RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri

21.12.2017 - (2017/2039(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Romana Tomc


Proċedura : 2017/2039(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0406/2017
Testi mressqa :
A8-0406/2017
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri

(2017/2039(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006[1],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (EU) Nru 2015/779 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013, fir-rigward ta' ammont ta' prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ[2],

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ[3],

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara" (COM(2016)0646),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ta' Marzu 2015 bit-titolu "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE: ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni",

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA ta' Marzu 2017 bit-titolu: "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-kontroll tal-infiq u monitoraġġ tal-kosteffikaċja tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE[4],

–  wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tat-3 ta' Frar 2016 bit-titolu "Assessment of Youth Employment Initiative" (Valutazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ) tad-Dipartiment Tematiku għall-Affarijiet Baġitarji tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija tal-Ħiliet (COM(2016)0382),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ[5],

  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, il-Protokoll Addizzjonali tagħha u l-verżjoni riveduta tagħha, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għall-2030, b'mod partikolari l-SDG 8 għall-"promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku sostenut, inklussiv u sostenibbli, impjiegi sħaħ u produttivi u xogħol deċenti għal kulħadd" li ġew adottati min-NU fl-2015 u li japplikaw għad-dinja kollha, inkluża l-UE,

–  wara li kkunsidra rapport ta' Jean-Claude Juncker f'kooperazzjoni mill-qrib ma' Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz tat-22 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa ("ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"), id-dokumenti ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2017 li tistabbilixxi Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2017)0250) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/761 tas-26 ta' April 2017 dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali[6],

–  wara li kkunsidra l-ħidma u r-riċerka tal-Eurofound, is-Cedefop, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) u l-Istitut Ewropew tat-Trejdjunjins (ETUI), il-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BusinessEurope), Assoċjazzjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (UEAPME), iċ-Ċentru Ewropew għal Min Iħaddem u għall-Intrapriżi li jipprovdu Servizzi Pubbliċi (CEEP), il-Eurocities u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ,

–  wara li kkunsidra d-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker tat-13 ta' Settembru 2017, il-Pjan Direzzjonali għal Unjoni Aktar Magħquda, Aktar Qawwija u Aktar Demokratika (Abbozz tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni sal-aħħar tal-2018) u l-ittra ta' intenzjoni tal-Kummissjoni lill-President Antonio Tajani u lill-Prim Ministru Estonjan Jüri Ratas, tat-13 ta' Settembru 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0406/2017),

A.  billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-miżuri ta' awsterità sussegwenti kienu l-kawża għaż-żieda fir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ minn 15 % fl-2008 sakemm laħqet il-quċċata tagħha ta' 24 % fil-bidu tal-2013, u billi din ir-rata medja taħbi d-diverġenzi enormi fost l-Istati Membri u r-reġjuni; billi r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-2013 baqgħu qrib l-10 % fil-Ġermanja, l-Awstrija u n-Netherlands, filwaqt li laħqu l-quċċata tagħhom qrib il-40 %, jew sew aktar minn hekk fl-Italja, Spanja, il-Kroazja u l-Greċja;

B.  billi l-miżuri tal-kriżi biex jitnaqqas l-infiq pubbliku fil-pajjiżi fi kriżi diġà ħallew impatt negattiv dirett, b'mod partikolari fuq iż-żgħażagħ minħabba tnaqqis fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil-ħolqien tal-impjiegi u fis-servizzi ta' appoġġ;

C.  billi l-politiki li qed jaffettwaw liż-żgħażagħ ġew żviluppati mingħajr l-involviment taż-żgħażagħ ikkonċernati u tar-rappreżentanti tagħhom;

D.  billi hemm ir-riskju li perjodi twal ta' qgħad fost iż-żgħażagħ iwasslu għall-marġinalizzazzjoni u l-esklużjoni taż-żgħażagħ mis-soċjetà, iwasslu biex iħossuhom iżolati u jistgħu jikkawżaw "marki dejjiema", li jfisser li jkun hemm probabbiltà ogħla li jerġgħu jisfaw qiegħda u jħabbtu wiċċhom ma' dħul u prospetti tal-karriera aktar baxxi tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom; billi t-twarrib fil-ġenb taż-żgħażagħ jirrappreżenta telf ta' investiment pubbliku u privat, li jwassal għal insigurtà tal-impjieg mifruxa u għal erożjoni tal-ħiliet, minħabba l-potenzjal mhux użat u mdgħajjef li jġib miegħu;

E.  billi fl-2012, wieħed minn kull tliet impjegati Ewropej kienu kwalifikati żżejjed jew mhux kwalifikati biżżejjed għax-xogħlijiet tagħhom[7]; u billi l-impjegati żgħażagħ huma tipikament aktar probabbli li jkunu formalment kwalifikati żżejjed, filwaqt li huwa wkoll aktar probabbli li jkollhom impjiegi anqas imqabbla mal-ħiliet tagħhom minn ħaddiema aktar imdaħħla fiż-żmien;

F.  billi l-ħaddiema żgħażagħ huma f'riskju ogħla li jsibu ruħhom f'pożizzjoni ta' impjieg prekarju; billi l-possibbiltajiet li wieħed ikun f'xogħol bi żvantaġġi multipli huma darbtejn ogħla għal ħaddiema ta' anqas minn 25 sena milli għal ħaddiema ta' 50 sena jew aktar[8];

G.  billi t-tranżizzjoni b'suċċess mill-iskola għax-xogħol u mill-inattività għax-xogħol u l-kisba tal-ewwel impjieg reali, jemanċipaw u jimmotivaw liż-żgħażagħ, u jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet personali u professjonali tagħhom biex isiru ċittadini indipendenti u b'fiduċja fihom infushom, filwaqt li jagħtu bidu tajjeb lill-karrieri tagħhom;

H.  billi, wara li laħqet l-ogħla livell tagħha ta' 24 % fl-2013, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE-28 baqgħet tonqos b'mod stabbli, u fl-2017 niżlet taħt is-17 %; billi l-livell ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli, minħabba li hemm biss ftit Stati Membri (l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, in-Netherlands, Malta, l-Ungerija u l-Ġermanja) b'rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ ta' anqas minn 11 %, u hemm diskrepanzi serji bejn l-Istati Membri;

I.  billi analiżi tat-tqassim skont is-sess tax-xogħol full-time u part-time fl-Ewropa tiżvela li d-disparità bejn is-sessi baqgħet tippersisti bejn l-2007 u l-2017, fejn l-irġiel ikomplu jiffurmaw madwar 60 % tal-persuni bejn il-15-il sena u l-24 sena b'impjieg full-time, filwaqt li b'mod konsistenti jiffurmaw madwar 40 % tal-istess grupp ta' età b'impjieg part-time;

J.  billi, sfortunatament, bħala valur statistiku, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija ġeneralment madwar id-doppju tal-medja tar-rata ġenerali tal-qgħad, kemm matul perjodi ta' tkabbir ekonomiku kif ukoll waqt ir-reċessjonijiet;

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ

K.  billi fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill, permezz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill, stabbilixxa l-iskema tal-"Garanzija għaż-Żgħażagħ", li biha l-Istati Membri impenjaw ruħhom li joffru liż-żgħażagħ offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien perjodu ta' 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni formali;

L.  billi, peress li ħafna Stati Membri ma kellhomx suċċess kbir bir-regolamenti u bl-opportunitajiet li s'issa kien hemm disponibbli fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, dawn għandhom jiffukaw aktar fuq l-użu effettiv tal-finanzjament u tal-għodod disponibbli fl-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

M.  billi fi Frar 2013 il-Kunsill qabel li joħloq l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li tnediet bħala l-istrument baġitarju prinċipali tal-UE – marbut mal-FSE – biex jgħin lir-reġjuni tal-Istati Membri li jesperjenzaw livelli partikolarment għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jiġu introdotti l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

N.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija impenn għall-UE kollha, filwaqt li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija mmirata għal dawk l-Istati Membri u r-reġjuni fejn ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jaqbżu l-25 %, u li għaliha huma parzjalment jew totalment eliġibbli total ta' 20 Stat Membru;

O.  billi ġiet segwita mobilitazzjoni rapida tal-fondi permezz ta' forniment antiċipat tal-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-2014 u l-2015 sabiex jiżdied kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri ffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; billi minħabba dewmien fl-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u dak reġjonali, il-forniment antiċipat fih innifsu ma kienx miżura suffiċjenti; billi fl-2015, ir-rata ta' prefinanzjament ġiet miżjuda kondizzjonalment minn 1 % għal 30 % u l-maġġoranza tal-Istati Membri eliġibbli applikaw din il-miżura b'suċċess;

P.  billi ambizzjoni prinċipali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija li tilħaq lil dawk iż-żgħażagħ Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ (NEETs), li jinsabu fl-ogħla riskju ta' esklużjoni, filwaqt li jitqies li t-terminu "NEETs" ikopri diversi sottogruppi ta' żgħażagħ bi bżonnijiet differenti;

Q.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija maħsuba biex tikseb l-integrazzjoni sostenibbli tan-NEETs fis-suq tax-xogħol billi toffri approċċ individwalizzat, li jwassal għal offerta ta' kwalità tajba, u ttejjeb l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, filwaqt li f'kuntest usa' tappoġġa ż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u tgħin biex tindirizza n-nuqqas ta' tqabbil tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol; billi f'dan ir-rigward jinħtieġu strateġiji ta' komunikazzjoni adatti mill-Istati Membri;

R.  billi fl-2015, l-ILO stmat l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fit-28 pajjiż tal-UE għal EUR 45 biljun; billi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ngħatat baġit modest ta' EUR 6,4 biljun, bil-għan li tikkomplementa l-finanzjament nazzjonali u mhux li teħodlu postu;

S.  billi l-Kummissjoni pproponiet li l-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jiżdied b'EUR 1 biljun, ammont li miegħu għandhom jiżdiedu EUR 1 biljun f'impenji mill-FSE, fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2020-2017; billi wara ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, iċ-ċifra żdiedet għal EUR 1,2 biljun; billi fil-5 ta' Settembru 2017, il-Parlament adotta l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2017 sabiex jipprovdi EUR 500 miljun addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2017, iffinanzjat mill-Marġini Globali għall-Impenji, filwaqt li wera dispjaċir ukoll għad-dewmien fil-proċedura baġitarja tal-2017 minħabba l-imblokkar u l-approvazzjoni tardiva tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP tal-Kunsill;

T.  billi fl-ewwel Rapport Speċjali tagħha dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-QEA qajmet tħassib dwar l-adegwatezza tal-finanzjament (kemm tal-UE kif ukoll dak nazzjonali) tal-inizjattiva, id-definizzjoni ta' "offerta ta' kwalità tajba", in-nuqqas ta' strateġija bi stadji importanti u b'objettivi ċari, u l-monitoraġġ u r-rappurtar dwar ir-riżultati; billi l-QEA qajmet tħassib ukoll dwar in-nuqqas ta' suċċess tal-applikazzjoni tal-approċċ ta' sħubija, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-22 ta' April 2013, fl-iżvilupp tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

U.  billi jinħtieġu mekkaniżmi tabilħaqq effettivi biex jiġu diskussi u solvuti d-diffikultajiet esperjenzati fl-implimentazzjoni tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, flimkien ma' impenn qawwi mill-Istati Membri biex jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod sħiħ, filwaqt li b'mod partikolari jqisu l-kundizzjonijiet lokali u jippermettu titjib tal-ħiliet u jdaħħlu fis-seħħ strutturi flessibbli u xierqa ta' evalwazzjoni;

V.  billi r-Rapport Speċjali tal-QEA dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ identifika xi kriterji komuni għal dak li jikkostitwixxi "offertà ta' kwalità tajba", fejn is-Slovakkja għamlet id-definizzjoni tagħha legalment vinkolanti, fejn din tkopri d-dispożizzjonijiet għall-ħin minimu tax-xogħol, is-sostenibbiltà tal-impjieg wara l-waqfien tal-appoġġ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u tqis l-istat ta' saħħa tal-benefiċjarju;

W.  billi fit-tieni Rapport Speċjali tagħha ppubblikat riċentement dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, imwettaq abbażi ta' kampjun ta' seba' Stati Membri, il-QEA esprimiet tħassib fir-rigward tad-diffikultà ta' aċċess għal data kompleta u tal-fatt li kien sar progress limitat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u li r-riżultati ma laħqux l-aspettattivi inizjali; billi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għadhom jirrappreżentaw waħda mill-aktar risposti politiċi innovattivi u ambizzjużi għall-qgħad fost iż-żgħażagħ wara l-kriżi ekonomika, u li għalhekk l-applikazzjoni tagħhom għandu jkollha l-appoġġ finanzjarju u politiku kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-UE, nazzjonali u reġjonali fis-snin li ġejjin;

X.  billi l-kosteffettività tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-għan aħħari tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li ż-żgħażagħ jidħlu f'impjieg sostenibbli jistgħu jinkisbu biss jekk l-operazzjonijiet ikunu mmonitorjati kif xieraq fuq il-bażi ta' data affidabbli u komparabbli, jekk il-programmi jkunu orjentati lejn ir-riżultati, u jekk isiru aġġustamenti f'każijiet fejn jinstabu miżuri mhux effettivi jew li jinvolvu spejjeż konsiderevoli;

Y.  billi jinħtieġu sforzi akbar min-naħa tal-Istati Membri biex jappoġġaw u jkollhom fil-mira liż-żgħażagħ l-aktar maqtugħa jew kompletament maqtugħa mis-suq tax-xogħol, bħal żgħażagħ b'diżabilità;

Z.  billi l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma maħsuba li jkollhom rwol ċentrali fil-kisba tal-prinċipji ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

AA.  billi fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, ma semma xejn dwar is-sitwazzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa, li għadha allarmanti; billi l-ittra ta' intenzjoni li takkumpanja d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 irrikonoxxiet ir-rwol tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala għajnuna biex jinħolqu l-impjiegi fl-UE; billi l-ġlieda kontra l-qgħad u b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandha tibqa' prijorità għall-azzjoni tal-UE;

AB.  billi ġie rrappurtat li kien hemm żgħażagħ li esperjenzjaw dewmien fil-ħlas fl-ambitu ta' miżuri ffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li sikwit kienu kkawżati mill-istabbiliment tard tal-awtoritajiet maniġerjali jew mill-kapaċità amministrattiva insuffiċjenti tal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali;

AC.  billi l-miżuri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bħall-internships u t-traineeships għandhom ikunu ta' għajnuna fl-iffaċilitar tat-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol u m'għandhom qatt jieħdu post il-kuntratti ta' impjieg regolari;

AD.  billi għan-nisa żgħażagħ f'żoni rurali, l-arranġamenti ta' impjieg irregolari jew in-nuqqas li jirreġistraw bħala qiegħda jagħtu data statistika mhux preċiża u joħolqu diverġenzi fil-pensjonijiet tagħhom; billi din il-prattika tinfluwenza b'mod negattiv lis-soċjetà fl-intier tagħha u, b'mod partikolari, il-benesseri tan-nisa, forom oħra ta' assigurazzjoni soċjali, u opportunitajiet ta' bidla fil-karriera jew ta' impjieg fil-futur;

AE.  billi 16-il miljun NEET daħlu fi skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdiet appoġġ dirett lil aktar minn 1,6 miljun żagħżugħ fl-UE;

AF.  billi fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-Istati Membri adottaw aktar minn 132 miżura tas-suq tax-xogħol immirati favur iż-żgħażagħ;

AG.  billi ġie impenjat 75 % tat-total tal-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Istati Membri diġà investew 19 % ta' dan il-baġit, biex b'hekk ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija l-ogħla fost il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE);

AH.  billi bosta rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ juru li minkejja t-tħassib dwar l-adegwatezza tal-finanzjament u tal-istimi tal-investiment totali meħtieġ, ir-riżorsi disponibbli qed jiġu diretti b'suċċess biex jissodisfaw id-domanda reġjonali billi saret enfasi fuq reġjuni speċifiċi u fuq gruppi ta' benefiċjarji;

AI.  billi mill-introduzzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi fl-1997, il-Kummissjoni appoġġat għadd ta' miżuri mfassla biex itejbu l-prospetti ta' impjiegi u edukazzjoni għaż-żgħażagħ[9]; billi, mill-kriżi s'issa, l-isforzi tal-UE ġew iffukati b'mod partikolari fuq il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fuq l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

AJ.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija ffinanzjata mill-FSE, mill-baġits nazzjonali u mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, filwaqt li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tista' tiffinanzja l-għoti dirett ta' impjiegi, apprendistati, traineeships jew edukazzjoni kontinwa għall-grupp fil-mira tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fir-reġjuni eliġibbli; billi l-intervent tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma għandux skadenza predefinita, filwaqt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tirrikjedi li l-offerta ssir fi żmien erba' xhur;

AK.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ wasslet għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri, l-aktar bil-ħsieb li jallinjaw il-mudelli tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ mas-suq tax-xogħol sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

AL.  billi fatturi esterni, bħas-sitwazzjoni ekonomika speċifika jew il-mudell ta' produzzjoni ta' kull reġjun, jinfluwenzaw il-kisba tal-miri stabbiliti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

Introduzzjoni

1.  Jemmen li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ trid tkun l-ewwel pass lejn approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-bżonnijiet ta' impjieg taż-żgħażagħ; ifakkar li min iħaddem għandu l-obbligu li jipparteċipa fil-proċess biex iż-żgħażagħ jiġu offruti programmi ta' taħriġ vokazzjonali aċċessibbli, l-ewwel impjiegi u apprendistati ta' kwalità;

2.  Jenfasizza li l-aspett kwalitattiv ta' xogħol deċenti għaż-żgħażagħ qatt ma jrid jiġi kompromess; jenfasizza li l-istandards ewlenin tax-xogħol u standards oħra relatati mal-kwalità tax-xogħol, bħall-ħin tax-xogħol, il-paga minima, is-sigurtà soċjali, u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol iridu jkunu kunsiderazzjonijiet ċentrali fl-isforzi mwettqa;

3.  Jinnota d-diverġenza sinifikanti fil-prestazzjoni ekonomika f'termini kemm ta' tkabbir ekonomiku kif ukoll tal-impjieg madwar l-UE-28, li titlob risposta politika deċiżiva; jirrikonoxxi li ċerti Stati Membri għadhom lura fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali meħtieġa; jinnota li huma l-politiki ekonomiċi sodi, kif ukoll il-politiki ta' impjieg u ta' investiment, li fl-aħħar mill-aħħar huma r-responsabilità tal-Istat Membru, li joħolqu l-impjiegi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt fuq medda twila ta' żmien fuq l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li qed jesperjenzaw eżodu ta' mħuħ ta' persuni b'edukazzjoni għolja;

4.  Ifakkar li skont ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-Istati Membri jenħtiġilhom jagħżlu bejn diversi modi kif jimplimentaw il-programm (bħala programm esklużiv, bħala assi prijoritarji fi ħdan programm operattiv eżistenti jew bħala parti minn diversi assi prijoritarji); jinnota li minħabba d-diversi opzjonijiet ta' implimentazzjoni u abbażi tar-riżultati miksuba, jinħtieġ skambju tal-aħjar prattiki bil-ħsieb li dawn jiġu applikati fl-istadji futuri tal-programm;

5.  Jinnota bi tħassib li r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA jgħid li hemm riskju li l-finanzjament tal-UE sempliċiment qiegħed jieħu post il-finanzjament nazzjonali minflok ma joħloq valur miżjud; ifakkar li f'konformità mal-prinċipju tal-addizzjonalità, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha l-għan li tikkomplementa l-finanzjament nazzjonali u mhux li tissostitwixxi l-politiki u l-finanzjament tal-Istati Membri nfushom għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza li l-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma jistax – u qatt ma kien maħsub sabiex – jerfa' waħdu l-ambizzjoni li joffri liż-żgħażagħ kollha offerta ta' kwalità tajba ta' impjieg, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jħallu l-edukazzjoni formali;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tkun xprun għar-riforma politika b'mod partikolari, u għal koordinazzjoni aħjar fl-oqsma tal-impjiegi u l-edukazzjoni, speċjalment fl-Istati Membri li qed jesperjenzaw rati għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, bil-għan li jiġi żgurat li dawk l-Istati Membri jintroduċu approċċi integrati, komprensivi u fit-tul biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ li jsaħħu l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, jagħtuhom prospetti aħjar u jwasslu għal impjiegi sostenibbli, għall-kuntrarju ta' sensiela ta' politiki (eżistenti) frammentati; iqis l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala strumenti b'saħħithom fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tal-gruppi ta' żgħażagħ l-aktar marġinalizzati; jikkunsidra li huwa importanti li ssir ħidma għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi, ir-rati ta' tluq bikri mill-iskola u l-esklużjoni soċjali;

7.  Ifakkar li, skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, ġew definiti sitt linji gwida li fuqhom kellhom ikunu bbażati l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ: il-bini ta' approċċi bbażati fuq is-sħubijiet, interventi u attivazzjoni fil-pront, miżuri ta' sostenn li jippermettu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-użu tal-fondi tal-Unjoni, il-valutazzjoni u t-titjib kontinwu tal-iskema, u l-implimentazzjoni rapida tagħha[10]; jirrimarka li skont ir-rapporti ta' valutazzjoni, ftit Stati Membri pprovdew data dwar dawn l-aspetti, jew valutazzjonijiet sħaħ dwarhom;

8.  Jenfasizza li għandhom jitwettqu aktar investimenti kemm fil-mobilità domestika kif ukoll fil-mobilità transkonfinali sabiex titnaqqas ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet; jappella biex il-provvista tax-xogħol u tal-ħiliet tkun allinjata aħjar mad-domanda billi tiġi ffaċilitata l-mobilità bejn ir-reġjuni (inklużi r-reġjuni transkonfinali); jirrikonoxxi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jagħtu attenzjoni speċjali biex jipprovdu konnessjoni aħjar bejn is-sistemi edukattivi u s-swieq tax-xogħol fir-reġjuni transkonfinali, pereżempju billi jippromwovu l-edukazzjoni fil-lingwi ġirien;

9.  Ifakkar li r-rata għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija kkawżata minn: l-effetti tal-kriżi ekonomika globali fuq is-swieq tax-xogħol, it-tluq bikri mill-iskola mingħajr biżżejjed kwalifiki, nuqqas ta' kapaċitajiet rilevanti u ta' esperjenza ta' xogħol, il-prevalenza li qed tiżdied ta' forom prekarji ta' impjieg għal żmien qasir segwiti minn perjodi ta' qgħad, opportunitajiet ta' taħriġ limitati, u programmi attivi tas-suq tax-xogħol insuffiċjenti u inadegwati;

10.  Huwa tal-fehma li l-monitoraġġ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jeħtieġ li jkun appoġġat minn data affidabbli; iqis li d-data u r-riżultati tal-monitoraġġ disponibbli attwalment mhumiex biżżejjed biex titwettaq valutazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bħala l-mezz ewlieni ta' finanzjament għall-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'mod partikolari b'riżultat tad-dewmien inizjali fl-istabbiliment tal-programmi operazzjonali mill-Istati Membri u l-fatt li għadhom fl-istadji relattivament bikrin tal-implimentazzjoni; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-impjieg fost iż-żgħażagħ jinżamm bħala waħda mill-prijoritajiet tal-azzjoni tal-UE; jinsab imħasseb, madankollu, dwar is-sejbiet tar-rapport riċenti tal-QEA dwar l-impatt tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala politiki tal-Unjoni li għandhom l-għan li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, filwaqt li jitqies il-kamp ta' applikazzjoni territorjali u temporali limitat tiegħu;

11.  Iqis li, sabiex tkun verament effettiva, strateġija biex tagħti spinta lill-impjiegi taż-żgħażagħ għandha tipprovdi għall-ftuħ ta' diskussjonijiet madwar mejda li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati, tqis il-kuntest territorjali li fih għandha tiġi implimentata u tipprovdi taħriġ immirat li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-impriżi billi tikkonċiljahom mal-aspirazzjonijiet u l-ħiliet taż-żgħażagħ; jenfasizza li l-istess strateġija għandha tiżgura taħriġ ta' kwalità u trasparenza sħiħa fl-allokazzjoni tal-fondi lill-aġenziji tat-taħriġ, anki permezz ta' monitoraġġ bir-reqqa tal-użu tagħha;

12.  Jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri għażlu li jimpenjaw ruħhom biss permezz tal-istrument mhux vinkolanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill; jirrimarka li l-għan tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għad fadallu ħafna biex jintlaħaq f'ħafna Stati Membri;

L-ilħuq tal-aktar żgħażagħ esklużi

13.  Jinnota r-riskju li ż-żgħażagħ b'diżabilità la jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u lanqas f'dak tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadattaw il-programmi operazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li l-miżuri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ikunu aċċessibbli b'mod effettiv għall-persuni kollha b'diżabilità, li jagħtu aċċess ugwali għaż-żgħażagħ b'diżabilità, u jkunu jirrispondu għall-ħtiġijiet individwali;

14.  Jenfasizza li sabiex jintlaħqu n-NEETs jinħtieġu sforzi qawwija u sostnuti mill-awtoritajiet nazzjonali u kooperazzjoni transettorjali, peress li n-NEETs huma grupp eteroġenju bi ħtiġijiet u b'ħiliet differenti; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, ta' data preċiża u komprensiva dwar il-popolazzjoni kollha tan-NEETs, bil-għan li jiġu rreġistrati u jintlaħqu b'mod aktar effettiv, peress li data aktar diżaggregata, inkluż fuq bażi skont ir-reġjun, tista' tidentifika liema gruppi għandhom jiġu mmirati u kif l-inizjattivi ta' impjieg jistgħu jitfasslu b'mod aħjar għal dawk li jeħtiġuhom;

15.  Huwa tal-fehma li l-qgħad fost iż-żgħażagħ ma jistax jiġi ridott billi jkun attribwit għall-problema ta' nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, minħabba li l-għeruq tiegħu jinsabu fi kwistjonijiet bħan-nuqqas ta' impjiegi ġodda, dan tal-aħħar ir-riżultat tad-deindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, l-esternalizzazzjoni u l-ispekulazzjoni, u li din is-sitwazzjoni ġiet aggravata mill-kriżi u mill-politiki ta' awsterità; jemmen li l-edukazzjoni u t-taħriġ biss jistgħu jsolvu l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ;

16.  Jikkunsidra li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma jistgħux jissostitwixxu l-użu ta' strumenti makroekonomiċi u politiki oħrajn li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ; jirrimarka li biex tiġi vvalutata l-applikazzjoni u l-effetti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, huwa importanti li wieħed iqis il-kundizzjonijiet baġitarji u makroekonomiċi differenti fl-Istati Membri; jikkunsidra li jeħtieġ li jitfassal programm ta' riforma strutturali fuq żmien fit-tul tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ f'każ li jittawwal iż-żmien tagħha; jenfasizza l-ħtieġa ċara ta' koordinazzjoni aktar effettiva bejn id-diversi Stati Membri;

17.  Jappoġġa l-iżvilupp ta' punti uniċi ta' servizz li jistgħu jiżguraw li s-servizzi u l-gwidi kollha jkunu faċilment aċċessibbli, disponibbli u mingħajr ħlas għaż-żgħażagħ f'post wieħed;

18.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet inizjali li juru li jeħtieġ li jsir titjib fir-reġistrazzjoni u s-sensibbilizzazzjoni tan-NEETs kollha, b'mod partikolari n-NEETs inattivi u dawk li qed jirriżulta li huma diffiċli biex jerġgħu jiġu integrati; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġiji ta' komunikazzjoni xierqa u mfassla apposta biex jintlaħqu n-NEETs kollha, u jieħdu approċċ integrat sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni assistenza u servizzi aktar personalizzati bħala appoġġ liż-żgħażagħ li qed jiffaċċjaw ostakli multipli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet tan-NEETs vulnerabbli u jeliminaw l-attitudnijiet preġudikati u negattivi lejhom;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitfasslu miżuri apposta għall-ħtiġijiet lokali sabiex jiżdied l-impatt tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri speċjali għall-impjieg taż-żgħażagħ fiż-żoni rurali;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu malajr il-komunikazzjoni tal-programmi ta' appoġġ eżistenti li huma disponibbli għaż-żgħażagħ, speċjalment għall-gruppi l-aktar maqtugħin mis-suq tax-xogħol, permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni, bl-użu kemm ta' kanali medjatiċi tradizzjonali kif ukoll ta' dawk moderni bħalma huma n-netwerks soċjali;

L-iżgurar tal-kwalità tal-offerti fl-ambitu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

21.  Jirrikonoxxi l-appell biex jiġi definit x'għandu jikkostitwixxi "offerta ta' kwalità" fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi elaborata definizzjoni komprensiva u miftiehma b'mod komuni li tqis il-ħidma mwettqa fil-Kumitat EMCO f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, mal-ILO u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti; jenfasizza li offerta ta' kwalità tajba hija miżura multidimensjonali li twassal għal integrazzjoni sostenibbli u mqabbla tajjeb għall-parteċipanti fis-suq tax-xogħol, li tinkiseb permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet, u li għandha taqbel mal-livell tal-kwalifiki u l-profil tal-parteċipanti u tqis id-domanda għall-impjiegi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-protezzjoni soċjali, ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-livelli ta' kumpens rilevanti jkunu applikati għall-parteċipanti; jiġbed l-attenzjoni għall-istandards ta' kwalità msemmija fil-Gwida ta' valutazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni fl-2015, li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-offerti ta' impjieg, ir-rilevanza tagħhom għall-ħtiġijiet tal-parteċipanti, l-eżiti fis-suq tax-xogħol prodotti mill-offerti u l-proporzjon tal-offerti li ma ġewx aċċettati jew li ġew abbandunati qabel iż-żmien bħala indikaturi validi għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-impjieg;

22.  Ifakkar li l-ILO tiddefinixxi "xogħol deċenti" bħala xogħol li huwa "produttiv u li jagħti introjtu ġust, sigurtà fuq il-post tax-xogħol u protezzjoni soċjali għall-familji, prospetti aħjar għall-iżvilupp personali u l-integrazzjoni soċjali, il-libertà sabiex in-nies jesprimu t-tħassib tagħhom, jorganizzaw u jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom, u l-opportunitajiet u t-trattament indaqs għan-nisa u l-irġiel kollha", u li dan l-istandard minimu għadu ma ntlaħaqx fil-każ tal-impjieg taż-żgħażagħ;

23.  Huwa tal-fehma li ż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti wkoll fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-offerti;

24.  Jenfasizza li kuntratt ta' traineeship ta' kwalità jrid jirrispetta qafas ta' kwalità li joffri l-garanziji li ġejjin: traineeship irid ikun irregolat b'kuntratt bil-miktub li jkun fih informazzjoni trasparenti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti, jistabbilixxi objettivi konkreti u jkollu deskrizzjoni ta' taħriġ ta' kwalità għolja; irid jiġi allokat mentor jew superviżur biex jivvaluta l-prestazzjoni tat-trainee fi tmiem it-traineeship; It-traineeship irid ikollu tul ta' żmien speċifiku u jridu jiġu stabbiliti limiti fuq it-tul tat-traineeships mal-istess impjegatur, u l-kuntratt għandu jkollu dispożizzjonijiet ċari dwar il-kopertura fis-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-remunerazzjoni;

25.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaġġornaw u jirrevedu b'mod progressiv il-programmi operazzjonali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tagħhom bl-involviment tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ sabiex jirfinaw l-azzjoni tagħhom abbażi tal-ħtiġijiet reali taż-żgħażagħ u tas-suq tax-xogħol;

26.  Jenfasizza li huwa possibbli biss li jiġi ddeterminat jekk il-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwiex jintefaq tajjeb, u jekk jinkisibx l-għan aħħari tal-Inizjattiva li tgħin sabiex iż-żgħażagħ jidħlu f'impjieg sostenibbli, ladarba l-operazzjonijiet ikunu mmonitorjati bir-reqqa u b'mod trasparenti fuq il-bażi ta' data affidabbli u komparabbli, u jekk l-Istati Membri li ma jkunux wettqu progress ikunu indirizzati b'manjiera aktar ambizzjuża; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-kwalità tad-data bħala kwistjoni ta' urġenza, u biex jiggarantixxu li jinġabru u jsiru disponibbli fil-mument opportun id-data u ċ-ċifri affidabbli u komparabbli dwar l-implimentazzjoni attwali tal-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, b'mod aktar frekwenti milli huwa meħtieġ skont l-obbligu ta' rapportar annwali tagħhom, kif definit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament FSE; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-linji gwida tagħha dwar il-ġbir ta' data f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-QEA sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' dikjarazzjoni eċċessiva tar-riżultati;

27.  Jinnota l-proposti u t-tipi differenti ta' programmi żviluppati mill-Istati Membri fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jikkunsidra li f'xi Stati Membri r-regolamentazzjoni nazzjonali kienet vaga fl-objettivi u l-approċċi tagħha, u mhux daqstant ċara fil-formulazzjoni tat-test tagħha, u offriet possibbiltajiet limitati għall-promozzjoni tal-impjiegi; huwa tal-fehma li l-marġni ta' diskrezzjoni konsiderevoli u n-nuqqas ta' mekkaniżmi ċari ta' superviżjoni xi drabi kkawżaw is-sostituzzjoni tal-postijiet tax-xogħol b'offerti fl-ambitu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

28.  Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti tal-użu mhux xieraq ta' miżuri ffinanzjati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, inklużi pagamenti tard liż-żgħażagħ jew l-abbuż tal-internships, pereżempju minħabba l-użu eċċessiv tagħhom; jesprimi r-rieda tiegħu li jiġġieled dawn il-prattiki; huwa tal-fehma li kwalunkwe użu ripetut tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ m'għandhux imur kontra l-ispirtu tal-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-għan tal-integrazzjoni aktar permanenti fis-suq tax-xogħol;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw, jikkondividu u jxerrdu l-aħjar prattiki maħsuba għat-tagħlim reċiproku ta' politiki u li jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki bbażati fuq l-evidenza; jenfasizza li l-bidliet fis-suq tax-xogħol u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija jirrikjedu approċċ ġdid fir-rigward tal-politiki dwar l-impjieg għaż-żgħażagħ; jinnota li jeħtieġ li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiffoka fuq l-użu ta' għodod effettivi biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ u m'għandhiex tirriċikla politiki dwar l-impjiegi li jkunu ineffettivi;

30.  Itenni li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ tikkunsidra l-approċċi bbażati fuq is-sħubija bħala element kruċjali sabiex jiġu implimentati l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u sabiex jintlaħqu n-NEETs; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw approċċ ta' sħubija billi jidentifikaw u jinvolvu b'mod attiv lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u jippromwovu aħjar il-programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ fost in-negozji, b'mod partikolari l-SMEs u l-kumpaniji iżgħar immexxija mill-familji; jenfasizza li l-evidenza mill-Istati Membri li kienu diġà adottaw approċċi simili għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ qabel ma ġie introdott il-programm turi li approċċ b'suċċess ibbażat fuq il-partijiet ikkonċernati huwa importanti sabiex l-implimentazzjoni tkun suċċess;

31.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala intermedjarji bejn iż-żgħażagħ u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, biex jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali meta jkunu qed jikkomunikaw, jippjanaw, jimplimentaw u jevalwaw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

32.  Jenfasizza l-importanza ta' servizzi pubbliċi tal-impjiegi kompetenti u modernizzati sabiex jiġu pprovduti servizzi personalizzati lin-NEETs; jistieden lill-Istati Membri biex, meta jkunu qed jimplimentaw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, jikkoordinaw aħjar is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi tagħhom fil-livell tal-UE fil-qafas tan-Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' sinerġiji ulterjuri bejn il-fornituri pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-impriżi u s-sistemi edukattivi; iħeġġeġ l-użu wiesa' tal-gvern elettroniku sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi stima speċifika għall-pajjiż tal-ispiża annwali għal kull Stat Membru biex jimplimenta l-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod effettiv, filwaqt li titqies l-istima tal-ILO;

34.  Jenfasizza li huwa essenzjali li tingħata spinta lill-għadd ta' apprendistati disponibbli fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, peress li dawn jirrappreżentaw biss 4,1 % tal-offerti li ġew aċċettati s'issa;

Kummenti finali

35.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' strateġija biex l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tinbidel minn strument kontra l-kriżijiet fi strument ta' finanzjament tal-UE aktar stabbli li jindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-perjodu post-2020, filwaqt li jiżgura l-użu rapidu u mhux ikkomplikat tal-fondi, u li jistabbilixxi rekwiżit ta' kofinanzjament sabiex tiġi enfasizzata r-responsabbilta primarja tal-Istati Membri; jinnota li l-estensjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-QEA; jenfasizza li l-għan ġenerali tal-programm huwa l-integrazzjoni sostenibbli taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti objettivi ċari u miżurabbli; jenfasizza li dawn l-elementi għandhom jiġu diskussi fil-kuntest tal-QFP li jmiss sabiex jiġu żgurati l-kontinwità, il-kosteffettività u l-valur miżjud;

36.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jenfasizza li huma assolutament meħtieġa sforzi addizzjonali u impenji politiċi u finanzjarji kontinwi sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifakkar, b'mod partikolari, fl-importanza li jiġi żgurat finanzjament ta' mill-inqas EUR 700 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020, kif miftiehem fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; jitlob ukoll l-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament suffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

37.  Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-offerti fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jitlob diskussjoni futura dwar il-grupp ta' età eliġibbli;

38.  Huwa tal-fehma li sabiex il-qafas ta' kwalità tal-impjiegi għaż-żgħażagħ isir operazzjonali għandu jsir progress fl-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni b'bażi legali fl-Artikoli 292 u 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u għandhom jittieħdu firxa ta' miżuri informattivi, bħal pereżempju l-ħolqien ta' sit web aċċessibbli faċilment li jinżamm aġġornat b'informazzjoni rilevanti dwar ir-regolamentazzjoni tat-traineeships f'kull Stat Membru;

39.   Jirrikonoxxi li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija strument finanzjarju maħsub biex jikkomplementa l-inizjattivi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-livell għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u li għandhom isiru sforzi akbar mill-Istati Membri biex ikun hemm rabta aħjar bejn is-sistemi edukattivi u s-swieq tax-xogħol, sabiex iż-żgħażagħ jiġu integrati fis-swieq tax-xogħol b'mod sostenibbli; jilqa' l-miżuri u l-politiki fis-seħħ maħsuba biex jindirizzaw in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet eżistenti; jirrikonoxxi li l-utilizzazzjoni tal-ħiliet għadha sfida madwar l-Ewropa kollha, u għalhekk iqis li hu neċessarju li jiġi żgurat li jkun hemm tlaqqigħ aħjar tal-ħiliet li hemm domanda għalihom u dawk offruti;

40.  Jikkunsidra li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma essenzjali għat-twettiq effikaċi tal-prinċipji ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-prinċipju Nru 1 dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; il-prinċipju Nru 4 dwar appoġġ attiv għall-impjiegi; il-prinċipju Nru 5 dwar impjiegi siguri u adattabbli; il-prinċipju Nru 6 dwar il-pagi; il-prinċipju Nru 8 dwar id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema; il-prinċipju Nru 10 dwar ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data; il-prinċipju Nru 12 dwar il-protezzjoni soċjali; il-prinċipju Nru 13 dwar il-benefiċċji f'każ ta' qgħad; u l-prinċipju Nru 14 dwar id-dħul minimu;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi konġunti tagħhom mal-ILO bil-għan li tiġi pprovduta informazzjoni adattata u tinbena l-kapaċità tal-pajjiżi sabiex jimplimentaw u jevalwaw l-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-aspetti li ġejjin: l-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa u sostenibbli tal-inizjattiva, it-titjib tal-kapaċità tagħha li tilħaq lin-NEETs mhux reġistrati u ż-żgħażagħ bi kwalifiki baxxi, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-titjib tal-kwalità tal-offerti;

42.  Jinnota li fl-istennija li l-Kummissjoni toħroġ iċ-ċifri finali pprovduti lilha mill-Istati Membri, in-numru ta' żgħażagħ li lestew il-programm tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fi tmiem l-2015 kien stmat għal 203 000 persuna, li jikkostitwixxi 4 % tal-parteċipanti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd kbir ta' parteċipanti fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li ma spiċċawx il-programm f'xi Stati Membri; jikkunsidra li huwa importanti li jissaħħu l-inċentivi sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jikkunsidraw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bħala programm utli;

43.  Ifakkar li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-miżuri li jrawmu l-integrazzjoni tan-NEETs fis-suq tax-xogħol, inklużi apprendistati, traineeships u internships imħallsa, iżda m'għandhiex issir strument li jissostitwixxi l-impjieg imħallas reali;

44.  Jissuġġerixxi l-istabbiliment ta' hotline tal-UE kontra l-ksur tad-drittijiet taż-żgħażagħ sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jirrapportaw direttament lill-Kummissjoni kwalunkwe esperjenza negattiva fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżuri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, sabiex b'hekk tkun tista' tinġabar l-informazzjoni u jkunu jistgħu jiġu investigati r-rapporti ta' prattiki abbużivi fl-użu tal-politiki ffinanzjati mill-UE;

45.  Jilqa' r-referenza li tinsab fl-ittra ta' intenzjoni mehmuża mad-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 għal proposta biex tiġi stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol sabiex ikun hemm kemm tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-suq tax-xogħol fil-livelli kollha u ġestjoni aħjar tas-sitwazzjonijiet transkonfinali, kif ukoll inizjattivi ulterjuri li jappoġġaw il-mobilità ġusta;

46.  Jirrikonoxxi s-suċċess tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fit-tnaqqis tar-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u, b'mod partikolari, fl-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri, bir-riżultat li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ laħqet madwar 48 % tal-irġiel u 52 % tan-nisa;

47.  Jitlob, fil-kuntest tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. l-implimentazzjoni sħiħa kemm tad-Direttiva 2000/78/KE dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol kif ukoll tad-Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom;

48.  Iqis neċessarju li l-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu b'miżuri pożittivi sabiex ikun żgurat li n-nisa u l-bniet jirċievu offerti ta' impjiegi ta' kwalità tajba u ma jiġux impjegati jew maqbuda f'impjiegi prekarji, b'salarji mhux imħallsa biżżejjed u impjiegi temporanji bi drittijiet limitati jew bl-ebda dritt bħala ħaddiema;

49.  Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data statistika diżaggregata skont il-ġeneru sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tniedi valutazzjoni tal-impatt tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-influwenza tagħha fuq il-bilanċ bejn il-ġeneri sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha;

50.  Jistieden lill-Istati Membri jsibu modi kif jappoġġaw id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni jew it-taħriġ ta' nisa żgħażagħ, billi jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, u l-għoti ta' servizzi għall-indukrar tat-tfal u tal-adulti, u billi jippromwovu paga ugwali għal ħaddiema nisa u rġiel għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;

51.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu sforz ulterjuri biex itejbu l-miżuri fis-sistemi edukattivi li jgħinu liż-żgħażagħ f'riskju jibqgħu protetti;

52.  Jinnota bi tħassib li l-aktar rapporti ta' valutazzjoni riċenti[11] indikaw li matul l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tagħha, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kellha t-tendenza li tiffoka l-aktar fuq NEETs b'livell għoli ta' edukazzjoni, aktar milli fuq dawk bi ftit ħiliet, mhux attivi u mhux irreġistrati mis-servizzi pubbiċi tal-impjiegi;

53.  Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw dan in-nuqqas sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ billi jiżviluppaw, fost affarijiet oħrajn, miżuri ta' segwitu speċifiċi bil-għan li jiġu implimentati politiki dwar iż-żgħażagħ ibbażati aktar fuq l-evidenza, effettivi u sostenibbli;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tippermetti liż-żgħażagħ kollha fil-grupp ta' età identifikat jirreġistraw u jieħdu sehem b'mod effikaċi fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ[12];

55.  Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' regolamentazzjoni tal-offerti ta' traineeships fis-suq miftuħ f'dak li jirrigwarda t-trasparenza tar-reklutaġġ, id-durata u r-rikonoxximent, u jinnota li ftit biss huma l-Istati Membri li stabbilew kriterji minimi tal-kwalità, inkluż għall-fini ta' monitoraġġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

56.  Jirrikonoxxi li l-investimenti tal-baġit tal-UE permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ħallew impatt, u għaġġlu l-espansjoni tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ; iqis li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tirrappreżenta valur miżjud tal-UE ċar, peress li bosta skemi ta' impjieg taż-żgħażagħ ma setgħux jiġu implimentati mingħajr l-impenn tal-UE;

57.  Jinnota li l-allokazzjoni finanzjarja oriġinali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-QFP 2014-2020 kienet ta' EUR 6,4 biljun, li EUR 3,2 biljun minnhom oriġinaw minn linja baġitarja ddedikata, u ġew imqabbla b'ammont ugwali mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

58.  Jissottolinja li, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, ġiet approvata politikament allokazzjoni addizzjonali ta' EUR 1,2 biljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu 2017-2020, li għandha tiġi mqabbla b'ammont ugwali mill-FSE; jenfasizza, madankollu, li l-allokazzjoni finali għal dan il-programm se tiġi determinata matul il-proċeduri baġitarji annwali li ġejja;

59.  Jilqa' l-fatt li, fuq insistenza min-naħa tal-Parlament, ir-riżultat tal-proċess ta' konċiljazzjoni dwar il-baġit tal-UE għall-2018 kien żieda fl-allokazzjoni speċifika proposta oriġinarjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ta' EUR 116,7 miljun f'approprjazzjonijiet ġodda, biex issa din tammonta għal total ta' EUR 350 miljun fl-2018; jinnota l-impenn unilaterali mill-Kummissjoni li tipproponi żieda addizzjonali ta' finanzjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ permezz ta' baġit emendatorju f'każ li l-kapaċità ta' assorbiment tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tippermetti żieda;

60.  Iqis li l-baġit ġenerali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma jissodisfax id-domanda reali u r-riżorsi meħtieġa biex jigi żgurat li l-programm jilħaq il-miri tiegħu; ifakkar li bħala medja, 42 % tan-NEETs biss ġew milħuqa u din iċ-ċifra taqa' għal anqas minn 20 % f'għadd ta' Stati Membri; jitlob, għalhekk, żieda sinifikanti fl-allokazzjoni għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ skont il-QFP li jmiss, u li l-Istati Membri jipprevedu skemi għall-impjiegi taż-żgħażagħ fil-baġits nazzjonali tagħhom;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm konsistenza fost l-investimenti fir-rigward tal-impjiegi taż-żgħażagħ billi tippromwovi sinerġiji bejn is-sorsi disponibbli u toħloq regoli omoġenji ppreżentati fi gwida olistika, bil-għan li jiġu żgurati impatt akbar, sinerġiji aħjar, aktar effikaċja u simplifikazzjoni fil-prattika; ifakkar fil-prijorità li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni; jenfasizza kemm l-importanza tar-rapporti speċifiċi għall-pajjiż dwar il-finanzjament tal-iskemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ li jimmonitorjaw ukoll is-sinerġiji bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE, kif ukoll il-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar u kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-partijiet interessati ewlenin fil-proċess;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar tal-investimenti fir-rigward tal-impjiegi taż-żgħażagħ wara l-2020 billi tapplika bis-sħiħ l-approċċ użat fl-ipprogrammar tal-Fondi SIE, fejn il-finanzjament huwa suġġett għal ippjanar preliminari komprensiv u għal evalwazzjoni ex-ante li tiġi segwita mill-konklużjoni tal-ftehimiet ta' sħubija; iqis li dan l-approċċ iżid l-impatt tal-baġit tal-UE; jinnota l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri, bi programmi operattivi ddedikati u b'kontribuzzjonijiet sinifikanti mill-baġits nazzjonali u reġjonali;

63.  Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tfassal mill-ġdid il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni attwali billi tiffoka fuq kriterji unifikati ta' eżitu u fuq l-awditjar tal-prestazzjoni fil-proċess tar-rappurtar annwali u finali sabiex jiġi mmonitorjat aħjar l-impatt tal-baġit tal-UE; jitlob l-applikazzjoni ta' indikaturi mifruxa mal-UE kollha, bħas-sehem ta' parteċipanti fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li jidħlu fis-suq tax-xogħol primarju bħala riżultat ta' interventi ffinanzjati mill-UE;

64.  Jisħaq, madankollu, li r-riforma fl-ippjanar u r-rappurtar ma għandhiex tittardja l-implimentazzjoni tal-baġit u ma għandhiex tiġġenera piż amministrattiv eċċessiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u partikolarment għall-benefiċjarji finali;

65.  Jirrikonoxxi li l-piż amministrattiv eżistenti jxekkel il-kapaċità ta' investiment tal-baġit tal-UE, speċjalment fil-każ ta' strumenti b'perjodi ta' implimentazzjoni aktar qosra bħall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jitlob, għalhekk, proċeduri ta' sejħiet għall-offerti aktar allinjati b'enfasi fuq it-tħejjija mħaffa tal-offerti u proċeduri aktar qosra biex tiġi appellata deċiżjoni; jinnota l-effett pożittiv iġġenerat mill-użu tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs) fin-nefqa tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jitlob l-introduzzjoni tal-SCOs fil-proġetti tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mifruxa madwar l-UE kollha sabiex titnaqqas b'mod sinifikanti l-burokrazija żejda u titħaffef l-implimentazzjoni baġitarja.

66.  Jenfasizza li minn issa l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija l-fond bl-aħjar prestazzjoni fost il-Fondi SIE kollha f'termini ta' implimentazzjoni finanzjarja;

67.  Jilqa' l-fatt li l-miżuri tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdew appoġġ għal aktar minn 1,6 miljun żagħżugħ, u wasslu biex l-Istati Membri kkonsolidaw operazzjonijiet li kienu jammontaw għal aktar minn EUR 4 biljun;

68.  Jinnota li nuqqas ta' informazzjoni dwar l-ispiża potenzjali tal-implimentazzjoni ta' skema fi Stat Membru jista' jirriżulta f'finanzjament inadegwat għall-implimentazzjoni tal-iskema u l-ilħuq tal-objettivi tagħha; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu analiżi ex-ante u jfasslu ħarsa ġenerali tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

69.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġu stabbiliti sistemi ta' monitoraġġ anqas burokratiċi u aktar aġġornati għall-bqija tal-finanzjament tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

70.  Jitlob enfasi fuq ir-riżultati tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, billi jiġu definiti indikaturi konkreti marbuta ma' servizzi ġodda u miżuri ta' appoġġ tas-suq tax-xogħol stabbiliti permezz tal-programm fl-Istati Membri u n-numru ta' kuntratti permanenti offruti;

71.  Jemmen li, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-iskemi, jeħtieġ li jiġu evalwati l-aspetti kollha, inkluż il-valur għall-flus tal-iskema; jinnota l-istimi preċedenti tal-ILO u l-Eurofound, u jitlob lill-Kummissjoni tikkonferma jew taġġorna dawn il-projezzjonijiet;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu għanijiet realistiċi u li jistgħu jinkisbu, jivvalutaw id-disparitajiet, janalizzaw is-suq qabel l-implimentazzjoni tal-iskemi, u jtejbu s-sistemi ta' superviżjoni u ta' notifika;

°

°  °

73.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika li bdiet fl-2008 wasslet għal żieda qawwija fl-għadd ta' persuni li spiċċaw qiegħda. Il-persuni żgħażagħ, li tipikament ikunu f'sitwazzjoni fejn qed ifittxu l-ewwel impjieg tagħhom, ikunu fuq kuntratti temporanji, jew ikunu l-ewwel li jitilfu xogħolhom minħabba r-regola ta' tkeċċija li skonthom joħroġ l-ewwel min ikun daħal l-aħħar, intlaqtu speċjalment ħażin. Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ telgħet minn 15 % fl-2008 għal massimu ta' 24 % fil-bidu tal-2013, għalkemm din ir-rata medja taħbi d-diverġenzi enormi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-2013 baqa' qrib l-10 % fil-Ġermanja, l-Awstrija u n-Netherlands, filwaqt li laħaq l-quċċata qrib l-40 %, jew sew aktar minn hekk fl-Italja, Spanja, il-Kroazja u l-Greċja. Barra minn hekk, il-kriżi żiedet id-distakk taż-żgħażagħ mis-suq tax-xogħol, fejn l-għadd ta' żgħażagħ mhux f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) laħaq is-7,3 miljun fl-2013 (13 % taż-żgħażagħ kollha ta' bejn il-15 u l-24 sena).

Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, u bi tweġiba għal proposta tal-Kummissjoni u wara li ripetutament ġie magħfus mill-Parlament biex jieħu azzjoni urġenti, fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill, permezz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill, stabbilixxa Garanzija għaż-Żgħażagħ, li biha l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li ż-żgħażagħ jirċievu offerta ta' kwalità tajba ta' impjieg, edukazzjoni kontinwa, u apprendistat jew traineeship fi żmien perjodu ta' erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni formali. B'mod parallel, fi Frar 2013 il-Kunsill Ewropew qabel li joħloq l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, sabiex tkun l-istrument baġitarju prinċipali tal-UE – marbut mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) – biex jgħin lir-reġjuni fl-Istati Membri li jesperjenzaw livelli partikolarment għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ jindirizzaw is-sitwazzjoni, b'mod partikolari billi jiġu introdotti l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Il-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ġie stabbilit għal EUR 6,4 biljun, li jinkludi EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja speċifika ġdida tal-UE, li ġiet imqabbla b'EUR 3,2 biljun mill-allokazzjonijiet nazzjonali taħt l-FSE. Bl-intenzjoni li jiġi indirizzat malajr il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-baġit tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ – f'termini ta' impenji – ġie antiċipat għall-perjodu 2014-2015.

Ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament skont l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma dawk li kellhom rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ta' aktar minn 25 % għaż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena fl-2012 u l-Istati Membri b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 20 % u li jirreġistraw żieda f'dik ir-rata ta' aktar minn 30 % fl-2012. Filwaqt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija impenn għall-UE kollha, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija mmirata biss għal dawk l-Istati Membri u r-reġjuni fejn ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huma l-agħar, u li eventwalment ikkonċernat, parzjalment jew totalment, 20 Stat Membru. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija mmirata għaż-żgħażagħ qiegħda sal-età ta' 24 (inkluża), waqt li toffri lill-Istati Membri l-għażla (li ntużat minn għaxra minnhom) li jestendu l-limitu tal-età anki sa 29 sena.

L-għan ta' dan ir-rapport ta' implimentazzjoni huwa li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fil-funzjoni tagħha bħala l-istrument ewlieni ta' finanzjament tal-UE biex twettaq l-objettivi stabbiliti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, kif ukoll li jippreżenta rakkomandazzjonijiet ta' politika dwar kif jista' jittejjeb il-funzjonament tagħha fil-futur, filwaqt li jieħu kont tal-esperjenza miksuba u d-data miġbura fl-ewwel tliet snin minn mindu tnediet l-inizjattiva.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport, ir-rapporteur ibbażat il-konklużjonijiet tagħha b'mod partikolari fuq: Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ wara tliet snin"[13]; ir-rapport speċjali rilevanti mill-Qorti tal-Awdituri; studji kkummissjonati mid-dipartiment tematiċi tal-Parlament; valutazzjoni interna tal-implimentazzjoni mill-EPRS; u rapporti mill-Kumitat tal-Impjiegi tal-Kunsill (EMCO). Fil-proċess tal-abbozzar tar-rapport, ir-rapporteur iltaqgħet ma' diversi partijiet ikkonċernati, inklużi rappreżentanti taż-żgħażagħ, is-sħab soċjali, l-esperti akkademiċi u l-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom x'jaqsmu mal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u/jew l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, kif ukoll wettqet missjonijiet, inkluża missjoni ta' ġbir ta' fatti fis-Slovenja u l-Kroazja.

Riżultati

Fid-dawl taż-żieda qawwija fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-ambizzjoni ewlenija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kienet li tippermetti l-mobilitazzjoni rapida ta' fondi fir-reġjuni l-aktar milquta. Biex jiġi ffaċilitat l-għoti rapidu, l-infiq fuq proġetti tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ sar eliġibbli mill-1 ta' Settembru 2013 u l-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kien antiċipat għall-2014 u l-2015. Meta nnotat sinjali li l-pass tal-implimentazzjoni attwali kien waqa' aktar lura milli mistenni, fi Frar 2015 il-Kummissjoni pproponiet żieda sinifikanti fir-rata ta' prefinanzjament, minn 1-1,5 % għal 30 %, biex b'hekk ħelset sa EUR 1 biljun għal finanzjament immedjat. Fuq il-bażi tad-data disponibbli llum, wieħed għandu jinnota li l-ambizzjoni ta' mobilitazzjoni rapida ta' fondi kkonkretizzat ruħha biss f'ħames Stati Membri (il-Greċja, l-Italja, Franza, il-Portugall u Spanja). Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti għal approċċ ta' sħubija u passi tal-bidu oħrajn setgħu ħadu aktar żmien milli mistenni u ħafna Stati Membri damu biex nnominaw l-awtoritajiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jitolbu finanzjament għall-nfiq.

L-ambizzjoni ewlenija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija li tilħaq lin-NEETs, anki jekk ma jkunux qed ifittxu xogħol b'mod attiv. Il-valutazzjonijiet disponibbli s'issa jindikaw li l-Istati Membri jesperjenzaw diffikultajiet biex jidentifikaw il-popolazzjoni tan-NEETs tagħhom (speċjalment dawk inattivi) u jimmiraw l-azzjonijiet tagħhom lejhom, li jista' jikkawżalhom li jimmirawhom lejn żgħażagħ qiegħda li huma aktar viżibbli u aktar faċli biex jiġu integrati. L-aktar rapport riċenti mill-Qorti tal-Awdituri, li kienet ibbażat fuq verifika tal-prestazzjoni f'seba' Stati Membri (ħamsa għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ), esprima tħassib serju fir-rigward tal-istrateġiji li rriżultaw li ntużaw biex jistabbilixxu l-popolazzjoni fil-mira tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ("superfiċjali u ġeneriċi").

Filwaqt li l-għan globali tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa l-integrazzjoni sostenibbli tan-NEETs fis-suq tax-xogħol, hija tistabbilixxi approċċ individwalizzat li għandu jwassal għal offerta ta' kwalità tajba, ittejjeb l-impjegabbiltà ta' persuna żagħżugħa, filwaqt li f'kuntest usa' idealment tgħin biex tindirizza in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol (reġjonali). Dawn il-kundizzjonijiet kollha huma essenzjali sabiex il-finanzjament fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ikun effettiv u effiċjenti. Il-Kummissjoni kkomunikat li l-awtoritajiet ta' ġestjoni kollha rrappurtaw il-prattika li jistabbilixxu pjan ta' azzjoni personalizzati għal kull benefiċjarju tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Għall-kuntrarju, il-Qorti tal-Awdituri tirrapporta li Stat Membru wieħed biss qiegħed, b'mod sistematiku, iqis in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet, filwaqt li l-Istati Membri (awditjati) kollha qed japplikaw xi tip ta' tfassil tal-profil tan-NEETs - kultant bl-użu ta' sistemi eżistenti, kultant billi jintroduċu oħrajn ġodda. Diversi Stati Membri introduċew definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi offerta ta' kwalità tajba. Rapport tal-Qorti tal-Awdituri preċedenti rrakkomanda li l-Kummissjoni għandha, flimkien mal-EMCO, tfassal standards għal offerta ta' kwalità tajba. Dan minnu nnifsu jimplika li fil-preżent il-kwalità tal-offerti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ iffinanzjati (parzjalment) mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma tistax jiġi vverifikata.

Fl-2015, l-ILO stmat l-ispiża tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fit-28 pajjiż tal-UE għal madwar EUR 45 biljun fis-sena; Għandu jitfakkar li l-għan tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li ġiet allokata baġit ta' EUR 6,4 biljun għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, huwa li tikkumplimenta l-finanzjament nazzjonali, u mhux li tissostitwih. Madankollu, fuq il-bażi tad-data ta' implimentazzjoni il-Qorti tal-Awdituri tindika r-riskju li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tissostitwixxi l-finanzjament nazzjonali, billi tiġbed l-attenzjoni, pereżempju, li fil-kampjun tagħha il-maġġoranza tal-miżuri li jirċievu finanzjament taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ diġà kienu jeżistu qabel l-introduzzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ/Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tosserva li l-eżistenza ta' programmi operazzjonali li jissostanzjaw biss parzjalment l-allokazzjoni tal-fondi disponibbli tkompli żżid id-diffikultajiet fil-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-finanzjament permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

Il-mistoqsija hija jekk il-finanzjament tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tal-UE huwiex jintnefaq tajjeb u jekk iż-żgħażagħ maqtugħa mis-suq tax-xogħol humiex fil-fatt jiġu megħjuna jiksbu impjieg sostenibbli tista' titwieġeb biss jekk l-operazzjonijiet jiġu mmonitorjati mill-qrib u l-ġbir ta' data li wieħed jista' joqgħod fuqha jiġi assigurat. Billi hija marbuta mal-FSE, in-nefqa tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija suġġetta għal rekwiżiti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-operazzjonijiet mill-Istati Membri, inkluż l-obbligu li jitfasslu indikaturi tar-riżultati immedjati u fit-tul. Il-Kummissjoni ħarġet gwida prattika addizzjonali sabiex tiżgura rappurtar konsistenti u effettiv. Il-Qorti tal-Awdituri, filwaqt li bbażat ruħha fuq il-kampjun tagħha, tesprimi tħassib dwar id-disponibbiltà (f'waqtha) u l-kwalità tad-data, li fl-assenza tagħhom ma tkunx possibbli li ssir valutazzjoni tajba tal-affidabbiltà tar-rappurtar.

Il-fehmiet tar-Rapporteur

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġiet stabbilita biex tgħin liż-żgħażagħ qiegħda billi tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġjuni li jkunu qed jitħabtu ma' rati għoljin ħafna ta' qgħad u ta' inattività fost iż-żgħażagħ. B'dan il-mod, il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ saret prijorità politika kondiviża tal-UE, u għandha tibqa' hekk fil-futur.

Hemm differenzi kbar ħafna fil-qgħad fost iż-żgħażagħ bejn l-Istati Membri. Għalhekk il-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu sfida kbira fl-UE. Ir-rapporteur temmen li, bħala kwistjoni tal-akbar importanza, jeħtieġ li jkun hemm sforzi li jibqgħu għaddejin.

Minkejja l-fatt li l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa prijorità urġenti u li ammont konsiderevoli ta' fondi tal-UE u nazzjonali qed jintefqu fuqu, għandu jiġi enfasizzat li l-ewwel valutazzjonijiet ta' implimentazzjonijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni limitata disponibbli s'issa.

Minħabba l-implimentazzjoni mhux uniformi madwar l-Istati Membri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-proċess ta' monitoraġġ u valutazzjoni huwa sfida kbira. Hemm nuqqas ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati u l-eżiti ppruvati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Ir-rapporteur jiddispjaċiha dwar l-inkonsistenza fil-monitoraġġ, li jwassal għal nuqqas ta' riżultati viżibbli.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kosteffettività tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, huwa diffiċli li wieħed ikejjel is-suċċess tagħha. Huwa għalhekk issuġġerit li, fi ħdan is-sistema ta' monitoraġġ u rappurtar, it-trasparenza fir-rigward ta' kif qed jintefqu l-flus għandha tiġi enfasizzata u mtejba. Speċifikament ir-rapporteur tistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-provvista ta' data ta' segwitu biex tiġi vvalutata s-sostenibilità fuq terminu twil tar-riżultati; Barra minn hekk, ir-rapporteur tipproponi li r-rekwiżiti ta' rappurtar għandhom jiġu implimentati b'tali mod li kull Stat Membru jkun jista' jagħti rapporti komparabbli, iddettaljati u sustanzjati.

Madankollu, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ qed jibda jkollha ħafna impatti pożittivi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, billi tiffunzjona bħala mutur għall-bidla fil-politiki, u għandha tibqa' hekk. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kienet ukoll kapaċi timbotta lill-awtoritajiet pubbliċi jkunu aktar innovattivi u li jiffukaw aktar fuq l-iżgurar ta' approċċi individwalizzati fir-rigward ta' miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ. Ir-rapporteur temmen li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għad għandha ħafna spazju biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha.

Ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tiffoka fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ fuq perjodu twil, għaliex dan jista' jwassal għall-iżolament u jista' jdgħajjef is-sens ta' appartenenza taż-żgħażagħ. Ir-rapporteur tinsab mħassba dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ li jikkawża telf sostanzjali ħafna f'termini ta' investiment pubbliku u privat, minħabba l-potenzjal mhux użat tal-kapital uman taż-żgħażagħ qiegħda.

L-informazzjoni disponibbli dwar il-kopertura tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ b'mod ġenerali turi li huwa biss persentaġġ żgħir tal-popolazzjoni tan-NEETs li qed tintlaħaq. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar sforz biex isibu mezzi biex jidentifikaw lin-NEETS inattivi u amministrattivament esklużi u biex jistabbilixxu strateġiji ta' komunikazzjoni xierqa. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tkun aktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod speċjali dawk bi ftit ħiliet u dawk affettwati minn qgħad fit-tul. Ir-rapporteur tappella għal involviment akbar għal dawk iż-żgħażagħ li huma l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, pereżempju ż-żgħażagħ b'diżabilitajiet. F'dan il-kuntest ir-rapporteur tenfasizza l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri. L-iskambji transkonfinali u transkulturali tal-esperjenzi jista' jwassal għal tagħlim reċiproku, li jista' jinfluwenza u jtejjeb l-effikaċja tal-attivazzjoni ta' gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol. Il-miżuri kollha fil-qafas tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandhom ikunu f'konformità mas-sistemi ta' appoġġ soċjali nazzjonali ta' protezzjoni.

L-ewwel data ta' implimentazzjoni disponibbli tirrifletti ċ-ċirkostanza li, fil-qafas tal-programmi tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-kwalità tal-offerti tal-impjiegi sikwit hija diskutibbli. Barra minn hekk, is-swieq tax-xogħol qegħdin kontinwament jinbidlu, u dan jikkawża nuqqas ta' impjiegi stabbli u permanenti. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti standards minimi dwar x'jikkostitwixxi offerta ta' kwalità. Kif tirrakkomanda l-Qorti tal-Awdituri, l-offerti li jitqiesu ta' kwalità tajba għandhom dejjem jikkorrispondu mal-profil tal-parteċipant u mad-domanda tas-suq tax-xogħol. Hekk biss ikun possibbli li tinkiseb integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol.

Ir-rapporteur tissuġġerixxi li sabiex titkompla t-tendenza li jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-finanzjament mogħti għandu jkun immirat aħjar. Ir-rapporteur għalhekk tissuġġerixxi wkoll li għandu jiġi investigat jekk il-bidla tal-kejl ta' persuni qiegħda mir-reġjuni NUTS2 attwali għar-reġjuni iżgħar NUTS2 twassalx għal distribuzzjoni aktar preċiża u utli tal-finanzjament. 

Ir-rapporteur tissuġġerixxi wkoll li l-multipliċità hija kruċjali għall-finanzjament, li jfisser li din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata b'mod olistiku mill-mezzi ta' finanzjament fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali. Livell wieħed m'għandux jeskludi lill-oħrajn, billi d-deċentralizzazzjoni hija kruċjali sabiex iż-żgħażagħ jintlaħqu aktar u jiġu jaffettwati direttament. Bi struttura bħal din fis-seħħ, il-finanzjament għandu jkun aktar aċċessibbli.

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandu jibqa' jkollha l-għan li tgħin liż-żgħażagħ kollha fir-reġjuni eliġibbli jiksbu l-ewwel esperjenza ta' xogħol tagħhom, peress li l-kisba tal-ewwel impjieg tagħhom normalment huwa l-aktar kompitu diffiċli. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tkompli tkun immirata sabiex b'mod attiv tipprovdi tranżizzjonijiet għal impjieg permanenti.

Ir-rapporteur tinnota li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hija wieħed mill-istrumenti ddisinjati sabiex ikunu utilizzati meta l-ekonomiji tal-UE ma jkunux qed jiffunzjonaw tajjeb, u dan it-tip ta' strument, għalhekk, għandu jitqies bħala għajnuna biex tingħata dik l-ispinta żejda għall-kisba ta' impatt pożittiv fuq il-ħolqien tal-impjiegi. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ m'għandha bl-ebda mod tieħu post il-finanzjament nazzjonali u l-miżuri nazzjonali diġà eżistenti, u lanqas m'għandha timmina l-fatt li huma biss il-politiki ekonomiċi sodi li jistgħu joħolqu tkabbir fl-impjieg. L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tibqa' marbuta mill-qrib mal-prinċipji ekonomiċi bażiċi u mal-ispirtu ta' attivazzjoni tas-suq tax-xogħol, u għaldaqstant għandha tikkonforma mal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol.

Ir-rapporteur tissuġġerixxi li, fejn jidħol il-finanzjament nazzjonali u tal-UE fil-qasam tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-aspettattivi għandhom ikunu aktar realistiċi u l-għanijiet u l-miri għandhom ikunu jistgħu jintlaħqu. Ir-rapporteur hija tal-fehma u tirrakkomanda li l-miżuri li għaddejjin u l-perjodu ta' implimentazzjoni għandhom jiġu estiżi lil hinn mill-2020.

  • [1]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
  • [2]  ĠU L 126, 21.5.2015, p. 1.
  • [3]  ĠU C 120, 26.4.2013, p 1.
  • [4]  Testi adottati, P8_TA(2017)0390.
  • [5]  ĠU C 264 E, 13.09.2013, p. 69.
  • [6]  ĠU L 113, 29.4.2017, p. 56.
  • [7]  Ir-rapport tal-Kummisjoni ta' Diċembru 2013, bit-titolu "Employment and Social Developments in Europe 2013" (L-Impjieg u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa 2013).
  • [8]  Ir-rapport tal-Eurofound ta' Awwissu 2014 intitolat "Profili okkupazzjonali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol: Identifikazzjoni tal-gruppi bi żvantaġġi multipli".
  • [9]  Miżuri oħra jinkludu, l-inizjattiva "Żgħażagħ Attivi", imnedija f'Settembru 2010, l-"Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ", imnedija f'Diċembru 2011 u l-inizjattiva "Gruppi ta' Azzjoni għaż-Żgħażagħ" imnedija f'Jannar 2012.
  • [10]  ĠU C 120, 26.4.2013, p 1.
  • [11]  Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; Ir-Rapport Finali tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta' Ġunju 2016 dwar l-ewwel riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara (COM(2016)0646); L-Analiżi fil-Fond mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea".
  • [12]  Il-qafas leġiżlattiv ta' ċerti pajjiżi jiddefinixxi lil ċerti żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'diżabilitajiet severi, bħala "mhux kapaċi jaħdmu". Dawn ma jistgħux jirreġistraw mas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u, għaldaqstant, ma jistgħux jieħdu sehem fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
  • [13]  COM(2016)0646.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (24.11.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri
(2017/2039(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Andrey Novakov

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi 16-il miljun NEET (barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ) daħlu fi skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) ipprovdiet appoġġ dirett lil aktar minn 1,6 miljun żagħżugħ fl-UE; jinnota li għadd għoli wisq li mhuwiex aċċettabbli ta' żgħażagħ (16,6 % fl-UE 28 u 18,7 % fiż-żona tal-euro) għadhom qiegħda;

B.  billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE naqas minn 23,7 % fl-2014 għal anqas minn 17 % fit-tieni kwart tal-2017, b'aktar minn 1,8 miljun żgħażagħ qiegħda anqas u b'aktar minn 1 miljun NEET anqas;

C.  billi l-YEI wasslet lill-Istati Membri biex jadottaw aktar minn 132 miżura tas-suq tax-xogħol immirati lejn iż-żgħażagħ;

D.  billi ġie impenjat 75 % tat-total tal-baġit tal-YEI u l-Istati Membri diġà investew 19 % ta' dan il-baġit, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-YEI hija l-ogħla fost il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE);

E.  billi bosta rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-YEI juru li minkejja t-tħassib dwar l-adegwatezza tal-finanzjament u tal-estimi tal-investiment totali meħtieġ, ir-riżorsi disponibbli huma ffokati b'suċċess fuq it-talba reġjonali billi saret enfasi fuq reġjuni speċifiċi u fuq gruppi ta' benefiċjarji;

1.  Jirrikonoxxi li l-investimenti mill-baġit tal-UE permezz tal-YEI kellhom impatt, u għaġġlu l-espansjoni tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ; iqis li l-YEI tirrappreżenta valur miżjud ċar għall-UE, peress li bosta skemi ta' impjieg taż-żgħażagħ ma setgħux jiġu implimentati mingħajr l-impenn tal-UE;

2.  Jinnota li l-allokazzjoni finanzjarja oriġinali għall-YEI fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020 kienet ta' EUR 6,4 biljun, li EUR 3,2 biljun minnhom oriġinaw minn linja baġitarja ddedikata, u ġew korrisposti b'ammont indaqs mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE); ifakkar li minħabba l-urġenza biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, kien deċiż li l-ammont totali jiġi fornut minn qabel għas-snin 2014-2015;

3.  Jissottolinja li, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, ġiet approvata politikament allokazzjoni addizzjonali ta' EUR 1,2 biljun għall-YEI għall-perjodu 2017-2020, li għandha tiġi korrisposta b'ammont indaqs mill-FSE; jenfasizza, madankollu, li l-allokazzjoni finali għal dan il-programm se tiġi determinata matul il-proċeduri baġitarji annwali ġejjiena;

4.  Jilqa' l-fatt li, wara t-talba qawwija tal-Parlament Ewropew, ir-riżultat tal-konċiljazzjoni dwar il-baġit tal-UE għall-2018 kien li tiżdied l-allokazzjoni speċifika proposta oriġinarjament għall-YEI b'EUR 116,7 miljun ta' approprjazzjonijiet ġodda, u b'hekk l-ammont totali jiżdied għal EUR 350 miljun fl-2018; jinnota impenn unilaterali mill-Kummissjoni li tipproponi żieda addizzjonali ta' finanzjament għall-YEI permezz ta' baġit emendatorju f'każ li l-kapaċità ta' assorbiment tal-YEI tippermetti żieda;

5.  Iqis li l-baġit ġenerali għall-YEI ma jissodisfax id-domanda reali u r-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li l-programm jilħaq il-miri tiegħu; ifakkar li bħala medja, 42 % tan-NEETs biss ġew milħuqa u din iċ-ċifra taqa' għal anqas minn 20 % f'numru ta' Stati Membri; jitlob, għalhekk, għal żieda sinifikanti fl-allokazzjoni għall-YEI skont il-QFP li jmiss u li l-Istati Membri jagħmlu dispożizzjoni għal skemi għall-impjiegi taż-żgħażagħ fil-baġits nazzjonali tagħhom; iqis il-YEI bħala miżura komplementari għall-iskemi nazzjonali u jemmen li dan għandu jiġi kkomplementat b'miżuri li jappoġġaw it-tkabbir u l-attivitajiet speċifiċi fl-Istati Membri;

6.  Iqis li sabiex jiġi żviluppat Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettiv bħala mezz biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-Fondi Strutturali jistgħu jintużaw b'mod aktar immirat għall-finanzjament taċ-ċentri tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) kif ukoll biex tittieħed kull azzjoni rilevanti b'appoġġ għall-apprendistati; iqis li, skont il-livell ta' żvilupp reġjonali, dan l-appoġġ għandu jkun rifless aħjar fil-prijoritajiet ta' investiment tal-FSE (għall-kumpens tal-ħidma ta' apprendist u għall-kopertura tas-sigurtà soċjali) kif ukoll tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-forniment ta' infrastruttura u tagħmir għaċ-ċentri VET;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm konsistenza fl-investimenti fir-rigward tal-impjiegi taż-żgħażagħ billi tħeġġeġ sinerġiji bejn is-sorsi disponibbli u toħloq regoli omoġenji ppreżentati fi gwida olistika, bil-għan li jiġu żgurati impatt akbar, sinerġiji aħjar, aktar effikaċja u simplifikazzjoni fuq il-post; ifakkar fil-prijorità li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta' rapporti speċifiċi għall-pajjiż dwar il-finanzjament ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ li jimmonitorjaw ukoll is-sinerġiji bejn il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE, kif ukoll il-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar u kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-partijiet interessati ewlenin fil-proċess;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-ippjanar tal-investimenti fir-rigward tal-impjiegi taż-żgħażagħ wara l-2020 billi tapplika bis-sħiħ l-approċċ użat fl-ipprogrammar tal-Fondi SIE, fejn il-finanzjament huwa suġġett għal ippjanar preliminari komprensiv u għal evalwazzjoni ex-ante segwita minn ftehimiet ta' sħubija; iqis li dan l-approċċ iżid l-impatt tal-baġit tal-UE; jinnota l-implimentazzjoni b'suċċess tal-YEI fl-Istati Membri permezz ta' programmi operattivi ddedikati u b'kontribuzzjonijiet sinifikanti mill-baġits nazzjonali u reġjonali;

9.  Iqis li l-finanzjament għall-impjieg taż-żgħażagħ għandu jitwassal billi jinżamm bilanċ ġust bejn l-istrumenti finanzjarji u l-kontribuzzjonijiet mhux rifondibbli;

10.  Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tfassal mill-ġdid il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni attwali billi tiffoka fuq il-kriterji unifikati tar-riżultat u l-awditjar tal-prestazzjoni fil-proċess tar-rappurtar annwali u finali sabiex jiġi mmonitorjat l-impatt tal-baġit tal-UE f'perspettiva ameljorattiva; jappella għal applikazzjoni ta' indikaturi mifruxa mal-UE kollha, bħas-sehem ta' parteċipanti fil-YEI li jidħlu fis-suq tax-xogħol primarju bħala riżultat ta' interventi ffinanzjati mill-UE;

11.  Jisħaq madankollu, li r-riforma fl-ippjanar u r-rappurtar ma għandhiex tittardja l-implimentazzjoni tal-baġit u ma għandhiex tiġġenera piż amministrattiv eċċessiv għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u speċjalment għall-benefiċjarji aħħarija;

12.  Jirrikonoxxi li l-piż amministrattiv eżistenti jxekkel il-kapaċità ta' investiment tal-baġit tal-UE, speċjalment fil-każ ta' strumenti b'perjodi ta' implimentazzjoni aktar qosra bħall-YEI; jappella, għalhekk, għal proċeduri ta' sejħiet għall-offerti aktar allinjati b'enfasi fuq it-tħejjija mħaffa tal-offerti u appelli aktar qosra għall-proċeduri ta' deċiżjoni; jinnota l-effett pożittiv iġġenerat mill-użu ta' għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs) fin-nefqa talYEI; jappella għall-introduzzjoni tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati fil-proġetti tal-YEI mifruxa madwar l-UE kollha sabiex titnaqqas b'mod sinifikanti l-burokrazija żejda u titħaffef l-implimentazzjoni baġitarja.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Răzvan Popa, Paul Rübig, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Javi López

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Gérard Deprez, Nedzhmi Ali, Urmas Paet

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Andrey Novakov, Esteban González Pons, Inese Vaidere, Ingeborg Gräßle, Jan Olbrycht, José Manuel Fernandes, Lefteris Christoforou, Monika Hohlmeier, Patricija Šulin, Paul Rübig, Reimer Böge, Siegfried Mureşan

S&D

Daniele Viotti, Iris Hoffmann, Javi López, Jean-Paul Denanot, Jens Geier, John Howarth, Manuel dos Santos, Răzvan Popa, Tiemo Wölken, Vladimír Maňka

VERTS/ALE

Indrek Tarand, Jordi Solé

5

-

ECR

Bernd Kölmel, Richard Ashworth

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (28.11.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri
(2017/2039(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Derek Vaughan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi sa mill-introduzzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi fl-1997, il-Kummissjoni appoġġat għadd ta' miżuri mfassla biex itejbu l-prospetti ta' impjiegi u edukazzjoni għaż-żgħażagħ[1]; billi, mill-kriżi s'issa, l-isforzi tal-UE poġġew enfasi partikolari fuq il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fuq l-Inizjattiva l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

B.  billi l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha l-għan li tappoġġa żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), lil żgħażagħ li ilhom qiegħda għal ħafna żmien u lil dawk li mhumiex reġistrati bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg, li jgħixu f'reġjuni fejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien aktar minn 25 % fl-2012;

C.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ikopru azzjonijiet differenti, u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha l-għan li tinkoraġixxi riforma strutturali fl-edukazzjoni filwaqt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hi strument ta' finanzjament u sservi ta' miżura fuq perjodu qasir ta' żmien li tiġġieled kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ; billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija ffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), mill-baġits nazzjonali u mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, filwaqt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tista' tiffinanzja l-għoti dirett ta' impjiegi, apprendistati, traineeships jew edukazzjoni kontinwa għall-grupp fil-mira tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fir-reġjuni eliġibbli; billi, għalkemm il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tapplika għat-28 Stat Membru, 20 Stat Membru biss huma eliġibbli għall-appoġġ mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; billi, fl-aħħar nett, filwaqt li l-intervent tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma għandux skadenza predefinita, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tirrikjedi li l-offerta ssir fi żmien erba' xhur; jinnota li ma kienx possibbli, f'kull pajjiż, li jiġi garantit li ż-żgħażagħ kollha li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ ikollhom l-opportunità li jaċċettaw offerta fi żmien erba' xhur, bażikament minħabba nuqqasijiet baġitarji;

D.  billi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ wasslet għall-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri, bl-għan li, b'mod partikolari, jallinjaw il-mudelli tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ mas-suq tax-xogħol sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha;

E.  billi fl-2015, sabiex titħaffef il-mobilizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, ittieħdet deċiżjoni biex ir-riżorsi disponibbli għall-prefinanzjament tal-inizjattiva jiżdiedu b'EUR 1 biljun, li tirrappreżenta żieda mill-1 sa 1,5 % inizjali għal 30 % għall-Istati Membri eliġibbli;

F.  billi fatturi esterni, bħas-sitwazzjoni ekonomika partikolari jew il-mudell ta' produzzjoni ta' kull reġjun, jinfluwenzaw il-kisba tal-miri stabbiliti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

G.  billi s'issa l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma tatx riżultati uniformi, u f'xi ċirkostanzi kien diffiċli li jiġu identifikati u vvalutati l-kontribuzzjonijiet tagħha;

1.  Jinnota li r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u b'mod partikolari l-perċentwal taż-żgħażagħ li la huma f'impjieg u lanqas fl-edukazzjoni u t-taħriġ, għadha għolja b'mod inaċċettabbli f'xi Stati Membri; jilqa, għalhekk, l-estensjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ sal-2020; huwa tal-fehma li għandu jittieħed kont tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u l-analiżi tal-kosteffikaċja ta' din l-iskema;

2.  Jissottolinja l-fatt li l-objettivi prinċipali tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma li tixpruna l-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ, u li tassisti lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi adegwati biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taż-żgħażagħ u l-appoġġ meħtieġ għalihom; jisħaq, għalhekk, li fil-futur, l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tkun ivvalutata skont il-kisbiet mwettqa fil-ħolqien jew fit-titjib tas-sistemi tal-Istati Membri ta' appoġġ għaż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol; huwa tal-fehma li biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tiffunzjona tajjeb, anke s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi lokali jridu jiffunzjonaw b'mod effikaċi;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kellha finanzjament kkonċentrat mill-bidu fis-snin 2014 u 2015, u li ż-żieda tal-prefinanzjament inizjali kellha l-għan li tiżgura l-mobilizzazzjoni rapida tar-riżorsi; jissottolinja li s'issa l-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ hija l-fond bl-aħjar prestazzjoni fost il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) kollha f'termini ta' implimentazzjoni finanzjarja;

4.  Jilqa' l-fatt li l-miżuri tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ipprovdew appoġġ lil aktar minn 1,4 miljun żagħżugħ, u wasslu biex l-Istati Membri kkonsolidaw operazzjonijiet li kienu jammontaw għal aktar minn EUR 4 biljun;

5.  Jinnota l-eżistenza ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b'riżultat ta' raġunijiet proċedurali u adozzjoni tardiva tal-QFP, tal-qafas leġiżlattiv u d-dewmien konsegwenti fil-ħatra tal-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti; iqis li dan huwa nuqqas tal-bażi ġuridika tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li għandu jingħeleb mill-Istati Membri permezz tal-implimentazzjoni rapida tal-finanzjament ikkonċentrat fil-bidu tal-perjodu;

6.  Jinnota li jkun tajjeb li Stati Membri li għadhom m'għamlux dan jistabbilixxu definizzjoni għal "offerta ta' kwalità"; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jużaw in-netwerks eżistenti biex jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' karatteristiċi fuq bażi komuni għal dan il-kunċett, billi jqisu s-sorsi eżistenti varji u b'kooperazzjoni mal-partijiet interessanti rilevanti[2], ibbażati fuq karatteristiċi, bħal pereżempju offerta li taqbel mal-livell tal-kwalifiki, il-profil u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-parteċipanti, li joffru opportunitajiet għal xogħol li jippermettulhom li jaqilgħu introjtu li jiggarantixxi l-għajxien, sabiex igawdu minn protezzjonijiet soċjali u biex jiġu offruti prospettivi għall-iżvilupp, li jwassluhom għal integrazzjoni sostenibbli li tkun imqabbla tajjeb fis-suq tax-xogħol;

7.  Jinnota li d-diskrepanza bejn il-ħiliet disponibbli u d-domandi tas-suq tax-xogħol għadha ta' sfida f'ħafna Stati Membri; jitlob lill-Kummissjoni biex, fi ħdan il-qafas tal-Kumitat tal-Impjiegi tal-Unjoni Ewropea (EMCO), tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti sabiex tindirizza din il-kwistjoni, u biex tiffoka fuq inizjattivi li se jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ lejn id-dinja tax-xogħol;

8.  Jappella biex jiġi żviluppati għarfien espert u kapaċitajiet speċifiċi fl-Istati Membri fi ħdan is-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi (PES), sabiex jingħata appoġġ lil dawk in-nies li ma jirnexxilhomx isibu impjieg fi żmien erba' xhur wara li jispiċċaw qiegħda jew wara li jħallu l-edukazzjoni formali;

9.  Jinnota li nuqqas ta' informazzjoni dwar l-ispiża potenzjali tal-implimentazzjoni ta' skema fi Stat Membru jista' jirriżulta f'finanzjament inadegwat għall-implimentazzjoni tal-iskema u biex jintlaħqu l-objettivi tagħha; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' indikaturi u miżuri li jivvalutaw u jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskemi pubbliċi għall-impjieg kif ukoll tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, peress li għalkemm sar provvediment mill-bidu għal sistema bħal din, għad fadal ħafna nuqqasijiet; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu analiżi ex-ante u jistabbilixxu idea ġenerali tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

10.  Jinsab imħasseb li d-data dwar il-benefiċjarji, ir-realizzazzjonijiet u r-riżultati tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ hi skarsa u spiss hi inkonsistenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ anqas burokratiċi u aktar aġġornati għall-bqija tal-finanzjament tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

11.  Jitlob li jkun hemm enfasi fuq ir-riżultati miksuba mill-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, billi jiġu stabbiliti indikaturi konkreti fil-forma ta' servizzi ġodda u miżuri ta' appoġġ fis-suq tax-xogħol fl-Istati Membri, miksuba mill-programm, u n-numru ta' kuntratti permanenti offruti;

12.  Jemmen li, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja tal-iskemi, jeħtieġ li jiġu evalwati l-aspetti kollha, inkluż il-valur għall-flus tal-iskema; jieħu nota tal-estimi preċedenti pprovduti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u mill-Eurofound, u jitlob lill-Kummissjoni tikkonferma jew taġġorna dawn il-previżjonijiet;

13.  Josserva li ħafna riformi fil-livell tal-Istati Membri għadhom ma ġewx implimentati kompletament, u li jenħtieġu sforzi konsiderevoli u riżorsi finanzjarji nazzjonali u Ewropej fuq perjodu twil sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

14.  Jitlob li jiġi żgurat il-finanzjament għall-perjodu ta' wara l-2020 fil-qafas li jmiss tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu objettivi realistiċi u li jistgħu jinkisbu, jivvalutaw id-differenzi, janalizzaw is-suq qabel l-implimentazzjoni ta' skemi, itejbu s-sistemi ta' superviżjoni u ta' notifika, u jtejbu l-kwalità tad-data sabiex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu mkejla b'mod effikaċi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

12

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

12

+

EPP

S&D

ALDE

VERTS/ALE

EFDD

Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt

Zigmantas Balčytis, Caterina Chinnici, Georgi Pirinski, Miroslav Poche, Derek Vaughan

Martina Dlabajová

Bart Staes

Marco Valli

1

-

EFDD

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

  • [1]  Miżuri oħra jinkludu, l-inizjattiva "Żgħażagħ Attivi", imnedija f'Settembru 2010, l-"Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ", imnedija f'Diċembru 2011 u l-"Gruppi ta' Azzjoni għaż-Żgħażagħ" imnedija f'Jannar 2012.
  • [2]  Bħal pereżempju, il-Qafas Ewropew ta' Kwalità għall-Apprendistati, id-dikjarazzjoni konġunta tas-sħab soċjali Ewropej bit-titolu, "Lejn Viżjoni Komuni tal-Apprendistati", u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-impjieg prekarju.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (23.11.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri
(2017/2039(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Momchil Nekov

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u b'hekk jiġi indirizzat, fil-livell tal-Unjoni kollha, il-fenomenu tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, li skont ir-rapporti huwa ogħla d-doppju tar-rata ta' qgħad ġenerali medja; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li minkejja l-pass kajman tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, sa Ottubru 2016 l-għadd ta' żgħażagħ qiegħda kien naqas b'mod sinifikanti;

2.  Ifakkar li l-objettiv ewlieni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwa li tilħaq lil dawk iż-żgħażagħ kollha barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu aktar sforzi biex itejbu il-miżuri fis-sistemi edukattivi biex iħarsu liż-żgħażagħ f'riskju, kif ukoll li jidentifikaw u jilħqu, permezz ta' miżuri speċifiċi u effikaċi, lill-popolazzjoni NEET kollha, speċjalment iż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġati, bħal dawk b'diżabilità, u fl-istess ħin iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ personalizzat biex jilħqu lill-NEETs kollha, bl-objettiv li jirreġistrawhom; jissottolinja wkoll il-ħtieġa li jiġu vvalutati l-ħtiġijiet u l-ostakli speċifiċi ta' kull grupp fil-mira bil-għan li jiġu adottati miżuri mfassla apposta;

3.  Jissottolinja f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jintlaħqu l-aktar żgħażagħ vulnerabbli, u l-kapaċità ta' dawn l-organizzazzjonijiet li jaġixxu ta' intermedjarji bejn iż-żgħażagħ u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi;

4.  Itenni l-ħtieġa li jiġu varati strateġiji komprensivi ta' komunikazzjoni bħal kampanji ta' sensibilizzazzjoni billi jintużaw kemm kanali medjatiċi tradizzjonali kif ukoll dawk moderni bħan-netwerks soċjali;

5.  Jinnota bi tħassib li l-aktar rapporti ta' valutazzjoni riċenti[1] jindikaw li l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kellha t-tendenza li tiffoka l-aktar fuq NEETs b'livell għoli ta' edukazzjoni, aktar milli fuq persuni bi ftit ħiliet, mhux attivi u mhux irreġistrati mis-servizzi pubbiċi għall-impjieg; jinnota li skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-għadd ta' NEETs qiegħda naqas, filwaqt li l-għadd ta' NEETs mhux attivi baqa' stabbli; ifakkar, għaldaqstant, fil-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali bħall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-NGOs u s-sħab soċjali bil-għan li jiġu żviluppati miżuri effikaċi speċifiċi billi jiġu indirizzati u jintlaħqu aħjar l-NEETs mhux attivi;

6.  Jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tas-sinerġiji mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għall-għoti ta' korsijiet ta' edukazzjoni ogħla f'livell post-gradwatorju, li jippermettu implimentazzjoni effettiva tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri kollha;

7.  Jissottolinja d-diffikultajiet biex issir valutazzjoni xierqa tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ minħabba n-nuqqas ta' sistemi ta' monitoraġġ u rappurtar li jiffunzjonaw tajjeb, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw dan in-nuqqas sostanzjali billi jiżviluppaw miżuri ta' segwitu speċifiċi, fost l-oħrajn, bil-għan li f'dak li jikkonċerna ż-żgħażagħ jiġu implimentati politiki aktar sostnuti, effettivi u bbażati fuq l-evidenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, biex fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u mal-NGOs lokali;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u xxerred il-prattiki tajba fil-monitoraġġ u r-rappurtar ibbażat fuq il-ħarsa ġenerali tagħha tas-sistemi eżistenti fl-Istati Membri kollha;

9.  Jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu ħarsa ġenerali lejn il-kost tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ sabiex jiżguraw finanzjament adegwat u jilħqu aħjar l-objettivi tal-iskema;

10.  Jistieden lill-Istati Membri joħolqu "one-stop shops" effikaċi u faċilment aċċessibbli intiżi biex jipprovdu servizzi b'livell għoli ta' kwalità u gwida għaż-żgħażagħ f'post wieħed; itenni l-ħtieġa li l-miżuri u l-għodod kollha jsiru aċċessibbli għal kulħadd, permezz ta' kull mezz possibbli ta' komunikazzjoni;

11.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tagħhom tippermetti liż-żgħażagħ kollha fil-grupp ta' età identifikat jirreġistraw u jieħdu sehem b'mod effikaċi fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ[2];

12.  Ifakkar fl-importanza li tittejjeb il-kwalità tal-offerti; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwalità f'termini ta' mentoraġġ u ta' kkowċjar, il-kwalità u l-adegwatezza tat-taħriġ, tat-traineeship jew tal-impjieg individwali attwali, kif ukoll il-kwalità tal-eżitu skont l-objettivi stabbiliti; jissottolinja f'dan ir-rigward il-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-oqfsa ta' kwalità diġà eżistenti, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalità, skont l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; huwa tal-fehma li jenħtieġ li ż-żgħażagħ ikunu involuti wkoll fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-offerti; ifakkar fil-ħtieġa l-limitu tal-età eleġibbli jiġi estiż minn 25 sena għal 29 sena sabiex jirrifletti r-realtà li bosta gradwati u persuni deħlin għall-ewwel darba fis-suq tax-xogħol għandhom ftit anqas minn tletin sena;

13.  Jisħaq fuq il-punt li huwa essenzjali li jiġu introdotti mekkaniżmi aħjar biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jirċievu offerti b'livell għoli ta' kwalità; jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' regolarizzazzjoni tal-offerti ta' traineeships fis-suq miftuħ f'dak li jikkonċerna t-trasparenza tar-reklutaġġ, tad-durata u tar-rikonoxximent u jindika li ftit biss huma l-Istati Membri li stabbilew kriterji minimi tal-kwalità, inkluż għall-fini ta' monitoraġġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

14.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiġi estiża wara l-2020 u li jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament adegwat u sostnut għall-QFP li jmiss, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet reali u r-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva, bil-ħsieb li jinkisbu riżultati sostenibbli.

15.  Jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit ukoll finanzjament adegwat mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-qafas tal-QFP li jmiss.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Rupert Matthews, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ian Hudghton, Monika Smolková

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Rupert Matthews, Morten Messerschmidt, John Procter

ENF

Dominique Bilde

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Monika Smolková, Julie Ward

Verts/ALE

Jill Evans, Ian Hudghton

-

-

1

0

EFDD

Isabella Adinolfi

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Rapport speċjali Nru 5/2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; l-ewwel riżultati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ - Rapport Finali; Il-Kummissjoni Ewropea: L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea, Ottubru 2016; Analiżi fil-Fond mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, Jan Tymowski, Ġunju 2017.
  • [2]  Il-qafas leġiżlattiv ta' ċerti pajjiżi jqis li xi żgħażagħ, b'mod partikolari dawk b'diżabilitajiet severi, "mhumiex kapaċi jaħdmu". Dawn ma jistgħux jirreġistraw mas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u, għaldaqstant, ma jistgħux jieħdu sehem fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (9.11.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri
(2017/2039(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Vilija Blinkevičiūtė

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi ż-żgħażagħ, u b'mod partikolari n-nisa żgħażagħ, kienu l-aktar li ntlaqtu ħażin matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika riċenti, li kellha impatt gravi mhux biss fuq l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa żgħażagħ u fuq l-impjieg taż-żgħażagħ, iżda wkoll fuq il-benesseri mentali u fiżiku tagħhom, kif ukoll, b'mod ġenerali, fuq l-ambjent tax-xogħol tagħhom, is-sitwazzjoni demografika, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-aċċess għall-edukazzjoni jew it-taħriġ;

B.  billi madwar l-UE n-nisa għadhom konsiderevolment sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol u fil-livell ta' maniġment, b'rata ta' impjieg globali għan-nisa li għadha kważi 12 % anqas minn dik tal-irġiel;

C.  billi "t-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi, il-qligħ u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa u biex b'hekk jiġi miġġieled il-faqar fost in-nisa" huwa wieħed mill-prijoritajiet stabbiliti mill-Kummissjoni fid-dokument tagħha intitolat "L-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019";

D.  billi 31,5 % tan-nisa li jaħdmu, jaħdmu f'impjieg part-time, meta mqabbel ma' 8,2 % tal-irġiel li jaħdmu, u billi ftit aktar minn 50 % tan-nisa għandhom impjieg full-time, meta mqabbel mal-71,2 % tal-irġiel, ċifri li jindikaw disparità ta' 25,5 % fir-rata ta' impjieg full-time;

E.  billi l-bilanċ bejn il-ġeneri huwa indikatur li mhuwiex indirizzat kif suppost fi ħdan l-għanijiet tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI);

F.  billi l-Artikoli 9 u 10 tat-TFUE jistipulaw li, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni trid tiżgura suq tax-xogħol inklużiv u integrat li jkun kapaċi jindirizza l-impatt gravi tal-qgħad u jiżgura livell għoli ta' impjieg; billi l-UE jeħtiġilha tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fl-Unjoni kollha, inklużi pagi adegwati, u tiggarantixxi protezzjoni soċjali xierqa u f'konformità mar-regolamenti dwar ix-xogħol, il-ftehimiet kollettivi u f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif ukoll livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ u trid tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

G.  billi s-sitwazzjoni ta' nisa u rġiel żgħażagħ u r-raġunijiet għaliex mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEET) ivarjaw;

H.  billi diffikultajiet fil-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata minħabba appoġġ inadegwat ta' indokrar u r-responsabilitajiet tal-familja, kif ukoll id-distakk fil-liv tal-ġenituri u l-preġudizzju bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol bħala konsegwenza tagħhom, għadhom jillimitaw l-opportunitajiet tan-nisa fir-rigward tal-edukazzjoni, jinibixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u jaffettwaw l-għażliet tal-karriera u l-attività ekonomika tagħhom; billi, f'dan ir-rigward, f'ħafna Stati Membri, in-nisa jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira ta' ħaddiema impjegati f'impjiegi prekarji, part-time jew fl-hekk imsejħa "mini-jobs"; billi dan kollu li ssemma hawn fuq għandu impatt futur negattiv fuq il-pagi u fuq id-dħul relatat mal-pensjonijiet tagħhom;

I.  billi għan-nisa żgħażagħ f'żoni rurali, arranġamenti ta' impjieg irregolari jew in-nuqqas li jirreġistraw bħala qiegħda jagħtu data statistika mhux preċiża u joħolqu diverġenzi fil-pensjonijiet tagħhom; billi din il-prattika tinfluwenza b'mod negattiv lis-soċjetà fl-intier tagħha u, b'mod partikolari, il-benesseri tan-nisa, forom ta' assigurazzjonijiet soċjali oħra u opportunitajiet għal bidliet fil-karriera jew possibilitajiet ta' impjieg fil-futur;

J.  billi r-rati tan-NEET qed jonqsu, għalkemm l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ma tistax tieħu l-kreditu kollu għal dan;

K.  billi ż-żgħażagħ NEET huma grupp eteroġenju bi ħtiġijiet varji u għalhekk huwa tal-akbar importanza li jittieħdu miżuri sabiex in-nisa, il-bniet u l-aspett tal-ġeneri jsiru viżibbli f'Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ aġġornata;

L.  billi, skont evalwazzjonijiet nazzjonali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, hemm diffikultajiet fl-involviment ta' żgħażagħ vulnerabbli f'xi Stati Membri; billi, fl-ewwel fażi tal-implimentazzjoni, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ l-aktar spiss laħqet l-età żagħżugħa ta' bejn il-15 u l-24 sena (77 %), l-irġiel żgħażagħ (51 %), dawk li mill-inqas għandhom kwalifiki sekondarji għolja (75 %) u l-persuni qiegħda (77 %) aktar milli l-persuni mhux attivi, skont stħarriġ tal-Awtoritajiet ta' Ġestjoni tard fl-2015;

1.  Jilqa' t-tnaqqis fl-għadd ta' żgħażagħ qiegħda u taż-żgħażagħ NEET fl-UE mill-2013; jissottolinja, madankollu, il-fatt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu ta' tħassib ewlieni f'bosta Stati Membri;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ u metodoloġija bi strateġija doppja bbażati fuq l-integrazzjoni tal-ġeneri b'implimentazzjoni orizzontali għall-inizjattivi, il-politiki u l-miżuri kollha tal-UE fil-kuntest tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b'attenzjoni speċjali għan-nisa u l-bniet;

3.  Jenfasizza li l-istabbiliment u l-iżgurar ta' standards minimi u l-kwalità tal-impjiegi offruti fil-qafas tal-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma ta' importanza kbira, għandhom jiġu ssalvagwardjati għaż-żgħażagħ kollha li (jerġgħu) jidħlu fis-suq tax-xogħol u għandhom iqisu mhux biss il-profil professjonali jew esperjenza ta' xogħol u d-domanda tas-suq tax-xogħol, iżda għandhom jinkludu wkoll: impjiegi bbażati fuq kuntratti, kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, salarji, drittijiet ta' sigurtà soċjali u drittijiet tal-pensjoni deċenti, aċċess għall-faċilitajiet ta' indokrar tat-tfal, perjodi ta' liv, btajjel, u impjiegi permanenti;

4.  Jirrikonoxxi s-suċċess tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fit-tnaqqis fir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u fl-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri b'mod partikolari, bir-riżultat li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ laħqet madwar 48 % tal-irġiel u 52 % tan-nisa;

5.  Jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw kemm id-Direttiva 2000/78/KE dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol kif ukoll id-Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom fl-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

6.  Iqis neċessarju li l-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu b'miżuri pożittivi sabiex ikun żgurat li n-nisa u l-bniet jirċievu offerti ta' impjiegi ta' kwalità tajba u ma jiġux impjegati jew maqbuda f'impjiegi prekarji, b'salarji baxxi u impjiegi temporanji bi drittijiet limitati jew l-ebda dritt bħala ħaddiema;

7.  Ifaħħar l-approċċ immirat u ffukat tajjeb u l-enfasi aktar qawwija fuq l-assistenza individwalizzata, li kkontribwew għas-suċċess ġenerali tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u, b'mod partikolari, għas-suċċess fl-iżgurar tal-bilanċ bejn il-ġeneri, li għandu impatt akbar fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; iħeġġeġ il-promozzjoni ta' kuxjenza dwar il-ġeneri fil-livell ta' konsulenza u t-tagħlim tul il-ħajja fis-servizzi tal-impjieg pubbliku li qed isiru disponibbli biex isostnu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol u biex jerġgħu lura lejn is-suq tax-xogħol wara waqfiet fil-karriera;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jiġbru data statistika diżaggregata skont il-ġeneru sabiex il-Kummissjoni tniedi valutazzjoni tal-impatt tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-influwenza tagħha fuq il-bilanċ bejn il-ġeneri sabiex tippermetti evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha;

9.  Jistieden lill-Istati Membri, filwaqt li jissottolinja wkoll l-importanza li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u atturi rilevanti oħra f'dan ir-rigward, jiżviluppaw modi ġodda, innovattivi u aktar personalizzati biex jilħqu persuni NEET mhux attivi, li qegħdin jiffaċċjaw ostakoli bħall-faqar, l-esklużjoni soċjali, id-diżabilità jew diskriminazzjoni multipla; kif ukoll itejbu b'mod sinifikanti l-komunikazzjoni, li tkun tista' tiġi adattata faċilment għal gruppi fil-mira differenti, u biex isibu modi kif jappoġġjaw id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni jew it-taħriġ ta' nisa żgħażagħ, billi jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata, fl-għoti ta' servizzi għall-indokrar tat-tfal u l-indokrar tal-adulti, u permezz tal-promozzjoni ta' paga ugwali għal ħaddiema nisa u rġiel għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;

10.  Ifakkar li ġlieda effikaċi kontra l-istereotipi tal-ġeneri hija kruċjali sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi kollha tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Unjoni tkun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-istereotipi tal-ġeneri, speċjalment fl-oqsma tal-edukazzjoni, tax-xogħol u tat-taħriġ ulterjuri;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-kwalità u s-sostenibilità tal-offerti; iħeġġeġ inizjattivi li jimmiraw l-indirizzar tas-segregazzjoni tal-ġeneri fl-edukazzjoni, it-taħriġ u s-suq tax-xogħol; jindika l-importanza tal-appoġġ, abbażi ta' politiki mmirati, tal-inklużjoni tal-bniet u n-nisa żgħażagħ fis-setturi kollha tal-ekonomija, inklużi x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u l-intraprenditorja; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu programmi, korsijiet ta' taħriġ u edukazzjoni li jagħtu spinta lill-kapaċità elettronika u l-ħiliet diġitali taż-żgħażagħ, speċjalment fost in-nisa u dawk li jgħixu f'żoni rurali jew remoti sabiex jgħinuhom jiksbu indipendenza ekonomika sostenibbli u fit-tul, u jsiru ħallieqa attivi ta' opportunitajiet ta' impjieg;

12.  Jissottolinja l-fatt li programmi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ inħolqu b'reazzjoni għal ċirkostanzi partikolarment negattivi; jinnota, madankollu, li programmi bħal dawn ma jistgħux jitqiesu bħala sostituti għal soluzzjonijiet sistemiċi biex jiġu indirizzati livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Istati Membri;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jimplimentaw l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, filwaqt li jirrimedjaw id-dgħufijiet tagħha, u jiżguraw it-tkomplija tal-finanzjament tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ matul it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti kwoti tal-ġeneri mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, meta jitqies li din il-miżura pożittiva weriet li hija waħda mill-aktar għodod effettivi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi, id-diskriminazzjoni u l-iżbilanċi bejn il-ġeneri;

15.  Jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki sabiex jitgħallmu minn xulxin biex jiżguraw l-aħjar effett tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

16.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jevalwaw bir-reqqa u jqisu l-finanzjament fil-futur tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, fid-dawl tal-valur miżjud tagħhom f'termini ta' żieda sostenibbli fit-tul fl-impjiegi taż-żgħażagħ;

17.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu soluzzjonijiet magħmula apposta li jiddependu fuq ir-reġjuni speċifiċi kkonċernati u jevitaw soluzzjonijiet "b'approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd", li mhuwiex approċċ produttiv;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ bi proposta aġġornata għal żieda fil-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, peress li, minħabba l-kriżi Ewropea u l-kriżi ekonomika li għaddejjin bħalissa u minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku bħala konsegwenza, l-Istati Membri għadhom qed jitħabtu ma' livelli għolja ta' qgħad, dejn pubbliku, tkabbir baxx u investiment insuffiċjenti, kif ukoll tnaqqis fin-nefqa pubblika;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jimmiraw lill-gruppi ta' interess kollha, speċjalment dawk li jgħixu f'żoni remoti jew rurali li huwa anqas probabbli li jkunu mħarrġa u infurmati kif inhu xieraq.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

6.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Arne Gericke, Mary Honeyball, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Niebler, Marijana Petir, Terry Reintke, Michaela Šojdrová, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Edouard Martin, Evelyn Regner, Jordi Solé, Marc Tarabella, Mylène Troszczynski, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ulrike Müller, Gabriele Preuß

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Ulrike Müller

GUE/NGL

Malin Björk, Kostadinka Kuneva

PPE

Anna Maria Corazza Bildt, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Niebler, Marijana Petir, Michaela Šojdrová, Anna Záborská

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Mary Honeyball, Edouard Martin, Gabriele Preuß, Marc Tarabella, Julie Ward

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Jordi Solé, Terry Reintke

0

-

 

 

3

0

ECR

Arne Gericke, Jana Žitňanská

ENF

Mylène Troszczynski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Dominique Martin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Robert Rochefort, Claude Rolin, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Rory Palmer, Anne Sander, Sven Schulze, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson, Norica Nicolai, Tibor Szanyi, Lola Sánchez Caldentey

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Norica Nicolai, Robert Rochefort, Yana Toom

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

Dominique Martin

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Kostadinka Kuneva, Paloma López Bermejo, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Georges Bach, Krzysztof Hetman, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Ole Christensen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Rory Palmer, Georgi Pirinski, Jutta Steinruck, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Marita Ulvskog

1

-

NI

Lampros Fountoulis

2

0

ECR

Arne Gericke, Ulrike Trebesius

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni