ġeneru ġustizzja klimatika fbilanċ tal-ġeneru f'termini tal-bilanċ tal-ġeneru kwoti globali tal-bilanċ tal-ġeneru CO2, maqsuma fuq il-bażi ta' kull persuna u mmonitorjati bi pjan u mekkaniżmu tal-bilanċ tal-ġeneru kumpens minn dawk li jagħmlu użu eċċessiv tal-kwota tagħhom għal dawk li ma jużawx kompetament il-kwota tagħhom;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva li tipproduċi komunikazzjoni komprensiva bit-titolu "L-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tibdil fil-klima – nibnu reżiljenza u nippromwovu l-ġustizzja klimatika fl-istrateġiji ta' mitigazzjoni u adattament", bil-ħsieb li jiġi indirizzat l-impenn istituzzjonali qawwi tagħha lejn l-GEWE u d-dgħufijiet attwali fil-koordinazzjoni istituzzjonali;

37.  Jistieden lill-kumitati parlamentari tiegħu jsaħħu l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi meta jaħdmu fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom dwar il-kwistjonijiet trasversali tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u d-drittijiet tal-bniedem;

38.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-finanzjament kemm għall-adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll għall-mitigazzjoni tal-effetti tiegħu, ikun sensittiv għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru; jilqa' l-progress reċenti li sar fir-rigward tal-politika tal-ġeneru fil-qasam tal-mekkaniżmi ta' finanzjament multilaterali; jilqa', barra minn hekk, l-inizjattivi tas-settur privat li għandhom l-għan li jsaħħu r-responsabbiltà soċjali korporattiva billi jintroduċu premju għal proġetti li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà, inkluż billi jippromwovu opportunitajiet edukattivi u ta' għajxien għan-nisa; jinnota, madankollu, li skont il-Programm ta' Żvilupp tan-NU (UNDP), huwa biss 0,01 % tal-finanzjament kollu madwar id-dinja li jappoġġa proġetti li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u d-drittijiet tan-nisa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-programmi tagħhom dwar it-tibdil fil-klima jkunu konformi mal-ogħla standards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u ma jimminawx l-ugwaljanza bejn is-sessi;

39.  Iqis li t-tliet mekkaniżmi finanzjarji taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) – il-Fond Ekoloġiku għall-Klima (GCF), il-Fond għall-Ambjent Dinji (GEF) u l-Fond ta' Adattament (AF) – għandhom jiżblokkaw finanzjament addizzjonali għal politika ta' investiment għall-klima li tkun aktar sensittiva għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru;

40.  Iħeġġeġ lill-UE, b'mod partikolari, biex tissoġġetta l-għajnuna għall-iżvilupp għall-inklużjoni ta' kriterji bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, u biex tistabbilixxi kriterji ġodda għall-politika dwar it-tibdil fil-klima li jkunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru;

41.  Jappella għal azzjoni li tkun sensittiva għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru biex jiġi żgurat li n-nisa jitqiesu mhux biss bħala benefiċjarji tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll bħala intraprendituri ta' teknoloġija ta' enerġija nadifa; jilqa' s-sejħa tal-Kummissjoni għal proposti dwar in-nisa u l-enerġija sostenibbli, li għamlet EUR 20 miljun disponibbli għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet li jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa fis-settur tal-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid dan l-ammont fil-ġejjieni;

42.  Jappella għal taħriġ li jkun iffokat fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-uffiċjali tal-UE, speċjalment għal dawk li huma responsabbli għall-politiki dwar l-iżvilupp u l-klima;

43.  Jirrikjedi li l-ispostament minħabba l-klima jittieħed bis-serjetà; jinsab dispost jidħol f'dibattitu li joħloq dispożizzjoni dwar il-"migrazzjoni klimatika"; jitlob li jitwaqqaf grupp ta' esperti biex jeżamina l-kwistjoni f'livell internazzjonali u jħeġġeġ li l-problema tal-migrazzjoni klimatika titniżżel fl-aġenda internazzjonali; jitlob kooperazzjoni internazzjonali msaħħa ħalli tkun żgurata r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima;

44.  Jilqa' pożittivament l-Inizjattivi Programmatiċi Emblematiċi tan-Nisa tan-NU u l-proġetti u l-programmi tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima li joħolqu rabta trasversali bejn il-ġeneru u t-tibdil fil-klima;

45.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tar-Rappreżentat Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ambjent u tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'dan il-qasam u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsostnu dawn l-isforzi, anki permezz tal-assistenza finanzjarja.

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (21.11.2017)

għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar in-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja klimatika
(2017/2086(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pier Antonio Panzeri

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Bejging,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida fil-qasam tal-Ispostament Intern tal-1998 u l-ħatra, mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, tar-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni spostati internament f'Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra riżoluzzjoni 35/20 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, tat-22 ta' Ġunju 2017, dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tibdil fil-klima,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, 

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Stokkolma tan-NU dwar l-Ambjent Uman tal-1972 u tad-Dikjarazzjoni ta' Rio tan-NU dwar l-ambjent u l-iżvilupp tal-1992, 

–  wara li kkunsidra l-Patt ta' Ġinevra għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Azzjoni Klimatika,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020 tal-UE, adottat fis-26 ta' Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra d-duttrina tan-NU "responsabbiltà ta' protezzjoni (R2P)", 

A.  billi l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima jistgħu jwasslu għall-migrazzjoni; billi l-protezzjoni tal-persuni li ġew spostati internament minħabba raġunijiet ambjentali ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni; billi l-impatt tat-tibdil fil-klima se jinħass b'mod aktar akut fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, fil-komunitajiet l-aktar vulnerabbli u fir-reġjuni insulari sensittivi li l-aktar jiddependu mir-riżorsi naturali għall-għajxien tagħhom jew għandhom l-inqas kapaċità u strumenti insuffiċjenti biex jadattaw għat-tibdil fil-klima; avolja huma l-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja li jerfgħu r-responsabbiltà storika tat-tibdil fil-klima;

B.  billi n-nisa huma aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, inkwantu dawn jirrappreżentaw 70 % tal-1,2 biljun ruħ li jaqalgħu inqas minn dollaru kuljum; billi t-tibdil fil-klima jiggrava l-inugwaljanzi tal-ġeneru fejn jidħol, fost aspetti oħrajn, it-traffikar tal-bnedmin; billi l-aċċess limitat tan-nisa għar-riżorsi produttivi u l-kontroll tagħhom, kif ukoll id-drittijiet limitati jagħtuhom inqas opportunitajiet li jsawru d-deċiżjonijiet u jinfluwenzaw il-politiki, kif ġie rikonoxxut uffiċjalment mit-13-il Konferenza tal-Partijiet dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 13) li saret Bali fl-2007;

C.  billi teżisti rabta diretta bejn it-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu fuq id-degrad ambjentali, is-sigurtà tal-ikel u tal-ilma, l-aċċess għar-riżorsi naturali, is-saħħa tal-bniedem u l-migrazzjoni, u dawn il-fenomeni jheddu, direttament jew indirettament, it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet għall-ħajja, għall-ilma u s-sanità, għall-ikel, għas-saħħa u għall-akkomodazzjoni; billi t-tibdil fil-klima jista' jwassal għal diżastru ekonomiku u għal instabbiltà politika u soċjali li jistgħu jikkaġunaw kunflitt kif ukoll spostament u ħrib ikkawżati mill-klima; billi l-proġetti estrattivi f'żoni naturali ta' interess speċjali jistgħu jpoġġu f'periklu lill-komunitajiet lokali u lil gruppi vulnerabbli oħrajn, fosthom in-nisa, kif ukoll jiggravaw it-tibdil fil-klima;

D.  billi l-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima jistgħu jikkompromettu l-prospettivi ta' żvilupp ta' pajjiż, u jiggravaw id-disparitajiet tal-ġeneru li diġà jeżistu (li jirriżultaw minn bosta determinanti soċjoekonomiċi, istituzzjonali, kulturali u politiċi); billi t-tibdil fil-klima jista' jitqies bħala katalizzatur għall-problemi ambjentali u umanitarji minħabba l-fatt li l-effetti negattivi tiegħu huma direttament relatati mad-degrad ambjentali;

E.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha u t-trawwim tagħha hija waħda mill-għanijiet prinċipali tal-Unjoni; billi l-azzjoni klimatika hija prijorità ewlenija u d-deċiżuri ma jistgħux jinjoraw il-kontribut intellettwali u attiv tan-nisa; billi l-politika klimatika għandha impatt dirett fuq l-ugwaljanza tal-ġeneru u l-emanċipazzjoni tan-nisa, u n-nisa huma ċentrali għas-soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni u għall-adattament għall-isfidi marbuta mal-klima;

F.  billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tan-NU, sal-2050, 200 miljun ruħ jistgħu jisfaw spostati kaġun tat-tibdil fil-klima; billi, skont il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Afrika u l-popolazzjoni tagħha huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti negattivi tal-espożizzjoni għat-tibdil fil-klima;

G.  billi l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati ma tinkludix il-kategorija ta' "rifuġjat minħabba l-klima";

1.  Jisħaq fuq il-fatt li t-tibdil fil-klima jiggrava l-inugwaljanzi eżistenti u li n-nisa u l-bniet huma fost dawk li l-aktar jintlaqtu mit-tibdil fil-klima; jissottolinja l-fatt li n-nies f'żoni rurali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment in-nisa, huma partikolarment vulnerabbli, peress li spiss jiddependu mir-riżorsi naturali, jagħmlu l-biċċa l-kbira tax-xogħol agrikolu, partikolarment fil-produzzjoni tal-ikel u għall-ġbir tal-ilma u tal-fjuwil għall-familja u spiss ħafna għandhom ir-responsabbiltà tal-maġġor parti tax-xogħol mhux imħallas fid-djar u l-komunitajiet; jissottolinja l-fatt li l-agrikoltura hija direttament marbuta mal-kundizzjonijiet ambjentali; jenfasizza li n-nisa, peress li huma dawk l-aktar esposti, huma l-ewwel li jħabbtu wiċċhom mal-inġustizzja u mal-faqar;

2.  Jemmen li l-innovazzjoni fl-agrikoltura tista' tikkontribwixxi għall-koltivazzjoni tal-għelejjel li jifilħu aktar għat-tibdil fil-klima, biex b'hekk ikun hemm produzzjoni aqwa u aktar prevedibbli u livelli ogħla ta' introjtu għall-bdiewa, għall-familji u għall-komunitajiet lokali;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li t-tibdil fil-klima jeħtieġ risposta sensittiva għall-ispeċifiċitajiet tal-ġeneru u bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem; jitlob il-parteċipazzjoni effettiva tan-nisa fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha, anki fin-negozjati internazzjonali rigward il-klima, bil-għan li jiġu żviluppati risposti sensittivi għall-ispeċifiċitajiet tal-ġeneru biex ikunu indirizzati d-disparitajiet sottostanti; jisħaq fuq l-importanza assoluta tal-edukazzjoni għall-bniet u għan-nisa f'diversi dixxiplini ħalli jinħolqu l-opportunitajiet ekonomiċi, u l-bżonn li tiġi ffinanzjata l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi internazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

4.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha hija objettiv espliċitu li għandu jintlaħaq fl-ambitu ta' kull Għan ta' Żvilupp Sostenibbli; jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsostnu attivament rwol aktar b'saħħtu tan-nisa f'dawn in-negozjati; jistieden lill-komunità internazzjonali tqis il-perspettiva tal-ġeneru u l-prijoritajiet speċifiċi tan-nisa hija u tiffinanzja l-inizjattivi u ssostni t-teknoloġiji l-ġodda maħsuba biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima; jappoġġa b'mod sħiħ, f'dan ir-rigward, il-programmi ta' imprenditorija li ġew varati u li għandhom l-għan li jinvolvu l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa;

5.  Jisħaq fuq il-bżonn li n-nisa jkunu involuti fl-implimentazzjoni u fl-eżekuzzjoni tal-politika ambjentali fil-livell nazzjonali u lokali, fid-dawl tal-fatt li l-għarfien u l-esperjenza tan-nisa tal-post jistgħu jintużaw biex tkun żgurata l-effikaċja tal-politiki;

6.  Josserva bi tħassib l-ispostament tal-popolazzjonijiet minħabba l-klima, kuntest li fih in-nisa bit-tfal u l-bniet ta' età żgħira jikkostitwixxu l-grupp l-aktar vulnerabbli u huma esposti għall-ksur tad-drittijiet bażiċi tagħhom; jirrikjedi li l-ispostament minħabba l-klima jittieħed bis-serjetà; jinsab dispost jidħol f'dibattitu li joħloq dispożizzjoni dwar il-"migrazzjoni klimatika"; jitlob li jitwaqqaf grupp ta' esperti biex jeżamina l-kwistjoni f'livell internazzjonali u jħeġġeġ li l-problema tal-migrazzjoni klimatika titniżżel fl-aġenda internazzjonali; jitlob kooperazzjoni internazzjonali msaħħa ħalli tkun żgurata r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tassigura approċċ sensittiv għall-ispeċifiċitajiet tal-ġeneru li jiżgura li d-drittijiet tan-nisa, il-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneri u l-ġustizzja klimatika jkunu integrati permezz tal-programmi strateġiċi nazzjonali u reġjonali tagħha, tal-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija kif ukoll tad-djalogi tagħha mal-pajjiżi terzi fl-ambitu tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li l-ġeneru jiddaħħal bħala objettiv ġenerali u trasversali fil-politiki kollha relatati mat-tibdil fil-klima;

8.  Jilqa' pożittivament l-Inizjattivi Programmatiċi Emblematiċi tan-Nisa tan-NU u l-proġetti u l-programmi tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima li joħolqu rabta trasversali bejn il-ġeneru u t-tibdil fil-klima;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tar-Rappreżentat Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ambjent u tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'dan il-qasam u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsostnu dawn l-isforzi, anki permezz tal-assistenza finanzjarja.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Michel Reimon, Jean-Luc Schaffhauser, Alyn Smith, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Laima Liucija Andrikienė, Jo Leinen, Urmas Paet, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivica Tolić

FINAL VOTE BY ROLL CALL IN COMMITTEE ASKED FOR OPINION

44

+

ALDE

Hilde Vautmans, Ivo Vajgl, Marietje Schaake, Petras Auštrevičius, Urmas Paet

GUE/NGL

Javier Couso Permuy

PPE

Asim Ahmedov Ademov, Cristian Dan Preda, Dubravka Šuica, David McAllister, Eduard Kukan, Elmar Brok, Francisco José Millán Mon, Ivica Tolić, Jaromír Štětina, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Julia Pitera, Laima Liucija Andrikienė, Lorenzo Cesa, László Tőkés, Manolis Kefalogiannis, Michael Gahler, Michèle Alliot-Marie, Ramona Nicole Mănescu, Sandra Kalniete, Tunne Kelam

S&D

Alex Mayer, Andrejs Mamikins, Demetris Papadakis, Eugen Freund, Francisco Assis, Ioan Mircea Paşcu, Janusz Zemke, Jo Leinen, Miroslav Poche, Pier Antonio Panzeri, Tonino Picula, Victor Boştinaru

VERTS/ALE

Alyn Smith, Barbara Lochbihler, Jordi Solé, Klaus Buchner, Michel Reimon, Tamás Meszerics

5

-

EFDD

James Carver

ENF

Jean-Luc Schaffhauser, Mario Borghezio

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

5

0

ECR

Anna Elżbieta Fotyga, Bas Belder, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Ryszard Antoni Legutko

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (21.11.2017)

għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar in-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja klimatika
(2017/2086(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Florent Marcellesi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi (konkluż waqt il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015 (COP 21)) impenjaw ruħhom li jirrispettaw u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, meta jieħdu azzjoni biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima;

1.  Ifakkar li n-nisa huma aktar vulnerabbli għall-effetti negattivi tar-riskji klimatiċi minħabba ostakoli soċjokulturali u ekonomiċi (bħal aċċess għall-art, għall-kreditu, għas-servizzi pubbliċi u għat-teknoloġija), il-faqar u d-dipendenza fuq riżorsi naturali għall-għajxien tagħhom; jinnota bi tħassib, pereżempju, li l-istress klimatiku fuq ir-riżorsi tal-ilma u l-foresti ħafna drabi jaffettwa b'mod sproporzjonat l-attivitajiet ta' kuljum tan-nisa, u għaldaqstant jillimita l-prospetti ekonomiċi tagħhom; itenni li huwa essenzjali li tissaħħaħ l-awtonomija tan-nisa u li jitnaqqsu l-prattiki diskriminatorji sabiex jingħelbu l-isfidi tal-bidla fil-klima u tiġi żviluppata reżiljenza effettiva; huwa tal-fehma li l-kunsiderazzjonijiet tal-ġeneru, kif ukoll il-programmi dwar it-tibdil fil-klima, għandhom għalhekk ikunu prijorità ċentrali tal-politiki u programmi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

2.  Jinnota bi tħassib li skont studju tan-NU, ir-rwol tan-nisa bħala aġenti ta' bidla fil-promozzjoni ta' deċiżjonijiet klimatiċi u l-investiment, u l-benefiċċju derivat minnhom, s'issa kien fqir wisq[1]; jiddeplora, b'mod partikolari, il-fatt li n-nisa huma sottorappreżentati f'setturi ewlenin tax-xjenza relatati mat-tibdil fil-klima, – bħall-enerġija, l-inġinerija, it-trasport, it-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) u l-informatika – bħala ħaddiema tas-sengħa, professjonisti u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet; iqis li tenħtieġ bidla paratigmatikata li tqiegħed it-tħassib dwar il-ġeneru fil-qalba tal-isforzi u l-investimenti għall-ġestjoni tal-klima; jemmen li deċiżjonijiet u investimenti dwar il-klima għandhom għalhekk jinvolvu lis-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà, speċjalment lin-nisa u gruppi vulnerabbli oħra;

3.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-finanzjament kemm għall-adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll għall-mitigazzjoni tal-effetti tiegħu, ikun sensittiv għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru; jilqa' l-progress reċenti li sar fir-rigward tal-politika tal-ġeneru fil-qasam tal-mekkaniżmi ta' finanzjament multilaterali; jilqa', barra minn hekk, l-inizjattivi tas-settur privat li għandhom l-għan li jsaħħu r-responsabbiltà soċjali korporattiva billi jintroduċu premju għal proġetti li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà, inkluż billi jippromwovu opportunitajiet edukattivi u ta' għajxien għan-nisa; jinnota, madankollu, li skont il-Programm ta' Żvilupp tan-NU (UNDP), huwa biss 0,01 % tal-finanzjament kollu madwar id-dinja li jappoġġa proġetti li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u d-drittijiet tan-nisa; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-programmi tagħhom dwar it-tibdil fil-klima jkunu konformi mal-ogħla standards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u ma jimminawx l-ugwaljanza bejn is-sessi;

4.  Jappella lill-Istati Membri biex jintegraw id-dimensjoni tal-ġeneru fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni, fis-segwitu u fl-evalwazzjoni tal-politiki ambjentali nazzjonali, kif ukoll fir-rapportar dwar tali politiki, u biex jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-istrateġiji tat-tibdil fil-klima; jappella, barra minn hekk, lin-nisa biex jipparteċipaw fit-tmexxija u fit-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-allokazzjoni ta' fondi għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali;

5.  Iqis li t-tliet mekkaniżmi finanzjarji taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) – il-Fond Ekoloġiku għall-Klima (GCF), il-Fond għall-Ambjent Dinji (GEF) u l-Fond ta' Adattament (AF) – għandhom jiżblokkaw finanzjament addizzjonali għal politika ta' investiment għall-klima li tkun aktar sensittiva għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru;

6.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu identifikati u promossi approċċi programmatiċi li urew li huma sensittivi għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, bħall-programmi fl-oqsma tal-popolazzjoni, tas-saħħa u tal-ambjent, fost oħrajn, li jipprovdu soluzzjoni integrata għall-isfidi fl-oqsma tas-saħħa, tal-ġeneru u tal-ambjent, inkluż ir-reazzjoni għat-tibdil fil-klima, u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs) rispettivi;

7.  Ifakkar li t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa huwa fundamentali għall-kisba tal-SDGs; jinnota bi tħassib li jeżistu ostakli bbażati fuq il-ġeneru fit-tfassil tal-politika internazzjonali u nazzjonali fil-qasam tat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex iqawwu l-isforzi tagħhom biex jintegraw il-kwistjoni tal-ġeneru fil-politiki klimatiċi u fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħhom, inkluż fl-oqsfa kollha kummerċjali u ta' investiment; iħeġġeġ lill-UE, b'mod partikolari, biex tissoġġetta l-għajnuna għall-iżvilupp għall-inklużjoni ta' kriterji bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, u biex tistabbilixxi kriterji ġodda għall-politika dwar it-tibdil fil-klima li jkunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru;

8.  Ifakkar li l-ġabra ta' data disaggregata skond is-sess u ta' statistika dwar il-ġeneru hija pass preliminari lejn it-twettiq ta' analiżi xierqa dwar il-ġeneru rigward it-tibdil fil-klima; jinnota, madankollu, li f'ħafna pajjiżi, hemm nuqqas ta' statistika dwar il-ġeneru fil-qasam tal-ambjent; jappella lill-UE biex taġġorna l-bini tal-kapaċitajiet tas-sistemi statistiċi nazzjonali tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, sabiex tinġabar statistika dwar il-ġeneru fil-qasam tal-ambjent, sabiex titjieb l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi varji tat-tibdil fil-klima, u tinstab soluzzjoni għalihom; jistieden, b'mod partikolari, lill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex ittejjeb il-ġbir ta' data (pereżempju dwar ir-reżiljenza u l-vulnerabbiltà ta' wara d-diżastru), u twettaq aktar analiżi tal-ġeneru fir-rigward tal-mekkaniżmi tal-Protokoll ta' Kyoto u tal-impatt tal-Protokoll;

9.  Jappella għall-ħolqien ta' indikatur ambjentali li jagħmilha possibbli li jiġu analizzati il-mudelli ta' tkabbir, il-modi ta' konsum u l-istili ta' ħajja, u l-influwenza tagħhom fuq it-tibdil fil-klima;

10.  Jinnota li l-awtonomija ekonomika tan-nisa tippresupponi aċċess għas-sigurtà soċjali, għall-art, għas-servizzi soċjali bażiċi u għas-servizzi pubbliċi; jinnota bi tħassib, madankollu, li skont il-UNDP, minkejja l-fatt li n-nisa jippredominaw fil-produzzjoni tal-ikel fid-dinja (50 sa 80 %), huma jippossjedu inqas minn 20 % tal-art; jinnota fl-istess ħin, li ż-żieda fid-domanda kummerċjali għall-artijiet qiegħda tagħmilha diffiċli għan-nisa fqar biex jiksbu jew iżommu aċċess ekwu u sigur għall-art;

11.  Jenfasizza l-vulnerabbiltà tan-nisa fis-settur rurali, li huwa partikolarment affettwat mit-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati r-riskji ta' investiment iddiferenzjati skont il-ġeneru għall-agrikoltura sostenibbli; jappella lill-UE biex tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jirriformaw liġijiet u jeliminaw prattiki diskriminatorji li jirrestrinġu lin-nisa milli jipposjedu u jaċċessaw riżorsi produttivi u mezzi ta' produzzjoni, inkluż servizzi finanzjarji u konsultattivi;

12.  Ifakkar li l-adozzjoni tal-SDGs tpoġġi lill-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp fil-qalba tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; iħeġġeġ lill-UE tfassal il-politika tal-enerġija tagħha skont dawn il-prinċipji; jinnota bi tħassib li l-miżuri tal-UE intiżi biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u l-emissjonijiet mit-trasport fl-UE, wasslu għal żieda fid-domanda għal bijofjuwils, domanda li tista' tintlaħaq biss permezz ta' importazzjoni ta' tali fjuwils minn pajjiżi li qed jiżviluppaw; jissottolinja li dan irriżulta f'bidliet fl-użu tal-art, li affettwaw persuni vulnerabbli, speċjalment lin-nisa; jappella lill-UE biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet fir-riforma li għaddejja bħalissa tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (Direttiva 2009/28/KE);

13.  Jilqa' l-fatt li l-Ftehim ta' Pariġi jinkludi referenzi għal bilanċ bejn is-sessi, u jinsisti li għajnuna lil pajjiżi biex jimplimentaw l-objettivi klimatiċi tagħhom jew jiksbu l-kontributi maħsuba determinati fil-livell nazzjonali skont il-COP 21, hija possibbli biss jekk aħna nieħdu vantaġġ mill-għarfien, l-antiċipazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-azzjoni tas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetajiet tagħna, speċjament tan-nisa;

14.  Ifakkar li l-foresti isostnu l-għajxien ta' 1,6 biljun persuna u 80 % tal-bijodiversità terrestri kollha, u jgħinu biex jiġu assorbiti 30 % tal-emissjonijiet tal-karbonju;

15.  Ifakkar dwar ir-rwol kruċjali tal-foresti fil-konservazzjoni tal-bijodiversità, fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, fit-twassil ta' servizzi tal-ekosistema u fis-salvagwardja tal-għajxien; jinnota, madankollu, li filwaqt li n-nisa f'komunitajiet li jiddependu mill-foresti jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, ħafna drabi huma ma jibbenefikawx mill-investimenti relatati mal-foresti u huma esklużi mit-teħid ta' deċiżjonijiet rilevanti; jappella għat-tisħiħ tad-drittijiet ta' popli indiġeni, partikolarmnet in-nisa; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa għas-suċċess fit-tul ta' REDD+; iqis li l-azzjoni REDD+ għandha tindirizza l-inugwaljanzi strutturali dwar il-pussess tal-art u tal-foresti; jisħaq, b'mod partikolari, fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata n-nuqqas ta' ċarezza u s-sigurtà tad-drittijiet tal-pussess tal-art f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod speċjali fir-rigward tan-nisa, li ħafna drabi jkollhom biss drittijiet ta' użufrutt fuq l-art, li jaffettwaw is-setgħa tagħhom ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess REDD+ jew li jibbenefikaw minnhu;

16.  Jinnota li d-deżertifikazzjoni u t-telf ta' riżorsi tal-ilma għandhom impatt kbir fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nisa, b'mod partikolari l-bdiewa nisa; jappella biex jiġu ggarantiti d-drittijiet tan-nisa li jipposjedu u jużaw l-art, b'mod partikolari permezz ta' skemi ta' riforma agrarja;

17.  Ifakkar li teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli deċentralizzati qegħdin dejjem aktar isiru l-għażla tal-enerġija l-aktar kosteffikaċi għall-foqra; jappella biex jingħata appoġġ lill-intraprenditorija tan-nisa fis-settur tal-enerġija biex jitnaqqas iż-żmien li nisa jqattgħu jagħmlu xogħol domestiku u ta' kura mhux imħallas;

18.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu protetti u rikonoxxuti bdiewa żgħar, b'mod partikolari n-nisa, bħala atturi ekonomiċi ewlenin li d-drittijiet tagħhom li jużaw u jipposjedu l-art jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' mekkaniżmi ġuridikament vinkolanti li jissalvagwardjaw kontra l-ħtif tal-art;

19.  Ifakkar li għalkemm in-nisa, f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, huma l-amministraturi primarji tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi, ta' spiss huma jesperjenzaw faqar enerġetiku, pereżempju permezz tal-użu ta' kuljum ta' materjali li jinħaraq bil-mod u li huma ta' riskju għas-saħħa, li għandu effett negattiv fuq il-prospetti tagħhom f'termini ta' kura tas-saħħa, aċċess għall-ilma tax-xorb, opportunitajiet ta' impjieg, u oħrajn; jisħaq fuq il-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li jiġi indirizzat ir-riskju tal-investiment iddifferenzjat skont il-ġeneru fl-enerġija sabiex jitħaffef l-aċċess universali għall-enerġija; ifakkar li ftehmiet klimatiċi jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar permezz ta' għoti ta' inċentivi għall-elettrifikazzjoni bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli lil pajjiżi li qed jiżviluppaw; jemmen, f'dan il-kuntest, li n-nisa jistgħu jkunu aġenti b'saħħithom tal-bidla lejn enerġija sostenibbli; jistieden, b'mod ġenerali, lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jadottaw politiki li jippermettu aċċess għal sorsi tal-enerġija affordabbli, affidabbli u moderni, skont l-SDG 7, u jenfasizza l-ħtieġa li jinkludu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u l-programmi tal-enerġija biex itejbu l-effettività u l-effiċjenza tagħhom;

20.  Jappella għal azzjoni li tkun sensittiva għal kwistjonijiet relatati mal-ġeneru biex jiġi żgurat li n-nisa jitqiesu mhux biss bħala benefiċjarji tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll bħala intraprendituri ta' teknoloġija ta' enerġija nadifa; jilqa' s-sejħa tal-Kummissjoni għal proposti dwar in-nisa u l-enerġija sostenibbli, li għamlet EUR 20 miljun disponibbli għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet li jippromwovu l-intraprenditorija tan-nisa fis-settur tal-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid dan l-ammont f'edizzjonijiet li jmiss;

21.  Ifakkar li n-nisa ġeneralment huma aktar affettwati minn diżastri relatati mal-klima mill-irġiel, u li diżastri bħal dawn jaggravaw id-disparitajiet bejn is-sessi, inkluż l-allokazzjoni ta' postijiet ta' kenn; jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħata rispons xieraq għall-bżonnijiet ekonomiċi, mediċi u psikoloġiċi tan-nisa f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u wara diżastru; itenni, b'mod aktar ġenerali, li l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu passi konkreti biex jindirizzaw id-dimensjonijiet relatati mal-ġeneru ta' diżastri f'ambitu ta' klima li qiegħda tinbidel, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta' politiki, strateġiji, leġiżlazzjoni u linji baġitarji mmirati u speċifiċi għall-pajjiż;

22.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni bejn l-oqfsa finanzjarji tal-klima eżistenti fil-livelli kollha, sabiex jiġi żgurat li l-perspettivi tal-ġeneru jkunu integrati fit-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u fl-isforzi ta' adattament;

23.  Jappella għall-identifikazzjoni u għat-tisħiħ ta' strateġiji sensittivi għall-ġeneru li jappoġġaw id-dimensjonijiet soċjali u tal-ġeneru deskritti mill-awtorità internazzjonali fil-qasam tal-klima, u mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), inkluż ippjanar tal-familja fuq bażi volontarja u bbażat fuq id-drittijiet bħala strateġija possibbli ta' adattament;

24.  Jisħaq fuq l-importanza tat-trasferiment lejn teknoloġija favur l-ambjent, u fuq il-ħtieġa li jiġu rispettati l-impenji finanzjarji li ttieħdu, b'mod partikolari f'COP 21 u fi ħdan il-qafas tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima, li jippermettu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimxu lejn politika ta' tkabbir mingħajr emissjonijiet tal-karbonju;

25.  Jappella għal taħriġ li jkun iffokat fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-uffiċjali tal-UE, speċjalment għal dawk li huma responsabbli għall-politiki dwar l-iżvilupp u l-klima;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kuntest tal-ġustizzja klimatika fil-programmi ta' għajnuna reġjonali, fil-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u fid-djalogu ma' pajjiżi terzi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Maurice Ponga, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleftherios Synadinos, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thierry Cornillet, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Brian Hayes, Florent Marcellesi, Paul Rübig

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Paavo Väyrynen, Thierry Cornillet

EFDD

Ignazio Corrao

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Anna Záborská, Bogdan Brunon Wenta, Brian Hayes, Frank Engel, Maurice Ponga

S&D

Arne Lietz, Elly Schlein, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Maria Heubuch

1

-

EFDD

Mireille D’Ornano

3

0

ECR

Eleni Theocharous

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Paul Rübig

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Gwida tan-NU dwar in-nisa bit-titolu, "Leveraging co-benefits between gender equality and climate action for sustainable development. Mainstreaming Gender Considerations in Climate Change Projects".

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Ángela Vallina, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck, Sirpa Pietikäinen, Evelyn Regner, Marc Tarabella, Mylène Troszczynski, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Jakop Dalunde, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Lambert van Nistelrooij

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Angelika Mlinar

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Stefan Eck, Ángela Vallina

PPE

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Marijana Petir, Sirpa Pietikäinen, Lambert van Nistelrooij, Anna Záborská

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Maria Noichl, Evelyn Regner, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Marc Tarabella, Julie Ward

VERTS/ALE

Max Andersson, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi

1

-

ENF

Mylène Troszczynski

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni