Proċedura : 2016/0365(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0015/2018

Testi mressqa :

A8-0015/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 18.1
CRE 27/03/2019 - 18.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0300

RAPPORT     ***I
PDF 1580kWORD 192k
31.1.2018
PE 610.797v02-00 A8-0015/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365

(COM(2016)0856 – C8-0484/2016 – 2016/0365(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Kay Swinburne, Jakob von Weizsäcker

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365

(COM(2016)0856 – C8-0484/2016 – 2016/0365(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0856),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0484/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Taljan, il-Parlament Spanjol u s-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0015/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) Nru 2015/2365

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,(4)

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,(5)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,(6)

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Is-swieq finanzjarji huma kruċjali għall-funzjonament tal-ekonomiji moderni. Aktar ma jkunu integrati, akbar ikun il-potenzjal għal allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi ekonomiċi, filwaqt li minnha tibbenifika potenzjalment il-prestazzjoni ekonomika. Madankollu, sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji, huwa importanti li jkun hemm proċeduri fis-seħħ li jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq u jiżguraw li jekk istituzzjoni finanzjarja jew infrastruttura tas-suq finanzjarju li hija attiva f'dan is-suq tiffaċċja diffikultà finanzjarja jew tkun fil-punt ta' falliment, tali event ma jiddistabbilizzax is-suq finanzjarju kollu u ma jikkawżax ħsara lit-tkabbir fl-ekonomija usa'. Il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) huma komponenti ewlenin tas-swieq finanzjarji, li jintervjenu bejn il-parteċipanti sabiex jaġixxu bħala l-akkwirent għal kull bejjiegħ u bħala l-bejjiegħ għal kull akkwirent u li għandhom rwol ċentrali fl-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u fil-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskji differenti li huma inerenti f'dawk it-tranżazzjonijiet. Is-CCPs jiċċentralizzaw l-immaniġġjar tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet u jonoraw l-obbligi maħluqa mit-tranżazzjonijiet u jirċievu kollateral adegwat mill-membri tagħhom bħala marġini u bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza.

(2)  Il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) huma komponenti ewlenin tas-swieq finanzjarji globali, li jintervjenu bejn il-parteċipanti sabiex jaġixxu bħala l-akkwirent għal kull bejjiegħ u bħala l-bejjiegħ għal kull akkwirent u li jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fl-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u fil-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskji differenti li huma inerenti f'dawk it-tranżazzjonijiet. Is-CCPs jiċċentralizzaw l-immaniġġjar tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet u jonoraw l-obbligi maħluqa mit-tranżazzjonijiet u jirrikjedu kollateral adegwat mill-membri tagħhom bħala marġini u bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza.

(3)  L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni fissret li s-CCPs evolvew minn li primarjament jaqdu l-ħtiġijiet u s-swieq domestiċi għal li jikkostitwixxu n-nodi kritiċi fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni b'mod aktar wiesa'. Is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni llum jikklirjaw bosta klassijiet ta' prodotti, minn derivattivi ta' komodità u finanzjarji elenkati u barra l-Borża (OTC) għal ekwitajiet ta' flus, bonds u prodotti oħrajn bħal repos. Huma jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri nazzjonali lil firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet finanzjarji u oħrajn madwar l-Unjoni. Filwaqt li xi CCPs awtorizzati fl-Unjoni għadhom iffokati fuq is-swieq domestiċi, huma lkoll sistemikament importanti mill-inqas fis-swieq interni tagħhom.

(4)  Billi ammont sinifikanti tar-riskju finanzjarju tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jiġi pproċessat minn u kkonċentrat fis-CCPs f'isem il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, ir-regolamentazzjoni effettiva u s-superviżjoni robusta tas-CCPs huma essenzjali. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), li ilu fis-seħħ minn Awwissu 2012, jesiġi li s-CCPs josservaw standards prudenzjali, organizzazzjonali u ta' kondotta kummerċjali għolja. L-awtoritajiet kompetenti huma inkarigati mis-sorveljanza sħiħa tal-attivitajiet tagħhom, billi jaħdmu flimkien fi ħdan kulleġġi superviżorji li jiġbru flimkien lill-awtoritajiet rilevanti għall-kompiti speċifiċi allokati lilhom. Skont l-impenji meħuda mill-mexxejja tal-G20 mill-kriżi finanzjarja, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jesiġi wkoll li d-derivattivi OTC standardizzati jkunu kklirjati ċentralment minn CCP. Hekk kif jidħol fis-seħħ l-obbligu li d-derivattivi OTC jiġu kklirjati ċentralment, il-volum u l-firxa tan-negozju magħmul mis-CCPs x'aktarx li jiżdiedu, li jistgħu mbagħad joħolqu sfidi addizzjonali għall-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskji tas-CCPs.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikkontribwixxa biex tiżdied ir-reżiljenza tas-CCPs u tas-swieq finanzjarji usa' kontra firxa wiesgħa ta' riskji pproċessati u kkonċentrati fis-CCPs. Madankollu, l-ebda sistema ta' regoli u prattiki ma tista' tipprevjeni li r-riżorsi eżistenti jkunu inadegwati fil-ġestjoni tar-riskji mġarrba mis-CCP, inkluża inadempjenza waħda jew aktar mill-membri tal-ikklirjar. Meta jkunu ffaċċjati b'xenarju ta' diffikultà severa jew falliment imminenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom, fil-prinċipju, jibqgħu soġġetti għal proċedimenti normali ta' insolvenza. Madankollu, kif uriet il-kriżi finanzjarja, b'mod partikolari matul perjodu ta' inċertezza u instabbiltà ekonomika fit-tul, tali proċedimenti jistgħu jfixklu l-funzjonijiet kritiċi għall-ekonomija u jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. Il-proċeduri normali ta' insolvenza korporattiva mhux dejjem jistgħu jiżguraw il-ħeffa suffiċjenti tal-intervent jew jipprijoritizzaw b'mod adegwat il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-fini tal-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġu evitati dawn il-konsegwenzi negattivi tal-proċedimenti normali ta' insolvenza, jeħtieġ li jinħoloq qafas ta' riżoluzzjoni speċjali għas-CCPs.

(6)  Il-kriżi enfasizzat ukoll in-nuqqas ta' għodod adegwati għall-preservazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin ifallu. Hija wriet ukoll in-nuqqas ta' oqfsa li jippermettu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, b'mod partikolari dawk li jinsabu fi Stati Membri jew ġurisdizzjonijiet differenti, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta' azzjoni rapida u deċiżiva. Mingħajr tali għodod u bin-nuqqas ta' oqfsa ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni, l-Istati Membri kienu obbligati jsalvaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji bl-użu tal-flus tal-kontribwenti sabiex iwaqqfu l-kontaġju u jnaqqsu l-paniku. Filwaqt li s-CCPs ma kinux il-benefiċjarji diretti ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju fil-kriżi, huma kienu benefiċjarji indiretti tal-miżuri ta' salvataġġ imwettqa b'rabta mal-banek u kienu mħarsa mill-effetti li, altrimenti, il-banek li kienu qed ifallu mill-obbligi tagħhom kien ikollhom fuqhom. Għalhekk, huwa meħtieġ qafas ta' riżoluzzjoni u rkupru għas-CCPs sabiex tiġi evitata d-dipendenza fuq il-flus tal-kontribwenti fil-każ tal-falliment diżordinat tagħhom. Dan il-qafas jenħtieġ li jindirizza wkoll il-possibbiltà li s-CCPs jidħlu f'riżoluzzjoni għal raġunijiet għajr dak ta' inadempjenza ta' wieħed jew ta' diversi membri tal-ikklirjar tagħhom.

(7)  L-objettiv ta' qafas ta' riżoluzzjoni u rkupru kredibbli huwa li jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li s-CCPs jistabbilixxu miżuri għall-irkupru minn diffikultà finanzjarja, għaż-żamma tal-funzjonijiet kritiċi ta' CCP li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli waqt l-istralċ tal-bqija tal-attivitajiet permezz ta' proċedimenti normali ta' insolvenza u għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, filwaqt li tiġi minimizzata l-ispiża ta' falliment ta' CCP fuq il-klijenti finali u fuq il-kontribwenti. Il-qafas ta' riżoluzzjoni u rkupru jkompli jsaħħaħ l-istat ta' tħejjija tas-CCPs u tal-awtoritajiet sabiex itaffu l-istress finanzjarju u jipprovdu lill-awtoritajiet b'aktar tagħrif dwar it-tħejjijiet tas-CCPs għax-xenarji ta' kriżi. Huwa jipprovdi wkoll lill-awtoritajiet b'setgħat sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni potenzjali ta' CCP u jittrattaw is-saħħa li tkun qed tbatti ta' CCP b'mod ikkoordinat, sabiex b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

(8)  Bħalissa, ma hemm l-ebda dispożizzjoni armonizzata għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs madwar l-Unjoni. Xi Stati Membri diġà ppromulgaw bidliet leġiżlattivi li jitolbu lis-CCPs ifasslu pjanijiet ta' rkupru u li jintroduċu mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li qegħdin ifallu. Barra minn hekk, hemm differenzi sostantivi u proċedurali konsiderevoli bejn l-Istati Membri fuq il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-insolvenza tas-CCPs. In-nuqqas ta' kundizzjonijiet, setgħat u proċessi komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs x'aktarx li jikkostitwixxi ostakolu għall-operat bla xkiel tas-suq intern u jfixkel il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw il-falliment ta' CCP u japplikaw mekkaniżmi xierqa ta' allokazzjoni tat-telf fuq il-membri tagħha, kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment. Dan huwa partikolarment veru fejn approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx l-istess livell ta' kontroll jew l-istess abbiltà sabiex jirriżolvu s-CCPs. Dawk id-differenzi fir-reġimi tal-irkupru u r-riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw lis-CCPs u lill-membri tagħhom b'mod differenti fl-Istati Membri differenti u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet kompetittivi fis-suq intern. In-nuqqas ta' regoli u għodod komuni għal kif għandhom jiġu ttrattati diffikultà jew falliment f'CCP jista' jaffettwa l-għażla tal-parteċipanti li jikklirjaw u l-għażla tas-CCP tal-post ta' stabbiliment tagħhom, u b'hekk jimpedixxi lis-CCPs milli jibbenifikaw b'mod sħiħ mil-libertajiet fundamentali tagħhom fis-suq uniku. Min-naħa l-oħra, dan jista' jiskoraġġixxi lill-parteċipanti milli jiksbu aċċess għas-CCPs f'pajjiżi oħra fis-suq intern u jfixkel l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq kapitali tal-Ewropa. Għalhekk, huma meħtieġa regoli komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat li s-CCPs ma jkunux limitati fl-eżerċitar tal-libertajiet tagħhom fis-suq intern mill-kapaċità finanzjarja tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tagħhom sabiex jiġġestixxu l-falliment tagħhom.

(9)  Ir-rieżami tal-qafas regolatorju applikabbli għall-banek u għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li seħħ fid-dawl tal-kriżi u, b'mod partikolari, it-tisħiħ tal-bafers tal-likwidità u tal-kapital tal-banek, għodod aħjar għall-politiki makroprudenzjali u regoli komprensivi dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, naqqas il-probabbiltà ta' kriżijiet fil-ġejjieni u tejjeb ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-infrastrutturi tas-suq kollha, inklużi s-CCPs, għall-istress ekonomiku, kemm jekk dan ikun ikkawżat minn disturbi sistemiċi kif ukoll jekk ikun ikkawżat minn eventi speċifiċi għal istituzzjonijiet individwali. Mill-1 ta' Jannar 2015 beda japplika reġim ta' rkupru u riżoluzzjoni għall-banek fl-Istati Membri kollha skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(10)  Billi jibnu fuq l-approċċ għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu ppreparati u jkollhom għodod adegwati għall-irkupru u r-riżoluzzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet li jinvolvu fallimenti ta' CCPs. Madankollu, minħabba l-funzjonijiet u l-mudelli tan-negozju differenti tagħhom, ir-riskji inerenti fil-banek u fis-CCPs huma differenti. Għalhekk, huma meħtieġa għodod u setgħat speċifiċi għax-xenarji ta' falliment tas-CCPs ikkawżati mill-falliment tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP jew bħala riżultat ta' event li mhux ta' inadempjenza.

(11)  L-użu ta' Regolament huwa neċessarju biex jikkomplimenta u jibni fuq l-approċċ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jipprevedi rekwiżiti prudenzjali uniformi applikabbli għas-CCPs. L-istipular ta' rekwiżiti ta' rkupru u riżoluzzjoni f'Direttiva, jista' joħloq inkonsistenzi billi jiġu adottati liġijiet nazzjonali potenzjalment differenti fir-rigward ta' qasam li huwa rregolat minn liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u dejjem aktar ikkaratterizzat mill-forniment transfruntier tas-servizzi tas-CCPs. Huwa għalhekk xieraq li jiġu adottati wkoll regoli uniformi u direttament applikabbli dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs.

(12)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta' stabbiltà finanzjarja madwar l-Unjoni, ir-reġim tal-irkupru u r-riżoluzzjoni għandu japplika għas-CCPs kollha soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, irrispettivament minn jekk għandhomx liċenzja bankarja. Filwaqt li jista' jkun hemm differenzi fil-profil tar-riskju assoċjat ma' strutturi korporattivi alternattivi, dan ir-Regolament jittratta s-CCPs bħala entitajiet indipendenti taħt kwalunkwe grupp jew struttura tas-suq u jiżgura li pjan ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni ta' CCP ikun indipendenti, irrispettivament mill-istruttura tal-grupp tas-CCP. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, ir-rekwiżiti li jkollha riżorsi finanzjarji suffiċjenti fil-livell ta' entità biex tiġġestixxi sitwazzjoni ta' inadempjenza jew waħda mhux ta' inadempjenza.

(13)  Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jittieħdu b'mod effiċjenti u effettiv u b'konformità mal-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġu allokati riżorsi xierqa lil dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Meta Stat Membru jaħtar l-awtorità responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tas-CCPs bħala awtorità tar-riżoluzzjoni, l-indipendenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet jeħtieġ li jkun żgurat u jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ l-arranġamenti kollha meħtieġa għas-separazzjoni tal-funzjonijiet ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess u r-riskju tat-tolleranza regolatorja.

(14)  Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta' CCP u l-azzjonijiet sussegwenti jista' jkollhom fuq is-sistema finanzjarja u l-ekonomija ta' Stat Membru, kif ukoll il-ħtieġa aħħarija possibbli li jintużaw fondi pubbliċi bħala l-aħħar istanza sabiex tiġi riżolta kriżi, il-Ministeri tal-Finanzi jew ministeri rilevanti oħrajn fl-Istati Membri għandhom jiġu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess tal-irkupru u r-riżoluzzjoni.

(15)  Billi s-CCPs ta' spiss jipprovdu servizzi madwar l-Unjoni, l-irkupru u r-riżoluzzjoni effettivi jeħtieġu kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi ħdan il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni u superviżjoni, b'mod partikolari fl-istadji preparatorji ta' rkupru u riżoluzzjoni. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru żviluppati mis-CCP, il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni mħejjija mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP, u l-indirizzar ta' kwalunkwe impediment għar-riżolvibbiltà.

(16)  Ir-riżoluzzjoni tas-CCPs għandha ssib bilanċ bejn, minn naħa waħda, il-ħtieġa għal proċeduri li jikkunsidraw l-urġenza tas-sitwazzjoni u li jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusti u f'waqthom u min-naħa l-oħra l-ħtieġa li tiġi mħarsa l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha. L-awtoritajiet li l-oqsma ta' kompetenza tagħhom jiġu affettwati mill-falliment ta' CCP għandhom jikkondividu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni sabiex jilħqu dawn l-objettivi. Bl-istess mod, sabiex jiġi żgurat skambju regolari ta' fehmiet u koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti, dawn għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, fejn ikun hemm bżonn. L-awtoritajiet għandhom dejjem jikkunsidraw l-impatt tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn l-operazzjonijiet tas-CCP ikunu kruċjali jew importanti għas-swieq finanzjarji lokali, inkluż fejn ikunu jinsabu l-membri tal-ikklirjar u fejn ikunu stabbiliti ċ-ċentri tan-negozjar u l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi.

(16a)  Fid-dawl tan-natura globali transfruntiera ta' ċerti operazzjonijiet tas-CCPs, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jista' jkollhom effetti ekonomiċi u fiskali f'ġurisdizzjonijiet oħra. Sa fejn ikun raġonevolment possibbli, dawn l-implikazzjonijiet transfruntiera jenħtieġ li jinżammu preżenti f'sitwazzjonijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni, filwaqt li titqies is-sovranità tal-awtoritajiet fiskali f'ġurisdizzjonijiet oħra.

(17)  Sabiex jitħejjew id-deċiżjonijiet tal-ESMA fir-rigward tal-kompiti allokati lilha u sabiex jiġi żgurat l-involviment komprensiv tal-EBA u tal-membri tagħha fit-tħejjija ta' dawn id-deċiżjonijiet, l-ESMA għandha toħloq Kumitat tar-Riżoluzzjoni intern u għandha tistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-EBA rilevanti sabiex jipparteċipaw bħala osservaturi.

(18)  Sabiex jindirizzaw il-falliment potenzjali ta' CCP b'mod proporzjonat u effettiv, l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkunsidraw għadd ta' fatturi meta jeżerċitaw is-setgħat ta' rkupru u riżoluzzjoni tagħhom, bħan-natura tan-negozju tas-CCP, l-istruttura legali u organizzattiva, il-profil tar-riskju, id-daqs, l-istatus ġuridiku u l-interkonnettività mas-sistema finanzjarja. L-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw ukoll jekk huwiex probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkollhomx effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn jew fuq l-ekonomija usa'.

(19)  Sabiex jittrattaw b'mod effiċjenti mas-CCPs li qegħdin ifallu, l-awtoritajiet għandu jkollhom is-setgħa li jimponu miżuri ta' tħejjija fuq is-CCPs. Għandu jiġi stabbilit standard minimu fir-rigward tal-kontenut u l-informazzjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' rkupru sabiex ikun żgurat li s-CCPs kollha fl-Unjoni jkollhom pjanijiet dettaljati biżżejjed għall-irkupru f'każ li jiffaċċjaw diffikultà finanzjarja. Tali pjanijiet għandhom jikkontemplaw firxa xierqa ta' xenarji li jipprevedu kemm stress sistemiku kif ukoll stress speċifiku għas-CCP. Ix-xenarji għandhom jikkontemplaw sitwazzjonijiet ta' stress li jkunu aktar estremi minn dawk użati għall-finijiet ta' ttestjar tal-istress regolari skont il-Kapitolu XII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013, filwaqt li jibqgħu kredibbli, bħall-falliment ta' aktar minn żewġ membri tal-ikklirjar li jkollhom l-akbar skoperturi tas-CCP u ta' CCP waħda jew aktar. Il-pjan ta' rkupru għandu jifforma parti mir-regoli operattivi tas-CCP maqbula kuntrattwalment mal-membri tal-ikklirjar. Dawk ir-regoli operattivi għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet li jiżguraw l-infurzabbiltà tal-miżuri ta' rkupru deskritti fil-pjan fix-xenarji kollha. Il-pjanijiet ta' rkupru ma għandhomx jassumu aċċess għal appoġġ finanzjarju pubbliku jew jesponu lill-kontribwenti għar-riskju tat-telf.

(19a)  Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jiżguraw inċentivi adatti għas-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti biex ma jħallux is-sitwazzjoni tiddeterjora aktar u biex jinċentivaw imġiba kooperattiva. Sabiex dik l-istruttura ta' inċentiv tkun kredibbli, id-devjazzjonijiet mill-pjan ta' rkupru jenħtieġ li jkunu soġġetti għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

(20)  Is-CCPs għandhom iħejju u jaġġornaw regolarment il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom. ▌F'dan il-kuntest, il-fażi ta' rkupru għandha tibda meta jkun hemm deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP jew riskju ta' ksur tar-rekwiżiti prudenzjali tagħha skont ir-Regolament (UE) 648/2012. Dan għandu jiġi indikat fir-rigward ta' qafas ta' indikaturi kwalitattivi jew kwantitattivi inklużi fil-pjan ta' rkupru.

(20a)  Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jiżguraw li s-sekwenzar tal-użu tal-għodod ta' rkupru jibbilanċjaw kif xieraq l-allokazzjoni tat-telf bejn is-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom. Bħala prinċipju ġenerali, it-telf għandu jitqassam bejn is-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom bħala funzjoni tal-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw ir-riskji. Dan huwa sabiex jinħolqu l-inċentivi tajba ex ante u sabiex tiġi żgurata allokazzjoni ġusta ta' telf u, fuq dik il-bażi, allokazzjoni tat-telf anke għal telf mhux ta' inadempjenza jenħtieġ li tkun proporzjonali sal-livell ta' responsabbiltà ta' kull parti kkonċernata involuta. Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jiżguraw li l-kapital tas-CCPs jista' jerfa' l-ewwel telf f'każijiet ta' inadempjenza u ferm aktar f'każijiet mhux ta' inadempjenza. L-assorbiment ta' telf sostanzjali mill-membri tal-ikklirjar jenħtieġ li jiġi previst qabel ma tintuża kwalunkwe għodda li talloka telf lill-klijenti.

(21)  Is-CCP għandha tippreżenta l-pjan ta' rkupru tagħha lill-awtoritajiet kompetenti u lill-kulleġġ superviżorju, stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal valutazzjoni kompleta, li għandha ssir permezz ta' deċiżjoni konġunta tal-kulleġġ. Il-valutazzjoni għandha tinkludi jekk il-pjan huwiex komprensiv u jekk jistax ireġġa' lura l-vijabbiltà tas-CCP b'mod fattibbli u fil-ħin, inkluż f'perjodi ta' stress finanzjarju sever.

(22)  Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jistabbilixxu b'mod komprensiv l-azzjonijiet li għandha tieħu s-CCP sabiex tindirizza kwalunkwe obbligu pendenti mhux rikonċiljat, telf mhux kopert, nuqqas fil-likwidità jew inadegwatezza tal-kapital, kif ukoll l-azzjonijiet sabiex jiġu rifornuti kwalunkwe riżorsi finanzjarji prefinanzjati użati u arranġamenti ta' likwidità sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà tas-CCP u l-abbiltà kontinwa tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti tagħha għall-awtorizzazzjoni u jenħtieġ li tinkludi kapaċità ta' assorbiment ta' telf suffiċjenti għal dak il-għan. L-għodod previsti għandhom ikunu komprensivi. Kull għodda għandha tkun affidabbli, f'waqtha, u msejsa fuq bażi ġuridika soda. Dawn jenħtieġ li joħolqu inċentivi xierqa għall-azzjonisti tas-CCP, il-membri u l-klijenti tagħhom biex jikkontrollaw ir-riskju li joħolqu jew li jsibu fis-sistema, jimmonitorjaw l-attivitajiet tat-teħid tar-riskju u tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP, u jipparteċipaw fil-proċess ta' ġestjoni tal-inadempjenza.

(22a)  Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom, b'mod espliċitu, jistabbilixxu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mis-CCP f'każ ta' attakki ċibernetiċi fejn hemm effett potenzjali li jwassal għal deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew riskju ta' ksur tar-rekwiżiti prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(23)  Is-CCPs għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ma jkunux diskriminatorji u jkunu bilanċjati f'termini tal-impatti tagħhom u l-inċentivi li joħolqu. Huma ma għandhomx jiżvantaġġaw lill-membri tal-ikklirjar jew lill-klijenti tagħhom b'mod sproporzjonat. B'mod partikolari, b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, is-CCPs għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklirjar tagħhom ikollhom skoperturi limitati għas-CCP. Is-CCPs għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu involuti fit-tfassil tal-pjan ta' rkupru permezz tal-involviment tagħhom fil-kumitat tar-riskju tas-CCP, skont il-każ kif ikun, u jkunu kkonsultati kif xieraq. Billi l-opinjonijiet jistgħu jkunu mistennija li jvarjaw fost il-partijiet ikkonċernati, is-CCPs għandhom jistabbilixxu proċessi ċari li jiġġestixxu d-diversità tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn dawk il-partijiet ikkonċernati u s-CCP.

(23a)  Is-CCPs għandhom jiżguraw li klijenti tal-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti jingħataw kumpens xieraq jekk l-assi tagħhom jintużaw matul il-proċess ta' rkupru.

(24)  Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq servuti mis-CCPs, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li s-CCP tkun tista' tapplika l-għażliet ta' rkupru, fejn ikun meħtieġ, għall-kuntratti jew għall-assi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz jew għall-entitajiet ibbażati f'pajjiżi terzi. Ir-regoli operattivi tas-CCP jenħtieġ li, għalhekk, ikunu jinkludu dispożizzjonijiet kuntrattwali li jiżguraw din l-abbiltà.

(25)  Meta CCP ma tippreżentax pjan ta' rkupru adegwat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu lis-CCP tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet materjali tal-pjan bil-għan li ssaħħaħ in-negozju tas-CCP u tiżgura li s-CCP tkun tista' tirrestawra l-kapital tagħha jew tirrikonċilja l-valur kontabilistiku tagħha f'każ ta' falliment. Dik is-setgħa għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni preventiva sal-punt li huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas u, għalhekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà finanzjarja.

(25a)  Meta CCP fi rkupru tkun applikat l-għodod tal-pożizzjonar u tal-allokazzjoni tat-telf, li jmorru lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-konfront ta' membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u tal-klijenti tagħhom, u ma tkunx daħlet f'riżoluzzjoni bħala konsegwenza ta' dan, l-awtorità kompetenti tas-CCP jenħtieġ li tkun tista', wara li jerġa' jkun stabbilit valur kontabilistiku rikonċiljat, tirrikjedi lis-CCP tagħti kumpens lill-parteċipanti għat-telf tagħhom permezz ta' pagamenti fi flus kontanti jew, meta jkun il-każ, tirrikjedi lis-CCP toħroġ strumenti ta' sjieda fi profitti futuri tas-CCP.

(26)  L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' riżoluzzjoni effettiva. Il-pjanijiet għandhom jitfasslu mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP u għandhom jiġu maqbula b'mod konġunt mill-awtoritajiet rilevanti tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jidentifikaw u jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi. Ir-regoli operattivi tas-CCP li jkunu maqbula b'kuntratt mal-membri tal-ikklirjar jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw eżegwibilità tal-miżuri ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, inkluż riżoluzzjoni ta' sejħa għal flus.

(27)  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, għandu jkollhom is-setgħa li jeħtieġu bidliet fl-istruttura ġuridika u l-organizzazzjoni tas-CCPs direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, li jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jitnaqqsu jew jitneħħew l-impedimenti materjali għall-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u li jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet ikkonċernati.

(28)  Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà jikkostitwixxu oqsma fejn, fuq il-kunsiderazzjonijiet superviżorji minn jum għal jum, tipprevali l-ħtieġa li jitħaffu u jiġu żgurati azzjonijiet ta' ristrutturar rapidi sabiex jiġu garantiti l-funzjonijiet kritiċi ta' CCP u tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-membri differenti tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni tas-CCP, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tas-CCP u d-deċiżjoni li jitneħħa kwalunkwe impediment għalihom, l-ESMA għandha tassumi rwol ta' medjazzjoni b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Madankollu, tali medjazzjoni vinkolanti mill-ESMA għandha titħejja għall-kunsiderazzjoni tagħha minn kumitat intern tal-ESMA, fid-dawl tal-kompetenzi tal-membri tal-ESMA sabiex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u sabiex jissorveljaw lill-membri tal-ikklirjar f'diversi Stati Membri. Ċerti awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament tal-EBA għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi f'dak il-kumitat intern tal-ESMA, fid-dawl tal-fatt li tali awtoritajiet iwettqu kompiti simili skont id-Direttiva 2014/59/UE. Tali medjazzjoni vinkolanti ma tipprekludix medjazzjoni mhux vinkolanti b'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f'każijiet oħrajn.

(29)  ▌Skont l-istruttura ta' grupp li tista' tagħmel parti minnu s-CCP, jista' jkun meħtieġ li l-pjan ta' rkupru tas-CCP jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jiskatta l-provvediment ta' relazzjonijiet kuntrattwali maqbula b'mod volontarju jew oħrajn vinkolanti bħal garanziji mogħtija mill-impriża prinċipali jew ftehimiet dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-profitt u t-telf jew forom oħrajn ta' appoġġ operazzjonali minn impriża prinċipali jew entità oħra ta' grupp lil CCP fi ħdan l-istess grupp. It-trasparenza fuq tali arranġamenti timmitiga r-riskji għal-likwidità u għas-solvenza tal-entità tal-grupp li tipprovdi appoġġ lil CCP li tkun qed tiffaċċja diffikultà finanzjarja. Kwalunkwe bidla f'arranġamenti bħal dawn għandha titqies bħala bidla materjali għall-fini tar-rieżami tal-pjan ta' rkupru.

(30)  Minħabba s-sensittività tal-informazzjoni li tinsab fil-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni, dawk il-pjanijiet għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet xierqa dwar il-kunfidenzjalità.

(31)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu l-pjanijiet ta' rkupru u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti, u dawn tal-aħħar għandhom jibagħtu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex b'hekk, b'mod permanenti, kull awtorità rilevanti tibqa' tinżamm infurmata bis-sħiħ.

(32)  Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' CCP qabel ma dik is-CCP tilħaq punt li fih l-awtoritajiet ma jkollhom ebda alternattiva oħra għajr li jsolvuha jew li jidderieġu lis-CCP sabiex tbiddel triqitha meta l-azzjonijiet tagħha jistgħu jkunu detrimentali għall-istabbiltà finanzjarja globali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' intervent bikri sabiex jevitaw jew jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja jew fl-interessi tal-klijenti li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri mis-CCP. Minbarra s-setgħat tagħhom previsti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri jew skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal ċirkostanzi oħrajn minbarra dawk meqjusa bħala li huma intervent bikri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw ukoll setgħat ta' intervent bikri. Id-drittijiet ta' intervent bikri għandhom jinkludu s-setgħa li jipprojbixxu jew jillimitaw kemm jista' jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati ta' ekwità mingħajr ma tkun ikkawżata inadempjenza totali, inklużi l-pagamenti tad-dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, u jistgħu jillimitaw, jipprojbixxu jew jiffriżaw kwalunkwe pagament ta' remunerazzjoni varjabbli skont id-Direttiva 2013/36/UE u l-Linji Gwida EBA/GL/2015/22 tal-EBA, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieglill-maniġment.

(33)  Matul il-fażijiet ta' rkupru u intervent bikri, l-azzjonisti għandhom iżommu d-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ. Huma jitilfu tali drittijiet ladarba s-CCP tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni. Kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità, inklużi d-distribuzzjoni ta' dividendi u r-riakkwist mis-CCP, jenħtieġ li jkunu ristretti jew projbiti fl-irkupru kemm hu possibbli.

(34)  Il-qafas tar-riżoluzzjoni għandu jipprevedi d-dħul f'waqtu f'riżoluzzjoni qabel ma CCP tkun insolventi. CCP għandha titqies bħala li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli meta tikser jew x'aktarx li fil-futur qrib tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni, meta l-irkupru tagħha jkun naqas milli jreġġa' lura l-vijabbiltà tagħha, meta l-assi tas-CCP jkunu jew x'aktarx li fil-futur qrib ikunu inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha, meta s-CCP ma tkunx tista' jew x'aktarx li fil-futur qrib ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha hekk kif isiru dovuti, jew meta s-CCP tkun teħtieġ appoġġ finanzjarju pubbliku▌. Madankollu, il-fatt li CCP ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul f'riżoluzzjoni. Sabiex id-dħul f'riżoluzzjoni jsir f'waqtu, deċiżjoni meħuda minn awtorità ta' riżoluzzjoni biex taċċelera tranżizzjoni mill-irkupru għal riżoluzzjoni tista' tiġi kkontestata biss għal raġunijiet sostantivi abbażi tal-fatt li din id-deċiżjoni kienet arbitrarja u mhux raġonevoli meta ttieħdet, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dakinhar.

(35)  Id-dispożizzjoni għal għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali - meta tali faċilità tkun disponibbli - ma għandhiex tkun kundizzjoni li turi li CCP ma tistax jew, fil-futur qrib, mhux se tkun tista' tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' skarsezza ta' likwidità sistemika, il-garanziji tal-Istat fuq faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew il-garanziji tal-Istat ta' obbligazzjonijiet maħruġa ġodda sabiex jiġi rrimedjat tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat Membru ma għandhomx jiskattaw qafas ta' riżoluzzjoni, dment li jiġu ssodisfati għadd ta' kundizzjonijiet.

(36)  Meta CCP tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sett armonizzat ta' għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni. L-eżerċitar tagħhom għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet, objettivi u prinċipji ġenerali komuni. L-użu ta' għodod u setgħat addizzjonali mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkun konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ta' riżoluzzjoni. B'mod partikolari, l-użu ta' tali għodod jew setgħat ma għandux jaffettwa r-riżoluzzjoni effettiva ta' gruppi transfruntiera. Minħabba l-objettiv li tipprevjeni, sa fejn hu possibbli, l-użu ta' fondi pubbliċi u tkun meqjusa d-diffikultà li tipprevedi n-natura eżatta ta' kriżi tas-servizz li fih awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tieħu azzjoni, jenħtieġ li ma tkun eskluża ebda għodda ta' riżoluzzjoni ex ante. Sabiex jiġi indirizzat il-periklu morali u l-kontribwenti jiġu protetti b'mod aktar effikaċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu miżuri ċari u komprensivi minn qabel biex jirkupraw kemm jista' jkun dawk il-fondi mingħand il-parteċipanti tal-ikklirjar.

(37)  L-objettivi primarji tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, li jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u li jiġu protetti l-fondi pubbliċi ▌.

(38)  Il-funzjonijiet kritiċi ta' CCP li qed tfalli għandhom jinżammu, għalkemm jiġu ristrutturati b'xi bidliet fil-maniġment, fejn ikun xieraq, permezz tal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni bħala negozju avvjat bl-użu, sa fejn l-aktar ikun possibbli, ta' fondi privati. Dan l-objettiv jista' jinkiseb jew permezz tal-bejgħ tas-CCP jew tal-fużjoni tagħha ma' parti terza solventi, jew billi jiġu ristrutturati jew issir valwazzjoni negattiva tal-kuntratti u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP permezz tal-allokazzjoni tat-telf u t-trasferiment tal-pożizzjonijiet mill-membru inadempjenti għall-membri mhux inadempjenti, jew issir rikapitalizzazzjoni tas-CCP permezz ta' valwazzjoni negattiva tal-ishma jew valwazzjoni negattiva u konverżjoni tad-dejn f'ekwità. Skont l-objettiv dwar iż-żamma tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u qabel jittieħdu l-azzjonijiet deskritti hawn fuq, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra li tinforza kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti tas-CCP, inkluż b'mod partikolari kwalunkwe obbligu kuntrattwali minn membri tal-ikklirjar biex jissodisfaw sejħiet għal flus jew jieħdu pożizzjonijiet ta' membri tal-ikklirjar inadempjenti, sew jekk permezz ta' rkant jew mod ieħor maqbul fir-regoli operattivi tas-CCP, kif ukoll kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja l-partijiet għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta' appoġġ finanzjarju. L-obbligi kuntrattwali għandhom ikunu infurzati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-mod kif dawn jiġu msejħa taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.

(39)  Hija meħtieġa azzjoni rapida u deċiżiva sabiex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u jiġi mminimizzat il-kontaġju. Ladarba l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jkunu ġew issodisfati, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP ma għandhiex iddum sabiex tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni xierqa u kkoordinata fl-interess pubbliku. Il-falliment ta' CCP jista' jseħħ taħt ċirkostanzi li jkunu jirrikjedu reazzjoni immedjata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti. Għalhekk, dik l-awtorità għandha titħalla tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni minkejja l-eżerċitar ta' miżuri ta' rkupru mis-CCP jew mingħajr ma jiġi impost obbligu li l-ewwel jintużaw is-setgħat ta' intervent bikri.

(40)  Meta tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tieħu inkonsiderazzjoni u ssegwi l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni żviluppati fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, sakemm l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tqisx, wara li tieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni se jintlaħqu b'mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tgħarraf fil-pront lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni dwar l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li tkun qed tippjana li tieħu, b'mod partikolari meta tali azzjoni tiddevja mill-pjan.

(41)  L-interferenza mad-drittijiet tal-proprjetà għandha tkun proporzjonata mar-riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, l-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati biss għal dawk is-CCPs li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, speċifikament meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess pubbliku. Minħabba li s-setgħat u l-għodod tar-riżoluzzjoni jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-azzjonisti, tal-membri tal-ikklirjar, tal-klijenti tagħhom u tal-kredituri usa', kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li tittieħed biss meta tkun neċessarja fl-interess pubbliku u kwalunkwe interferenza ma' dawk id-drittijiet għandha tkun kompatibbli mal-Karta. B'mod partikolari, meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b'mod differenti fil-kuntest ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, tali distinzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fl-interess pubbliku u proporzjonati mar-riskji li jkunu qed jiġu indirizzati u ma għandhomx ikunu diskriminatorji, la direttament u lanqas indirettament, abbażi tan-nazzjonalità.

(42)  L-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u l-kredituri affettwati ma għandhomx iġarrbu telf akbar minn dak li kienu jġarrbu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta mas-CCP u minflok kienu jkunu soġġetti għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru jew arranġamenti oħrajn tas-CCP fir-regoli operattivi tagħha jew inkella kieku s-CCP ġiet stralċjata fi proċedimenti normali ta' insolvenza. Fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-assi ta' CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent privat jew lil CCP tranżitorja, il-parti residwa tas-CCP taħt ir-riżoluzzjoni għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

(43)  Għall-fini tal-protezzjoni tad-dritt tal-azzjonisti, tal-kontropartijiet, tal-kredituri, tal-membri tal-ikklirjar u tal-klijenti tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti obbligi ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP u fir-rigward tal-valwazzjoni tat-trattament li dawk il-partijiet kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni. Għandu jkun possibbli li tinbeda valwazzjoni diġà matul il-fażi tal-irkupru. Qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq valwazzjoni ġusta u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP inkluż il-prezz li bih isseħħ kwalunkwe terminazzjoni ta' kuntratti fis-CCP, li għandha tqis il-volatilità u l-likwidità tas-suq fil-mument tar-riżoluzzjoni. Tali valwazzjoni għandha tkun soġġetta għal dritt ta' appell flimkien mad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni biss. Barra minn hekk, f'ċerti każijiet, jenħtieġ li jsir paragun ex post bejn it-trattament li effettivament ingħataw l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom u t-trattament li kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kienu ġew soġġetti għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew skont proċedimenti normali ta' insolvenza, filwaqt li jittieħed kont xieraq ta' kull effett negattiv ta' instabbiltà sistemika u taqlib tas-suq, wara li jkunu ntużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni. Meta l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom ikunu rċevew, bi ħlas jew b'kumpens għall-pretensjonijiet tagħhom, inqas mill-ammont li kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kieku kienu obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew skont proċedimenti normali ta' insolvenza, filwaqt li jittieħed kont xieraq ta' kull effett negattiv ta' instabbiltà sistemika u taqlib tas-suq, f'ċerti każijiet huma jenħtieġ li jkunu intitolati għall-ħlas tad-differenza. Il-kalkolu tal-ammont li huma kienu jirċievu jenħtieġ li ma jassumix l-għoti ta' appoġġ finanzjarju pubbliku. B'kuntrast mal-valwazzjoni ta' qabel l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandu jkun possibbli li dak il-paragun jiġi kkontestat separatament mid-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu b'mod ħieles dwar il-proċedura ta' kif l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom jitħallsu kwalunkwe differenza li tkun ġiet iddeterminata fit-trattament.

(44)  Bil-għan li tiġi żgurata riżoluzzjoni effettiva, il-proċess ta' valwazzjoni għandu jiddetermina bl-aktar mod preċiż possibbli kwalunkwe telf li għandu jiġi allokat għas-CCP sabiex tistabbilixxi mill-ġdid valur kontabilistiku rikonċiljat ta' pożizzjonijiet pendenti u sabiex tissodisfa l-obbligi fis-seħħ ta' ħlas. Il-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' CCP li tkun qed tfalli għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi fil-mument meta jintużaw l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, il-valur tal-obbligazzjonijiet ma għandux jiġi affettwat fil-valwazzjoni tiegħu mill-istat finanzjarju tas-CCP. Għandu jkun possibbli, għal raġunijiet ta' urġenza, li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet ta' CCP li tkun qed tfalli. Dik il-valwazzjoni għandha tkun provviżorja u għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.

(45)  Mad-dħul fir-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li tiżgura li kwalunkwe obbligu kuntrattwali pendenti tas-CCP, tal-membri tal-ikklirjar u ta' kontropartijiet oħra stabbilit fir-regoli operattivi tas-CCP, inklużi miżuri ta' rkupru pendenti, jiġu onorati ħlief fejn l-eżerċitar ta' setgħa jew għodda ta' riżoluzzjoni oħra jkun aktar xieraq sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi għall-istabbiltà finanzjarja jew sabiex jitħarsu l-funzjonijiet kritiċi tas-CCP b'mod f'waqtu. It-telf jenħtieġ li mbagħad jiġi assorbit minn strumenti kapitali regolatorji u għandu jiġi allokat lill-azzjonisti sal-kapaċità tagħhom permezz tal-kanċellazzjoni jew it-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda jew inkella permezz ta' dilwizzjoni severa, filwaqt li jitqies kwalunkwe telf li jrid jiġi assorbit mill-infurzar ta' kwalunkwe obbligu pendenti fil-konfront tas-CCP. Meta dawk l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jnaqqsu l-valur tad-dejn mhux garantit u tal-obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti, sa fejn ikun meħtieġ, mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja usa', b'konformità mal-gradazzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza applikabbli.

(46)  F'każ li l-eżerċitar mis-CCP tal-miżuri ta' rkupru tagħha ma jirnexxilux irażżan it-telf, ireġġagħha lura għal pożizzjoni bilanċjata f'termini ta' valur kontabilistiku rikonċiljat ta' pożizzjonijiet pendenti jew jirriforni r-riżorsi prefinanzjati b'mod komprensiv, jew meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun iddeterminat li l-eżerċitar ta' dawn l-azzjonijiet mis-CCP se jkun detrimentali għall-istabbiltà finanzjarja, l-eżerċitar tas-setgħat għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet mill-awtorità għandu jkun immirat sabiex jalloka t-telf pendenti, jiżgura r-ritorn tas-CCP għal pożizzjoni bilanċjata u jirriforni r-riżorsi prefinanzjati meħtieġa permezz tal-eżerċitar kontinwu tal-għodod fir-regoli operattivi tas-CCP jew permezz ta' azzjonijiet oħrajn.

(47)  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw ukoll li l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni tas-CCP jiġu mminimizzati u li l-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu. Meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b'mod differenti fil-kuntest ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, tali distinzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fl-interess pubbliku u ma għandhomx ikunu diskriminatorji, la direttament u lanqas indirettament, abbażi tan-nazzjonalità jew ta' kwalunkwe bażi oħra.

(48)  L-għodod ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun qabel issir kwalunkwe injezzjoni ta' kapital mis-settur pubbliku jew qabel jingħata appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju ekwivalenti lil CCP. L-użu tal-appoġġ finanzjarju pubbliku sabiex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat u jenħtieġ li jkunu ttrattati b'mod assolut bħala soluzzjoni tal-aħħar istanza.

(49)  Reġim ta' riżoluzzjoni effettiv għandu jimminimizza l-ispejjeż, imġarrba mill-kontribwenti, tar-riżoluzzjoni ta' CCP li tkun qed tfalli. Dan għandu jiżgura li s-CCPs ikunu jistgħu jiġu riżolti mingħajr ma tiġi pperikolata l-istabbiltà finanzjarja. L-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jilħqu dak l-objettiv billi jiżguraw li l-azzjonisti u l-kontropartijiet li huma fost il-kredituri tas-CCP li qed tfalli jġarrbu telf xieraq u jġorru parti xierqa mill-ispejjeż li jirriżultaw mill-falliment tas-CCP. Għalhekk, l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-azzjonisti u lill-kontropartijiet tas-CCPs inċentiv aktar b'saħħtu sabiex tiġi mmonitorjata s-saħħa ta' CCP f'ċirkostanzi normali b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja21.

(50)  Sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jallokaw it-telf u l-pożizzjonijiet lill-kontropartijiet f'firxa ta' ċirkostanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet l-ewwel nett ikunu jistgħu japplikaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet kemm meta l-objettiv ikun li jinżammu s-servizzi tal-ikklirjar kritiċi fi ħdan is-CCP taħt riżoluzzjoni u sussegwentement, jekk ikun meħtieġ, tali servizzi kritiċi jiġu ttrasferiti lil CCP tranżitorja jew parti terza b'tali mod li jħallu l-parti residwa tas-CCP twaqqaf l-operazzjoni u tiġi stralċjata.

(51)  Meta l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jiġu applikati bil-għan li titreġġa' lura l-vijabbiltà tas-CCP li qed tfalli sabiex din tkun tista' tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni għandha tiġi akkumpanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment, ▌u ristrutturar sussegwenti tas-CCP u l-attivitajiet tagħha b'mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet għall-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju ▌.

(52)  L-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu eżerċitati bil-għan li jiġi rikonċiljat il-valur kontabilistiku tas-CCP, jitrażżan kwalunkwe telf u jinkisbu riżorsi addizzjonali sabiex tkun tista' tiġi rikapitalizzata s-CCP u jerġgħu jimtlew ir-riżorsi prefinanzjati tagħha. Sabiex ikun żgurat li dawn ikunu effettivi u jintlaħaq l-għan tagħhom, huma jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' kuntratti li jagħtu lok għal obbligazzjonijiet mhux garantiti jew li joħolqu valur kontabilistiku mhux rikonċiljat għas-CCP li tkun qed tfalli. Huma jenħtieġ li jipprevedu l-possibbiltà ta' rkant tal-pożizzjonijiet ta' min ikun inadempjenti fost il-membri tal-ikklirjar li jifdal, ▌haircuts ulterjuri tal-pagamenti 'l barra tal-marġini ta' varjazzjoni, lil dawn il-membri u l-klijenti tagħhom, l-eżerċitar ta' kwalunkwe sejħa għal flus pendenti stabbiliti fil-pjanijiet ta' rkupru, l-eżerċitar ta' sejħiet għal flus addizzjonali għar-riżoluzzjoni assenjati speċifikament għall-awtorità tar-riżoluzzjoni fir-regoli operattivi tas-CCP u l-valwazzjoni negattiva tal-istrumenti tad-dejn u tal-kapital maħruġa mis-CCP jew ta' obbligazzjonijiet mhux iggarantiti oħra u l-konverżjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn f'ishma. Jekk ikun meqjus meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fi żmien xieraq, filwaqt li jimminimizzaw ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u jevitaw l-użu ta' fondi pubbliċi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu parzjalment jew b'mod sħiħ jitterminaw il-kuntratti ta' membri tal-ikklirjar inadempjenti, ta' linji tal-prodotti u tas-CCP.

(53)  B'rispett dovut għall-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja u bħala l-aħħar istanza, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu biss li jinkludu parzjalment xi kuntratti fl-allokazzjoni tat-telf f'għadd ta' ċirkostanzi. Meta dawk l-għodod ikunu eżerċitati parzjalment biss, il-livell ta' telf jew skopertura applikat għal kuntratti oħrajn jista' jiġi mmodifikat sakemm ikun irrispettat il-prinċipju li "l-ebda kreditur ma jmur agħar milli taħt proċedimenti normali ta' insolvenza".

(54)  Meta l-għodod ta' riżoluzzjoni jkunu ntużaw sabiex jiġu ttrasferiti l-funzjonijiet kritiċi jew in-negozju vijabbli ta' CCP lil entità soda bħal akkwirent mis-settur privat jew CCP tranżitorja, il-parti residwa tas-CCP għandha tiġi likwidata f'qafas ta' żmien xieraq wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe ħtieġa għas-CCP li qed tfalli li tipprovdi servizzi jew appoġġ sabiex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet jew jipprovdu s-servizzi akkwistati permezz ta' dak it-trasferiment.

(55)  L-għodda għall-bejgħ ta' negozju għandha tippermetti lill-awtoritajiet ibigħu s-CCP jew partijiet min-negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' negozju, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik is-CCP jew parti min-negozju tagħha fi proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, filwaqt li jimmiraw li jimmassimizzaw il-prezz tal-bejgħ kemm jista' jkun.

(56)  Minn kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta' assi jew obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju għandha tibbenifika l-entità li titħalla fil-proċedimenti tal-istralċ. L-azzjonisti għandhom jibbenifikaw minn kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta' strumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju. Ir-rikavat għandu jiġi kkalkolat nett mill-ispejjeż li jinħolqu mill-falliment tas-CCP u mill-proċess tar-riżoluzzjoni.

(57)  Sabiex il-bejgħ tan-negozju jsir fil-ħin u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja, il-valutazzjoni tal-akkwirent ta' parteċipazzjoni kwalifikanti għandha titwettaq fil-ħin mingħajr ma jinħoloq dewmien fl-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju.

(58)  L-informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' CCP li qed tfalli u n-negozjati mal-akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju x'aktarx li tkun ta' importanza sistemika. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li d-divulgazzjoni lill-pubbliku ta' din l-informazzjoni meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) tkun tista' tiġi ttardjata saż-żmien meħtieġ sabiex tiġi ppjanata u strutturata r-riżoluzzjoni tas-CCP b'konformità mad-dewmien permess taħt ir-reġim tal-abbuż tas-suq.

(59)  Bħala CCP kompletament jew parzjalment ta' awtorità pubblika waħda jew aktar jew ikkontrollata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, CCP tranżitorja għandu jkollha bħala l-għan prinċipali tagħha li tiżgura li jkomplu jiġu pprovduti s-servizzi finanzjarji essenzjali lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tas-CCP li tpoġġiet taħt riżoluzzjoni u li jkomplu jitwettqu l-attivitajiet finanzjarji essenzjali. Is-CCP tranżitorja għandha titħaddem bħala entità avvjata vijabbli u għandha titqiegħed lura fis-suq meta l-kundizzjonijiet ikunu xierqa jew inkella tiġi stralċjata jekk ma tkunx għadha vijabbli.

(60)  Jekk l-alternattivi l-oħrajn kollha jkunu prattikament indisponibbli jew ikunu evidentement insuffiċjenti sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, għandha tkun possibbli l-parteċipazzjoni tal-gvern fil-forma ta' appoġġ għall-ekwità jew sjieda pubblika temporanja, b'konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż ristrutturar tal-operazzjonijiet tas-CCP, u għandu jkun permess li l-fondi użati jinġabru lura, matul iż-żmien, mingħand il-parteċipanti tal-ikklirjar, li jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju. L-użu tal-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-gvern japplika minkejja r-rwol ta' kwalunkwe bank ċentrali li jipprovdi likwidità lis-sistema finanzjarja anki fi żminijiet ta' stress, li jkun soġġett għad-diskrezzjoni tagħhom u li ma jkunx preżunt li hu possibbli li jseħħ. Dan għandu jkun temporanju fin-natura tiegħu. Għalhekk, għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti komprensivi u kredibbli li jippermettu l-irkupru tal-fondi pubbliċi pprovduti matul perjodu xieraq ta' żmien.

(61)  Sabiex tiġi żgurata l-abbiltà ta' awtorità tar-riżoluzzjoni li tapplika l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet fuq kuntratti ma' entitajiet ibbażati f'pajjiżi terzi, ir-rikonoxximent ta' dik il-possibbiltà jenħtieġ li jiġi inkluż fir-regoli operattivi tas-CCP.

(62)  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat legali kollha meħtieġa li, f'kombinazzjonijiet differenti, ikunu jistgħu jiġu eżerċitati meta jintużaw l-għodod tar-riżoluzzjoni. Huma jenħtieġ li jinkludu s-setgħa li l-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta' CCP li qed tfalli jiġu ttrasferiti lil entità oħra bħal CCP oħra jew CCP tranżitorja, is-setgħa li jiġu valwati b'mod negattiv jew ikkanċellati l-istrumenti ta' sjieda, jew li jiġu valwati b'mod negattiv jew ikkonvertiti l-obbligazzjonijiet ta' CCP li qed tfalli, is-setgħa li jiġi valwat b'mod negattiv il-marġini ta' varjazzjoni, is-setgħa li jiġu infurzati kwalunkwe obbligu pendenti ta' partijiet terzi fir-rigward tas-CCP, inklużi rkupru u riżoluzzjoni għal talbiet għal flus kontanti inklużi dawk stabbiliti fir-regoli operattivi tas-CCP u allokazzjonijiet tal-pożizzjonijiet, is-setgħa li jiġu tterminati parzjalment jew kompletament il-kuntratti tas-CCP, is-setgħa li jinbidel il-maniġment u s-setgħa li jiġi impost moratorju temporanju fuq il-ħlas tal-pretensjonijiet. Is-CCP u l-membri tal-bord u l-maniġment superjuri tagħha għandhom jibqgħu responsabbli, soġġett għal-liġi tal-Istat Membru, skont il-liġi ċivili jew kriminali, għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tas-CCP.

(63)  Il-qafas ta' riżoluzzjoni għandu jinkludi rekwiżiti proċedurali sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jiġu nnotifikati kif suppost u jsiru pubbliċi. Madankollu, minħabba li l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u mill-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess tar-riżoluzzjoni x'aktarx tkun sensittiva, qabel ma d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ssir pubblika, din l-informazzjoni għandha tiġi soġġetta għal reġim effettiv ta' kunfidenzjalità. Għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-informazzjoni dwar il-kontenut u d-dettalji ta' pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni ta' dawk il-pjanijiet jista' jkollhom effetti ampji, b'mod partikolari fuq l-intrapriżi kkonċernati. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta fir-rigward ta' deċiżjoni qabel ma tittieħed, kemm dwar jekk il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni humiex sodisfatti, dwar l-użu ta' għodda speċifika kif ukoll dwar kwalunkwe azzjoni matul il-proċedimenti, għandha titqies li għandha effett fuq l-interessi pubbliċi u privati kkonċernati mill-azzjoni. Madankollu, l-informazzjoni li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżamina CCP speċifika tista' tkun biżżejjed sabiex ikollha effetti negattivi fuq dik is-CCP. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmi xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità ta' tali informazzjoni, bħalma huma l-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa f'dak il-kuntest.

(64)  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom setgħat anċillari sabiex jiżguraw l-effettività tat-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda jew tal-istrumenti tad-dejn u tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet. Soġġett għas-salvagwardji, dawk is-setgħat għandhom jinkludu s-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta' partijiet terzi mill-istrumenti jew l-assi ttrasferiti u s-setgħa li jiġu infurzati l-kuntratti u li tiġi prevista l-kontinwità tal-arranġamenti vis-à-vis l-benefiċjarju tal-assi u l-istrumenti ta' sjieda ttrasferiti. Madankollu d-drittijiet tal-impjegati li jtemmu kuntratt ta' impjieg ma għandhomx jiġu affettwati. Lanqas ma għandu jiġi affettwat id-dritt ta' parti li tittermina kuntratt ma' CCP taħt riżoluzzjoni, jew ma' entità ta' grupp tagħha, għal raġunijiet oħrajn minbarra għar-riżoluzzjoni tas-CCP li qed tfalli. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa anċillari li jitolbu lis-CCP residwa li tkun qed tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza tipprovdi s-servizzi li huma meħtieġa sabiex is-CCP li lilha ġew ittrasferiti assi, kuntratti jew strumenti ta' sjieda permezz tal-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju jew l-għodda tas-CCP tranżitorja tkun tista' topera n-negozju tagħha.

(65)  B'konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta, il-partijiet ikkonċernati għandhom id-dritt għal proċess ġust u għal rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dritt ta' appell fuq raġunijiet sostantivi jekk id-deċiżjoni kienet arbitrarja u mhux raġonevoli meta ttieħdet, fid-dawl tal-informazzjoni li tkun disponibbli dakinhar.

(66)  L-azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali tista' tirrikjedi valutazzjonijiet ekonomiċi u marġini kbir ta' diskrezzjoni. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali huma speċifikament mgħammra bil-kompetenzi meħtieġa sabiex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet u sabiex jiddeterminaw l-użu xieraq tal-marġini ta' diskrezzjoni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet ekonomiċi magħmula mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali f'dak il-kuntest jintużaw bħala bażi mill-qrati nazzjonali fir-rieżami tal-miżuri ta' ġestjoni ta' kriżi kkonċernati.

(67)  Sabiex ikunu koperti s-sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema u billi s-sospensjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tista' timpedixxi l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, jeħtieġ li jiġi stabbilit li t-tressiq ta' kwalunkwe appell ma għandux jirriżulta f'sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata u li d-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli immedjatament.

(68)  Barra minn hekk, fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu akkwistaw assi, kuntratti, drittijiet u obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni b'rieda tajba bis-saħħa tal-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet u sabiex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, id-dritt ta' appell ma għandu jaffettwa ebda att amministrattiv sussegwenti jew tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi ta' deċiżjoni annullata. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, ir-rimedji għal deċiżjoni inġusta għandhom ikunu limitati għall-għoti ta' kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

(69)  Billi jista' jkun meħtieġ li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed b'mod urġenti minħabba riskji serji għall-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri u fl-Unjoni, kwalunkwe proċedura skont il-liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante ta' miżura ta' ġestjoni ta' kriżi u l-kunsiderazzjoni tal-qorti ta' tali applikazzjoni għandhom ikunu rapidi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-partijiet interessati jista' jkollhom biex jagħmlu applikazzjoni lill-qorti biex tiġi annullata d-deċiżjoni, għal perjodu limitat wara li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ħadet il-miżura ta' ġestjoni ta' kriżi.

(70)  Huwa fl-interess ta' riżoluzzjoni effiċjenti u sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' ġurisdizzjoni li ma jinfetaħ jew jitkompla l-ebda proċediment normali ta' insolvenza għas-CCP li tkun qed tfalli waqt li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni tagħha jew tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni, ħlief fuq l-inizjattiva jew bil-kunsens tal-awtorità tar-riżoluzzjoni. Huwa utli u meħtieġ li jiġu sospiżi, għal perjodu limitat, ċerti obbligi kuntrattwali sabiex l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha ċans tibda' tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni. Madankollu, dan ma għandux japplika għall-obbligi ta' CCP li tkun qed tfalli lejn is-sistemi nnominati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, inklużi kontropartijiet ċentrali oħrajn u banek ċentrali. Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f'sistemi ta' ħlas u saldu tat-titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b'mod xieraq f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza xierqa għall-operaturi tas-sistemi tal-ħlas u tat-titoli u parteċipanti oħrajn tas-suq, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi ma għandhiex titqies bħala proċediment ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt. Madankollu, l-operat ta' sistema nnominata jew id-dritt għal titoli kollaterali garantiti mid-Direttiva 98/26/KE ma għandux ikun imminat.

(71)  Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbligazzjonijiet lil akkwirent fis-settur privat jew lil CCP tranżitorja, ikollhom perjodu adegwat sabiex jidentifikaw il-kuntratti li għandhom jiġu ttrasferiti, jista' jkun xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-drittijiet tal-kontropartijiet li jagħlqu, jaċċelleraw jew inkella jitterminaw il-kuntratti finazjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Tali restrizzjoni tkun meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu stampa vera tal-karta bilanċjali tas-CCP li tkun qed tfalli, mingħajr il-bidliet fil-valur u fl-ambitu li jkun jinvolvi l-eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni. Sabiex ma tinterferixxix aktar milli meħtieġ mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet, ir-restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluża l-okkorrenza ta' kwalunkwe event marbut direttament mal-applikazzjoni ta' tali miżura, u d-drittijiet għat-terminazzjoni li joriġinaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluż in-nuqqas ta' ħlas jew konsenja ta' marġini, għandhom jibqgħu.

(72)  Sabiex jiġu ppreservati l-arranġamenti leġittimi fis-suq kapitali fil-każ ta' trasferiment ta' xi assi, kuntratti, drittijiet u obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta' CCP li tkun qed tfalli, huwa xieraq li jiġu inklużi salvagwardji sabiex jiġi evitat kif xieraq li l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-kuntratti marbuta jiġu sseparati minn xulxin. Tali restrizzjoni fuq prassi magħżula fir-rigward tal-kuntratti marbuta u l-kollateral relatat għandha tkun estiża għal kuntratti mal-istess kontroparti koperti minn arranġamenti tat-titoli, arranġamenti ta' kollateral finanzjarju għat-trasferimenti tat-titoli, arranġamenti ta' tpaċija, arranġamenti ta' saldu abbażi tal-valur nett u arranġamenti finanzjarji strutturati. Fejn tapplika s-salvagwardja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ifittxu li jittrasferixxu l-kuntratti marbuta kollha fi ħdan arranġament protett, jew iħalluhom kollha fis-CCP residwa li tkun qed tfalli. Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw li t-trattament kapitali regolatorju tal-iskoperturi koperti minn ftehim ta' netting għall-finijiet tad-Direttiva 2013/36/UE jiġi affettwat l-inqas possibbli.

(73)  Is-CCPs tal-UE jipprovdu servizzi lil membri tal-ikklirjar u lil klijenti li jinsabu f'pajjiżi terzi u s-CCPs ta' pajjiżi terzi jipprovdu servizzi lil membri tal-ikklirjar u lil klijenti li jinsabu fl-UE. Ir-riżoluzzjoni effettiva tas-CCPs attivi internazzjonalment teħtieġ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Għal dak l-għan, l-ESMA għandha tipprovdi gwida dwar il-kontenut tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jiżguraw ippjanar effettiv, teħid ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni fir-rigward ta' CCPs attivi internazzjonalment. F'ċerti ċirkostanzi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali jinħtiġilhom jirrikonoxxu u jinfurzaw il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni għandha sseħħ ukoll fir-rigward tas-sussidjarji tas-CCPs tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi u tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom.

(74)  Sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-protezzjoni adegwata għall-parteċipanti fis-suq madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta abbozz ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, b'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni, il-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-elementi rilevanti biex jitwettqu l-valwazzjonijiet.

(75)  Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissospendi kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar stabbilit skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, wara talba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' CCP taħt riżoluzzjoni jew mill-awtorità kompetenti ta' membru tal-ikklirjar ta' CCP taħt riżoluzzjoni u wara opinjoni mhux vinkolanti mill-ESMA, għal klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li jiġu kklirjati minn CCP li tkun taħt riżoluzzjoni. Id-deċiżjoni tas-sospensjoni għandha tiġi adottata biss jekk ikun meħtieġ li jiġu ppreservati l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja fis-suq, b'mod partikolari sabiex jiġu evitati l-effett ta' kontaġju u jiġi evitat li l-kontropartijiet u l-investituri jkollhom skopertura għolja u inċerta għar-riskju ta' CCP. Sabiex tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-kriterji ddikjarati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex id-derivattivi OTC jiġu soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar fir-rigward ta' dawk id-derivattivi OTC li għalihom tintalab is-sospensjoni. Is-sospensjoni għandha tkun ta' natura temporanja b'possibbiltà ta' tiġdid. Bl-istess mod, ir-rwol tal-kumitat tar-riskju tas-CCP, kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandu jissaħħaħ sabiex is-CCP tkompli tiġi mħeġġa tiġġestixxi r-riskji tagħha b'mod prudenti u ttejjeb ir-reżiljenza tagħha. Il-membri tal-kumitat tar-riskju għandhom ikunu jistgħu jgħarrfu lill-awtorità kompetenti meta s-CCP ma ssegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u r-rappreżentanti tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom fil-kumitat tar-riskju għandhom ikunu jistgħu jużaw l-informazzjoni pprovduta sabiex jimmonitorjaw l-iskoperturi tagħhom għas-CCP, b'konformità mas-salvagwardji tal-kunfidenzjalità. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-CCPs għandu jkollhom ukoll aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament (UE) 2365/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(76)  Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-CCPs ikunu rrappreżentati fil-fora rilevanti kollha u sabiex jiġi żgurat li l-ESMA tibbenefika mill-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex jitwettqu l-kompiti relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu jiġi emendat sabiex ikun jinkludi awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali tas-CCP fil-kunċett tal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti minn dak ir-Regolament.

(77)  Sabiex tħejji d-deċiżjonijiet tal-ESMA fir-rigward tal-kompiti allokati lilha, li jinvolvu l-iżvilupp ta' abbozz ta' standards tekniċi dwar valwazzjonijiet ex ante u ex post u dwar il-kulleġġi u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, kif ukoll ta' linji gwida dwar il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u dwar il-medjazzjoni vinkolanti, u sabiex tiżgura l-involviment komprensiv tal-EBA u tal-membri tagħha fit-tħejjija ta' dawn id-deċiżjonijiet, l-ESMA għandha toħloq Kumitat tar-Riżoluzzjoni intern u, fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-EBA għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi.

(78)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta u, b'mod partikolari, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt tad-difiża.

(79)  Meta jieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom dejjem jikkunsidraw b'mod xieraq l-impatt tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja f'ġurisdizzjonijiet oħrajn u fuq is-sitwazzjoni ekonomika f'ġurisdizzjonijiet oħrajn u għandhom jikkunsidraw is-sinifikat ta' kwalunkwe membru tal-ikklirjar għas-settur finanzjarju u l-ekonomija tal-ġurisdizzjonijiet fejn ikun stabbilit tali membru tal-ikklirjar.

(80)  Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u tal-proċessi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-effetti ta' falliment ta' kwalunkwe CCPs fl-Unjoni kollha, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(81)  Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi bejn id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs u l-qafas legali li jirregola l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita sad-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri tat-traspożizzjoni [PO: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) awtorizzati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-regoli relatati mal-arranġamenti ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "CCP" tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(2)  "kulleġġ ta' riżoluzzjoni" tfisser il-kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 4;

(3)  "awtorità koordinatriċi" tfisser awtorità maħtura ▌b'konformità mal-Artikolu 3;

(4)  "għodda ta' riżoluzzjoni" tfisser għodda ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1);

(5)  "setgħa ta' riżoluzzjoni" tfisser setgħa msemmija fl-Artikolu 48;

(6)  "objettivi tar-riżoluzzjoni" tfisser l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21;

(7)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità maħtura ▌b'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(7a)  "event ta' inadempjenza" tfisser xenarju fejn membru tal-ikklirjar jew aktar jonqsu milli jonoraw l-obbligi finanzjarji tagħhom fil-konfront tas-CCP;

(7b)  "mhux ta' inadempjenza" tfisser sitwazzjoni fejn it-telf huwa mġarrab minn CCP għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra l-inadempjenza ta' membru tal-ikklirjar, bħall-falliment tan-negozju, tal-kustodja, tal-investiment, legali jew operazzjonali jew frodi, inklużi n-nuqqasijiet li jirriżultaw minn attakki ċibernetiċi, jew nuqqasijiet ta' likwidità mhux koperti;

(8)  "pjan ta' riżoluzzjoni" tfisser pjan ta' riżoluzzjoni għal CCP imfassal b'konformità mal-Artikolu 13;

(9)  "azzjoni ta' riżoluzzjoni" tfisser l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, jew l-eżerċitar ta' setgħa ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22;

(10)  "membru tal-ikklirjar" tfisser membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(11)  "impriża prinċipali" tfisser impriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(12)  "CCP ta' pajjiż terz" tfisser CCP li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f'pajjiż terz;

(13)  "arranġament ta' tpaċija" tfisser arranġament li taħtu żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn is-CCP taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(14)  "infrastruttura tas-suq finanzjarju" (financial market infrastructure - FMI) tfisser kontroparti ċentrali, depożitorju ċentrali tat-titoli, repożitorju tat-tranżazzjonijiet, sistema ta' pagament jew sistema oħra definita u nominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE;

(15)  "klijent" tfisser klijent kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(15a)  "O-SII" tfisser istituzzjonijiet ta' importanza sistemika kif imsemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(16)  "CCP interoperabbli" tfisser CCP li tkun daħlet f'arranġament tal-interoperabilità skont it-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

  ▌

(18)  "pjan ta' rkupru" tfisser pjan ta' rkupru mfassal u miżmum minn CCP b'konformità mal-Artikolu 9;

(19)  "bord" tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-kumpaniji b'konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(20)  "kulleġġ superviżorju" tfisser il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bil-parteċipazzjoni tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB);

(21)  "kapital" tfisser kapital kif definit fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(22)  "kaskata tal-inadempjenza" tfisser kaskata tal-inadempjenza b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(23)  "funzjonijiet kritiċi" tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet ipprovduti lil partijiet terzi esterni għas-CCP, li d-diskontinwità tagħhom x'aktarx li twassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru wieħed jew aktar minħabba d-daqs, is-sehem mis-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntieri ta' CCP jew grupp, b'mod partikolari fir-rigward tas-sostitwibbiltà ta' dawk l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet;

(24)  "grupp" tfisser grupp kif definit fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(25)  "FMI marbuta" tfisser CCP interoperabbli jew FMI jew CCP oħra li magħha s-CCP ikollha arranġamenti kuntrattwali;

(26)  "appoġġ finanzjarju pubbliku ▌" tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jew kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku ieħor fil-livell supranazzjonali, li, jekk jiġi pprovdut fil-livell nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex jiġu ppreservati jew jitreġġgħu lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' CCP jew ta' grupp li minnu tifforma parti tali CCP;

(27)  "kuntratti finanzjarji" tfisser kuntratti u ftehimiet stabbiliti fil-punt 100 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(28)  "proċedimenti normali ta' insolvenza" tfisser il-proċedimenti ta' insolvenza kollettivi li jinvolvu l-investiment parzjali jew totali ta' debitur u l-ħatra ta' likwidatur jew amministratur normalment applikabbli għas-CCPs skont il-liġi nazzjonali u jew speċifiċi għal dawk l-istituzzjonijiet jew inkella applikabbli b'mod ġenerali għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

(29)  "strumenti ta' sjieda" tfisser ishma, strumenti oħrajn li jikkonferixxu sjieda, strumenti li jistgħu jiġu kkonvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f'ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn;

(30)  "awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura" tfisser l-awtorità fdata bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tat-22 ta' Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3);

(31)  "fond tal-inadempjenza" tfisser fond tal-inadempjenza miżmum minn CCP b'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(32)  "riżorsi prefinanzjati" tfisser riżorsi miżmuma mill-persuna ġuridika rilevanti u disponibbli liberament għaliha;

(33)  "maniġment superjuri" tfisser il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tas-CCP u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord;

(34)  "repożitorju tat-tranżazzjonijiet" tfisser repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11);

(35)  "Qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni" tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmula jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 tat-TFUE;

(36)  "strumenti ta' dejn" tfisser bonds jew forom oħrajn ta' dejn trasferibbli mhux garantit, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn;

(37)  "sejħa għal flus għal riżoluzzjoni" tfisser talba għal riżorsi fi flus li għandhom jiġu pprovduti mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tas-setgħat statutorji disponibbli għal awtorità tar-riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 31 u kif imniżżel fir-regoli operattivi tas-CCP;

(38)  "sejħiet għal flus għall-irkupru" tfisser talbiet għal riżorsi fi flus li għandhom jiġu pprovduti mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tal-arranġamenti kuntrattwali stipulati fir-regoli operattivi tas-CCP;

(39)  "setgħat ta' trasferiment" tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 48(1) li jiġu ttrasferiti ishma, strumenti ta' sjieda oħrajn, strumenti ta' dejn, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn l-elementi minn CCP taħt riżoluzzjoni lil benefiċjarju;

(40)  "derivattiv" tfisser derivat kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(41)  "arranġament ta' netting" tfisser arranġament li taħtu għadd ta' pretensjonijiet jew obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni netta unika, inklużi arranġamenti ta' netting tal-għeluq li taħthom, meta jseħħ event ta' infurzar (irrispettivament minn kif u fejn jiġi definit), l-obbligi tal-partijiet jitħaffu b'mod li jsiru dovuti immedjatament jew jiġu tterminati u, fi kwalunkwe każ, jiġu kkonvertiti fi, jew sostitwiti minn, pretensjoni netta unika, inklużi "dispożizzjonijiet dwar in-netting tal-għeluq" kif definit fil-punt (n)(i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) u "netting" kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(42)  "miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi" tfisser l-eżerċitar tas-setgħat sabiex CCP tintalab tieħu miżuri sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet fil-pjan ta' rkupru tagħha skont l-Artikolu 10(8) u (9), l-eżerċitar tas-setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17, jew l-applikazzjoni ta' miżura ta' intervent bikri skont l-Artikolu 19;

(43)  "dritt ta' terminazzjoni" tfisser dritt li jiġi tterminat kuntratt, dritt li l-obbligi jitħaffu, jingħalqu, jiġu paċuti jew jiġu nnettjati jew kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta' parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li tipprevjeni li jirriżulta obbligu skont il-kuntratt li altrimenti kien jirriżulta;

(44)  "arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titolu" tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titolu kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE;

(45)  "bond kopert" tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);

(46)  "proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz" tfisser azzjoni skont il-liġi ta' pajjiż terz għall-ġestjoni ta' falliment ta' CCP ta' pajjiż terz li tkun komparabbli, f'termini ta' objettivi u riżultati antiċipati, mal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament;

(47)  "awtoritajiet nazzjonali rilevanti" tfisser l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew il-ministeri kompetenti maħtura b'konformità ma' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE jew awtoritajiet oħrajn fl-Istati Membri b'setgħat li jirrigwardaw l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCPs ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar fil-ġurisdizzjoni tagħhom;

(48)  "awtorità rilevanti ta' pajjiż terz" tfisser awtorità ta' pajjiż terz responsabbli biex twettaq funzjonijiet komparabbli ma' dawk tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament;

TITOLU II

L-AWTORITAJIET, IL-KULLEĠĠ TA' RIŻOLUZZJONI U L-PROĊEDURI

Taqsima IL-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni u l-involviment tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

Artikolu 3Il-ħatra tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-ministeri kompetenti

1.  L-Istati Membri fejn hi stabbilita CCP għandhom – u, Stati Membri fejn mhi stabbilita ebda CCP, jistgħu – jaħtru awtorità ta' riżoluzzjoni waħda ▌li jkollha s-setgħa li tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet oħrajn fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi.

2.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom il-kompetenzi, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali sabiex japplikaw miżuri ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bil-ħeffa u l-flessibbiltà li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

3.  Meta awtorità tar-riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1 tiġi fdata b'funzjonijiet oħrajn, ▌l-indipendenza operazzjonali, inkluża s-separazzjoni tal-persunal, tal-linji ta' rapportar u tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' dik l-awtorità tar-riżoluzzjoni, b'mod partikolari mill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament għandha tiġi stabbilita u ppruvata għas-sodisfazzjon tal-ESMA sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess bejn il-funzjonijiet fdati lill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament u l-funzjonijiet l-oħrajn kollha fdati lil dik l-awtorità.

Ir-rekwiżiti mogħtija fl-ewwel paragrafu la għandhom jipprekludu li l-linji ta' rapportar jikkonverġu fl-ogħla livell ta' organizzazzjoni li tinkludi awtoritajiet differenti u lanqas li l-persunal jista', b'kundizzjonijiet definiti minn qabel, jiġi sekondat minn awtorità għal oħra biex din tlaħħaq ma' volumi ta' xogħol temporanjament kbar.

4.  ▌L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli interni li jiżguraw is-separazzjoni strutturali msemmija fl-ewwel subparagrafu, inklużi regoli li jirrigwardaw is-segretezza professjonali u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti.

5.  Kull Stat Membru għandu jinnomina ministeru wieħed li jkun responsabbli għall-eżerċitar tal-funzjonijiet fdati lill-ministeru kompetenti skont dan ir-Regolament.

6.  ▌L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tgħarraf lill-ministeru kompetenti, fil-ħin, bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament.

7.  Meta d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 jkollhom impatt fiskali dirett ▌, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikseb l-approvazzjoni meħtieġa kif stipulat ▌fil-liġi.

8.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1.

9.  ▌

10.  L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u tal-awtoritajiet ta' kuntatt innotifikati skont il-paragrafu 8.

Artikolu 4

Kulleġġi ta' riżoluzzjoni

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi, tiġġestixxi u tippresiedi kulleġġ ta' riżoluzzjoni sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikoli 13, 16 u 17 u jiżgura l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.

Il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għal awtoritajiet rilevanti oħrajn sabiex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)  jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, għall-valutazzjoni tal-interkonnettività tas-CCP u dik tal-parteċipanti tagħha, flimkien ma' banek ċentrali oħrajn ta' interess, u għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija u ta' prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni;

(b)  jivvalutaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 13;

(c)  jivvalutaw ir-riżolvibbiltà tas-CCPs skont l-Artikolu 16;

(d)  jidentifikaw, jindirizzaw u jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tas-CCPs skont l-Artikolu 17;

(e)  jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u l-iskemi ta' riżoluzzjoni;

(ea)  jiskambjaw il-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar u jivvalutaw l-impatt u l-interkonnettività li jista' jkun hemm mas-CCP;

2.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni:

(a)  l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP;  

(b)  l-awtorità kompetenti tas-CCP;

(c)  l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)  l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)  l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-CCPs imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(f)  l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(g)  il-membri tas-SEBĊ imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(h)  il-banek ċentrali emittenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i)  l-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali, fejn japplika l-Artikolu 11(1);

(ia)  l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tal-O-SIIs imsemmija fl-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)  il-ministeru kompetenti, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) ma tkunx il-ministeru kompetenti;

(k)  l-ESMA;

(l)  l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

3.  L-ESMA, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tal-O-SIIs ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni.

4.  L-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar stabbiliti f'pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni ta' CCPs ta' pajjiżi terzi li magħhom is-CCP stabbilixxiet arranġamenti ta' interoperabilità jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi. L-attendenza tagħhom għandha tkun kundizzjonali fuq li dawn l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li fl-opinjoni tal-president tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 71.

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni tista' tkun limitata għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet ta' infurzar transfruntieri speċifiċi, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  l-infurzar ikkoordinat u effettiv tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari b'konformità mal-Artikoli 53 u 75;

(b)  l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-impedimenti possibbli għal azzjoni ta' riżoluzzjoni effettiva li jistgħu jirriżultaw minn liġijiet diverġenti li jirregolaw l-arranġamenti ta' kollateral, netting u tpaċija u l-istrateġiji jew is-setgħat ta' rkupru u riżoluzzjoni differenti;

(c)  l-identifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta' kwalunkwe ħtieġa għal rekwiżiti għal ħruġ ta' liċenzji, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni ġodda, fid-dawl tal-ħtieġa li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jitwettqu fil-ħin;

(d)  is-sospensjoni possibbli ta' kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet tal-assi rilevanti affettwati mir-riżoluzzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)  l-influwenza possibbli taż-żoni tal-ħin differenti fuq l-għeluq applikabbli tas-sigħat tan-negozju fir-rigward tal-għeluq tan-negozju.

5.  Il-president tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

(a)  jistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsulta mal-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(b)  jikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(c)  ilaqqa' u jippresiedi l-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(d)  iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni infurmati b'mod sħiħ qabel l-organizzazzjoni tal-laqgħat dwar il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi f'dawk il-laqgħat u dwar il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta' dawk id-diskussjonijiet;

(e)  jiddeċiedi jekk u liema awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jiġu mistiedna jattendu laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-paragrafu 4;

(f)  jikkoordina l-iskambju f'waqtu tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(g)  iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni infurmati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta' dawk il-laqgħat;

(ga)  jiġi żgurat li l-membri tal-kulleġġ jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

6.  Sabiex tiżgura l-funzjonament koerenti u konsistenti tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni madwar l-Unjoni, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u tal-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tat-tħejjija tal-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013(14), tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) –/2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji adottati abbażi tal-Artikolu 88(7) tad-Direttiva 2014/59/UE(15).

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: [daħħal id-data ta' 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6 b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ESMA

1.  L-ESMA għandha toħloq kumitat tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-iskop ta' tħejjija tad-deċiżjonijiet fdati lill-ESMA f'dan ir-Regolament, ħlief għad-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Il-kumitat tar-riżoluzzjoni għandu jippromwovi wkoll l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u għandu jfassal strateġiji għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li qed ifallu.

2.  Il-kumitat tar-riżoluzzjoni għandu jkun kompost mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet imsemmija fil-punti (i) u (iv) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tal-O-SIIs għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kumitat tar-riżoluzzjoni bħala osservaturi.

2a.  L-ESMA għandha tivvaluta l-arranġamenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs madwar l-Unjoni f'termini tal-effett aggregat fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni permezz ta' testijiet tal-istress u eżerċizzji ta' simulazzjoni ta' kriżi regolari fir-rigward ta' każijiet potenzjali ta' stress mas-sistema kollha. Fit-twettiq ta' dan ir-rwol, l-ESMA għandha tiżgura konsistenza mal-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tas-CCPs individwali mwettqa skont il-Kapitolu XII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 fir-rigward tal-frekwenza u d-disinn tat-testijiet u għandha tikkoopera mill-qrib mal-kulleġġi superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-BERS u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fil-qafas ta' mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti inkarigata mis-superviżjoni tas-CCPs. Fl-oqsma fejn jinstab – wara dawn it-testijiet tal-istress komprensivi – li dawn l-arranġamenti jkun fihom nuqqasijiet, l-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet responsabbli jkollhom jindirizzaw in-nuqqasijiet u jissottomettu mill-ġdid l-arranġamenti tagħhom għal ċiklu ieħor ta' testijiet tal-istress fi żmien 6 xhur mit-testijiet tal-istress preċedenti.

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkoopera mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u mal-EBA fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tiżgura separazzjoni strutturali bejn il-kumitat ta' riżoluzzjoni u funzjonijiet oħrajn imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.  L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib fit-tħejjija, fl-ippjanar u, kemm jista' jkun, fl-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni. B'mod partikolari, l-awtorità tar-riżoluzzjoni u awtoritajiet rilevanti oħra, inklużi l-ESMA, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' FMIs marbuta, għandhom jikkooperaw u jikkomunikaw b'mod effikaċi fl-irkupru biex jippermettu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni taġixxi fil-ħin.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq id-doveri tagħha b'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Taqsima IITeħid tad-deċiżjonijiet u proċeduri

Artikolu 7Prinċipji ġenerali rigward it-teħid tad-deċiżjonijiet

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom jieħdu kont tal-prinċipji u l-aspetti kollha li ġejjin meta jieħdu d-deċiżjonijiet u jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament:

(a)  li tiġi żgurata l-effikaċja u l-proporzjonalità ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni fir-rigward ta' CCP individwali, billi jiġu kkunsidrati mill-inqas il-fatturi li ġejjin:

i)  is-sjieda u l-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, inkluż jekk hijiex parti minn grupp akbar ta' FMIs jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn;

ii)  in-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tas-CCP;

iii)  in-natura u d-diversità tal-istruttura tas-sħubija tal-ikklirjar tas-CCP, inklużi l-membri tal-ikklirjar, il-klijenti tagħhom u kontropartijiet oħra li dawk il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom jipprovdulhom servizzi ta' kklirjar skont is-CCP, meta dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u mingħajr dewmien żejjed;

  ▌v)  l-interkonnettività tas-CCP ma' infrastrutturi oħrajn fis-suq finanzjarju, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali;

va) jekk is-CCP tikklirjax kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi OTC li jappartjeni għal klassi ta' derivattivi OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklirjar skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

vb) id-disponibbiltà ta' CCPs oħra li, b'mod kredibbli u fattibbli, jistgħu jagħmluha ta' sostitut għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP;

vi)  il-konsegwenzi reali jew potenzjali tal-ksur imsemmi fl-Artikoli 19(1) u 22(2).

(b)  li jiġu osservati l-imperattivi tal-effikaċja fit-teħid tad-deċiżjonijiet u li l-ispejjeż jinżammu baxxi kemm jista' jkun filwaqt li jiġi evitat tfixkil fis-suq meta jittieħdu miżuri jew azzjoni ta' intervent bikri jew ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jiġi evitat l-użu ta' fondi pubbliċi;

(c)  li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet jittieħdu fil-ħin u, fejn ikun hemm bżonn, bl-urġenza dovuta;

(d)  li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjoni jittieħdu b'mod ikkoordinat u effiċjenti;

(e)  li r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f'kull Stat Membru jiġu definiti b'mod ċar;

(f)  li jitqiesu b'mod dovut l-interessi tal-Istati Membri fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u fejn ikunu stabbiliti l-membri tal-ikklirjar tagħha, il-klijenti tagħhom u kwalunkwe CCPs marbuta u, b'mod partikolari, l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali ta' dawk l-Istati Membri u tal-Unjoni b'mod ġenerali;

(g)  li jitqiesu b'mod dovut l-objettivi tal-bilanċ tal-interessi tad-diversi membri tal-ikklirjar, il-klijenti tagħhom, il-kredituri f'sens usa' u l-partijiet ikkonċernati tas-CCP fl-Istati Membri involuti u li jkun evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti b'mod inġust l-interessi ta' atturi partikolari f'xi Stati Membri, inkluż li tiġi evitata allokazzjoni inġusta tal-piżijiet bejn l-Istati Membri;

(ga)  li l-appoġġ finanzjarju pubbliku jiġi evitat kemm jista' jkun u jintuża biss fl-aħħar istanza u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45, u li ma tinħoloq ebda aspettattiva ta' appoġġ finanzjarju pubbliku;

(h)  li kwalunkwe obbligu skont dan ir-Regolament li tiġi kkonsultata awtorità qabel ma tittieħed deċiżjoni jew azzjoni jimplika mill-inqas obbligu li ssir konsultazzjoni dwar dawk l-elementi tad-deċiżjoni jew tal-azzjoni proposta li jkollhom jew li x'aktarx ikollhom:

(i)   effett fuq il-membri tal-ikklirjar, il-klijenti jew l-FMIs marbuta;

(ii)   impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru fejn jinsabu jew ikunu stabbiliti l-membri tal-ikklirjar, il-klijenti jew l-FMIs marbuta;

(i)  li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 13 jiġu rrispettati, sakemm ma tkunx meħtieġa devjazzjoni minn dawk il-pjanijiet sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(j)  li tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-awtoritajiet rilevanti kull meta jkun possibbli, partikolarment meta deċiżjoni jew azzjoni proposta x'aktarx ikollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali, u fil-konfront ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni jew parti oħra, meta jkun raġonevolment possibbli;

(k)  li huma jikkoordinaw u jikkooperaw kemm jista' jkun mill-qrib, anki bil-għan li jbaxxu l-ispiża kumplessiva tar-riżoluzzjoni;

(l)  li jiġu mmitigati l-effetti soċjali u ekonomiċi negattivi ta' kwalunkwe deċiżjoni fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha, inklużi l-impatti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja.

Artikolu 8Skambju ta' informazzjoni

1.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu, jipprovdu lil xulxin fil-ħin l-informazzjoni rilevanti kollha għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddivulgaw biss l-informazzjoni kunfidenzjali pprovduta minn awtorità ta' pajjiż terz meta dik l-awtorità tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel bil-miktub.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-ministeru kompetenti l-informazzjoni kollha li tirrigwarda d-deċiżjonijiet jew il-miżuri li jeħtieġu n-notifika, il-konsultazzjoni jew il-kunsens ta' dak il-ministeru.

TITOLU III

TĦEJJIJA

KAPITOLU IIppjanar tal-irkupru u r-riżoluzzjoni

Taqsima 1Ippjanar tal-irkupru

Artikolu 9Pjanijiet ta' rkupru

1.  Is-CCPs għandhom ifasslu u jżommu pjan ta' rkupru komprensiv u effikaċi li jipprevedi l-miżuri li għandhom jittieħdu kemm f'każ ta' eventi ta' inadempjenza kif ukoll f'każ ta' eventi mhux ta' inadempjenza – jew taħlita tat-tnejn – sabiex ireġġgħu lura l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom mingħajr ebda appoġġ finanzjarju pubbliku sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu servizzi ta' kklirjar wara deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew riskju ta' ksur tar-rekwiżiti prudenzjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) 648/2012.

1a.  Il-pjan ta' rkupru għandu jiddistingwi b'mod ċar, partikolarment – meta jkun prattiku – permezz ta' taqsimiet separati, bejn xenarji bbażati fuq:

(a)  eventi ta' inadempjenza;

(b)  eventi mhux ta' inadempjenza;

Il-pjan ta' rkupru għandu jinkludi arranġamenti dwar kif id-dispożizzjonijiet previsti għax-xenarji fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkombinati f'każ li ż-żewġ xenarji jseħħu fl-istess ħin.

2.  Il-pjan ta' rkupru għandu jinkludi qafas ta' indikaturi, ibbażati fuq il-profil tar-riskju tas-CCP, li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fil-kuntest tagħhom għandhom jittieħdu l-miżuri fil-pjan ta' rkupru filwaqt li jikkunsidraw xenarji differenti. L-indikaturi jistgħu jkunu ta' natura kwalitattiva jew kwantitattiva fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP.

Is-CCPs għandhom jimplimentaw arranġamenti xierqa, inkluża kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet rilevanti, għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi. Is-CCPs għandhom jirrapportaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-eżitu ta' dan il-monitoraġġ.

2a.  Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika l-lista minima ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

3.  Is-CCPs għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fir-regoli operattivi tagħhom li jiddeskrivu l-proċeduri li jridu jsegwu meta, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proċess ta' rkupru, jipproponu li:

(a)  ▌jieħdu l-miżuri previsti fil-pjan ta' rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li ma jkunux ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti; jew

(b)  ▌joqogħdu lura milli jieħdu l-miżuri previsti fil-pjan ta' rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li jkunu ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti.

3a.  Kull miżura li tittieħed skont il-paragrafu 3 għandha tirrikjedi l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

4.  ▌Meta CCP ikollha l-ħsieb li tattiva l-pjan ta' rkupru tagħha, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA dwar in-natura u l-kobor tal-problemi li tkun identifikat, billi tispjega ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u tindika l-miżuri ta' rkupru jew miżuri oħrajn li tkun biħsiebha tieħu biex tindirizza s-sitwazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti tqis li miżura ta' rkupru li s-CCP ikollha l-ħsieb li tieħu tista' tikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, x'aktarx ma tkunx effikaċi, jew tista' taffettwa b'mod sproporzjonat lill-klijenti tal-membri tal-ikklirjar, hija tista' wara li tinforma lill-ESMA – titlob lis-CCP biex ma tiħux dik il-miżura.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi b'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u bi kwalunkwe struzzjoni sussegwenti mill-awtorità kompetenti b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

Meta l-awtorità kompetenti tkun infurmata skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, għandha tipprojbixxi jew tillimita kemm jista' jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità mingħajr ma tikkawża inadempjenza totali, inklużi l-ħlas ta' dividendi u r-riakkwisti min-naħa tas-CCP, u tista' tillimita, tipprojbixxi jew tiffriża kwalunkwe ħlas ta' remunerazzjoni varjabbli skont id-Direttiva 2013/36/UE u l-Linji Gwida EBA/GL/2015/22 tal-EBA, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment.

6.  Is-CCPs għandhom jeżaminaw u jaġġornaw, jekk ikun hemm bżonn, il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom mill-inqas darba fis-sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura ġuridika jew organizzazzjonali tagħhom jew fis-sitwazzjoni finanzjarja jew tan-negozju, li jista' jkollha effett materjali fuq dawk il-pjanijiet jew li altrimenti tkun teħtieġ bidla fil-pjanijiet. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lis-CCPs jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom aktar ta' spiss.

7.  Il-pjanijiet ta' rkupru:

(a)  ma għandhom jirċievu jew jassumu l-ebda aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika, assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali jew assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali pprovduta skont termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità jew rata ta' interessi mhux standard;

(b)  għandhom iqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha li x'aktarx ikunu affettwati minn dak il-pjan, speċifikament fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, diretti u indiretti; u

(c)  jiżgura li l-membri tal-ikklirjar ma jkollhomx skoperturi bla limitu għas-CCP.

7a.  L-għodod ta' rkupru għandhom jippermettu li:

(a)  jiġi indirizzat it-telf minn eventi mhux ta' inadempjenza;

(b)  jiġi indirizzat it-telf minn eventi ta' inadempjenza;

(c)  jerġa' jiġi stabbilit valur kontabilistiku rikonċiljat wara event ta' inadempjenza;

(d)  jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' likwidità mhux koperti; u

(e)  issir rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP, inklużi l-fondi proprji tagħha, għal livell suffiċjenti sabiex is-CCP tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u biex jiġi appoġġjat it-tħaddim kontinwu u f'waqtu tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP.

7b.  Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom jikkunsidraw firxa ta' xenarji estremi, inkluża l-inadempjenza tal-membri tal-ikklirjar – lil hinn mill-akbar tnejn – u ta' CCPs oħrajn, rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tas-CCP, inklużi t-taħlita tal-prodott, il-mudell kummerċjali u l-qafas ta' governanza tar-riskju tagħha. Din il-firxa ta' xenarji għandha tinkludi kemm eventi ta' stress mifruxa mas-sistema kollha kif ukoll eventi ta' stress speċifiċi għas-CCP, billi jitqies l-impatt potenzjali ta' kontaġju domestiku u transfruntier waqt il-kriżijiet, kif ukoll waqt kriżijiet simultanji f'diversi swieq sinifikanti.

7c.  Sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA – f'kooperazzjoni mal-BERS – għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-firxa ta' xenarji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-fini tal-paragrafu 1. Fil-ħruġ ta' dawn il-linji gwida, l-ESMA għandha tikkunsidra, meta jkun xieraq, il-ħidma internazzjonali rilevanti mwettqa fil-qasam tat-testijiet tal-istress superviżorji tas-CCP u tal-irkupru tas-CCP. Hija għandha tfittex li tieħu vantaġġ, meta jkun fattibbli, mis-sinerġiji bejn l-ittestjar tal-istress superviżorju u l-mudellar ta' xenarji ta' rkupru.

7d.  Jekk CCP tkun parti minn grupp u l-ftehimiet ta' appoġġ kuntrattwali tal-impriża prinċipali, inkluż il-finanzjament tar-rekwiżiti kapitali tas-CCP stabbiliti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 permezz ta' strumenti ta' sjieda maħruġa mill-impriża prinċipali tagħha jkunu jiffurmaw parti mill-pjan ta' rkupru, dan tal-aħħar għandu jikkontempla xenarji li fihom ma jkunux jistgħu jiġu onorati dawn il-ftehimiet.  

7e.   Il-pjan ta' rkupru għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)  sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

(b)  sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP minn meta jkun ġie ffajljat l-aħħar pjan ta' rkupru;

(c)  komunikazzjoni u pjan ta' divulgazzjoni li jiddeskrivi kif is-CCP ikollha l-ħsieb timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq filwaqt li taġixxi bl-aktar mod trasparenti possibbli;

(d)  firxa komprensiva tal-kapital, tal-allokazzjoni tat-telf u tal-azzjonijiet tal-likwidità meħtieġa biex tinżamm jew titreġġa' lura l-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP inkluż biex jitreġġgħu lura l-valur kontabilistiku u l-kapital tagħha u jiġu rikostitwiti r-riżorsi prefinanzjati li huma meħtieġa biex is-CCP iżżomm il-vijabbiltà tagħha bħala negozju avvjat u tkompli tipprovdi s-servizzi kritiċi tagħha skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 u l-Artikoli 32(2) u 32(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013;

(e)  kundizzjonijiet u proċeduri adegwati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-azzjonijiet ta' rkupru, kif ukoll firxa wiesgħa ta' alternattivi ta' rkupru, fosthom stima taż-żmien meħtieġ għat-twettiq ta' kull aspett materjali tal-pjan;

(f)  deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe impediment materjali tal-eżekuzzjoni effettiva u f'waqtha tal-pjan, inkluża kunsiderazzjoni tal-impatt fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti, inkluż f'każijiet meta l-membri tal-ikklirjar x'aktarx li jieħdu miżuri skont il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2014/59/UE, u jekk xieraq fuq il-bqija tal-grupp;

(g)  identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

(h)  deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi biex jiġu determinati l-valur u l-kummerċjabbiltà tal-linji ewlenin tan-negozju, l-operazzjonijiet u l-assi tas-CCP;

(i)  deskrizzjoni dettaljata ta' kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tas-CCP, kif jagħmel parti mir-regoli tal-operat tas-CCP li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-membri tal-ikklirjar, kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta' rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan;

(j)  arranġamenti u miżuri li jinċentivaw lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti biex jagħmlu offerti kompetittivi meta jiġu rkantati l-pożizzjonijiet tal-membri inadempjenti;

(k)  arranġamenti u miżuri biex jiġi żgurat li s-CCP ikollha aċċess adegwat għal sorsi ta' finanzjament ta' kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta' likwidità, valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu trasferiti riżorsi jew likwidità bejn il-linji tan-negozju, sabiex jiġi żgurat li tkun tista' tkompli twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha mal-iskadenza tagħhom;

(l)  arranġamenti u miżuri:

(i)  biex jitnaqqas ir-riskju;

(ii)  għar-ristrutturar tal-kuntratti, id-drittijiet, l-assi u l-passivi, inkluż:

a)  għat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-kuntratti;

b)  għat-tnaqqis tal-valur ta' kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom;

(iii)  għar-ristrutturar tal-linji tan-negozju;

(iv)  meħtieġa biex jinżamm aċċess kontinwu għall-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji;

(v)  meħtieġa biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP, inklużi l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

(vi)  deskrizzjoni ta' azzjonijiet jew strateġiji maniġerjali oħra biex titreġġa' lura s-sodezza finanzjarja u l-effett finanzjarju antiċipat ta' dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji;

(vii)  miżuri preparatorji li s-CCP tkun ħadet jew tippjana li tieħu biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru, inklużi dawk meħtieġa biex tippermetti r-rikapitalizzazzjoni f'waqtha tas-CCP, iġġib lura l-valur kontabilistiku u tirrikostitwixxi r-riżorsi prefinanzjati tagħha, kif ukoll biex tiżgura l-infurzabbiltà relattiva f'pajjiżi oħra; dan għandu jinkludi arranġamenti biex il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti jagħmlu kontribuzzjoni minima fi flus lis-CCP sa massimu tal-ammont ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP;

(viii)  qafas ta' indikaturi li jidentifika l-punti li fihom jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet xierqa msemmija fil-pjan;

(ix)  jekk ikun applikabbli, analiżi ta' kif u meta s-CCP tista' tapplika, bil-kundizzjonijiet previsti fil-pjan, għall-użu ta' faċilitajiet ta' bank ċentrali u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral skont it-termini tal-faċilità tal-bank ċentrali;

(x)  filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, firxa ta' xenarji estremi ta' stress rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tas-CCP, inklużi eventi mifruxa mas-sistema kollha u stress speċifiku għall-entità ġuridika u għal kwalunkwe grupp li tappartjeni għalih u stress speċifiku għall-membri tal-ikklirjar individwali tas-CCP jew, fejn xieraq, għal FMI marbuta;

(xi)  filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 u tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, xenarji kkawżati kemm mill-istress jew mill-inadempjenza ta' wieħed jew aktar mill-membri tiegħu u kemm minn raġunijiet oħrajn inkluż telf minn attivitajiet ta' investiment tas-CCP jew minn problemi operattivi (inkluż theddid estern gravi għall-operazzjonijiet tas-CCP minħabba tfixkil estern, xokkijiet jew inċidenti ċibernetiċi);

7f.  Wara event ta' inadempjenza, CCP għandha tuża ammont addizzjonali ta' riżorsi proprja dedikati ekwivalenti għall-ammont li jrid jintuża skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, qabel jintużaw l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7e(l) ta' dan l-Artikolu. Meta l-awtorità kompetenti tqis li s-CCP kellha kontroll fuq ir-riskji li jkunu wasslu għat-telf, hija tista' titlob lis-CCP tuża ammont akbar ta' riżorsi proprji dedikati, li jiġi definit mill-awtorità kompetenti.

7g.  Wara event mhux ta' inadempjenza, CCP għandha tuża riżorsi proprja dedikati ekwivalenti għal tliet darbiet l-ammont li jrid jintuża skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, qabel jintużaw l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7e(l) ta' dan l-Artikolu u, biex jinżamm proċess inċentivizzat b'mod rigoruż, is-CCPs ma għandhomx jużaw il-fond tal-inadempjenza u l-kaskasta tal-inadempjenza. Meta l-awtorità kompetenti tqis li s-CCP ma kellhiex kontroll fuq ir-riskji li jkunu wasslu għat-telf, hija tista' tippermetti lis-CCP tuża ammont iżgħar ta' riżorsi proprji dedikati, li jiġi definit mill-awtorità kompetenti.

7h.  Bi qbil mal-awtorità kompetenti, CCP ma għandhiex tuża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7e(l)(ii) qabel ma jkunu saru sejħiet għal flus – ta' ammont minimu ekwivalenti għall-fond ta' indempjenza tas-CCP – skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7e(l)(vii).

7i.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lis-CCPs jinkludu informazzjoni addizzjonali fil-pjanijiet ta' rkupru tagħhom.

8.  Il-bord tas-CCP għandu jivvaluta, wara li jieħu kont tal-pariri tal-kumitat tar-riskju b'konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u japprova l-pjan ta' rkupru qabel jibagħtu lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA.

9.  Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom jitqiesu bħala parti mir-regoli operattivi tas-CCPs, li, flimkien mal-membri tal-ikklirjar tagħhom – fil-każ ta' dispożizzjonijiet relatati mal-klijenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta' rkupru jkunu jistgħu jiġu infurzati l-ħin kollu.

9a.  Is-CCPs għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-elementi elenkati fil-punti minn (a) sa (g) tal-paragrafu 7e. L-elementi elenkati fil-punti minn (h) sa (l) ta' dak il-paragrafu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jekk ikun hemm interess pubbliku fit-trasparenza ta' dawn l-elementi. Il-membri tal-ikklirjar għandhom jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjoni li taffettwa lill-klijenti tagħhom tiġi kkomunikata lilhom b'mod adegwat.

9b.  Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta' infurzabbiltà ta' atti legali li jkunu ta' detriment għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għal miżuri meħuda minn CCP b'konformità mal-pjan ta' rkupru tagħha stabbilit skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10Valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru

1.  Is-CCPs ▌għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta' rkupru tagħhom lill-awtorità kompetenti ▌.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kull pjan lill-kulleġġ superviżorju u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' kull pjan u b'koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju skont il-proċedura fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-pjan ta' rkupru u tivvaluta kemm dan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9.

3.  Meta tivvaluta l-pjan ta' rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-BERS u tieħu f'kunsiderazzjoni l-istruttura kapitali tas-CCP, il-kaskata tal-inadempjenza tagħha, il-livell ta' kumplessità tal-istruttura organizzazzjonali u l-profil tar-riskju tas-CCP, inkluż f'termini ta' riskji finanzjarji, operattivi u ċibernetiċi, is-sostitwibbiltà tal-attivitajiet tagħha, kif ukoll l-impatt li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru jkollha fuq il-membri tal-ikklirjar, il-klijenti tagħhom, is-swieq finanzjarji servuti mis-CCP u fuq is-sistema finanzjarja kollha kemm hi. L-awtorità kompetenti għandha tqis kif jixraq jekk il-pjan ta' rkupru jiżgurax inċentivi xierqa biex is-sidien tas-CCP u l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom jikkontrollaw l-ammont ta' riskju li jpoġġu jew li jġarrbu fis-sistema. L-awtorità kompetenti għandha tinkoraġġixxi l-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-CCP fit-teħid u l-ġestjoni tar-riskji, u tinkoraġġixxi parteċipazzjoni sħiħa kemm jista' jkun fil-proċess ta' ġestjoni tal-inadempjenza tas-CCP.

3a.  Fil-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ftehimiet ta' appoġġ tal-impriża prinċipali bħala partijiet validi mill-pjan ta' rkupru jekk dawn il-ftehimiet ikunu kuntrattwalment vinkolanti biss.

4.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha teżamina l-pjan ta' rkupru sabiex tidentifika kwalunkwe miżura li tista' tħalli impatt negattiv fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP. Meta jiġu identifikati kwistjonijiet bħal dawn, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ġġibhom għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti dwar kif għandu jiġi indirizzat l-impatt negattiv ta' dawk il-miżuri fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP.

5.  Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 4, hija għandha tiġġustifika dik id-deċiżjoni bis-sħiħ lill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

6.  Meta l-awtorità kompetenti taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, jew tqis b'mod ieħor li hemm nuqqasijiet materjali fil-pjan ta' rkupru jew impedimenti materjali fl-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lis-CCP jew lill-impriża prinċipali tagħha u għandha tagħti l-opportunità lis-CCP tressaq il-fehmiet tagħha.

7.  L-awtorità kompetenti, wara li tieħu kont tal-fehmiet tas-CCP, tista' titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali sabiex tissottometti, fi żmien xahrejn, li jistgħu jiġu estiżi b'xahar bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, pjan rivedut li juri kif qegħdin jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Il-pjan rivedut għandu jiġi vvalutat b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

8.  Meta l-awtorità kompetenti tqis li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat mill-pjan rivedut, jew meta s-CCP jew l-impriża prinċipali ma tkun issottomettiet ebda pjan rivedut, hija għandha titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan.

9.  Meta ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati b'mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti permezz ta' bidliet speċifiċi fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali sabiex tidentifika f'qafas ta' żmien raġonevoli l-bidliet li jridu jsiru fin-negozju tagħha sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru.

Meta s-CCP jew il-kumpanija prinċipali tonqos milli tidentifika tali bidliet fil-qafas ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-azzjonijiet proposti ma jindirizzawx b'mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru, jew ma jtejbux ir-riżolvibbiltà tas-CCP, l-awtorità kompetenti għandha titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali, fi żmien raġonevoli speċifikat mill-awtorità kompetenti, sabiex tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin, wara li tieħu kont tas-serjetà tan-nuqqasijiet u tal-impedimenti, l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tas-CCP u l-kapaċità tas-CCP li tibqa' konformi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012:

(a)  li jitnaqqas il-profil tar-riskju tas-CCP;

(b)  li tittejjeb l-abbiltà tas-CCP li tkun rikapitalizzata fil-ħin biex tissodisfa r-rekwiżit prudenzjali tagħha;

(c)  li tirrieżamina l-istrateġija u l-istruttura tas-CCP;

(d)  li tagħmel bidliet fil-kaskata tal-inadempjenza, fil-miżuri ta' rkupru u f'arranġamenti oħrajn ta' allokazzjoni tat-telf sabiex b'hekk jittejbu r-riżolvibbiltà u r-reżiljenza tal-funzjonijiet kritiċi;

(e)  li tagħmel bidliet fl-istruttura tal-governanza tas-CCP.

10.  It-talba msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9 għandha tkun motivata u għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lis-CCP.

10a.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 11(1).

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Pjanijiet ta' rkupru għas-CCPs li jappartjenu għal grupp

1.  Meta l-impriża prinċipali tal-grupp li għalih tappartjeni CCP tkun istituzzjoni kif definit fil-punt 23 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' dik id-Direttiva, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 2(1) ta' dik id-Direttiva għandha teħtieġ lill-impriża prinċipali tissottometti pjan ta' rkupru għall-grupp b'konformità ma' dik id-Direttiva. Dik l-awtorità kompetenti għandha tissottometti l-pjan ta' rkupru għall-grupp lill-awtorità kompetenti tas-CCP.

Meta l-impriża prinċipali tal-grupp li għalih tappartjeni CCP ma tkunx istituzzjoni jew entità msemmija fl-ewwel subparagrafu u fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu vvalutati l-elementi kollha tat-Taqsima A tal-Anness, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, ▌b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, jeħtieġu lis-CCP tissottometti pjan għall-irkupru tas-CCP filwaqt li tqis l-elementi rilevanti kollha relatati mal-istruttura tal-grupp. Talba bħal din għandha tkun motivata u għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lis-CCP u lill-impriża prinċipali tagħha.

2.  Meta l-impriża prinċipali tissottometti l-pjan ta' rkupru b'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tas-CCP għandhom jikkostitwixxu parti distinta minn dak il-pjan ta' rkupru u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u s-CCP tista' ma tintalabx tħejji pjan ta' rkupru individwali.

3.  L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tas-CCP b'konformità mal-Artikolu 10 u, fejn ikun rilevanti għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-grupp.

Artikolu 12Proċedura ta' koordinazzjoni għall-pjanijiet ta' rkupru

1.  Il-kulleġġ superviżorju għandu jasal għal deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru;

(b)  l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(6), (7), (8) u (9);

(c)  jekk għandux jitfassal pjan ta' rkupru mill-impriżi prinċipali b'konformità mal-Artikolu 11(1).

2.  Il-kulleġġ għandu jilħaq deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) fi żmien erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta' rkupru mill-awtorità kompetenti.

Il-kulleġġ għandu jilħaq deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjoni msemmija fil-punt (c) fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob lill-impriża prinċipali sabiex tħejji pjan għall-grupp.

L-ESMA tista', fuq talba tal-awtorità kompetenti fi ħdan il-kulleġġ superviżorju, tgħin lill-kulleġġ superviżorju jasal għal deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Meta, wara erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta' rkupru, il-kulleġġ superviżorju jkun naqas milli jasal għal deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni hija stess.

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li tieħu kont tal-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ matul il-perjodu ta' erba' xhur. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika bil-miktub dik id-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ superviżorju.

4.  Meta, sa tmiem dak il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe grupp ta' membri tal-kulleġġ superviżorju li jirrappreżenta maġġoranza sempliċi tal-membri ta' dan il-kulleġġ, ikun irrefera għand l-ESMA, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kwistjoni li tirrigwarda l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u l-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(9) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistenna li tittieħed id-deċiżjoni mill-ESMA b'konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u mbagħad tiddeċiedi b'konformità mad-deċiżjoni tal-ESMA.

5.  Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala li huwa l-fażi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tas-CCP.

Taqsima 2Ippjanar ta' Riżoluzzjoni

Artikolu 13Pjanijiet ta' riżoluzzjoni

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u l-ESMA u f'koordinazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, tfassal pjan ta' riżoluzzjoni għal kull CCP b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

2.  Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li tista' tieħu l-awtorità tar-riżoluzzjoni meta s-CCP tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22.

3.  Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jieħu f'kunsiderazzjoni mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)  il-falliment tas-CCP minħabba:

i.  eventi ta' inadempjenza;

ii.  eventi mhux ta' inadempjenza;

iii.  instabbiltà finanzjarja usa' jew eventi fis-sistema kollha;

(b)  l-impatt li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni jkollha fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, inkluż meta l-membri tal-ikklirjar x'aktarx ikunu soġġetti għal miżuri ta' rkupru jew għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni b'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE, fuq kwalunkwe FMI marbuta, fuq is-swieq finanzjarji servuti mis-CCP u fuq is-sistema finanzjarja kollha kemm hi;

(c)  il-mod u ċ-ċirkostanzi li fihom CCP tista' tapplika għall-użu tal-faċilitajiet tal-bank ċentrali u għall-identifikazzjoni tal-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.

4.  Il-pjan ta' riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)  appoġġ finanzjarju pubbliku;

(b)  assistenza ta' likwidità f'emerġenza minn bank ċentrali;

(c)  assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta' imgħax mhux standard.

4a.  Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet prudenti dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli bħala għodod ta' riżoluzzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u r-riżorsi li jkun mistenni li se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCPs fil-mument tad-dħul f'riżoluzzjoni. Dawn is-suppożizzjonijiet prudenti għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet tal-aħħar testijiet tal-istress imwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(2a) u jibqgħu validi f'xenarji ta' kundizzjonijiet tas-suq estremi aggravati bl-irkupru jew ir-riżoluzzjoni ta' CCP waħda jew aktar oħra, inkluż bl-inadempjenza ta' wieħed jew diversi membri tal-ikklirjar lil hinn miż-żewġ membri tal-ikklirjar li s-CCP jkollha l-akbar skoperturi fil-konfront tagħhom.

5.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jirrevedu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u, fejn xieraq, jaġġornawhom, mill-inqas kull sena u, fi kwalunkwe każ, wara bidliet fl-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jew kwalunkwe bidla oħra li taffettwa b'mod materjali l-effikaċja tal-pjan.

Is-CCPs u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe bidla bħal din.

5a.  Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jagħmel distinzjoni ċara, partikolarment – jekk ikun prattiku – permezz ta' taqsimiet separati, bejn ix-xenarji bbażati fuq iċ-ċirkustanzi msemmija, rispettivament, fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.

6.  Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi u x-xenarji differenti għall-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni. Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin, ikkwantifikati, kull fejn xieraq u possibbli:

(a)  sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan li jagħmel distinzjoni bejn eventi ta' inadempjenza, eventi mhux ta' inadempjenza u taħlita tat-tnejn;

(b)  sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP li seħħew minn mindu ġie aġġornat l-aħħar il-pjan ta' riżoluzzjoni;

(c)  turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP jistgħu jiġu sseparati legalment u ekonomikament, sa fejn ikun meħtieġ, minn funzjonijiet oħrajn tagħha sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom hekk kif tidħol fi kwalunkwe forma ta' riżoluzzjoni possibbli, inkluż il-falliment tas-CCP;

(d)  stima tal-qafas ta' żmien għat-twettiq ta' kull aspett materjali tal-pjan, inkluża r-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP;

(e)  deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa b'konformità mal-Artikolu 16;

(f)  deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 17 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa b'konformità mal-Artikolu 16;

(g)  deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi u tal-assi tas-CCP;

(h)  deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14 tkun aġġornata u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-ħin kollu;

(i)  spjegazzjoni ta' kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni mingħajr is-suppożizzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 4;

(j)  deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta' żmien relatati magħhom;

(k)  deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi bejn is-CCP u parteċipanti oħrajn fis-suq, inklużi l-interdipendenzi fi ħdan l-istess grupp, l-arranġamenti dwar l-interoperabilità u r-rabtiet ma' FMIs oħrajn, flimkien ma' kif għandhom jiġu indirizzati dawn l-interdipendenzi;

(l)  deskrizzjoni tal-għażliet differenti sabiex jiġi żgurat:

i.  l-aċċess għas-servizzi tal-ikklirjar u l-pagamenti u għal infrastrutturi oħrajn;

ii.  is-saldu f'waqtu tal-obbligi dovuti lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tagħhom u kwalunkwe FMIs marbuta;

iii.  l-aċċess tal-membri tal-ikklirjar u tal-klijenti tagħhom għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus iddepożitati għand is-CCP u miżmuma minnha li huma dovuti lil dawn il-parteċipanti fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja;

iv.  il-kontinwità fl-operazzjonijiet tar-rabtiet bejn is-CCP u FMIs oħrajn;

v.  il-portabbiltà tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u l-klijenti indiretti tal-membri tal-ikklirjar, kif stabbilit fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

vi.  il-preservazzjoni tal-liċenzji, tal-awtorizzazzjonijiet, tar-rikonoxximenti u tad-deżinjazzjonijiet legali ta' CCP meta meħtieġa għat-twettiq kontinwu tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP, inkluż ir-rikonoxximent tagħha għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar il-finalità tas-saldu u l-parteċipazzjoni f'FMIs oħrajn jew ir-rabtiet magħhom;

(la)  deskrizzjoni tal-approċċ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tippjana li ssegwi sabiex tiddetermina l-portata u l-valur ta' kwalunkwe kuntratt li jkun irid jiġi tterminat skont l-Artikolu 29;

(m)  analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tas-CCP, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe spiża assoċjata, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, billi jiġu kkunsidrati r-regoli u s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali;

(n)  pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u mal-pubbliku bil-għan li jkun hemm kemm jista' jkun trasparenza;

(o)  deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP.

(oa)  deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni qabel u matul ir-riżoluzzjoni, f'konformità mal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 6 għandha tiġi divulgata lis-CCP ikkonċernata. Is-CCP tista' tesprimi l-opinjoni tagħha bil-miktub dwar il-pjan ta' riżoluzzjoni lill-awtorità tar-riżoluzzjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi inkluża fil-pjan.

7.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lis-CCPs jipprovdulhom rekords dettaljati tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li għalih huma parti. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jispeċifikaw limitu ta' żmien sabiex jiġu pprovduti dawk ir-rekords u jistgħu jispeċifikaw limiti ta' żmien differenti għal tipi differenti ta' kuntratti.

7a.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP bil-għan li jiġi żgurat li ma jkunx hemm impedimenti għar-riżoluzzjoni.

8.  Wara li tikkonsulta mal-BERS u tikkunsidra d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) –/-2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva 2014/59/UE, u b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' proporzjonalità, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut tal-pjan ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-paragrafu 6.

Hija u tiżviluppa l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis kif jixraq id-differenzi li jeżistu bejn l-oqfsa ġuridiċi nazzjonali, partikolarment fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-insolvenza, fl-Unjoni kollha kemm hi, kif ukoll id-daqs u n-natura differenti tas-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data: tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14Id-dover tas-CCPs li jikkooperaw u jipprovdu informazzjoni

Is-CCPs għandhom jikkooperaw kif meħtieġ fit-tfassil tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ifasslu u jimplimentaw dawk il-pjanijiet, inklużi l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu li hija diġà disponibbli għalihom.

CCP għandha taqsam l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-ESMA fil-ħin sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-profili tar-riskju tas-CCP u l-interkonnettività ma' infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju, ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali kif definit fl-Artikoli 9 u 10 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15Il-proċedura ta' koordinazzjoni għall-pjanijiet ta' riżoluzzjoni

1.  Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandu jasal għal deċiżjoni konġunta rigward il-pjan ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidliet fih f'perjodu ta' erba' xhur minn meta jintbagħat dak il-pjan mill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tibgħat lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni abbozz ta' pjan ta' riżoluzzjoni, l-informazzjoni pprovduta b'konformità mal-Artikolu 14 u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-ESMA tingħata l-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tagħha b'konformità ma' dan l-Artikolu.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li tinvolvi awtoritajiet ta' pajjiżi terzi fit-tfassil u r-reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, sakemm huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 71 u jkunu ġejjin minn ġurisdizzjonijiet fejn hija stabbilita kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin:

i.  l-impriża prinċipali tas-CCP, fejn applikabbli;

ii.  membri tal-ikklirjar li s-CCP għandha skopertura sinifikanti fil-konfront tagħhom;

iii.  is-sussidjarji tas-CCP, fejn applikabbli;

iv.  fornituri oħrajn ta' servizzi kritiċi għas-CCP;

iva.  CCP b'arranġamenti interoperabbli mas-CCP.

4.  L-ESMA tista', fuq talba ta' awtorità tar-riżoluzzjoni, tgħin lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jasal għal deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  Meta, wara erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jkun naqas milli jasal għal deċiżjoni konġunta, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-pjan ta' riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tikkunsidra l-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni matul il-perjodu ta' erba' xhur. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika bil-miktub id-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

6.  Meta, sal-aħħar ta' dak il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe grupp ta' membri tal-kulleġġ superviżorju li jirrappreżenta maġġoranza sempliċi tal-membri ta' dan il-kulleġġ, ikun irrefera għand l-ESMA, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kwistjoni fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ESMA tista' tieħu b'konformità mal-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

7.  Meta tittieħed deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe awtorità tar-riżoluzzjoni tqis, skont il-paragrafu 6, li s-suġġett tan-nuqqas ta' qbil jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru tagħha, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibda rivalutazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

KAPITOLU IIRiżolvibbiltà

Artikolu 16Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 17, għandha tivvaluta kemm CCP hija riżolvibbli mingħajr ma tassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)  appoġġ finanzjarju pubbliku ▌;

(b)  assistenza ta' likwidità f'emerġenza minn bank ċentrali;

(c)  assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta' imgħax mhux standard.

2.  CCP għandha titqies bħala riżolvibbli meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li huwa fattibbli u kredibbli li tillikwidaha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li tirriżolviha bl-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni, filwaqt li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u tevita kwalunkwe użu ta' fondi pubbliċi u kemm jista' jkun kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja.

L-effetti negattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha fi kwalunkwe Stat Membru.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-ESMA fil-ħin meta tqis li CCP mhijiex riżolvibbli.

3.  Fuq talba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, CCP għandha turi li:

(a)  ma hemm l-ebda impediment għat-tnaqqis tal-valur tal-istrumenti ta' sjieda wara l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk l-arranġamenti kuntrattwali pendenti jew miżuri oħrajn fil-pjan ta' rkupru tas-CCP kinux eżawriti b'mod sħiħ;

(b)  il-kuntratti tas-CCP ma' membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi ma jippermettux lil dawk il-membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi jikkontestaw b'suċċess l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni minn awtorità tar-riżoluzzjoni jew li jevitaw b'mod ieħor li jkunu soġġetti għal dawk is-setgħat.

4.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha, kif rilevanti, teżamina l-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

4a.  L-ESMA għandha tadotta linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza ta' prattiki superviżorji u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Taqsima C tal-Anness sa ... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

5.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'kooperazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà fl-istess ħin li tfassal u taġġorna l-pjan ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 13.

Artikolu 17L-indirizzar jew it-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.  Meta, wara l-valutazzjoni fl-Artikolu 16 u wara konsultazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tikkonkludi li hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta' CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-ESMA, għandha tħejji u tippreżenta rapport lis-CCP u lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu janalizza l-impedimenti ▌għall-użu effettiv tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, jikkunsidra l-impatt tagħhom fuq il-mudell tan-negozju tas-CCP u jirrakkomanda miżuri mmirati sabiex jitneħħew, fejn ikun possibbli.

2.  Ir-rekwiżit għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni li jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 15 għandu jiġi sospiż wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 sakemm jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija tal-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew sakemm jiġu deċiżi miżuri alternattivi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

3.  Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi r-rapport ippreżentat b'konformità mal-paragrafu 1, is-CCP għandha tipproponi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fir-rapport. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kwalunkwe miżura proposta mis-CCP. L-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw, b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 18(1), jekk dawk il-miżuri jindirizzawx jew ineħħux b'mod effettiv dawk l-impedimenti.

4.  Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni, hija u tqis l-opinjoni tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, tikkonkludi li l-miżuri proposti minn CCP b'konformità mal-paragrafu 3 mhumiex se jnaqqsu jew ineħħu b'mod effettiv l-impedimenti identifikati fir-rapport, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tidentifika miżuri alternattivi li hija għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 18.

Il-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu dan li ġej:

(a)  it-theddida għall-istabbiltà finanzjarja ta' dawk l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta' CCP;

(b)  l-effett tal-miżuri alternattivi fuq is-CCP partikolari, fuq il-membri tal-ikklirjar tagħha u l-klijenti tagħhom, fuq kwalunkwe FMI marbuta u fuq is-suq intern;

(ba)  l-effetti fuq il-forniment ta' servizzi ta' kklirjar integrati għal prodotti differenti u l-proviżjonament ta' marġini tal-portafoll fid-diversi klassijiet ta' assi.

Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti, mal-kulleġġ superviżorju u mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u, fejn xieraq, mal-BERS.

5.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha, b'konformità mal-Artikolu 18, tinnotifika lis-CCP bil-miktub, direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, dwar il-miżuri alternattivi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiġġustifika għaliex il-miżuri proposti mis-CCP mhux se jkunu jistgħu jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi se jkunu effettivi f'dan ir-rigward.

6.  Fi żmien xahar, is-CCP għandha tipproponi pjan tal-mod kif tkun beħsiebha timplimenta l-miżuri alternattivi fiż-żmien stabbilit mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

7.  Għall-finijiet tal-paragrafu 4 biss, l-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'koordinament mal-awtorità kompetenti, tista':

(a)  teħtieġ lis-CCP tirrevedi jew tfassal ftehimiet ta' servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma' partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista tal-funzjonijiet kritiċi;

(b)  teħtieġ lis-CCP tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati mhux koperti massimi tagħha;

(c)  teħtieġ lis-CCP tagħmel bidliet fil-mod kif hija tiġbor u żżomm marġini skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)  teħtieġ lis-CCP tagħmel bidliet fil-kompożizzjoni u fl-għadd ta' fondi ta' inadempjenza tagħha msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)  timponi fuq is-CCP rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali regolari jew speċifika;

(f)  teħtieġ lis-CCP tiddivesti lilha nfisha minn assi speċifiċi;

(g)  teħtieġ lis-CCP tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;

(h)  teħtieġ lis-CCP tagħmel bidliet fil-pjan ta' rkupru, fir-regoli operattivi u fl-arranġamenti kuntrattwali l-oħra tagħha;

(i)  tirrestrinġi jew tipprevjeni l-iżvilupp ta' linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew l-għoti ta' servizzi ġodda jew eżistenti;

(j)  teħtieġ li jsiru bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tas-CCP, jew ta' kwalunkwe entità fi grupp direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex ikun żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u b'mod operattiv minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;

(k)  teħtieġ lis-CCP tistabbilixxi kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fl-Unjoni;

(l)  teħtieġ lis-CCP ▌toħroġ obbligazzjonijiet li jista' jitnaqqsilhom il-valur tagħhom u jiġu kkonvertiti jew twarrab riżorsi oħrajn sabiex iżżid il-kapaċità għall-assorbiment tat-telf, ir-rikapitalizzazzjoni u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati;

(m)  teħtieġ lis-CCP ▌tieħu passi oħrajn bil-għan li tippermetti li l-kapital, obbligazzjonijiet oħrajn u l-kuntratti jkunu jistgħu jassorbu t-telf, kif ukoll sabiex tirrikapitalizza s-CCP jew tirrikostitwixxi r-riżorsi prefinanzjati. L-azzjonijiet ikkunsidrati jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, tentattiv sabiex ▌tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni li tkun ħarġet is-CCP jew tirrevedi t-termini kuntrattwali, bil-għan li tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tnaqqas il-valur, tikkonverti jew tirristruttura l-obbligazzjoni, l-istrument jew il-kuntratt tiġi effettwata skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;

(n)   ▌

(na)  tirrestrinġi jew tissospendi l-konnessjonijiet tal-interoperabilità tas-CCP meta restrizzjoni jew sospensjoni bħal din tkun neċessarja sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi li l-applikazzjoni tal-għodod ta' rkupru u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni jista' jkollhom fuq is-CCPs interoperabbli.

Artikolu 18Proċedura ta' koordinazzjoni sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.  Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandu jasal għal deċiżjoni konġunta rigward:

(a)  l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16(1);

(b)  il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mis-CCP skont l-Artikolu 17(3), skont kif meħtieġ;

(c)  il-miżuri alternattivi meħtieġa skont l-Artikolu 17(4).

2.  Id-deċiżjoni konġunta dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi adottata fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 17(1) lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi adottata fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tal-miżuri proposti tas-CCP sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu motivati u nnotifikati bil-miktub mill-awtorità tar-riżoluzzjoni lis-CCP u, fejn ikun rilevanti, lill-impriża prinċipali tagħha.

L-ESMA tista', fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jilħaq deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Meta, wara erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport previst fl-Artikolu 17(1), il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jkun naqas milli jadotta deċiżjoni konġunta, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu b'konformità mal-Artikolu 17(5). L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tkun ikkunsidrat il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni matul il-perjodu ta' erba' xhur.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bil-miktub.

4.  Meta, sal-aħħar ta' dak il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe grupp ta' membri tal-kulleġġ superviżorju li jirrappreżenta maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kulleġġ, ikun irrefera għand l-ESMA, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kwistjoni msemmija fil-punti (j), (k) jew (n) tal-Artikolu 17(7), l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiddefferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ESMA b'konformità mal-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament. F'dak il-każ, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

TITOLU IVINTERVENT BIKRI

Artikolu 19Miżuri ta' intervent bikri

1.  Meta CCP tikser jew x'aktarx li tkun se tikser ▌ir-rekwiżiti prudenzjali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew tkun tirrappreżenta riskju għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema finanzjarja globali, is-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jew ta' partijiet minn waħda jew mill-oħra, jew meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li hemm indikazzjonijiet oħrajn ta' żviluppi li jistgħu jaffettwaw l-operazzjonijiet tas-CCP, partikolarment il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi ta' kklirjar, l-awtorità kompetenti tista':

(a)  titlob lis-CCP taġġorna l-pjan ta' rkupru b'konformità mal-Artikolu 9, meta ċ-ċirkostanzi li kienu jeħtieġu intervent bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' rkupru inizjali;

(b)  titlob lis-CCP timplimenta arranġament jew miżura, waħda jew aktar, minn dawk stabbiliti fil-pjan ta' rkupru f'limitu ta' żmien speċifiku. Meta l-pjan jiġi aġġornat skont il-punt (a), dawk l-arranġamenti jew il-miżuri għandhom jinkludu kwalunkwe arranġamenti jew miżuri aġġornati;

(c)  titlob lis-CCP tidentifika l-kawżi tal-ksur jew tal-ksur probabbli kif imsemmi fil-paragrafu 1 u tfassal programm ta' azzjoni, inklużi miżuri u limiti ta' żmien xierqa;

(d)  titlob lis-CCP ssejjaħ laqgħa tal-azzjonisti tagħha jew, jekk is-CCP tonqos milli tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit, isejħu l-laqgħa huma stess. Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-aġenda, inklużi d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-adozzjoni mill-azzjonisti;

(e)  titlob it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-bord jew tal-maniġment superjuri jekk jinstab li dawk il-persuni mhumiex idonei sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(f)  titlob li jsiru bidliet fl-istrateġija tan-negozju tas-CCP;

(g)  titlob li jsiru bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tas-CCP;

(h)  tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun tista' taġġorna l-pjan ta' riżoluzzjoni tas-CCP bil-għan li tħejji għar-riżoluzzjoni possibbli tas-CCP u għall-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha b'konformità mal-Artikolu 24, inkluż permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post;

(i)  titlob, fejn ikun meħtieġ u b'konformità mal-paragrafu 4, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rkupru tas-CCP;

(j)  titlob lis-CCP tastjeni mill-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri ta' rkupru meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja jew tagħmel ħsara bla bżonn lill-interessi tal-klijenti;

(k)  titlob lis-CCP tirrikostitwixxi r-riżorsi finanzjarji tagħha fil-ħin;

(ka)  b'mod straordinarju – u fuq bażi ta' darba biss – tippermetti lill-klijenti tal-membri tal-ikklirjar jipparteċipaw direttament fl-irkantijiet, filwaqt li teżentahom mir-rekwiżiti prudenzjali skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għajr ir-rekwiżiti ta' marġini kif stipulat fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal dawk il-klijenti. Il-klijenti tal-membri tal-ikklirjar għandhom jinfurmaw lill-klijenti b'mod komprensiv rigward l-irkant u jiffaċilitaw il-proċess tal-offerti għall-klijenti. Il-pagamenti tal-marġini meħtieġa mill-klijenti għandhom jingħaddu minn membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti;

(kb)  tipprojbixxi jew tillimita kemm jista' jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità mingħajr ma tikkawża inadempjenza totali, inklużi l-ħlas ta' dividendi u r-riakkwisti min-naħa tas-CCP, u tista' tillimita, tipprojbixxi jew tiffriża kwalunkwe ħlas ta' remunerazzjoni varjabbli skont id-Direttiva 2013/36/UE u l-Linji Gwida EBA/GL/2015/22 tal-EBA, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment.

2.  Għal kull waħda minn dawk il-miżuri, l-awtorità kompetenti għandha tiffissa skadenza xierqa u tevalwa l-effikaċja ta' dawk il-miżuri ladarba jkunu ttieħdu.

2a.  Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta' infurzabbiltà ta' atti legali li jkunu ta' detriment għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għall-miżuri ta' intervent bikri meħuda mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament.

3.  L-awtorità kompetenti tista' tapplika biss il-miżuri fil-punti (a) sa (k) tal-paragrafu 1 wara li tikkunsidra l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq Stati Membri oħrajn fejn is-CCP topera jew tipprovdi servizzi, b'mod partikolari meta l-operazzjonijiet tas-CCP ikunu kritiċi jew importanti għas-swieq finanzjarji lokali, inklużi l-postijiet fejn huma stabbiliti l-FMIs u ċ-ċentri tan-negozjar marbuta tal-membri tal-ikklirjar.

4.  L-awtorità kompetenti tista' tapplika biss il-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 meta dik il-miżura tkun fl-interess pubbliku u meħtieġa sabiex jintlaħaq kwalunkwe objettiv minn dawn:

(a)  tinżamm l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

(b)  tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja;

(c)  tinżamm u tittejjeb ir-reżiljenza finanzjarja tas-CCP.

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tapplika l-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 b'rabta ma' miżuri li jinvolvu t-trasferiment ta' proprjetà, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet ta' CCP oħra.

5.  Meta CCP tkun bdiet il-kaskata tal-inadempjenza tagħha b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn u tispjega jekk dak l-event jirriflettix dgħufijiet jew problemi f'dik is-CCP.

6.  Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u tikkonsulta lill-kulleġġ superviżorju.

Wara dawk in-notifiki u l-konsultazzjoni tal-kulleġġ superviżorju, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapplikax xi waħda mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu lill-kulleġġ superviżorju, lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u lill-ESMA.

7.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni, wara n-notifika tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, tista' teħtieġ lis-CCP tikkuntattja akkwirenti potenzjali sabiex isiru t-tħejjijiet għar-riżoluzzjoni tagħha, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 41 u għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 71, kif ukoll għall-qafas dwar is-sondaġġi tas-suq stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u fil-leġiżlazzjoni delegata u ta' implimentazzjoni rilevanti.

Artikolu 20Tneħħija tal-maniġment superjuri u tal-bord

Meta jkun hemm deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja ta' CCP, jew meta s-CCP tikser ir-rekwiżiti legali tagħha, inklużi r-regoli operattivi tagħha, u miżuri oħrajn meħuda b'konformità mal-Artikolu 19 ma jkunux biżżejjed sabiex titreġġa' lura dik is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu t-tneħħija totali jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tas-CCP.

Il-ħatra tal-maniġment superjuri jew tal-bord il-ġdid għandha ssir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni jew għall-kunsens tal-awtorità kompetenti.

Titolu IVa

Ġbir tat-telf

Artikolu 20aĦruġ ta' strumenti ta' sjieda fi profitti futuri lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti li jkunu ġarrbu telf

1.  Meta CCP fi rkupru minħabba event mhux ta' inadempjenza tkun applikat l-arranġamenti u l-miżuri biex jitnaqqas il-valur ta' kwalunkwe gwadann pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom, kif definiti fil-pjan ta' rkupru tagħha skont il-punt (l)(ii)(b) tal-Artikolu 9(7b), li jmorru lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza definita fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-konfront ta' membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u l-klijenti tagħhom, u ma tkunx daħlet f'riżoluzzjoni bħala konsegwenza ta' dan, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista', wara li ġġib lura l-valur kontabilistiku, tirrikjedi lis-CCP tagħti kumpens lill-parteċipanti għat-telf tagħhom permezz ta' pagamenti fi flus kontanti jew, jekk ikun il-każ, titlob lis-CCP toħroġ strumenti ta' sjieda fil-profitti futuri tas-CCP.

Il-valur tal-istrumenti ta' sjieda fil-profitti futuri tas-CCP maħruġa lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat, li għandu jgħaddi għal għand il-klijenti f'forma xierqa, għandu jkun proporzjonat għat-telf tiegħu u bbażat fuq valwazzjoni li ssir fir-rispett tal-Artikolu 24(3). Dawn l-istrumenti ta' sjieda jagħtu d-dritt lill-possessur jirċievi pagamenti mis-CCP fuq bażi annwali sakemm jinġabar it-telf fit-totalità tiegħu sa għadd massimu ta' snin xieraq mid-data tal-ħruġ. Għandu jintuża sehem massimu xieraq tal-profitti annwali tas-CCP għal pagamenti relatati ma' dawn l-istrumenti ta' sjieda.

2.  Dan l-Artikolu ma jnaqqasx mir-responsabbiltà tal-membri tal-ikklirjar li jassumu telf li jmur lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-ordni li fiha għandu jitħallas il-kumpens, l-għadd massimu ta' snin xieraq u s-sehem massimu xieraq tal-profitti annwali tas-CCP imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU V

RIŻOLUZZJONI

KAPITOLU IObjettivi, kundizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 21Objettivi tar-Riżoluzzjoni

1.  Meta tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-objettivi ta' riżoluzzjoni kollha li ġejjin u għandha tibbilanċjahom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ:

(a)  biex tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP, b'mod partikolari:

(i)  is-saldu f'waqtu tal-obbligi tas-CCP lill-membri tal-ikklirjar tagħha u lill-klijenti tagħhom;

(ii)  l-aċċess kontinwu tal-membri tal-ikklirjar għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus miżmuma mis-CCP f'isem dawk il-membri tal-ikklirjar;

(b)  sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rabtiet ma' FMIs oħrajn li, jekk jiġu interrotti, ikollhom impatt negattiv materjali fuq l-istabbiltà finanzjarja jew it-tlestija fil-ħin tal-funzjonijiet ta' ħlas, ikklirjar, saldu u żamma ta' rekords;

(c)  sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni tal-kontaġju ta' diffikultà finanzjarja għall-membri tal-ikklirjar tas-CCP, għall-klijenti tagħhom jew għas-sistema finanzjarja usa', inklużi FMIs oħra u billi tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku u tas-swieq;

(d)  sabiex jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-appoġġ finanzjarju pubbliku kif ukoll it-telf potenzjali għall-kontribwenti;

(e)  sabiex tiġi mminimizzata l-ispiża tar-riżoluzzjoni fuq il-partijiet ikkonċernati kollha affettwati u tiġi evitata l-qerda tal-valur tas-CCP, sakemm tali qerda ma tkunx neċessarja biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni.

2.  Il-bord u l-maniġment superjuri ta' CCP taħt riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-assistenza kollha meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 22Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' CCP, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  is-CCP tkun qed tfalli jew x'aktarx li tfalli kif iddeterminat minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

i)  mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

ii)  mill-awtorità tar-riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-għodod meħtieġa sabiex tagħmel dik il-konklużjoni;

(b)  ma jkun hemm ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura jew azzjoni ta' superviżjoni alternattiva fis-settur privat, inklużi l-miżuri ta' intervent bikri meħuda, jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP f'limitu ta' żmien raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti; u

(c)  azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun meħtieġa fl-interess pubbliku sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fejn l-implimentazzjoni tal-arranġamenti dwar l-allokazzjoni tat-telf kuntrattwali tas-CCP jew fejn tali arranġamenti ma jkunux komprensivi, u l-istralċ tas-CCP skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jissodisfax dawk l-objettivi bl-istess mod.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien u fuq inizjattiva proprja bi kwalunkwe informazzjoni li tista' tagħti indikazzjoni li s-CCP tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha.

2.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, CCP għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli f'waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  is-CCP tikser, jew x'aktarx tikser, ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha b'mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)  is-CCP ma tistax, jew x'aktarx ma tkunx tista', tipprovdi funzjoni kritika;

(c)  is-CCP ma tistax, jew x'aktarx ma tkunx tista', treġġa' lura l-vijabbiltà tagħha permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rkupru tagħha;

(d)  is-CCP ma tistax, jew x'aktarx ma tkunx tista', tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn hekk kif isiru dovuti;

(e)  is-CCP titlob appoġġ finanzjarju pubbliku ▌.

Għall-finijiet tal-punt (e) miżura ma għandhiex tkun ikkunsidrata li hija appoġġ finanzjarju pubbliku fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

i)  hija ppreżentata fil-forma ta' garanzija mill-Istat biex tiggarantixxi faċilitajiet tal-likwidità provduti minn bank ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-bank ċentrali, jew fil-forma ta' garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda;

ia)  l-ebda waħda miċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d) ta' dan il-paragrafu ma hija preżenti fil-mument li tingħata l-għajnuna finanzjarja pubblika;

ib)  il-garanziji mill-Istat imsemmija fil-punt (i) huma meħtieġa biex jirrimedjaw tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u jippriżervaw l-istabbiltà finanzjarja;

ii)  il-garanziji tal-Istat imsemmija fil-punt (i) huma limitati għal CCPs solventi, bil-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni finali skont il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, huma ta' natura prekawzjonarja u temporanja u proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta' tfixkil serju msemmi fil-paragrafu ib) u li ma jintużawx biex ipaċu telf li s-CCP tkun ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab fil-futur;

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tieħu wkoll azzjoni ta' riżoluzzjoni meta hija tqis li s-CCP qed tapplika jew għandha l-ħsieb li tapplika miżuri ta' rkupru li jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP, iżda jikkawżaw effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja.

3a.  Id-deċiżjoni meħuda minn awtorità tar-riżoluzzjoni li tqis li CCP qiegħda tfalli jew li x'aktarx tfalli tista' tiġi kkontestata biss fuq il-bażi tal-fatt li tali deċiżjoni kienet arbitrarja u irraġonevoli fil-mument meta ttieħdet, abbażi tal-informazzjoni direttament disponibbli dak iż-żmien.

4.  L-ESMA għandha tadotta linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom CCP titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli sa [PO, jekk jogħġbok daħħal data 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jekk u fejn ikun xieraq filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni d-daqsijiet differenti u n-natura tas-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.

Meta tadotta dawk il-linji gwida, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-linji gwida maħruġa skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 23

Prinċipji ġenerali rigward ir-riżoluzzjoni

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 27 u teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 48 b'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)  l-obbligi kuntrattwali kollha u arranġamenti oħrajn fil-pjan ta' rkupru tas-CCP għandhom jiġu infurzati ▌, sal-punt li dawn ma jkunux ġew eżawriti qabel id-dħul fir-riżoluzzjoni, sakemm, f'ċirkustanzi estremi, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tiddeterminax li l-użu tas-setgħat jew tal-għodod ta' riżoluzzjoni jkun aktar xieraq sabiex l-objettivi tar-riżoluzzjoni jintlaħqu fil-ħin;

(b)  l-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf wara li jiġu infurzati l-obbligi u l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) b'konformità ma' dak il-punt;

(c)  il-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza, ħlief fejn ikun espressament stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament;

(d)  il-kredituri tas-CCP tal-istess klassi jiġu ttrattati bl-istess mod;

(e)  ebda wieħed mill-azzjonisti, mill-kredituri u mill-membri tal-ikklirjar tas-CCP jew mill-klijenti tagħhom ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab skont l-Artikolu 60;

(f)  il-bord u l-maniġment superjuri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jinbidlu, ħlief meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li ż-żamma tal-bord u tal-maniġment superjuri, totalment jew parzjalment, tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(g)  l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jgħarrfu u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-impjegati skont il-liġijiet nazzjonali jew il-prassi tagħhom;

(h)  meta CCP tkun parti minn grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu kont tal-impatt fuq entitajiet oħrajn tal-grupp u fuq il-grupp kollu kemm hu.

KAPITOLU IIValwazzjoni

Artikolu 24

Objettivi tal-valwazzjoni

1.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tiżgura valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi tas-CCP.

2.  Qabel ma l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni inizjali sabiex tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1).

3.  Wara li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq it-tieni valwazzjoni sabiex:

(a)  tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)  tiżgura li kwalunkwe telf fuq l-assi u d-drittijiet tas-CCP ikun rikonoxxut b'mod sħiħ fil-mument li jintużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni;

(c)  tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-kanċellazzjoni jew tad-dilwizzjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tad-deċiżjoni dwar il-valur u l-għadd ta' strumenti ta' sjieda maħruġa jew ittrasferiti bħala riżultat tal-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni;

(d)  tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tat-tniżżil fil-valur jew tal-konverżjoni ta' kwalunkwe obbligazzjoni mhux garantita, inklużi l-istrumenti tad-dejn;

(e)  meta jintużaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni, tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tat-telf li trid tiġi applikata kontra t-talbiet tal-kredituri affettwati, l-obbligi pendenti jew il-pożizzjonijiet fir-rigward tas-CCP u dwar il-portata u n-neċessità ta' riżoluzzjoni għal talba għal flus kontanti;

(f)  meta tintuża l-għodda tas-CCP tranżitorja, tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja u d-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li jista' jitħallas lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, fejn ikun rilevanti, lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda;

(g)  meta tintuża l-għodda għall-bejgħ ta' negozju, tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-akkwirent terz u tgħin lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 40;

(ga)  il-prezz ta' kwalunkwe terminazzjoni ta' kuntratt min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandu jkun ibbażat, kemm jista' jkun, fuq prezz tas-suq ġust iddeterminat abbażi tar-regoli u tal-arranġamenti tas-CCP, u sostitwit unikament minn metodu ieħor ta' identifikazzjoni tal-prezz jekk meqjus essenzjali mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (d), il-valwazzjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni kwalunkwe telf li jiġi assorbit mill-infurzar ta' kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta' partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP u l-livell ta' konverżjoni li għandha tiġi applikata għall-istrumenti tad-dejn.

4.  Il-valwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jkunu soġġetti għal appell skont l-Artikolu 72 biss flimkien mad-deċiżjoni li tintuża għodda ta' riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 25

Rekwiżiti għall-valwazzjoni

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 jitwettqu:

(a)  minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mis-CCP;

(b)  mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, meta dawk il-valwazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persuna kif imsemmi fil-punt (a).

2.  Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 għandhom jitqiesu bħala definittivi meta jitwettqu mill-persuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stipulati f'dan l-Artikolu.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi ebda provvediment potenzjali ta' appoġġ finanzjarju pubbliku ▌, ebda assistenza ta' likwidità f'emerġenza minn bank ċentrali u ebda assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta' imgħax mhux standard lis-CCP minn dak il-ħin li fih tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-irkupru potenzjali ta' kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba mis-CCP taħt riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 27(9).

4.  Valwazzjoni definittiva għandha tkun supplimentata bl-informazzjoni li ġejja miżmuma mis-CCP:

(a)  karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP, inklużi r-riżorsi prefinanzjati disponibbli li jifdal u l-impenji finanzjarji pendenti;

(b)  ir-reġistri tal-kuntratti kklirjati msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)  kwalunkwe informazzjoni dwar il-valuri tas-suq u tal-kontabbiltà tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tagħha, inklużi l-pretensjonijiet rilevanti u l-obbligi pendenti intitolati jew dovuti lis-CCP.

5.  Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet b'konformità mal-livelli ta' prijorità skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza. Hija għandha tinkludi wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonisti u kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi fl-applikazzjoni tal-prinċipju speċifikat fil-punt (e) tal-Artikolu 23.

L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61.

6.  L-ESMA, wara li tikkunsidra kwalunkwe standard tekniku regolatorju abbozzat b'konformità mal-Artikolu 36(14) u (15) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

(a)  iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif ukoll mis-CCP għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

(b)  il-metodoloġija għall-ivvalutar tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP;

(c)  is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 24 u 61.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: daħħal id-data: fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Valwazzjoni provviżorja

1.  Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25(2) għandhom jitqiesu bħala valwazzjonijiet provviżorji.

Il-valwazzjonijiet provviżorji għandhom jinkludu bafer għat-telf addizzjonali u ġustifikazzjoni xierqa għal dak il-bafer.

2.  Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' valwazzjoni provviżorja, huma għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva hekk kif ikun prattiku.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)  tippermetti r-rikonoxximent sħiħ ta' kwalunkwe telf tas-CCP fil-kotba tagħha;

(b)  tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni bil-għan li jitnaqqsu l-pretensjonijiet tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas b'konformità mal-paragrafu 3.

3.  Meta l-istima tal-valwazzjoni definittiva tal-valur tal-assi nett tas-CCP tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni provviżorja tal-valur tal-assi nett tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista':

(a)  iżżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jkunu ġew valwati negattivament jew ristrutturati;

(b)  tesiġi li CCP tranżitorja tagħmel pagament ulterjuri ta' korrispettiv fir-rigward tal-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, fir-rigward tal-ishma jew tal-istrumenti ta' sjieda lis-sidien ta' dawk l-istrumenti.

4.  Wara li tikkunsidra kwalunkwe standard tekniku regolatorju abbozzat b'konformità mal-Artikolu 36(15) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-bafer għat-telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet provviżorji.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: daħħal id-data: fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU IIIGħodod ta' riżoluzzjoni

Taqsima IPrinċipji Ġenerali

Artikolu 27Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għodod ta' riżoluzzjoni

1.  L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 billi jużaw kwalunkwe waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni:

(a)  l-għodda tal-pożizzjonar u l-allokazzjoni tat-telf;

(b)  l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni;

(c)  l-għodda għall-bejgħ ta' negozju;

(d)  l-għodda tas-CCP tranżitorja;

(e)  kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni oħra konsistenti mal-Artikoli 21 u 23.

2.  Fil-każ ta' kriżi sistemika, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tipprovdi wkoll finanzjament pubbliku ▌billi tuża l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-gvern b'konformità mal-Artikoli 45, 46 u 47 bil-kundizzjoni ta' approvazzjoni minn qabel u finali skont il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u tad-disinn ta' arranġamenti komprensivi u kredibbli għall-irkupru tal-fondi pprovduti tul perjodu xieraq ta' żmien.

3.  Qabel tuża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinforza:

(a)  kwalunkwe dritt eżistenti u pendenti tas-CCP, inkluż kwalunkwe obbligu kuntrattwali mill-membri tal-ikklirjar sabiex jissodisfaw sejħiet għal flus, sabiex jipprovdu riżorsi addizzjonali lis-CCP jew sabiex jieħdu l-pożizzjonijiet ta' membri tal-ikklirjar inadempjenti, kemm jekk permezz ta' rkant kif ukoll jekk b'mezzi oħrajn maqbula fir-regoli operattivi tas-CCP;

(b)  kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja lil partijiet oħrajn għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta' appoġġ finanzjarju.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tinforza parzjalment l-obbligi kuntrattwali msemmija fil-punti (a) u (b), fejn ma jkunx possibbli li dawk l-obbligi kuntrattwali jiġu infurzati b'mod sħiħ fi żmien raġonevoli.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' toqgħod lura milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti rilevanti parzjalment jew b'mod sħiħ sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew il-kontaġju mifrux, jew meta l-użu tal-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 ikun aktar xieraq sabiex l-objettivi tar-riżoluzzjoni jintlaħqu fil-ħin.

▌6.  Meta l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni minbarra l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni jwassal biex it-telf jinġarr mill-membri tal-ikklirjar, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valwazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta' sjieda u ta' dejn jew obligazzjonijiet mhux garantiti minnufih qabel jew flimkien mal-użu tal-għodda ta' riżoluzzjoni.

7.  Meta jintużaw biss l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 u parti biss mill-assi, mid-drittijiet, mill-obbligi jew mill-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti b'konformità mal-Artikoli 40 u 42, il-parti residwa tas-CCP għandha tiġi stralċjata b'konformità mal-proċedimenti normali ta' insolvenza.

8.  Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta' infurzabbiltà tal-atti legali detrimentali għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għat-trasferimenti ta' assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet minn CCP, li fir-rigward tagħhom jintużaw għodod ta' riżoluzzjoni jew għodod ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern.

9.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirkupra, fuq perjodu xieraq ta' żmien, kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba, inkluż premium tar-riskju, b'konnessjoni mal-użu tal-għodod jew tas-setgħat ta' riżoluzzjoni jew b'konnessjoni mal-użu tal-għodod ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur ippreferut;

(b)  minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent meta tintuża l-għodda għall-bejgħ tan-negozju;

(c)  minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur ippreferut;

(ca)  minn kwalunkwe membru tal-ikklirjar, dment li membru tal-ikklirjar ma jġarrabx telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta mas-CCP u, minflok, kien ikun soġġett għall-possibbiltà ta' obbligi pendenti skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew inkella kieku s-CCP ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza;

(cb)  minn kwalunkwe dħul mill-użu tal-għodod ta' stabilizzazzjoni tal-gvern, inklużi r-rikavati mill-bejgħ tal-istrumenti ta' sjieda msemmija fl-Artikolu 46 u mill-bejgħ ta' CCP soġġetta għal sjieda pubblika temporanja kif imsemmi fl-Artikolu 47.

9a.  Sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati skont il-paragrafu preċedenti, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-ammont li l-klijenti u l-membri tas-CCP kienu jkunu meħtieġa li jikkontribwixxu kemm taħt ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP kif ukoll f'riżoluzzjoni, kieku l-appoġġ pubbliku ma jkunx ġie mogħti mill-awtoritajiet.

10.  Meta jużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw, fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 25, l-allokazzjoni sħiħa tat-telf, l-istabbiliment mill-ġdid tal-valur kontabilistiku rikonċiljat, ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

Artikolu 27a

Il-possibbiltà li l-parteċipanti tas-CCP jiġu kkumpensati m'għandhiex tapplika għal telf impenjat permezz ta' kuntratti fil-fażijiet ta' ġestjoni ta' inadempjenza jew ta' rkupru.

Taqsima 2Għodod Għall-Allokazzjoni Tal-Pożizzjoni U Għall-Allokazzjoni Tat-Telf

Artikolu 28L-objettiv u l-kamp ta' applikazzjoni tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni u tat-telf

1.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jużaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni b'konformità mal-Artikolu 29 u l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf b'konformità mal-Artikoli 30 u 31.

2.  L-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw għall-kuntratti kollha relatati mas-servizzi tal-ikklirjar u għall-kollateral relatat ma' dawk is-servizzi pprovduti lis-CCP.

3.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jużaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 29 sabiex jirrikonċiljaw il-valur kontabilistiku tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jużaw l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

(a)  sabiex jiġi kopert it-telf tas-CCP ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 27(10);

(b)  sabiex titreġġa' lura l-abbiltà tas-CCP li tissodisfa l-obbligi tal-pagamenti hekk kif dawn isiru dovuti;

(ba)  sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-valur kontabilistiku rikonċiljat;

(c)  sabiex jiġi faċilitat l-istabbiliment mill-ġdid tal-valur kontabilistiku rikonċiljat billi jiġu pprovduti fondi lis-CCP biex tissodisfa offerta f'irkant li tippermetti lis-CCP talloka l-pożizzjonijiet tal-parti inadempjenti jew li tagħmel pagamenti fuq kuntratti mitmuma skont l-Artikolu 29;

(d)  sabiex jinkiseb l-eżitu msemmi fil-punti (a), (b) u (c) fir-rigward ta' CCP tranżitorja;

(e)  sabiex jiġi appoġġjat it-trasferiment tan-negozju tas-CCP permezz tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju lil parti terza solventi.

Artikolu 29Terminazzjoni tal-kuntratti – parzjali jew sħiħa

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittermina wħud mill-kuntratti li ġejjin jew kollha kemm huma:

(a)  il-kuntratti tal-membru tal-ikklirjar f'inadempjenza;

(b)  il-kuntratti affettwati tas-servizz tal-ikklirjar jew tal-klassi tal-assi;

(c)  il-kuntratti tas-CCP f'riżoluzzjoni.

1a.  Meta tuża s-setgħa skont il-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-kuntratti msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu b'mod simili, mingħajr ma tiddiskrimina bejn il-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-obbligi kuntrattwali li ma jistgħux jiġu infurzati fi żmien raġonevoli.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittermina biss il-kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 meta t-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti ma jkunx seħħ skont it-tifsira tal-Artikolu 48(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tagħti avviż lill-membri tal-ikklirjar rilevanti kollha tad-data li fiha jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1.

4.  Qabel it-terminazzjoni ta' kwalunkwe kuntratt imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)  tesiġi li s-CCP taħt riżoluzzjoni tivvaluta kull kuntratt u taġġorna l-bilanċi tal-kontijiet ta' kull membru tal-ikklirjar;

(b)  tiddetermina l-ammont nett pagabbli minn jew lil kull membru tal-ikklirjar, wara li tieħu kont ta' kwalunkwe marġini ta' varjazzjoni dovut iżda mhux imħallas, inkluż il-marġini tal-varjazzjoni dovut bħala riżultat tal-valwazzjonijiet tal-kuntratti msemmija fil-punt (a);

(c)  tinnotifika lil kull membru tal-ikklirjar dwar l-ammonti netti ddeterminati u tiġborhom kif xieraq.

Mat-terminazzjoni tal-kuntratt, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika, b'mod puntwali, lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe klijent iddeżinjat bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) li l-kuntratt tagħha ġie terminat.

4a.  Il-prezz ta' kwalunkwe terminazzjoni ta' kuntratt min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni taħt dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq prezz tas-suq ġust iddeterminat abbażi tar-regoli u tal-arranġamenti tas-CCP, jew jekk l-użu ta' tali metodu ieħor ikun meqjus essenzjali mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, iddeterminat bl-użu ta' kwalunkwe metodu xieraq ieħor ta' identifikazzjoni tal-prezz.

5.  Fil-każ ta' membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ma jkunx jista' jħallas l-ammont nett iddeterminat skont il-paragrafu 4, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCP sabiex tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti f'inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tiegħu b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

6.  Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tittermina kuntratt wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, hija għandha tipprevjeni temporanjament lis-CCP milli tikklirja kwalunkwe kuntratt ġdid tal-istess tip bħal dak itterminat.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tippermetti lis-CCP terġa' tibda tikklirja dawk it-tipi ta' kuntratti biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  is-CCP tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)  l-awtorità tar-riżoluzzjoni toħroġ u tippubblika avviż għal dak il-għan bl-użu tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 70(3).

Artikolu 30Tnaqqis tal-valur ta' kwalunkwe qligħ pagabbli

mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tnaqqas l-ammont tal-valur tal-obbligi tas-CCP li tħallas lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom meta dawk l-obbligi jkunu ġejjin minn qligħ dovut b'konformità mal-proċessi tas-CCP għall-pagament tal-marġini ta' varjazzjoni jew għall-pagament li jkun ekonomikament ekwivalenti. Il-membri tal-ikklerjar għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom mingħajr dewmien dwar l-użu tal-għodda ta' riżoluzzjoni u l-mod kif tali użu jaffettwahom.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tikkalkula kwalunkwe tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 bl-użu ta' mekkaniżmu ekwitabbli ta' allokazzjoni kif iddeterminat fil-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3) u kkomunikata lill-membri tal-ikklirjar hekk malli tintuża l-għodda ta' riżoluzzjoni. Il-qligħ nett totali, li għandu jitnaqqas għal kull membru tal-ikklirjar, għandu jkun proporzjonali għall-ammonti dovuti mis-CCP.

3.  It-tnaqqis fil-valur tal-qligħ pagabbli għandu jidħol fis-seħħ u għandu jorbot minnufih lis-CCP u lill-membri tal-ikklirjar affettwati mill-mument li fih l-awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

3a.  Kwalunkwe użu tas-setgħat imsemmija f'dan l-artikolu li jaffettwaw il-pożizzjonijiet ta' klijent iddeżinjat bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) għandu jkun notifikat b'mod puntwali lill-awtorità kompetenti ta' tali klijent. 4.  Membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma għandu jkollu ebda pretensjoni fi kwalunkwe proċedimenti sussegwenti kontra s-CCP, jew kontra entità suċċessur tagħha, li jirriżulta mit-tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1.

5.  Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tnaqqas biss parzjalment il-valur tal-qligħ pagabbli, l-ammont pagabbli residwu li jibqa' għandu xorta jkun dovut lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

5a.  Is-CCP għandha tinkludi fir-regoli operattivi tagħha, referenza għas-setgħa li jitnaqqsu l-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien ma' kwalunkwe arranġament simili previst f'dawk ir-regoli operattivi fl-istadju tal-irkupru. Is-CCP għandha tiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali huma konklużi biex jippermettu lill-Awtorità tar-Riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-artikolu.

Artikolu 31Sejħa għal flus f'riżoluzzjoni

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti sabiex jagħmlu kontribuzzjonijiet fi flus lis-CCP. L-ammont ta' tali kontribuzzjonijiet fi flus għandu jkun determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bil-għan li jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 21(1).

Meta s-CCP topera diversi fondi tal-inadempjenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jirreferi għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond jew fondi tal-inadempjenza tas-servizz tal-ikklirjar affettwat jew tal-klassi tal-assi affettwata.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita s-sejħa għal flus f'riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux ġew eżawriti l-obbligi kuntrattwali kollha li jeħtieġu li jsiru kontribuzzjonijiet fi flus minn membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-ammont ta' kontribuzzjoni fi flus ta' kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b'mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza.

2.  Jekk membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma jħallasx l-ammont meħtieġ, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCP tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar f'inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza tal-membru tal-ikklirjar b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2a.  Is-CCP għandha tinkludi riferiment għas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni barra mis-sejħiet għal flus għal irkupru fir-regoli operattivi tagħha u tiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali jkunu konklużi biex l-awtorità tar-riżoluzzjoni titħalla teżerċita s-setgħat tagħha fl-ambitu ta' dan l-artikolu.

2b.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddefinixxi l-ammont ta' riżoluzzjoni għal talba għal flus kontanti li għandu jiġi inkluż fir-regoli operattivi, li bħala minimu għandhom ikunu ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza.

2c.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddefinixxi l-ammont tas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni li għandu jkun inkluż fir-regoli operattivi.

Taqsima 3

Valwazzjoni negattiva u konverżjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

Artikolu 32Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni b'konformità mal-Artikolu 33 fir-rigward tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra maħruġa mis-CCP f'riżoluzzjoni sabiex tassorbi t-telf, tirrikapitalizza dik is-CCP jew is-CCP tranżitorja jew sabiex tappoġġja l-użu tal-għodda għall-bejgħ ta' negozju.

▌2.  Abbażi tal-valwazzjoni mwettqa b'konformità mal-Artikolu 24(3), l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddetermina dawn li ġejjin:

(a)  l-ammont li bih l-istrumenti ta' sjieda u l-istrumenti tad-dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra għandhom jiġu valwati b'mod negattiv wara li jiġi kkunsidrat kwalunkwe telf li għandu jiġi assorbit mill-infurzar ta' kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta' partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP;

(b)  l-ammont li bih l-istrumenti tad-dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra għandhom jiġu kkonvertiti fi strumenti ta' sjieda sabiex jitreġġgħu lura r-rekwiżiti prudenzjali tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

Artikolu 33Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont il-prijorità tal-pretensjonijiet applikabbli fi proċedimenti normali ta' insolvenza.

2.  Qabel tnaqqas jew tikkonverti l-ammont prinċipali tal-istrumenti tad-dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tnaqqas il-valur nozzjonali tal-istrumenti ta' sjieda b'mod proporzjonali għat-telf u sal-valur sħiħ tagħhom, fejn ikun meħtieġ.

Meta, b'konformità mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3), is-CCP iżżomm valur nett pożittiv wara t-tnaqqis tal-valur tal-istrumenti ta' sjieda, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkanċella jew tnaqqas, skont kif ikun il-każ, dawk l-istrumenti ta' sjieda.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tnaqqas jew tikkonverti, jew saħansitra tnaqqas u tikkonverti, l-ammont prinċipali ta' strumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u sal-valur sħiħ ta' dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet, fejn ikun meħtieġ.

4.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)  obbligazzjonijiet lejn l-impjegati, fir-rigward tas-salarju, il-benefiċċji tal-pensjoni jew rimunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni li mhuwiex irregolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv;

(b)  obbligazzjonijiet lejn kredituri kummerċjali jew tan-negozju, li jirriżultaw mill-forniment lis-CCP ta' prodotti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma tal-istabbilimenti;

(c)  obbligazzjonijiet lejn l-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux obbligazzjonijiet ippreferuti skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli;

(d)  obbligazzjonijiet dovuti lis-sistemi jew lill-operaturi tas-sistemi nnominati skont id-Direttiva 98/26/KE.

5.  Meta l-ammont nozzjonali ta' strument ta' sjieda jew l-ammont prinċipali ta' strument ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra jitnaqqas, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  dak it-tnaqqis għandu jkun permanenti;

(b)  id-detentur tal-istrument ma għandu jkollu ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' dak it-tnaqqis, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li tista' tinħoloq bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità ta' dak it-tnaqqis jew kwalunkwe pretensjoni bbażata fuq sjieda maħruġa jew trasferita skont il-paragrafu 6;

(c)  meta dak it-tnaqqis ikun biss parzjali, il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont residwu soġġett għal kwalunkwe emenda meħtieġa tat-termini ta' dak il-ftehim minħabba t-tnaqqis.

Il-punt (a) ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni milli japplikaw mekkaniżmu ta' valwazzjoni pożittiva biex jirrimborżaw lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra u mbagħad lid-detenturi ta' istrumenti ta' sjieda, meta l-livell ta' valwazzjoni negattiva abbażi tal-valwazzjoni provviżorja jinstab li jeċċedi l-ammonti meħtieġa meta vvalutat kontra l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

6.  Meta tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCPs jew lill-impriżi prinċipali tagħhom joħorġu jew jittrasferixxu strumenti ta' sjieda lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra.

7.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkonverti biss l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-qbil tal-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali meta l-impriża prinċipali tkun meħtieġa toħroġ l-istrumenti ta' sjieda;

(b)  l-istrumenti ta' sjieda jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta' strumenti ta' sjieda mis-CCP għall-finijiet tal-provvediment ta' fondi proprji mill-Istat jew minn entità tal-gvern;

(c)  ir-rata tal-konverżjoni tirrappreżenta kumpens xieraq lid-detenturi tad-dejn affettwati, b'konformità mat-trattament tagħhom skont il-proċedimenti normali tal-insolvenza.

Wara kwalunkwe konverżjoni ta' strumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra fi strumenti ta' sjieda, dawn tal-aħħar għandhom jiġu sottoskritti jew ittrasferiti mingħajr dewmien wara l-konverżjoni.

8.  Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura, fil-kuntest tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni tas-CCP u bħala parti mis-setgħat sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tas-CCP, li s-CCP dejjem tkun tista' toħroġ l-għadd meħtieġ ta' strumenti ta' sjieda.

Artikolu 34L-effett ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tlesti jew titlob li jitlestew il-kompiti proċedurali u amministrattivi kollha meħtieġa sabiex jingħata effett lill-użu tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, inklużi:

(a)  l-emenda tar-reġistri rilevanti kollha;

(b)  it-tneħħija mill-elenkar jew it-tneħħija mill-kummerċ ta' strumenti ta' sjieda jew strumenti ta' dejn;

(c)  l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta' strumenti ta' sjieda ġodda;

(d)  l-elenkar mill-ġdid jew riammissjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li ġie valwat negattivament, mingħajr ir-rekwiżit għall-ħruġ ta' prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16).

Artikolu 35It-tneħħija tal-ostakoli proċedurali għall-valwazzjoni negattiva u għall-konverżjoni

Meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1), l-awtorità kompetenti għandha teħtieġ lis-CCPs, jew lill-impriżi prinċipali tagħhom, li jżommu dejjem ammont suffiċjenti ta' strumenti ta' sjieda sabiex jiżguraw li dawk is-CCPs jew l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu jistgħu joħorġu ammont suffiċjenti ta' strumenti ta' sjieda ġodda u li l-ħruġ ta' jew il-konverżjoni fi strumenti ta' sjieda jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew statuti tas-CCP, inkluż fir-rigward tad-drittijiet ta' prelazzjoni għall-azzjonisti jew ir-rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti għal żieda tal-kapital.

Artikolu 36Sottomissjoni ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.  Is-CCPs għandhom, fi żmien xahar wara l-użu tal-għodod imsemmija fl-Artikolu 32, jagħmlu rieżami tal-kawżi li wasslu għall-falliment tagħhom u jissottomettuh lill-awtorità tar-riżoluzzjoni flimkien ma' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju b'konformità mal-Artikolu 37. Meta l-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni jkun applikabbli, dak il-pjan għandu jkun kompatibbli mal-pjan ta' ristrutturar li s-CCP hija meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni fil-kuntest ta' dak il-qafas.

Fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa massimu ta' xahrejn.

2.  Meta jkun meħtieġ li jiġi nnotifikat pjan ta' ristrutturar fi ħdan il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, is-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-data ta' skadenza stipulata mill-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni għas-sottomissjoni ta' dak il-pjan ta' ristrutturar.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippreżenta r-rieżami u l-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u kwalunkwe reviżjoni tiegħu, b'konformità mal-Artikolu 38, lill-awtorità kompetenti u lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 37Il-kontenut tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.  Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 36 għandu jistabbilixxi miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP jew ta' partijiet min-negozju tagħha fi żmien raġonevoli. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera s-CCP.

Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jieħu kont tal-istati attwali u potenzjali tas-swieq finanzjarji u jkun jirrifletti s-suppożizzjonijiet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti, inkluża kombinazzjoni ta' eventi sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet ewlenin tas-CCP. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma' punti ta' referenza xierqa għas-settur kollu.

2.  Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)  analiżi dettaljata tal-fatturi u taċ-ċirkostanzi li wasslu biex is-CCP tfalli jew tkun fi probabbiltà li tfalli;

(b)  deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP;

(c)  skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

3.  Il-miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul ta' CCP jistgħu jinkludu:

(a)  ir-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar tal-attivitajiet tas-CCP;

(b)  bidliet fis-sistemi operattivi u l-infrastruttura tas-CCP;

(c)  il-bejgħ ta' assi jew ta' linji ta' negozju.

3a.  Fil-każ fejn il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni huwa applikat skont l-Artikolu 36(1) u (2), l-awtorità tar-riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw il-valutazzjoni tal-miżuri previsti sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP, kwalunkwe talba għal sottomissjoni mill-ġdid ta' pjan emendat mis-CCP u l-adozzjoni finali ta' pjan ta' ristrutturar jew ta' riorganizzazzjoni tan-negozju.

3b.  L-ESMA għandha, sa... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 2.

3c.  Filwaqt li, fejn xieraq, tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3a, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji bil-għan li tispeċifika ulterjorment il-kriterji minimi li għandhom ikunu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38Il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.  Fi żmien xahar mis-sottomissjoni mis-CCP tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont l-Artikolu 36(1), l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-miżuri previsti f'dak il-pjan b'mod affidabbli jreġġgħux lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jkunu ssodisfati li l-pjan se jreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tapprova l-pjan.

2.  Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti ma jkunux issodisfati li l-miżuri previsti fil-pjan se jreġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP dwar it-tħassib tagħhom u teħtieġha terġa' tissottometti pjan emendat li jindirizza dak it-tħassib fi żmien ġimgħatejn min-notifika.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw il-pjan sottomess mill-ġdid fi żmien ġimgħa minn meta jirċievu dak il-pjan dwar jekk it-tħassib kienx indirizzat b'mod xieraq, kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.

3a.  L-ESMA għandha, sa... [18-il xhar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 bil-għan li tispeċifika ulterjorment il-kriterji minimi li pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 1.

3b.  Filwaqt li, fejn xieraq, tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3a, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji bil-għan li jiġu sodisfatti ulterjorment il-kriterji minimi li pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 1s.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 39L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.  Is-CCP għandha timplimenta l-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u għandha tissottometti rapport lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u lill-awtorità kompetenti kif meħtieġ u, mill-inqas, kull sitt xhur dwar il-progress tagħha fl-implimentazzjoni tal-pjan.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni, bi qbil mal-awtorità kompetenti, tista' titlob lis-CCP tirrevedi l-pjan, fejn ikun meħtieġ, sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi f'37(1).

Is-CCP għandha tissottometti r-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni għal valutazzjoni b'konformità mal-Artikolu 38(3). L-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'każ li japplika l-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, għandha tikkoordina din il-valutazzjoni mal-Kummissjoni.

Taqsima 4L-Għodda Għall-Bejgħ Ta' Negozju

Artikolu 40L-għodda għall-bejgħ ta' negozju

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi dawn li ġejjin lil akkwirent li ma jkunx CCP tranżitorja:

(a)   strumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)   kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni ta' CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP jew ta' kwalunkwe parti terza minbarra l-akkwirent u mingħajr konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli ħlief għal dawk previsti fl-Artikolu 41.

2.  Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u b'konformità mal-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex tikseb termini kummerċjali li jikkonformaw mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

3.  Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent għandhom jibbenifikaw:

(a)  is-sidien tal-istrumenti ta' sjieda, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP mid-detenturi ta' dawk l-istrumenti lill-akkwirent;

(b)  is-CCP, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew parti minnhom, lill-akkwirent;

(c)  kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ġarrab telf qabel ir-riżoluzzjoni.

L-allokazzjoni ta' kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent għandha ssir b'konformità mal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u mal-prijorità tal-pretensjonijiet skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

4.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari ta' strumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP jew, skont kif jista' jkun il-każ, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP.

5.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista', bil-kunsens tal-akkwirent, tittrasferixxi l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lill-akkwirent lura lis-CCP, jew l-istrumenti ta' sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP jew is-sidien oriġinali għandhom jieħdu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew strumenti ta' sjieda.

6.  Kwalunkwe trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni.

Meta l-akkwirent ma jkunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha twettaq diliġenza dovuta xierqa tal-akkwirent u tiżgura li l-akkwirent japplika għal awtorizzazzjoni hekk kif ikun prattiku u, sa mhux aktar tard minn xahar mill-użu tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe tali applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunsidrata b'ħeffa.

7.  Meta t-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda msemmi fil-paragrafu 1 jirriżulta fl-akkwiżizzjoni ta' jew fiż-żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija f'dak l-artikolu f'perjodu ta' żmien li la jdewwem l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ ta' negozju u lanqas jipprevjeni lill-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni rilevanti.

8.  Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 sad-data li fiha l-istrumenti ta' sjieda jiġu ittrasferiti, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)  it-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda għandu jkollu effett legali immedjat mid-data li fiha jiġu ttrasferiti;

(b)  matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' ċessjoni previst fil-punt (f), id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbuta ma' dawk l-istrumenti ta' sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità tar-riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċitahom u li ma għandhiex tkun responsabbli sabiex teżerċita jew iżżomm milli jiġu eżerċitati tali drittijiet;

(c)  matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' ċessjoni previst mill-punt (f), kwalunkwe penali jew miżuri għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwiżizzjonijiet jew id-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx japplikaw għal dak it-trasferiment;

(d)  l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub bir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha b'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minnufih wara li tlesti l-valutazzjoni tagħha;

(e)  meta l-awtorità kompetenti ma topponix għat-trasferiment, id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawk l-istrumenti ta' sjieda għandhom jitqiesu bħala li huma vestiti b'mod sħiħ fl-akkwirent min-notifika msemmija fil-punt (d);

(f)  meta l-awtorità kompetenti topponi t-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda, il-punt (b) għandu jkompli japplika u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista', wara li tieħu inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet tas-suq, tistabbilixxi perjodu ta' ċessjoni li matulu l-akkwirent għandu jiddivesti tali strumenti ta' sjieda.

9.  Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tiegħu li jipprovdi servizzi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-akkwirent għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe dritt bħal dan li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

10.  L-akkwirent imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jitwaqqaf milli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta' sħubija u milli jikseb aċċess għas-sistema tas-saldu u tal-pagamenti jew kwalunkwe infrastruttura oħra tas-suq finanzjarju, dment li l-akkwirent jissodisfa l-kriterji għas-sħubija jew għall-parteċipazzjoni f'dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi.

Meta l-akkwirent ma jissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa jkun jista' jkompli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta' sħubija u jikseb aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni. Tali approvazzjoni għandha tingħata biss għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

11.  Għal perjodu ta' 12-il xahar, l-akkwirent ma għandux jiġi mċaħħad mill-aċċess għas-sistemi tas-saldu jew tal-pagamenti jew għal kwalunkwe infrastruttura oħra tas-suq finanzjarju fuq il-bażi li l-akkwirent ma jkunx jippossjedi klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jew fuq il-bażi li l-klassifikazzjoni tkun taħt il-livelli tal-klassifikazzjoni meħtieġa sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi.

12.  Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP taħt riżoluzzjoni, kif ukoll partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti, ma għandux ikollhom drittijiet fuq, jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Artikolu 41Għodda tal-bejgħ ta' negozju: rekwiżiti proċedurali

1.  Meta tuża l-bejgħ ta' għodda ta' negozju fir-rigward ta' CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà, jew tagħmel arranġamenti għat-tqegħid fis-suq, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-istrumenti ta' sjieda maħsuba sabiex jiġu ttrasferiti. Puli ta' drittijiet, assi, obbligi u obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kummerċjalizzati separatament.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq skont il-kriterji li ġejjin:

(a)  għandha kemm jista' jkun tkun trasparenti u ma għandhiex tirrappreżenta b'mod ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet, jew l-istrumenti ta' sjieda tas-CCP, wara li jkunu tqiesu ċ-ċirkostanzi u, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

(b)  ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina b'mod mhux xieraq bejn l-akkwirenti potenzjali;

(c)  għandha tkun ħielsa minn kull kunflitt ta' interess;

(d)  għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni rapida;

(e)  għandha timmira li timmassimizza, sa fejn possibbli, il-prezz tal-bejgħ għall-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijet involuti.

Il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jimpedixxu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni milli tissolleċita akkwirenti potenzjali partikolari.

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tikkummerċjalizza l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta' sjieda mingħajr ma tikkonforma mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, fejn il-konformità ma' dawk il-kriterji x'aktarx li timmina wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni.

Taqsima 5L-Għodda Tas-Ccp Tranżitorja

Artikolu 42L-għodda tas-CCP tranżitorja

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi għand CCP tranżitorja dawn li ġejjin:

(a)  l-istrumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)  kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra s-CCP tranżitorja u mingħajr konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli minbarra dawk previsti fl-Artikolu 43.

2.  Is-CCP tranżitorja għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  tkun ikkontrollata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u tkun totalment jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b)  tinħoloq għall-iskop li tirċievi u żżomm l-istrumenti ta' sjieda kollha, jew uħud minnhom, maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew uħud minnhom, bil-għan li żżomm il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u sussegwentement tbigħ is-CCP.

3.  Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika l-għodda tas-CCP tranżitorja, hija għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet u l-obbligi ttrasferiti lis-CCP tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi ttrasferiti mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

4.  Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mis-CCP tranżitorja għandhom jibbenifikaw:

(a)  is-sidien tal-istrumenti ta' sjieda, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni mingħand id-detenturi ta' dawk l-istrumenti lis-CCP tranżitorja;

(b)  is-CCP taħt riżoluzzjoni, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet kollha, jew uħud minnhom, ta' dik is-CCP lis-CCP tranżitorja.

5.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari tal-istrumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP jew tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha.

6.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi d-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta' sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom, meta dak it-trasferiment ikun espliċitament previst fl-istrument li permezz tiegħu jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni, jew strumenti ta' sjieda, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew fil-paragrafu 7.

7.  Meta l-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jaqgħux fil-klassijiet tal-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li permezz tiegħu jkun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għat-trasferiment tagħhom, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferihom mis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lis-sidien oriġinali tagħhom.

8.  Trasferiment imsemmi fil-paragrafi 6 u 7 jista' jsir fi kwalunkwe ħin u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra imsemmija fl-istrument li permezz tiegħu t-trasferiment ikun sar għall-iskop rilevanti.

9.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi strumenti ta' sjieda, jew assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet mis-CCP tranżitorja lil parti terza.

10.  Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tagħha li tipprovdi servizzi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tista' tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Għal kwalunkwe fini oħra, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li CCP tranżitorja titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tkun tista' tkompli teżerċita kwalunkwe dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

11.  Is-CCP tranżitorja ma għandhiex titwaqqaf milli teżerċita d-drittijiet ta' sħubija u milli tikseb aċċess għas-sistema tas-saldu u tal-pagamenti u għal FMIs oħrajn tas-CCP taħt riżoluzzjoni, dment li tissodisfa l-kriterji għas-sħubija u l-parteċipazzjoni f'dawk is-sistemi u l-infrastrutturi.

Meta s-CCP tranżitorja ma tissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP tranżitorja tista' tkompli teżerċita d-drittijiet ta' sħubija tagħha bħala CCP u jkollha aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi għal perjodu ta' żmien speċifikat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni. Dak il-perjodu ta' żmien ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

12.  Is-CCP tranżitorja ma għandhiex tiġi mċaħħda l-aċċess għas-sistema tas-saldu u tal-pagamenti jew għal kwalunkwe FMI oħra fuq il-bażi li s-CCP tranżitorja ma jkollhiex klassifikazzjoni minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jew fuq il-bażi li l-klassifikazzjoni hija taħt il-livelli ta' klassifikazzjoni meħtieġa sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi.

13.  L-azzjonisti jew il-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, jew inkella fuq il-bord jew il-maniġment superjuri tagħha.

14.  Is-CCP tranżitorja ma għandu jkollha l-ebda obbligu jew responsabbiltà fil-konfront tal-azzjonisti jew tal-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni, u l-bord jew il-maniġment superjuri tas-CCP tranżitorja ma għandu jkollu l-ebda obbligazzjoni lejn dawk l-azzjonisti jew il-kredituri għal atti u omissjonijiet fl-eżerċitar tal-obbligi tagħhom, sakemm l-att jew l-omissjoni ma jkunux dovuti għal negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 43CCP tranżitorja; rekwiżiti proċedurali

1.  Is-CCP tranżitorja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  is-CCP tranżitorja għandha tfittex l-approvazzjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għal dawn kollha li ġejjin:

(i)  ir-regoli tal-inkorporazzjoni tas-CCP tranżitorja;

(ii)  il-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, fejn dawk il-membri ma jkunux maħtura direttament mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(iii)  ir-responsabbiltajiet u r-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, meta r-rimunerazzjoni u r-responsabbiltajiet ma jiġux iddeterminati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(iv)  l-istrateġija u l-profil tar-riskju tas-CCP tranżitorja;

(b)  is-CCP tranżitorja għandha tassumi l-awtorizzazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex tipprovdi s-servizzi jew twettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mit-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 42(1) b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Meta s-CCP tranżitorja ma tkunx awtorizzata kif meħtieġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tfittex l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għat-twettiq tat-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 42(1). Meta l-awtorità kompetenti tapprova dak it-trasferiment, hija għandha tindika l-perjodu li matulu s-CCP tranżitorja tiġi eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

L-eżenzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fl-ambitu tal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tkun konċessa biss għal perjodu massimu ta' tliet xhur, filwaqt li dik għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tista' tkun konċessa għal perjodu massimu ta' 12-il xahar.

2.  Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta b'konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, il-maniġment tas-CCP tranżitorja għandu jopera s-CCP tranżitorja bl-objettiv li jżomm l-aċċess mill-partijiet ikkonċernati għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP tranżitorja, kif ukoll bl-objettiv li jbigħ is-CCP tranżitorja jew kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar fis-settur privat. Dan il-bejgħ għandu jsir meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa u fil-perjodu speċifikat fil-paragrafi 5 u, fejn applikabbli, 6 ta' dan l-Artikolu.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina s-CCP tranżitorja fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)  is-CCP tranżitorja tiġi fuża ma' entità oħra;

(c)  is-CCP tranżitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 42(2);

(d)  is-CCP tranżitorja jew sostanzjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jkunu ġew mibjugħa b'konformità mal-paragrafu 4;

(e)  jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5;

(f)  il-kuntratti kklirjati mis-CCP tranżitorja jkunu ġew saldati, ikunu skadew jew ikunu ngħalqu u d-drittijiet u l-obbligi tas-CCP relatati ma' dawk il-kuntratti jkunu b'hekk kompletament ħielsa.

4.  Qabel tbigħ is-CCP tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà tal-elementi intiżi biex jinbiegħu u għandha tiżgura li dawn jiġu kkummerċjalizzati b'mod miftuħ u trasparenti u li ma jkunux materjalment rappreżentati ħażin.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha twettaq il-bejgħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq termini kummerċjali u ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina indebitament bejn l-akkwirenti potenzjali.

5.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-operat ta' CCP tranżitorja sentejn wara d-data li fiha jsir l-aħħar trasferiment mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tittermina l-operat ta' CCP tranżitorja, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP tranżitorja.

6.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għal perjodu addizzjonali wieħed jew aktar ta' sena meta l-estensjoni tkun meħtieġa għat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja kif imsemmi fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 3.

Id-deċiżjoni li jiġi estiż il-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għandha tkun motivata u għandha tinkludi valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tas-CCP tranżitorja fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-prospett tas-suq rilevanti.

7.  Meta CCP tranżitorja tiġi tterminata fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 3, is-CCP tranżitorja għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja għandhom jibbenifikaw l-azzjonisti tagħha.

Meta CCP tranżitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijiet ta' aktar minn CCP waħda taħt riżoluzzjoni, ir-rikavat imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi attribwit skont ir-referenza għall-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull CCP taħt riżoluzzjoni.

Taqsima 6Arranġamenti Addizzjonali Ta' Finanzjament

Artikolu 44Mezzi alternattivi ta' finanzjament

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tidħol f'kuntratti sabiex tissellef jew tikseb forom oħrajn ta' appoġġ finanzjarju, inkluż minn riżorsi prefinanzjati disponibbli fi kwalunkwe fond ta' inadempjenza mhux eżawrit fis-CCP taħt riżoluzzjoni, fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-għodod ta' riżoluzzjoni.

Taqsima 7

Għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni

Artikolu 45

Għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tuża l-għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni b'konformità mal-Artikoli 46 u 47 bl-iskop li tirriżolvi CCP biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-appoġġ finanzjarju jkun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)  l-appoġġ finanzjarju jintuża meta jkun falla kull tentattiv ieħor wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod ta' riżoluzzjoni l-oħrajn sal-livell massimu prattikabbli, filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, kif iddeterminat mill-ministeru kompetenti jew mill-gvern wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(c)  l-appoġġ finanzjarju jkun konformi mal-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni;

(ca)  l-appoġġ finanzjarju jintuża għal perjodu ta' żmien limitat;

(d)  ▌

(da)  l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun iddefiniet minn qabel arranġamenti komprensivi u kredibbli għall-irkupru, fuq perjodu ta' żmien xieraq, tal-fondi pubbliċi utilizzati mill-parteċipanti li jibbenefikaw minn appoġġ pubbliku, sakemm dawn il-fondi ma jkunux diġà ġew irkuprati permezz tal-bejgħ lil xerrej privat skont l-Artikolu 46(3) jew l-Artikolu 47(2);

2.  Sabiex jingħata effett lill-għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja, il-ministeri kompetenti jew il-gvernijiet għandu jkollhom is-setgħat ta' riżoluzzjoni rilevanti kif speċifikati fl-Artikoli 48 sa 59 u għandhom jiżguraw li tinżamm il-konformità mal-Artikoli 52, 54 u 70.

3.  Għodod governattivi ta' stabilizzazzjoni finanzjarja għandhom jitqiesu li għandhom jintużaw bħala l-aħħar alternattiva għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, fejn mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)  il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità tar-riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u mal-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(b)  il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-assistenza ta' likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat lis-CCP;

(c)  fir-rigward tal-għodda ta' sjieda pubblika temporanja, il-ministeru kompetenti jew il-gvern, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità tar-riżoluzzjoni, jiddetermina li l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-appoġġ ta' ekwità pubblika permezz tal-għodda ta' appoġġ għall-ekwità jkun diġà ngħata lis-CCP.

Artikolu 46

Għodda pubblika ta' appoġġ għall-ekwità

1.  L-appoġġ finanzjarju pubbliku jista' jiġi pprovdut fir-rikapitalizzazzjoni ta' CCP bi skambju għal strumenti ta' sjieda.

2.  Is-CCPs soġġetti għall-għodda pubblika ta' appoġġ għall-ekwità għandhom jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali.

3.  L-istrumenti ta' sjieda msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinbiegħu lil akkwirent privat malli jippermettu ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji.

Artikolu 47

Għodda ta' sjieda pubblika temporanja

1.  CCP tista' tittieħed bi sjieda pubblika temporanja permezz ta' ordni ta' trasferiment waħda jew aktar tal-istrumenti ta' sjieda eżegwiti minn Stat Membru lil ċessjonarju li jkun xi wieħed minn dawn:

(a)  rappreżentant tal-Istat Membru;

(b)  kumpanija li tkun il-proprjetà sħiħa ta' Stat Membru.

2.  Is-CCPs soġġetti għall-għodda ta' sjieda pubblika temporanja għandhom jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali u għandhom jinbiegħu lil akkwirent privat malli jippermettu ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji, anki fid-dawl tal-possibbiltà ta' rkupru tal-kost tar-riżoluzzjoni.

KAPITOLU IVSetgħat ta' riżoluzzjoni

Artikolu 48Setgħat ġenerali

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni b'mod effettiv, inklużi s-setgħat kollha li ġejjin:

(a)  is-setgħa li teħtieġ lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni sabiex tkun tista' tiddeċiedi fuq azzjoni ta' riżoluzzjoni u tippreparaha, inkluża informazzjoni addizzjonali u supplimentari għal dik ipprovduta fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew li trid tingħata permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post;

(b)  is-setgħa li tieħu kontroll ta' CCP taħt riżoluzzjoni u teżerċita d-drittijiet u s-setgħat kollha mogħtija lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda u lill-bord tas-CCP;

(ba)  is-setgħa li timmodifika jew temenda r-regoli operattivi tas-CCP, inkluż fir-rigward tat-termini tal-parteċipazzjoni tagħha, meta tali bidliet huma neċessarji għat-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà;

(bb)  is-setgħa li toqgħod lura milli tinforza ċerti obbligi kuntrattwali skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP jew titbiegħed mir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP meta jkun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(c)  is-setgħa li tittrasferixxi l-istrumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(d)  is-setgħa li tittrasferixxi lil entità oħra, bil-kunsens tagħha, id-drittijiet, l-assi, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP;

(e)  is-setgħa li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont prinċipali ta' jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta' CCP taħt riżoluzzjoni;

(f)  is-setgħa li tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta' CCP taħt riżoluzzjoni fi strumenti ta' sjieda ta' dik is-CCP jew ta' CCP tranżitorja li lilha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(g)  is-setgħa li tikkanċella l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(h)  is-setgħa li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont nominali tal-istrumenti ta' sjieda ta' CCP taħt riżoluzzjoni u li tikkanċella tali strumenti ta' sjieda;

(i)  is-setgħa li teħtieġ lil CCP taħt riżoluzzjoni ▌toħroġ strumenti ta' sjieda ġodda, inklużi ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(j)  fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet oħrajn tas-CCP, is-setgħa li temenda jew tbiddel il-maturità tagħhom, temenda l-ammont ta' imgħax pagabbli, jew temenda d-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi tissospendi l-pagament għal perjodu temporanju;

(k)  is-setgħa li tagħlaq u tittermina kuntratti finanzjarji;

(l)  is-setgħa li tneħħi jew tissostitwixxi l-bord u l-maniġment superjuri ta' CCP taħt riżoluzzjoni;

(m)  is-setgħa li teħtieġ lill-awtorità kompetenti tivvaluta lill-akkwirent ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta' deroga mil-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(n)  is-setgħa li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont tal-marġini ta' varjazzjoni dovut lil membru tal-ikklirjar ta' CCP taħt riżoluzzjoni, jew lil klijent ta' tali membru tal-ikklirjar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30;

(o)  is-setgħa li tittrasferixxi pożizzjonijiet miftuħa u kwalunkwe assi relatat, inklużi l-arranġamenti rilevanti ta' kollateral finanzjarju ta' garanzija u trasferiment ta' titolu, l-arranġamenti ta' tpaċija u l-arranġamenti ta' netting, mill-kont ta' membru tal-ikklirjar inadempjenti lil membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b'mod konsistenti mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(p)  is-setgħa li tinforza kwalunkwe obbligi kuntrattwali eżistenti u pendenti tal-parteċipanti tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(q)  is-setgħa li tinforza kwalunkwe obbligu eżistenti u pendenti tal-impriża prinċipali tas-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż sabiex tipprovdi lis-CCP b'appoġġ finanzjarju permezz ta' garanziji jew linji ta' kreditu;

(r)  is-setgħa li titlob lill-membri tal-ikklirjar jipprovdu aktar kontribuzzjonijiet fi flus.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.

2.  Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament u fil-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandha tkun soġġetta għall-ebda rekwiżit minn dawn li ġejjin meta hija teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)  rekwiżiti li tikseb approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna pubblika jew privata;

(b)  rekwiżiti li jirrigwardaw it-trasferiment ta' strumenti finanzjarji, drittijiet, obbligi, assi jew obbligazzjonijiet ta' CCP taħt riżoluzzjoni jew CCP tranżitorja;

(c)  rekwiżit għan-notifika ta' kwalunkwe persuna pubblika jew privata;

(d)  rekwiżit għall-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe avviż jew prospett;

(e)  rekwiżit għall-iffajljar jew għar-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe dokument ma' kwalunkwe awtorità oħra.

Artikolu 49Setgħat anċillari

1.  Meta tiġi eżerċitata setgħa msemmija fl-Artikolu 48(1), l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita wkoll kwalunkwe waħda mis-setgħat anċillari li ġejjin:

(a)  soġġett għall-Artikolu 65, tipprevedi trasferiment li jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti;

(b)  tneħħi d-drittijiet għall-akkwist ta' aktar strumenti ta' sjieda;

(c)  titlob lill-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f'suq regolat, jew l-elenkar uffiċjali, ta' kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ mis-CCP skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17);

(d)  tipprevedi li l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, skont l-Artikoli 40 u 42 rispettivament, jiġu ttrattati bħallikieku kienet is-CCP taħt riżoluzzjoni, għall-finijiet ta' kwalunkwe dritt jew obbligu ta', jew azzjoni meħuda minn, is-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni f'infrastruttura tas-suq;

(e)  titlob lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti, sabiex jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni u assistenza;

(f)  tipprevedi li l-membru tal-ikklirjar, li huwa benefiċjarju ta' kwalunkwe pożizzjoni allokata lilu permezz tas-setgħat imsemmija fil-punti (o) u (p) tal-Artikolu 48(1), jassumi kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni fis-CCP fir-rigward ta' dawk il-pożizzjonijiet;

(g)  tikkanċella jew timmodifika t-termini ta' kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni hija parti jew inkella tissostitwixxi l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, minflok is-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala parti;

(h)  timmodifika jew temenda r-regoli operattivi tas-CCP taħt riżoluzzjoni ▌;

(i)  tittrasferixxi s-sħubija ta' membru tal-ikklirjar mis-CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent tas-CCP jew CCP tranżitorja;

Kwalunkwe dritt ta' kumpens previst f'dan ir-Regolament ma għandux jitqies bħala obbligazzjoni jew tfixkil għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tipprevedi l-arranġamenti ta' kontinwità meħtieġa sabiex tiżgura li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, li n-negozju ttrasferit ikun jista' jiġi operat mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja. Tali arranġamenti ta' kontinwità jistgħu jinkludu:

(a)  il-kontinwità tal-kuntratti konklużi mis-CCP taħt riżoluzzjoni, sabiex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jassumu d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li jkunu ġew ittrasferiti u tiġi sostitwita s-CCP taħt riżoluzzjoni, espliċitament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

(b)  is-sostituzzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni mal-akkwirent jew mas-CCP tranżitorja fi kwalunkwe proċediment legali li jirrigwarda kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti.

3.  Is-setgħat previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jaffettwaw:

(a)  id-dritt ta' impjegat tas-CCP li jittermina kuntratt ta' impjieg;

(b)  soġġett għall-Artikoli 55, 56 u 57, l-eżerċitar ta' drittijiet kuntrattwali ta' parti f'kuntratt, inkluż id-dritt li tittermina, fejn ikun stabbilit fit-termini tal-kuntratt, minħabba att jew ommissjoni mis-CCP qabel it-trasferiment, jew mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja wara t-trasferiment.

Artikolu 50Maniġment speċjali

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' taħtar maniġer speċjali wieħed jew aktar sabiex jissostitwixxi l-bord ta' CCP taħt riżoluzzjoni. Il-maniġer speċjali għandu jkun ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollu għarfien espert adegwat fis-servizzi finanzjarji, fil-ġestjoni tar-riskji u fis-servizzi tal-ikklirjar, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.  Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-bord tas-CCP. Il-maniġer speċjali jista' jeżerċita dawk is-setgħat biss taħt il-kontroll tal-awtorità tar-riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tillimita l-azzjonijiet tal-maniġer speċjali jew teħtieġ kunsens minn qabel għal ċerti atti.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippubblika l-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 u t-termini u l-kundizzjonijiet marbuta ma' dik il-ħatra.

3.  Il-maniġer speċjali għandu jinħatar għal mhux aktar minn sena. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' ġġedded dak il-perjodu meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

4.  Il-maniġer speċjali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jimplimenta l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni meħuda mill-awtorità tar-riżoluzzjoni. F'każ ta' inkonsistenza jew kunflitt, dak id-dmir statutorju għandu jipprevali fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tas-CCP jew il-liġi nazzjonali.

5.  Il-maniġer speċjali għandu jfassal rapporti għall-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-ħatra f'intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u fil-bidu u fit-tmiem tal-mandat. Dawk ir-rapporti għandhom jiddeskrivu fid-dettall is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-miżuri meħuda.

6.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tneħħi l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin. Fi kwalunkwe każ, hija għandha tneħħi l-maniġer speċjali fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-maniġer speċjali jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b) meta l-objettivi tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar permezz tat-tneħħja jew is-sostituzzjoni ta' dak il-maniġer speċjali;

(c) meta l-kundizzjonijiet għall-ħatra ma jibqgħux japplikaw.

7.  Meta l-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza tipprevedi l-ħatra ta' maniġment tal-insolvenza, il-maniġer speċjali maħtur skont il-paragrafu 1 jista' jinħatar ukoll bħala maniġer tal-insolvenza jew viċi versa.

Artikolu 51Is-setgħa li jiġi meħtieġ il-forniment ta' servizzi u faċilitajiet

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lil CCP taħt riżoluzzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta' grupp tagħha jew membri tal-ikklirjar, sabiex jipprovdu kwalunkwe servizz jew faċilità li tkun meħtieġa bil-għan li akkwirent jew CCP tranżitorja jkunu jistgħu joperaw b'mod effettiv in-negozju ttrasferit lilhom.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika irrispettivament minn jekk entità fl-istess grupp, bħas-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklirjar tas-CCP, tkunx daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza jew jekk hija stess tkunx taħt riżoluzzjoni.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tinforza l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi Stati Membri oħrajn fejn dawk is-setgħat jiġu eżerċitati fir-rigward tal-entitajiet li jappartjenu lill-istess grupp, bħas-CCP taħt riżoluzzjoni jew il-membri tal-ikklirjar ta' dik is-CCP.

3.  Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhom jinkludu ebda forma ta' appoġġ finanzjarju.

4.  Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti:

(a)  fuq l-istess termini kummerċjali li fuqhom kienu pprovduti lis-CCP immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, meta jkun jeżisti ftehim għal dawk il-finijiet;

(b)  fuq termini kummerċjali raġonevoli, meta ma jkun hemm ebda ftehim għal dawk il-finijiet jew meta l-ftehim ikun skada.

Artikolu 52Is-setgħa li jiġu infurzati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri ta' prevenzjoni tal-kriżi minn Stati Membri oħra

1.  Meta l-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta' CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinsabu fi Stat Membru jew ikunu rregolati mil-liġi ta' Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, kwalunkwe trasferiment jew azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet għandu jkollu effett skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' Stat Membru għandha tiġi pprovduta bl-għajnuna kollha meħtieġa mill-awtoritajiet ta' Stati Membri rilevanti oħrajn sabiex ikun żgurat li kwalunkwe strument ta' sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet jiġi ttrasferit lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja jew kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni oħra ssir effettiva b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

3.  L-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi li jiġu affettwati mit-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi jew tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu intitolati jipprevjenu, jikkontestaw jew jannullaw dak it-trasferiment skont il-liġi tal-Istat Membru li tirregola dak it-trasferiment.

4.  Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' Stat Membru tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 28 jew 32, u l-kuntratti, l-obbligazzjonijiet, l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinkludu strumenti, kuntratti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta' Stat Membru ieħor, jew obbligazzjonijiet dovuti lill-kredituri u kuntratti fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar jew tal-klijenti tagħhom li jinsabu f'dak l-Istat Membru l-ieħor, l-awtoritajiet rilevanti f'dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni li tirriżulta minn dawk l-għodod ta' riżoluzzjoni jkollhom effett.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-azzjonisti, il-kredituri u l-membri tal-ikklirjar jew il-klijenti tagħhom affettwati minn dawk l-għodod ta' riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu intitolati li jikkontestaw it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli tal-istrument jew tal-obbligazzjoni jew inkella l-konverżjoni jew ir-ristrutturar tagħhom.

5.  Id-drittijiet u s-salvagwardji li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)  id-dritt tal-azzjonisti, tal-kredituri u tal-partijiet terzi li jikkontestaw, permezz ta' appell skont l-Artikolu 72, trasferiment ta' strumenti ta' sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)  id-dritt tal-kredituri affettwati li jikkontestaw, permezz ta' appell skont l-Artikolu 72, it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli jew il-konverżjoni jew ir-ristrutturar ta' strument, obbligazzjoni jew kuntratt koperti mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c)  is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 53Is-setgħa fir-rigward tal-assi, kuntratti, drittijiet, obbligazzjonijiet, obbligi

u strumenti ta' sjieda ta' persuni li jinsabu f'pajjiżi terzi jew li huma rregolati mil-liġi ta' pajjiżi terzi

1.  Meta azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tikkonċerna assi jew kuntratti ta' persuni li jinsabu f'pajjiż terz jew strumenti ta' sjieda, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ li:

(a)  is-CCP taħt riżoluzzjoni u l-benefiċjarju ta' dawk l-assi, il-kuntratti, l-istrumenti ta' sjieda, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-azzjoni ssir effettiva;

(b)  is-CCP taħt riżoluzzjoni żżomm l-istrumenti ta' sjieda, l-assi jew id-drittijiet jew teħles l-obbligazzjonijiet jew l-obbligi f'isem il-benefiċjarju sakemm l-azzjoni ssir effettiva;

(c)  l-ispejjeż raġonevoli tal-benefiċjarju mġarrba korrettament fit-twettiq ta' kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu jitħallsu bi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 27(9).

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCP tiżgura l-inklużjoni ta' dispożizzjoni fil-kuntratti tagħha u fi ftehimiet oħrajn mal-membri tal-ikklirjar u d-detenturi ta' strumenti ta' sjieda u strumenti ta' dejn jew obbligazzjonijiet oħra li jkunu jinsabu f'pajjiż terz, jew irregolati mil-leġiżlazzjoni ta' dan tal-aħħar, fejn huma jaqblu li jintrabtu bi kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-assi, il-kuntratti, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom meħuda mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 55, 56 u 57. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tirrikjedi lis-CCP tforniha b'opinjoni legali relatata mal-infurzabbiltà u mal-effettività legali ta' tali dispożizzjonijiet.

3.  Meta l-azzjoni ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma ssirx effettiva, dik l-azzjoni għandha tiġi annullata fir-rigward tal-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 54Esklużjoni ta' ċerti termini kuntrattwali f'intervent bikri u riżoluzzjoni

1.  Miżura għall-prevenzjoni ta' kriżi jew azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda b'konformità ma' dan ir-Regolament, jew inkella kwalunkwe event marbut direttament mal-applikazzjoni ta' dik l-azzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala event ta' infurzar jew insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE u tad-Direttiva 98/26/KE, sakemm l-obbligi sostantivi taħt il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-provvediment ta' kollateral, jibqgħu jiġu osservati.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 75, jew inkella meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, għandhom jitqiesu bħala azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda b'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.  Miżura għall-prevenzjoni ta' kriżi jew azzjoni ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża biex:

(a)  jiġi eżerċitat xi dritt ta' terminazzjoni, sospensjoni, modifika, netting jew tpaċija, inkluż fir-rigward ta' kuntratt konkluż minn entità tal-grupp li tappartjeni lilu s-CCP li jinkludi dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza jew obbligi li huma garantiti jew appoġġjati b'mod ieħor minn kwalunkwe entità ta' grupp;

(b)  jittieħed pussess, jiġi eżerċitat kontroll jew inforzata xi garanzija fuq kwalunkwe proprjetà tas-CCP ikkonċernata jew kwalunkwe entità ta' grupp fir-rigward ta' kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza;

(c)  jiġi affettwat kwalunkwe dritt kuntrattwali tas-CCP kkonċernata jew ta' kwalunkwe entità ta' grupp fir-rigward ta' kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza.

Artikolu 55Is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tissospendi kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja taż-żewġ kontropartijiet għal kwalunkwe kuntratt konkluż minn CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni b'konformità mal-Artikolu 70 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.  Meta obbligu ta' ħlas jew konsenja kien ikun dovut matul il-perjodu tas-sospensjoni, l-obbligu ta' ħlas jew konsenja għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni.

3.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 għall-obbligi ta' ħlas jew konsenja li għandhom jingħataw għal sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi kontropartijiet ċentrali oħrajn u banek ċentrali.

Artikolu 56Is-setgħa li jiġi ristrett l-infurzar tal-interessi ta' garanzija

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' timpedixxi lill-kredituri garantiti ta' CCP taħt riżoluzzjoni milli jinfurzaw l-interessi ta' garanzija fir-rigward ta' kwalunkwe assi ta' dik is-CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tar-restrizzjoni b'konformità mal-Artikolu 70 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' garanzija ta' sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi kontropartijiet ċentrali oħrajn u banek ċentrali fuq assi mirhuna jew ipprovduti permezz ta' marġini jew kollateral mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 57Is-setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tissospendi d-drittijiet ta' terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tat-terminazzjoni b'konformità mal-Artikolu 70 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-provvediment ta' kollateral.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tar-riżoluzzjoni.

2.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sistemi jew l-operaturi tas-sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi kontropartijiet ċentrali u banek ċentrali oħrajn.

3.  Parti f'kuntratt tista' teżerċita dritt ta' terminazzjoni skont dak il-kuntratt qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 meta dik il-persuna tirċievi avviż mingħand l-awtorità tar-riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:

(a)  ittrasferiti lil entità oħra;

(b)  soġġetti għal tniżżil fil-valur, konverżjoni, jew l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni għall-allokazzjoni tat-telf jew tal-pożizzjonijiet.

4.  Meta l-avviż imsemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx ingħata, jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet ta' terminazzjoni fuq l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 54, kif ġej:

(a)  meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista' terżerċita d-drittijiet ta' terminazzjoni skont it-termini ta' dak il-kuntratt biss jekk l-entità benefiċjarja twassal biex dak l-event ta' infurzar iseħħ jew jitkompla;

(b)  meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu għand is-CCP, id-drittijiet ta' terminazzjoni japplikaw skont il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni kif definiti fil-kuntratt bejn is-CCP u l-kontroparti rilevanti f'każ biss li l-event ta' infurzar iseħħ jew ikompli wara l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni.

Artikolu 58Is-setgħa li jiġi eżerċitat kontroll fuq is-CCP

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita kontroll fuq is-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex:

(a)  tiġġestixxi l-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, teżerċita s-setgħat tal-azzjonisti u l-bord tagħha u tikkonsulta mal-kumitat tar-riskju;

(b)  tiġġestixxi u tiddisponi mill-assi u mill-proprjetà tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

Il-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità tar-riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew persuni maħtura mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.  Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita kontroll fuq is-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex titqies bħala viċi direttur jew direttur de facto skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 59

L-eżerċitar tas-setgħat mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

Soġġett għall-Artikolu 72, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni permezz ta' ordni eżekuttiva b'konformità mal-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali.

KAPITOLU VSalvagwardji

Atrikolu 60Il-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar, hi għandha timmira li tiżgura li l-azzjonisti, il-kredituri u l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom ma jġarrbux telf akbar minn dak li kieku kienu jġarrbu jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP fil-mument meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni qieset li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) u minflok kienet soġġetta għall-obbligi pendenti kollha possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP u l-arranġamenti kuntrattwali kollha l-oħra fir-regoli operattivi tagħha għal event ta' inadempjenza jew mhux ta' inadempjenza u s-CCP tkun ġiet stralċjata fl-ambitu ta' proċedimenti normali ta' insolvenza, li jqisu b'mod adegwat l-effetti negattivi plawsibbli tal-instabbiltà sistemika u tal-kriżi tas-suq.

(a)  ▌

(b)  ▌

Effetti negattivi plawsibbli ta' instabbiltà sistemika u taqlib fis-suq imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx jitqiesu sakemm l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 61 ma jippermettux il-valutazzjoni tagħhom.

Ladarba l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 61 jidħlu fis-seħħ, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu effetti negattivi plawsibbli ta' instabbiltà sistemika u taqlib fis-suq għall-fini tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 61Valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li l-Ebda Kreditur Ma Jmur Agħar

1.  Sabiex tinforma lill-partijiet ikkonċernati esposti għas-CCP, is-CCP għandha tipproduċi stima dwar il-mod kif it-telf jista' jaffettwa kull kategorija ta' kreditur f'xenarji estremi iżda plawsibbli għal event ta' inadempjenza u event mhux ta' inadempjenza li jwassal għall-insolvenza tas-CCP u għandha tiġi aġġornata kull sena.

Din l-istima għandha tirrifletti b'mod sħiħ l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw il-kaskata tat-telf tas-CCP u tkun konsistenti mal-metodoloġija marġinanti u tal-ittestjar tal-istress użata biex tissodisfa l-obbligi tas-CCP skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

1a.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar kif stipulat fl-Artikolu 60, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti mill-aktar fis possibbli wara li jkunu seħħew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni.

2.  Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)  it-trattament li l-azzjonisti, il-kredituri u l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni kienet tal-fehma li l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) ġew issodisfati u minflok kienu jkunu soġġetti għall-infurzar tal-obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP u arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha, u s-CCP kienet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza bħala negozju magħluq mingħajr ebda valur ta' franchise residwu, u dan wara li jkun tqies b'mod adegwat kwalunkwe effett negattiv plawsibbli tal-instabbiltà sistemika u l-krizi tas-suq,

(b)  it-trattament proprju li rċevew l-azzjonisti, il-kredituri u l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom matul il-kors tar-riżoluzzjoni tas-CCP;

(c)  jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

3.  Għall-finijiet tal-kalkolu tat-trattamenti msemmija fil-paragrafu 2(a), il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinjora kwalunkwe provvediment ta' appoġġ finanzjarju pubbliku lis-CCP taħt riżoluzzjoni u l-metodoloġija tal-ipprezzar tas-CCP għandha tiġi injorata jekk tonqos milli tirrifletti l-kundizzjonijiet effettivi tas-suq.

4.  Dik il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

5.  Wara li tikkunsidra kwalunkwe standard tekniku regolatorju żviluppat b'konformità mal-Artikolu 74(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż, jekk u meta teknikament possibbli, il-valwazzjoni ta' effetti negattivi plawsibbli ta' instabbiltà sistemika u taqlib tas-suq.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [UP jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 62Salvagwardja għall-azzjonisti, għall-kredituri u

għall-membri tal-ikklirjar u għall-klijenti tal-membri tal-ikklirjar

Meta, b'konformità mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 61, kwalunkwe azzjonist, kreditur jew membru tal-ikklirjar jew klijent ta' membru tal-ikklirjar ikun ġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kien ikun soġġett għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha, jew inkella s-CCP kienet tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, dak l-azzjonist, il-kreditur jew il-parteċipant tal-ikklirjar għandu jkun intitolat għall-ħlas tad-differenza.

Artikolu 62a

Ġbir tal-pagamenti

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba b'rabta ma' pagament kif imsemmi fl-Artikolu 62 bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur ippreferut;

(b)  minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent meta tintuża l-għodda għall-bejgħ tan-negozju;

(c)  minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur ippreferut;

(d)  mingħand kwalunkwe membru tal-ikklirjar, dment li membru tal-ikklirjar ma jġarrabx telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta mas-CCP u, minflok, kien ikun soġġett għall-possibbiltà ta' obbligi pendenti skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew inkella kieku s-CCP ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

Artikolu 63Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

Il-protezzjonijiet previsti fl-Artikoli 64, 65 u 66 għandhom japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)  meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tittrasferixxi wħud iżda mhux l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' CCP taħt riżoluzzjoni, jew ta' CCP tranżitorja, lil akkwirent;

(b)  meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 49(1).

Artikolu 64Protezzjoni għall-ftehimiet ta' kollateral finanzjarju, tpaċija u netting

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jirriżultax fit-trasferiment ta' wħud mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, skont arranġament kollaterali finanzjarju bi trasferiment ta' titolu, arranġament ta' tpaċija jew arranġament ta' netting bejn CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet oħrajn għall-arranġamenti, jew inkella fil-modifika jew it-terminazzjoni tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont dawk l-arranġamenti permezz tal-użu ta' setgħat anċillari.

L-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu kwalunkwe arranġament li għalih il-partijiet huma intitolati li jpaċu jew jinnettjaw dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.

Artikolu 65Protezzjoni għal arranġamenti tat-titoli

Mingħajr preġudizzju għall-użu tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjonijiet fl-Artikolu 29, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jirriżulta fl-ebda wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-arranġamenti tat-titoli bejn CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet oħrajn għal dawk l-arranġamenti:

(a)  it-trasferiment ta' attivi li jiggarantixxi l-obbligazzjoni sakemm ma jiġux ittrasferiti wkoll l-obbligazzjoni u l-benefiċċju tat-titolu;

(b)  it-trasferiment ta' obbligazzjoni garantita sakemm ma jiġix ittrasferit ukoll il-benefiċċju tat-titolu;

(c)  it-trasferiment tal-benefiċċju tat-titolu sakemm ma tiġix ittrasferita wkoll l-obbligazzjoni garantita;

(d)  il-modifika jew it-terminazzjoni ta' arranġament tat-titoli permezz tal-użu ta' setgħat anċillari, jekk l-effett ta' dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

Artikolu 66Protezzjoni għal arranġamenti finanzjarji strutturati u bonds koperti

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jirriżulta fl-ebda wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-arranġamenti finanzjarji strutturati, inklużi l-bonds koperti:

(a)  it-trasferiment ta' wħud mill-assi, mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li s-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti minnu;

(b)  it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta' setgħat anċillari tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li s-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti minnu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti finanzjarji strutturati għandhom jinkludu titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pula tal-kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma garantiti b'mod simili għall-bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta' titolu minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nnominata.

Artikolu 67Trasferimenti parzjali: protezzjoni tas-sistemi ta' negozjar, ikklirjar u saldu

1.  L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jaffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)  tittrasferixxi wħud mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta' CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent;

(b)  tikkanċella jew temenda t-termini ta' kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti jew tissostitwixxi akkwirent jew CCP tranżitorja bħala parti.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni ma jwassal għal ebda minn dawn ir-riżultati:

(a)  Revoka ta' ordni ta' trasferiment skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE;

(b)  jaffettwa l-infurzabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE;

(c)  jaffettwa l-użu ta' fondi, garanziji jew faċilitajiet ta' kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE;

(d)  jaffettwa l-protezzjoni tal-garanziji tal-kollateral kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE;

KAPITOLU VI

Obbligi proċedurali

Artikolu 68Rekwiżiti ta' notifika

1.  Is-CCP għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta hija tqis li tkun qiegħda tfalli jew li x'aktarx tfalli kif imsemmi fl-Artikolu 22(2).

2.  L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe miżura ta' rkupru jew miżuri oħrajn b'konformità mat-Titolu IV li l-awtorità kompetenti titlob lis-CCP sabiex tieħu.

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b'rabta ma' CCP u bi kwalunkwe notifika li tirċievi b'konformità mal-Artikolu 48 ta' dak ir-Regolament.

3.  Meta awtorità kompetenti jew awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(1) huma ssodisfati fir-rigward ta' CCP, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet li ġejjin b'mod puntwali:

(a)  l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni għal dik is-CCP;

(b)  l-awtorità kompetenti għall-impriża prinċipali tas-CCP;

(ba)  il-kulleġġ tas-superviżuri għal dik is-CCP;

(bb)  il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni għal dik is-CCP;

(c)  il-bank ċentrali;

(d)  il-ministeru kompetenti;

(e)  il-BERS u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nominata.  

Artikolu 69Deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni

1.  Wara notifika mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 68(3), l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddetermina jekk hijiex meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni.

2.  Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew le fir-rigward ta' CCP għandha tinkludi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)  il-valutazzjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' jekk is-CCP tissodisfax il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;

(b)  kwalunkwe azzjoni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni biħsiebha tieħu, inkluża d-deċiżjoni li tapplika għall-istralċ, il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe miżura oħra skont il-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli jew, soġġett għall-punt (e) tal-Artikolu 27(1), skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 70Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1.  Hekk kif ikun prattikabbli wara li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lil dawn kollha li ġejjin:

(a)  is-CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)  il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(c)  l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;

(d)  il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-EIOPA;

(e)  l-operaturi tas-sistemi koperti mid-Direttiva 98/26/KE li fihom tipparteċipa s-CCP taħt riżoluzzjoni.

2.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi kopja ta' kwalunkwe ordni jew strument li permezz tagħhom tittieħed l-azzjoni rilevanti u għandha tindika d-data minn meta tidħol fis-seħħ l-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

In-notifika lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu (1) għandha tindika wkoll jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tiddevjax il-pjan ta' riżoluzzjoni u tagħti r-raġunijiet għal kwalunkwe tali devjazzjoni.

3.  Kopja tal-ordni jew l-istrument li permezz tiegħu tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni u, jekk applikabbli, it-termini u l-perjodu ta' sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 55, 56 u 57, għandhom jiġu ppubblikati fuq dawn kollha li ġejjin:

(a)  is-sit web tal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b)  is-sit web tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, u s-sit web tal-ESMA;

(c)  is-sit web tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(d)  meta l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu ammessi għal negozjar f'suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni rregolata dwar is-CCP taħt riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18).

4.  Meta l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti tad-dejn ma jkunux ammessi għan-negozjar f'suq regolat, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-ordni msemmija fil-paragrafu 3 jintbagħtu lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda u lill-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma magħrufa mir-reġistri jew mill-bażijiet ta' dejta tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma disponibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 71Kunfidenzjalità

1.  Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali għandhom jorbtu fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;

(b)  l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA;

(c)  il-ministeri kompetenti;

(d)  il-maniġers speċjali jew l-amministraturi temporanji maħtura skont dan ir-Regolament;

(e)  l-akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew dik is-solleċitazzjoni jkunux saru bħala tħejjija għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, kif ukoll irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultatx f'akkwist;

(f)  l-awdituri, il-kontabbilisti, il-konsulenti legali u professjonali, il-valwaturi u esperti oħrajn ingaġġati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (e);

(g)  il-banek ċentrali u awtoritajiet oħrajn involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(h)  CCP tranżitorja;

(i)  kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li pprovdiet servizzi direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmija fil-punti (a) sa (k);

(j)  il-maniġment superjuri, il-membri tal-bord tas-CCP u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k) qabel, matul u wara l-ħatra tagħhom;

(k)  il-membri l-oħrajn kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni mhux imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (g).

2.  Bil-għan li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fil-paragrafi 1 u 3 jiġu rrispettati, il-persuni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (g), (h) u (k) tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li jkun hemm regoli interni fis-seħħ, inklużi regoli intiżi sabiex jiżguraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn persuni direttament involuti fil-proċess ta' riżoluzzjoni.

3.  Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew mingħand awtorità kompetenti jew awtorità ta' riżoluzzjoni b'konnessjoni mal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, sakemm dan ma jkunx fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew f'għamla ta' sommarju jew aggregata, sabiex b'hekk is-CCPs individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew tas-CCP li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.

Qabel jiddivulgaw kwalunkwe tip ta' informazzjoni, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jivvalutaw l-effetti li d-divulgazzjoni jista' jkollha fuq l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq il-kontrolli.

Il-proċedura għall-kontroll tal-effetti tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta' kwalunkwe divulgazzjoni tal-kontenut u tad-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 13 u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 10 u 16.

Kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-responsabbiltà ċivili fil-każ ta' ksur ta' dan l-Artikolu, b'konformità mal-liġi nazzjonali.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali ma' kwalunkwe minn dawn li ġejjin, dment li jkun hemm ftehimiet ta' kunfidenzjalità fis-seħħ għall-finijiet ta' dak l-iskambju:

(a)  kwalunkwe persuna oħra fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)  il-kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, il-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom u entitajiet oħrajn inkarigati minn inkjesti fl-Istat Membru tagħhom;

(c)  l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' ħlas, l-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, l-awtoritajiet fdati bid-dover pubbliku tas-superviżjoni ta' entitajiet oħrajn fis-settur finanzjarju, l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' swieq finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u spetturi li jaġixxu f'isimhom, l-awtoritajiet responsabbli għaż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-persuni inkarigati sabiex iwettqu kontrolli statutorji.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi:

(a)  lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (g) u fil-punt (k) tal-paragrafu 1 milli jikkondividu informazzjoni bejniethom fi ħdan kull korp jew entità;

(b)  lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' xulxin u ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn tal-Unjoni, ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta' kontrolli statutorji tal-kontijiet, mal-EBA, mal-ESMA, jew, soġġett għall-Artikolu 78, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, jew, soġġett għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, għal akkwirent potenzjali għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni.

6.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar id-divulgazzjoni ta' informazzjoni għall-finijiet ta' proċedimenti legali f'kawżi kriminali jew ċivili.

KAPITOLU VII

Id-dritt ta' appell u l-esklużjoni ta' azzjonijiet oħrajn

Artikolu 72

Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet tal-appell

1.  ▌2.  Il-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura għall-prevenzjoni tal-kriżijiet jew deċiżjoni li tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandhom ikollhom id-dritt tal-appell kontra dik id-deċiżjoni.

3.  Il-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt ta' appell kontra dik id-deċiżjoni.

4.  Id-dritt ta' appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku;

(b)  il-proċedura relatata mal-appell għandha ssir b'ħeffa;

(c)  il-qorti għandha tuża l-valutazzjonijiet ekonomiċi tal-fatti mwettqa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħha stess.

4a.  Deċiżjoni tal-Awtorità tar-Riżoluzzjoni biex tieħu azzjoni ta' Riżoluzzjoni, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew deċiżjoni li tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, li mhix azzjoni ta' Riżoluzzjoni, għandha tkun annullata minħabba raġunijiet sostanzjali biss jekk tali deċiżjoni kienet arbitrarja u irraġonevoli fil-mument meta ttieħdet, abbażi tal-informazzjoni direttament disponibbli dak iż-żmien.

4b.  Il-preżentazzjoni ta' appell ma għandhiex tinvolvi xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata.

5.  Fejn ikun meħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi li jaġixxu in bona fide u li akkwistaw strumenti ta' sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet ta' CCP taħt riżoluzzjoni permezz ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-annullament ta' deċiżjoni ta' awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe tranżazzjoni jew att amministrattiv sussegwenti konklużi mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-rimedji disponibbli għall-applikant meta tiġi annullata deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab bħala riżultat ta' dik id-deċiżjoni.

Artikolu 73Restrizzjonijiet fuq proċeduri oħrajn

1.  Ma għandhomx jinbdew proċedimenti normali ta' insolvenza fir-rigward ta' CCP, ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità tar-riżoluzzjoni jew bil-kunsens tagħha b'konformità mal-paragrafu 3.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza fir-rigward ta' CCP, irrispettivament minn jekk is-CCP tkunx taħt riżoluzzjoni jew jekk deċiżjoni tkunx saret pubblika b'konformità mal-Artikolu 70(3).

3.  L-awtoritajiet responsabbli għall-proċedimenti normali ta' insolvenza jistgħu jibdew dawk il-proċedimenti biss wara li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun innotifikathom bid-deċiżjoni tagħha li ma tieħu ebda azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP jew meta ma tkun waslet ebda notifika fi żmien sebat ijiem min-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

Meta jkun meħtieġ għall-użu effettiv tal-għodod u tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti sabiex tapplika sospensjoni għal perjodu ta' żmien xieraq b'konformità mal-objettiv segwit, fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment ġudizzjarju fejn CCP taħt riżoluzzjoni hija jew tista' ssir parti.

TITOLU VI RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 74Ftehimiet ma' pajjiżi terzi

1.  B'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista' tissottometti lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet għan-negozjar tal-ftehimiet ma' wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi rigward il-mezzi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi b'konnessjoni mal-ippjanar għall-irkupru u r-riżoluzzjoni b'rabta mas-CCPs u s-CCPs ta' pajjiżi terzi, fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  meta CCP ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpaniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)  meta CCP stabbilita fi Stat Membru tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanija sussidjarja waħda jew aktar f'pajjiż terz;

(ba)  meta numru sinifikanti ta' membri tal-ikklirjar ta' CCP jkunu stabbiliti f'dak il-pajjiż terz;

(bb)  meta CCP ta' pajjiż terz għandha numru sinifikanti ta' membri tal-ikklirjar li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.

2.  Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, b'mod partikolari, ifittxu li jiżguraw it-twaqqif ta' proċessi u arranġamenti għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti u fl-eżerċitar tas-setgħat indikati fl-Artikolu 77, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għal dawk il-finijiet.

Artikolu 75Rikonoxximent u infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, dment u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti, sakemm ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi ma jkunux irregolati minn dak il-ftehim.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jirrikonoxxu l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' CCP ta' pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  is-CCP ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpaniji sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)  is-CCP ta' pajjiż terz ikollha assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew li jkunu rregolati mil-liġi ta' dawk l-Istati Membri.

L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandu jkollhom is-setgħa, bħala minimu, li jagħmlu dan li ġej:

(a)  jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(i)   l-assi ta' CCP ta' pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;

(ii)   id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' CCP ta' pajjiż terz li jiddaħħlu fil-kotba fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta' tali drittijiet u obbligazzjonijiet ikunu infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom;

(b)  jipperfezzjonaw, inkluż li jitolbu lil persuna oħra tieħu azzjoni sabiex tipperfezzjona, trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda f'kumpanija sussidjarja stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;

(c)  jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 55, 56 u 57 fir-rigward tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti f'kuntratt ma' entità msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn tali setgħat ikunu meħtieġa sabiex jiġu infurzati l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi;

(d)  jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li jitterminaw, jillikwidaw jew jaċċelleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u ta' entitajiet oħrajn fi grupp, meta tali dritt joriġina minn azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda fir-rigward tas-CCP ta' pajjiż terz, kemm jekk mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regolatorji fir-rigward tal-arranġamenti ta' riżoluzzjoni f'dak il-pajjiż, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-provvediment ta' kollateral.

4.  Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti normali ta' insolvenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 76Id-dritt li jiġi rrifjutat ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz

B'deroga mill-Artikolu 75(2), l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew li jinfurzaw proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ikollhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħhom;

(b)  il-kredituri jew il-membri tal-ikklirjar jew il-klijenti ta' tali membri tal-ikklirjar li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom ma jirċevux l-istess trattament bħall-kredituri ta' pajjiż terz jew il-membri tal-ikklirjar jew il-klijenti ta' tali membri tal-ikklirjar bi drittijiet ġuridiċi simili skont il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni domestiċi ta' pajjiż terz;

(c)  ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru tagħhom;

(d)  ir-rikonoxximent jew l-infurzar imur kontra l-liġi nazzjonali.

Artikolu 77Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti sal-punt li s-suġġett ta' dan l-Artikolu ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn ikun xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti li ġejjin, wara li jikkunsidraw l-arranġamenti ta' kooperazzjoni eżistenti stabbiliti skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:

(a)  meta CCP ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpaniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita s-CCP;

(b)  meta CCP tipprovdi servizzi f'pajjiż terz wieħed jew aktar jew ikollha kumpaniji sussidjarji fih(om), l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fejn jiġu pprovduti dawk is-servizzi jew fejn ikunu stabbiliti l-kumpaniji sussidjarji.

3.  L-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin u għall-eżerċitar tas-setgħat li ġejjin fir-rigward tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 jew tal-gruppi li jinkludu tali CCPs:

(a)  l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(b)  il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' tali istituzzjonijiet u gruppi, b'konformità mal-Artikolu 16 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)  l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)  l-applikazzjoni ta' miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 19 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(e)  l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni u ta' setgħat simili konferiti fuq l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti.

4.  L-arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont il-paragrafu 2 jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)  l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni;

(b)  konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċitar tas-setgħat skont l-Artikolu 75 u ta' setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)  l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u ta' setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)  twissija bikrija lill-partijiet għall-arranġament ta' kooperazzjoni, jew konsultazzjoni magħhom, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż terz rilevanti li taffettwa lis-CCP jew lill-grupp li miegħu huwa relatat l-arranġament;

(e)  il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti;

(f)  il-proċeduri u l-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta' gruppi għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 sa [UP jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

5.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni li jkunu kkonkludew b'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 78Skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1.  L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti u, fejn applikabbli, awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn għandhom jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta' rkupru, mal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  dawk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi ikunu soġġetti għar-rekwiżiti u l-istandards tas-segretezza professjonali mill-inqas meqjusa bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 71;

(b)  l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma' dawk skont dan ir-Regolament u ma tintużax għal finijiet oħrajn.

2.  Fir-rigward ta' kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-dejta personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta' din it-tip ta' dejta personali lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

3.  Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru minn fejn oriġinat l-informazzjoni taqbel ma' dik id-divulgazzjoni;

(b)  l-informazzjoni tiġi divulgata biss għall-finijiet permessi mill-awtorità msemmija fil-punt (a).

4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 78a

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli meta ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi għal ksur soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-obbligi msemmija fl-ewwel paragrafu japplikaw għal CCPs, membri tal-ikklirjar tas-CCPs u impriżi prinċipali, f'każ ta' ksur ikunu jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dritt nazzjonali, fil-konfront tal-membri tal-bord tas-CCP u persuni fiżiċi oħrajn li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

3.   Is-setgħat ta' impożizzjoni ta' penali amministrattivi previsti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu attribwiti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew, jekk ikunu differenti, lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta' ksur. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta' ġbir ta' informazzjoni kollha li huma meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri.

4.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dritt nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  direttament;

(b)  f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)  taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil dawn l-awtoritajiet;

(d)  b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 78b

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali u miżuri oħra tal-inqas fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)   nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta' rkupru bi ksur tal-Artikolu 9;

(b)   nuqqas li tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, bi ksur tal-Artikolu 14;

(c)   nuqqas tal-bord tas-CCP li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta s-CCP tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli, bi ksur tal-Artikolu 68(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali u l-miżuri amministrattivi l-oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a)   dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, l-impriża prinċipali tal-Unjoni, is-CCP jew persuna ġuridika oħra responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)   ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)   projbizzjoni temporanja kontra l-membri tal-maniġment superjuri tas-CCP jew kwalunkwe persuna fiżika oħra miżmuma responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f'CCPs;

(d)   fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti. Meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontabbiltà konsolidata tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)   fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta' EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(f)   multi amministrattivi sa massimu tad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur jekk dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi determinat.

Artikolu 78c

Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fis-sit web uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe penali amministrattiva li tkun ġiet imposta minnhom għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament meta dawn il-penali ma kinux is-suġġett ta' appell jew meta d-dritt ta' appell ikun ġie eżawrit. Tali publikazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien bla bżonn wara li l-persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi l-penali tiġi infurmata b'dik id-deċiżjoni u għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha tiġi imposta l-penali.

Jekk l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali li jkunu s-suġġett ta' appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jippubblikaw – fuq is-sit web uffiċjali tagħhom – informazzjoni dwar l-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali imposti minnhom fuq bażi anonima, b'mod li jkun konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)   meta l-penali tiġi imposta fuq persuna fiżika u jintwera – minn valutazzjoni a priori obbligatorja tal-proporzjonalità ta' tali pubblikazzjoni – li l-pubblikazzjoni ta' dejta personali tkun sproporzjonata;

(b)   meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja;

(c)   meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lis-CCP jew lill-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, f'każijiet bħal dawn, il-pubblikazzjoni tad-dejta kkonċernata tista' tiġi posposta għal perjodu ta' żmien raġonevoli, jekk ikun prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima x'aktarx ma jibqgħux jeżistu aktar f'dak il-perjodu.

3.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin. Id-dejta personali li jkun hemm fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità tar-riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ biss, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.   Sa ... [UP: daħħal id-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni mill-Istati Membri, fuq bażi anonima kif previst skont il-paragrafu 2, ta' penali għal nonkonformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta' penali skont id-dritt nazzjonali għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali.

Artikolu 78d

Manutenzjoni tal-bażi ta' dejta ċentrali mill-ESMA

1.   Soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 71, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA bil-penali amministrattivi kollha imposti minnhom skont l-Artikolu 78a għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u bl-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.   L-ESMA għandha żżomm bażi ta' dejta ċentrali ta' penali rrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

3.   L-ESMA għandha żżomm bażi ta' dejta ċentrali ta' penali rrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-ESMA għandha żżomm paġna web b'links għall-pubblikazzjoni ta' penali ta' kull awtorità tar-riżoluzzjoni u l-pubblikazzjoni ta' penali ta' kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 78c u tindika l-perjodu li matulu kull Stat Membru jippubblika l-penali.

Artikolu 78e

L-applikazzjoni effettiva tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' impożizzjoni ta' penali mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta' penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-multi amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, inkluż, jekk xieraq:

(a)   il-gravità u t-tul tal-ksur;

(b)   il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)   is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, pereżempju, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)   l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)   it-telf għal partijiet terzi kkaġunat mill-ksur, meta jkun jista' jiġi stabbilit;

(f)   il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(g)   ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(h)   kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

TITOLU VIIEMENDI GĦAR-REGOLAMENTI (UE) NRU 1095/2010, (UE) NRU 648/2012 U (UE) NRU 2015/2365

Artikolu 79Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 huwa emendat kif ġej:

(22)  fl-Artikolu 4 il-paragrafu 3, jiżdied il-punt (iv) li ġej:

"(iv) fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], awtorità tar-riżoluzzjoni kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP].

(23)  fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 40, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista', meta xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f'kull Stat Membru, li ma għandux ikollu dritt tal-vot.".

Artikolu 80

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)  Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar matul riżoluzzjoni

1.  Meta CCP tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament ▌ tista' titlob lill-Kummissjoni sabiex tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklirjar stipulat fl-Artikolu 4(1) għall-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  is-CCP f'riżoluzzjoni tkun awtorizzata skont l-Artikolu 14 sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC soġġetti għal ikklirjar skont l-Artikolu 4(1), li għalihom tintalab is-sospensjoni;

(b)  is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar stipulat fl-Artikolu 4 għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC hija meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni b'konnessjoni mar-riżoluzzjoni tas-CCP, b'mod partikolari meta jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(i)   ikun hemm eventi negattivi jew żviluppi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja;

(ii)   il-miżura tkun meħtieġa sabiex tiġi indirizzata t-theddida u ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja inklużi effetti proċikliċi possibbli li jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji tagħha.

(iia)  l-ebda CCP alternattiva ma tkun disponibbli biex toffri s-servizz ta' kklirjar lill-parteċipanti tal-ikklirjar tas-CCP f'riżoluzzjoni, jew il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti ma jkunux operazzjonalment u teknikament kapaċi jissodisfaw fi żmien raġonevoli r-rekwiżiti legali jew operazzjonali kollha ta' dawk is-CCPs alternattivi.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu huma ssodisfati.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni.

2.  L-ESMA għandha, fi żmien 24 siegħa min-notifika tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-BERS, toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intiża, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP] u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

3.  L-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi ppubblikata.

4.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 48 siegħa mit-talba msemmija fil-paragrafu 1 u b'konformità mal-paragrafu 6, tadotta deċiżjoni li tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew li tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

5.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità li tkun talbet is-sospensjoni u lill-ESMA u għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tissospendi obbligu tal-ikklirjar, din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fuq ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

6.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fil-paragrafu 1 għall-klassi speċifika ta' derivattivi OTC, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (a) u (b) tal-paragrafu 1. Meta tadotta tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 5 rigward dawk il-klassijiet ta' derivattivi OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja.

7.  Is-sospensjoni ta' obbligu tal-ikklirjar skont il-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta' mhux aktar minn xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.  Il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Awtorità tar-Riżoluzzjoni, l-ESMA u l-BERS, iġġedded is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 7 għal perjodu wieħed jew aktar ta' mhux aktar minn sitt xhur kumulattivi minn tmiem il-perjodu tas-sospensjoni inizjali meta r-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw.

9.  Meta s-sospensjoni ma tiġġeddidx sa tmiem il-perjodu inizjali jew sa tmiem kwalunkwe perjodu ta' tiġdid sussegwenti, hija għandha tiskadi awtomatikament.

10.  Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha li ġġedded is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

Fi żmien 48 siegħa min-notifika mill-Kummissjoni tal-intenzjoni tagħha li ġġedded is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni dwar it-tiġdid tas-sospensjoni, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, l-objettivi ta' riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP] u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.";

(2)  Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

'3.  Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti pariri lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista' jħalli impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, bħal bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri ta' inadempjenza, il-kriterji sabiex jiġu aċċettati l-membri tal-ikklirjar, l-ikklirjar ta' klassijiet ġodda ta' strumenti jew l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet. Il-kumitat tar-riskju għandu jgħarraf lill-bord fil-ħin dwar kwalunkwe riskju li jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP. Il-pariri tal-kumitat tar-riskju mhumiex meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' kuljum tas-CCP. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex issir konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju dwar l-iżviluppi li jħallu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluż dwar l-iżviluppi li huma rilevanti għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklirjar għas-CCP u l-interdipendenzi ma' CCPs oħrajn, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet rigward l-iskambju ta' informazzjoni stabbiliti fil-liġi dwar il-kompetizzjoni.

(3)  Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

'5.   CCP għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-kumitat tar-riskju bi kwalunkwe deċiżjoni fejn il-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u tispjega tali deċiżjoni. Il-kumitat tar-riskju jew kwalunkwe membru tal-kumitat tar-riskju jista' jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe qasam fejn huwa jqis li l-pariri tal-kumitat tar-riskju ma ġewx segwiti.';

(4)  fl-Artikolu 38, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

"Il-membri tal-ikklirjar tas-CCP għandhom jgħarrfu b'mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf speċifiku potenzjali jew spejjeż oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-proċedura ta' ġestjoni tal-inadempjenza u tal-arranġamenti tal-allokazzjoni tat-telf stabbiliti fir-regoli operattivi tas-CCPs, inkluż it-tip ta' kumpens li jistgħu jirċievu, billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-Artikolu 48(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti sabiex ikun żgurat li huma jkunu jistgħu jifhmu t-telf tal-agħar każ jew spejjeż oħrajn li jistgħu jiffaċċjaw jekk is-CCP tieħu miżuri ta' rkupru.";

(5)  fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 81, jiżdied il-punt (q) li ġej:

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP].".

Artikolu 81Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2015/2365

Fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 12, jiżdied il-punt (n) li ġej:

"(n) l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP].".

TITOLU VIIIDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 82Rieżami

Sa mhux aktar tard minn ...[sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u qabel dan jekk xieraq fid-dawl ta' leġiżlazzjoni oħra adottata, l-ESMA għandha tivvaluta l-ħtiġiijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Sa ...[tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew wara l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra], il-Kummissjoni għandha tirreżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tivvaluta l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs fl-Unjoni u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dan ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

(a)  jivvaluta jekk it-twaqqif ta' awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs tal-Unjoni jkunx ta' benefiċċju, f'waqtu u konsistenti mal-iżviluppi fir-rigward tal-arkitettura superviżorja għas-CCPs fl-Unjoni u mal-istat ta' integrazzjoni ta' din l-arkitettura superviżorja; u

(b)  jagħmel rieżami tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jaqdu l-funzjonijiet ta' awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs tal-Unjoni u jivvaluta l-adegwatezza tagħhom.

Jekk sa meta jasal dan ir-rapport ikun ġie stabbilit superviżur uniku għas-CCPs tal-Unjoni jew jekk ir-rapport jikkonkludi li l-arkitettura superviżorja għas-CCPs tal-Unjoni tkun integrata biżżejjed biex awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs tkun konsistenti magħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat b'tali mod li tinħoloq awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs jew, skont il-każ, sabiex ir-riżoluzzjoni tas-CCPs tal-Unjoni tiġi fdata lil kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni adegwata.

Artikolu 83Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew   Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS

TAQSIMA ARekwiżiti għall-pjanijiet ta' rkupru

1.  Il-pjan ta' rkupru għandu:

(1)  ma jassumi l-ebda aċċess għal jew li jirċievi għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(2)  iqis l-interessi tal-partijiet konċernati kollha li x'aktarx jiġu affettwati minn dan il-pjan;

(3)  jiżgura li l-membri tal-ikklerjar ma jkollhomx skopertura bla limitu għas-CCP.

Matul il-proċess tat-tfassil tal-pjan, is-CCP għandha tiżviluppa mekkaniżmi adegwati biex tinvolvi lill-FMIs marbuta u lill-partijiet konċernati li jġarrbu telf, spejjeż jew li jikkontribwixxu biex jiġi kopert in-nuqqas ta' likwidità f'każ li l-pjan ta' rkupru ġie implimentat.

TAQSIMA BInformazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lis-CCPs jagħtu għall-finijiet li jitfasslu u jinżammu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu, għall-finijiet tat-tfassil u taż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(2)  deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tas-CCP, inkluża lista tal-persuni ġuridiċi kollha;

(3)  identifikazzjoni tad-detenturi diretti u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u tad-drittijiet bla vot ta' kull persuna ġuridika;

(4)  il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjati ma' kull persuna ġuridika;

(5)  immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP inklużi d-dettalji tal-karta tal-bilanċ ta' dawn l-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju, b'referenza għall-persuni ġuridiċi;

(6)  deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tas-CCP kollha u tal-attivitajiet kummerċjali kollha tal-entitajiet ġuridiċi tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi tas-servizzi u l-ammonti rispettivi ta' volumi kklerjati, interess miftuħ, marġini inizjali, marġini ta' varjazzjoni, fondi ta' inadempjenza u kwalunkwe dritt assoċjat ieħor ta' valutazzjoni jew azzjonijiet oħra ta' rkupru li jappartjenu lil tali linji ta' negozju;

(7)  dettalji tal-kapital u tal-istrumenti tad-dejn maħruġin mis-CCP u mill-entitajiet ġuridiċi tagħha;

(8)  identifikazzjoni ta' mingħand min is-CCP tkun irċeviet il-kollateral u f'liema forma (trasferiment ta' titolu jew garanzija), u li għalihom tkun ippleġġjat kollateral u f'liema forma u l-persuna li żżomm il-kollateral, u fiż-żewġ każijiet il-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

(9)  deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-CCP u tal-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

(10)  il-ħeġġijiet materjali tas-CCP inkluż l-immappjar ma' persuni ġuridiċi;

(11)  identifikazzjoni tal-iskoperturi u tal-importanza relattivi tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment ta' membri ewlenin tal-ikklerjar tas-CCP;

(12)  kull sistema li fiha s-CCP twettaq għadd materjali jew tivvalorizza l-ammont tat-tranżazzjonijiet, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(13)  kull sistema ta' pagament, ikklerjar jew saldu li s-CCP hija direttament jew indirettament membru tagħha, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(14)  inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenija, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskji, għall-kontabbiltà u għar-rapportar finanzjarju u regolatorju użati mis-CCP inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(15)  identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati fil-punt (13), il-ftehimiet fil-livell ta' servizz relatati magħhom, u kwalunkwe softwer u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar mal-entitajiet legali, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħhom;

(16)  identifikazzjoni u mmappjar mal-persuni ġuridiċi u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-persuni ġuridiċi differenti bħal:

–  persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

–  arranġamenti ta' kapital, finanzjament jew likwidità;

–  skoperturi ta' kreditu eżistenti jew kontinġenti;

–  ftehimiet ta' kontrogaranziji, arranġamenti ta' kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza u arranġamenti ta' netting tal-kontroaffiljati;

–  riskji tat-trasferimenti u arranġamenti ta' negozjar spalla ma' spalla; ftehimiet fil-livell ta' servizz;

(17)  l-awtorità kompetenti u ta' riżoluzzjoni għal kull persuna ġuridika, jekk ikunu differenti minn dawk maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

(18)  il-membru tal-bord responsabbli li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jitħejja l-pjan ta' riżoluzzjoni ta' CCP kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-persuni ġuridiċi differenti, għall-operazzjonijiet kritiċi u għal-linji tan-negozju ewlenin;

(19)  deskrizzjoni tal-arranġamenti li s-CCP għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod u tas-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(20)  Il-ftehimiet kollha konklużi mis-CCP u l-entitajiet ġuridiċi ma' partijiet terzi, li t-terminazzjoni tagħhom tista' tiskatta permezz ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni;

(21)  deskrizzjoni ta' sorsi possibbli ta' likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

(22)  informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, għall-assi likwidi, għall-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, għall-istrateġiji tal-iħħeġġjar u għall-prassi tad-dħul fil-kotba.

TAQSIMA CKwistjonijiet li l-awtorità ta' riżoluzzjoni trid tqis meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta' CCP

Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta' CCP, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

(23)  sa fejn is-CCP tkun tista' timmappja l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi għal persuni ġuridiċi;

(24)  sa fejn l-istrutturi ġuridiċi u korporattivi jkunu allinjati mal-linji tan-negozju ewlenin u mal-operazzjonijiet kritiċi;

(25)  il-punt sa fejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ biex jipprovdu għall-persunal essenzjali, għall-infrastruttura, għall-finanzjament, għal-likwidità u għall-kapital biex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(26)  il-punt sa fejn il-ftehimiet tas-servizz li s-CCP ikollha huma infurzabbli b'mod sħiħ fil-każ ta' riżoluzzjoni tas-CCP;

(27)  il-punt sa fejn l-istruttura tal-governanza tas-CCP hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tas-CCPs fir-rigward tal-ftehimiet tagħha fil-livell ta' servizz;

(28)  il-punt sa fejn is-CCP għandha proċess għat-tranżizzjoni tas-servizzi pprovduti skont il-ftehimiet fil-livell ta' servizz lil partijiet terzi fil-każ ta' separazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin;

(29)  il-punt sa fejn hemm pjanijiet u miżuri ta' kontinġenza fis-seħħ biex jiżguraw il-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu;

(30)  l-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment biex jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u tal-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta' deċiżjonijiet;

(31)  il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tas-CCP il-ħin kollu, anke taħt kondizzjonijiet li jinbidlu b'mod rapidu;

(32)  il-punt sa fejn is-CCP tkun ittestjat is-sistemi tagħha tal-informazzjoni tal-maniġment f'xenarji ta' stress kif definit mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(33)  il-punt sa fejn is-CCP tista' tiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħha kemm għas-CCP affettwata kif ukoll għas-CCP l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u mil-linji tan-negozju;

(34)  meta s-CCP tibbenefika jew tkun esposta għal kwalunkwe garanzija intragrupp, il-punt sa fejn dawk il-garanziji jiġu provduti b'kundizzjonijiet tas-suq u kemm huma robusti s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji;

(35)  meta s-CCP tinvolvi ruħa fi tranżazzjonijiet spalla ma' spalla, il-punt sa fejn dawk it-tranżazzjonijiet jitwettqu b'kundizzjonijiet tas-suq u kemm huma robusti s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk it-tranżazzjonijiet;

(36)  il-punt sa fejn l-użu ta' garanziji intragrupp jew tranżizzjonijiet ta' dħul fil-kotba spalla ma' spalla jżidu l-kontaġju fil-grupp;

(37)  il-punt sa fejn l-istruttura ġuridiċi tas-CCP jimpedixxu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni minħabba l-għadd ta' persuni ġuridiċi, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju mal-entitajiet fi grupp;

(38)  il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista' jkollha impatt negattiv fuq xi parti oħra tal-grupp tagħha, fejn applikabbli;

(39)  l-eżistenza u s-solidità ta' ftehimiet fil-livell ta' servizz;

(40)  jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet ta' pajjiż terz;

(41)  il-fattibbiltà li jintużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u tal-istruttura tas-CCP;

(42)  kwalunkwe rekwiżit speċifiku meħtieġa biex jinħarġu strumenti ta' sjieda ġodda kif imsemmi fl-Artikolu 33(1);

(43)  l-arranġamenti u l-meżżi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista' tiġi ppreġudikata fil-każ ta' CCP li jkollha membri tal-ikklerjar jew arranġamenti kollaterali stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet differenti;

(44)  il-kredibilità li jintużaw l-għodod tar-riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq il-parteċipanti tal-ikklerjar, kontropartijiet oħra u l-impjegati u l-azzjonijiet possibbli li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet ta' pajjiż terz;

(45)  il-punt sa fejn jista' jiġi evalwat adegwatament l-impatt tar-riżoluzzjoni tas-CCP fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju;

(46)  il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista' jkollha effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew fuq l-ekonomija;

(47)  il-punt sa fejn il-kontaġju f'CCPs oħra jew fis-swieq finanzjarji jista' jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(48)  il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-operat tas-sistemi tal-pagament u tas-saldu.

(1)

  ĠU C 372, 1.11.2017, p. 6.

(2)

  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

  ĠU C , , p. .

(5)

  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.

(6)

  ĠU C 372, 1.11.2017, p. 6.

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(8)

  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(9)

  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(10)

  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(11)

  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(12)

  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(13)

  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32)

(14)

  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19)

(15)

  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) … tat-23.3.2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni fi grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u tal-pjanijiet ta' rkupru ta' grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju ta' grupp, ir-rekwiżiti għal valwaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, il-proċeduri u l-kontenut tar-rekwiżiti ta' notifika u tal-avviż ta' sospensjoni u l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni, C(2016) 1691 final [Nota lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Jekk jogħġbok introduċi n-numru tar-Regolament Delegat]

(16)

  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(17)

  Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(18)

  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali

Referenzi

COM(2016)0856 – C8-0484/2016 – 2016/0365(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.2.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.2.2017

JURI

13.2.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

12.1.2017

JURI

25.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jakob von Weizsäcker

15.12.2016

Kay Swinburne

15.12.2016

 

 

Eżami fil-kumitat

23.11.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

3

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Barbara Kappel, Wajid Khan, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Paloma López Bermejo, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker, Lieve Wierinck, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Matt Carthy, Herbert Dorfmann, Thomas Mann, Emmanuel Maurel, Luigi Morgano

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Manolis Kefalogiannis, Helga Stevens, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

31.1.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Helga Stevens, Kay Swinburne

ENF

Barbara Kappel

PPE

Burkhard Balz, Herbert Dorfmann, Markus Ferber, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Manolis Kefalogiannis, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere, Rainer Wieland, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Emmanuel Maurel, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE Group

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

3

-

EFDD

David Coburn

ENF

Bernard Monot, Marco Zanni

6

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans

GUE/NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza