RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
30.1.2018 - (COM(2016)0798 – C8-0525/2016 – 2016/0399(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: József Szájer
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(COM(2016)0798 – C8-0525/2016 – 2016/0399(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0798),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0525/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0012/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) It-Trattat ta' Lisbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat delegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta' implimentazzjoni). |
(1) It-Trattat ta' Lisbona mmodifika b'mod sostanzjali l-qafas ġuridiku li jirregola s-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur, u introduċa distinzjoni bejn is-setgħat delegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta' implimentazzjoni). | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5a) Il-ġbir f'daqqa u l-preżentazzjoni ta' għotjiet ta' setgħa li mhumiex marbuta mill-qrib ma' xulxin f'att delegat wieħed tal-Kummissjoni jxekklu l-eżerċitar tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament, peress li dan ikollu sempliċiment jaċċetta jew jirrifjuta l-att delegat kollu, u dan ma jħallix lok lill-Parlament li jesprimi opinjoni dwar kull għotja ta' setgħa b'mod individwali. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1206/2001 Artikolu 19b – paragrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9). | |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Anness I – punt 1 – paragrafu 2 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1206/2001 Artikolu 19b – paragrafu 6 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Anness I – punt 2 – paragrafu 2 – punt 2 Regolament (KE) Nru 805/2004 Artikolu 31a – paragrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9). | |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Anness I – punt 2 – paragrafu 2 – punt 2 Regolament (KE) Nru 805/2004 Artikolu 31a – paragrafu 6 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Anness I – punt 3 – paragrafu 2 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1393/2007 Artikolu 17a – paragrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Allinjament tat-tul ta' żmien tal-għoti tas-setgħa mal-approċċ ġenerali tal-Parlament (ara r-riżoluzzjoni tal-25 ta' Frar 2014, paragrafu 9). | |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Anness I – punt 3 – paragrafu 2 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1393/2007 Artikolu 17a – paragrafu 6 | |||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[1] kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE[2], ("id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija"), stabbilixxa l-hekk imsejħa proċedura regolatorja bi skrutinju (PRS).
Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, u fid-dawl tal-qafas legali ġdid sussegwenti għal-leġiżlazzjoni sottosekondarja stabbilita mill-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, id-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija kellha tiġi riveduta. Minkejja dan, ir-Regolament 182/2011[3] ("ir-Regolament dwar il-Komitoloġija"), li ġie adottat għal dan l-iskop abbażi tal-Artikolu 291(3) tat-TFUE, intenzjonalment eskluda l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni dwar il-Komitoloġija mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. L-Artikolu 5a li jistabbilixxi l-PRS għalhekk kellu jinżamm b'mod provviżorju għall-finijiet tal-atti bażiċi eżistenti li jirreferu għal dan l-Artikolu. Min-naħa l-oħra, l-acquis ikkonċernat għandu jiġi allinjat mill-aktar fis possibbli mat-Trattat ta' Lisbona bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.
Fl-2013, il-Kummissjoni pproponiet li tlesti l-allinjament ma' tliet proposti estensivi (l-hekk imsejħa proposti Omnibus), li l-Parlament adotta fl-ewwel qari fi Frar 2014[4]. Madankollu, il-proposti ġew irtirati mill-Kummissjoni l-ġdida wara l-elezzjonijiet Ewropej. Il-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (FII) tat-13 ta' April 2016[5] indirizza din il-kwistjoni fil-paragrafu 27. Din id-dispożizzjoni tgħid kif ġej:
"It-tliet Istituzzjonijiet [jiġifieri l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni] jirrikonoxxu l-ħtieġa għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni kollha eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta' Lisbona, u b'mod partikolari l-ħtieġa li tingħata prijorità għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni ser tipproponi dan l-allinjament tal-aħħar sa tmiem l-2016".
Wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interistituzzjonali u fid-dawl tal-obbligi li jirriżultaw minnu, il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti ġodda għall-allinjament f'Diċembru 2016, waħda ffokata fuq fajls leġiżlattivi fil-qasam tal-ġustizzja u waħda ffokata fuq il-bqija tal-oqsma ta' politika[6]. Iż-żewġ proposti jkopru 3 u 168 att bażiku, rispettivament.
Kuntrarjament għall-proposti tal-2013, li ġeneralment ipprevedew li r-referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li jinsabu fl-atti bażiċi kellhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, rispettivament, il-proposti attwali għandhom l-għan li jemendaw l-atti bażiċi kkonċernati individwalment.
L-approċċ tar-rapporteur għal din il-proposta
L-atti delegati u ta' implimentazzjoni huma parti importanti mill-kompetenzi ewlenin tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (JURI) fir-rigward tal-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-iskrutinju tad-dritt tal-Unjoni, il-konformità tal-atti tal-Unjoni mal-liġi primarja, it-tfassil aħjar tal-liġijiet u s-simplifikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, kif previst fl-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura. Barra minn hekk, il-Kumitat JURI ilu attiv ħafna f'dan il-qasam minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona fl-2009 u ħafna qabel, meta l-proċedura regolatorja bi skrutinju ta' dak iż-żmien ġiet introdotta għall-ewwel darba fl-2006.
B'mod ġenerali, ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta preżenti u jikkondividi l-għażla tal-Kummissjoni li taġġorna l-każijiet eżistenti tal-PRS għall-atti delegati. Min-naħa l-oħra, filwaqt li jibni fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Frar 2014, ir-rapporteur jixtieq jiffoka fuq it-tul ta' żmien tad-delega tas-setgħat (li m'għandux jaqbeż 5 snin u għandu jkun akkumpanjat b'obbligu ta' rappurtar impost fuq il-Kummissjoni). Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tiġi emendata biex tirrifletti dan.
- [1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
- [2] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
- [3] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
- [4] Ara l-proċeduri 2013/218(COD), 2013/220(COD) u 2013/0365(COD).
- [5] ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
- [6] Ara l-proċeduri 2016/0399(COD) u 2016/0400(COD) rispettivament.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-adattament ta’ numru ta’ atti ġuridiċi fil-qasam tal-Ġustizzja li jistipulaw l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE |
||||
Referenzi |
COM(2016)0798 – C8-0525/2016 – 2016/0399(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
14.12.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 16.3.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
József Szájer 12.1.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
23.3.2017 |
20.6.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.1.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Evelyne Gebhardt, Heidi Hautala, Răzvan Popa, Kosma Złotowski |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Zullo |
||||
Data tat-tressiq |
30.1.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
21 |
+ |
|
ALDE ECR ENF GUE/NGL PPE S&D VERTS/ALE |
Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto Sajjad Karim, Kosma Złotowski Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton Kostas Chrysogonos, Jiří Maštálka Rosa Estaràs Ferragut, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka Mady Delvaux, Evelyne Gebhardt, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Răzvan Popa, Evelyn Regner Max Andersson, Heidi Hautala |
|
0 |
- |
|
|
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni