RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

31.1.2018 - (COM(2017)0335 – C8-0195/2017 – 2017/0138(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Emmanuel Maurel


Proċedura : 2017/0138(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0016/2018
Testi mressqa :
A8-0016/2018
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

(COM(2017)0335 – C8-0195/2017 – 2017/0138(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0335),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0195/2017),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016[1] dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0016/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Istati Membri jsibuha dejjem aktar diffiċli li jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa evolvew tant li saru partikolarment sofistikati u ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-mobilità miżjuda kemm tal-kapital kif ukoll tal-persuni fis-suq intern. Dawn l-istrutturi ġeneralment ikkonsistu minn arranġamenti li jiġu żviluppati f'diversi ġurisdizzjonijiet u jittrasferixxu l-profitti taxxabbli lejn sistemi tat-taxxa li huma aktar ta' benefiċċju jew li għandhom l-effett li jnaqqsu l-kont totali tat-taxxa tal-kontribwent. Bħala riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mit-taxxa tagħhom li jfixkilhom milli japplikaw politiki tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir. Huwa għalhekk fundamentali li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar arranġamenti potenzjalment aggressivi tat-taxxa. Din l-informazzjoni tippermetti li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirreaġixxu fil-pront kontra prattiki tat-taxxa dannużi u jagħlqu lakuni bil-promulgazzjoni ta' leġiżlazzjoni jew billi jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju adegwati u awditjar tat-taxxa.

(2)  L-Istati Membri jsibuha dejjem aktar diffiċli li jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa aggressiv u kumpless evolvew tant li saru partikolarment sofistikati u ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-mobilità miżjuda kemm tal-kapital kif ukoll tal-persuni fis-suq intern. Dawk l-istrutturi ġeneralment jikkonsistu minn arranġamenti li jiġu żviluppati f'diversi ġurisdizzjonijiet u jittrasferixxu l-profitti taxxabbli lejn sistemi tat-taxxa li huma aktar ta' benefiċċju jew li għandhom l-effett li jnaqqsu l-impatt tat-taxxa fuq il-kontribwent. Bħala riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mit-taxxa tagħhom. Barra minn hekk, il-firxa tar-rati tat-taxxa korporattiva fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom qed tiżdied u huwa essenzjali li ma jiġix kompromess il-prinċipju tal-ugwaljanza tat-taxxa. Dan qed ifixkel lill-Istati Membri milli japplikaw politiki tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir. Huwa għalhekk fundamentali li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar arranġamenti li jiffaċilitaw l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Din l-informazzjoni tippermetti li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirreaġixxu fil-pront kontra prattiki tat-taxxa dannużi u jagħlqu lakuni bil-promulgazzjoni ta' leġiżlazzjoni jew billi jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju adegwati u awditjar tat-taxxa. Madankollu, jenħtieġ li nuqqas ta' reazzjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa dwar skemi rrappurtati ma jiġix interpretat bħala approvazzjoni impliċita mill-awtoritajiet. Jenħtieġ li formati ta' rappurtar ikunu konċiżi u faċli għall-utent sabiex jiġi evitat li l-volum tal-informazzjoni li jista' jiġi ġġenerat minn din id-Direttiva, minħabba d-daqs tiegħu, jimpedixxi azzjoni sinifikanti dwar prattiki li qed jiġu rrappurtati.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Meta jiġi kkunsidrat li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa hija mifruxa fuq aktar minn ġurisdizzjoni waħda, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti jwassal għal riżultati pożittivi addizzjonali fejn dik l-informazzjoni ġiet skambjata wkoll fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa hija kruċjali biex dawn l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni fejn josservaw prattiki tat-taxxa aggressivi.

(3)  Meta jiġi kkunsidrat li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa hija mifruxa fuq aktar minn ġurisdizzjoni waħda, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti jwassal għal riżultati pożittivi addizzjonali fejn dik l-informazzjoni ġiet skambjata wkoll fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-iżgurar tal-koordinazzjoni mal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja li jittrattaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma kruċjali biex dawn l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni fejn josservaw prattiki tat-taxxa aggressivi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu jistabbilixxu rekwiżit ta' żvelar simili għal arranġamenti li jeżistu unikament fil-ġurisdizzjoni tagħhom stess.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Bir-rikonoxximent ta' kif qafas trasparenti għall-iżvilupp ta' attività ta' negozju jista' jikkontribwixxi għat-trażżin tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa fis-suq intern, il-Kummissjoni ntalbet twettaq inizjattivi fir-rigward tal-iżvelar obbligatorju ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa fuq il-linji tal-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS). F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew talab miżuri aktar severi kontra intermedjarji li jgħinu f’arranġamenti li jistgħu jwasslu għall-evitar u l-evażjoni tat-taxxa.

(4)  Bir-rikonoxximent ta' kif qafas trasparenti għall-iżvilupp ta' attività ta' negozju jista' jikkontribwixxi għat-trażżin tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa fis-suq intern, il-Kummissjoni ntalbet twettaq inizjattivi fir-rigward tal-iżvelar obbligatorju ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa fuq il-linji tal-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS). F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew wera r-rwol kruċjali ta' intermedjarji fil-konsulenza, il-ħolqien u l-ġestjoni ta' skemi tat-taxxa u talab miżuri aktar severi kontra intermedjarji li jgħinu f’arranġamenti li jistgħu jwasslu għall-evitar u l-evażjoni tat-taxxa.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Huwa neċessarju li jitfakkar kif ċerti intermedjarji finanzjarji u fornituri oħra ta' pariri dwar it-taxxa jidhru li għenu b'mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jaħbu l-flus barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, għalkemm is-CRS introdott mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/10727 huwa pass sinifikanti ’l quddiem fl-istabbiliment ta' qafas tat-taxxa trasparenti fl-Unjoni, tal-anqas f'termini ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, xorta waħda jista' jitjieb.

(5)  Huwa neċessarju li jitfakkar kif ċerti intermedjarji finanzjarji u fornituri oħra ta' pariri dwar it-taxxa, u awdituri, għenu b'mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jaħbu l-flus barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, għalkemm is-CRS introdott mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/10727 huwa pass sinifikanti ’l quddiem fl-istabbiliment ta' qafas tat-taxxa trasparenti fl-Unjoni, tal-anqas f'termini ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, xorta waħda jista' jitjieb. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kapaċità tal-Istati Membri li jipproċessaw l-għadd ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji li tkun waslitilhom tissaħħaħ konsegwentement u jenħtieġ li, fejn ikun neċessarju, jiżdiedu r-riżorsi fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa finanzjarji, tar-riżorsi umani u tal-mezzi tal-IT u jinżammu f'livelli adegwati.

_________________

_________________

27 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.2.2014, p. 1).

27 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.2.2014, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa ta' dimensjoni transkonfinali jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-isforzi għall-ħolqien ta' ambjent ta' tassazzjoni ġusta fis-suq intern. F'dan id-dawl, l-obbligu fuq l-intermedjarji li jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar ċerti arranġamenti transkonfinali li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa jikkostitwixxi pass fid-direzzjoni t-tajba. Sabiex tiġi żviluppata politika aktar komprensiva, ikun importanti wkoll li bħala t-tieni pass, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkondividu informazzjoni mal-pari tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jsaħħu wkoll l-effettività tas-CRS. Barra minn hekk, ikun kruċjali li l-Kummissjoni tingħata aċċess għal ammont suffiċjenti ta' informazzjoni sabiex tkun tista' timmonitorja l-funzjonament xieraq ta' din id-Direttiva. Dan l-aċċess għall-informazzjoni mill-Kummissjoni ma jeżonerax lil Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

(6)  L-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa ta' dimensjoni transkonfinali jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-isforzi għall-ħolqien ta' ambjent ta' tassazzjoni ġusta fis-suq intern. F'dan id-dawl, l-obbligu fuq l-intermedjarji, l-awdituri u, meta jkun xieraq, fuq il-kontribwenti, li jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar ċerti arranġamenti transkonfinali li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa jikkostitwixxi pass neċessarju fid-direzzjoni t-tajba. Sabiex tiġi żviluppata politika aktar komprensiva, ikun importanti wkoll li bħala t-tieni pass, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkondividu awtomatikament informazzjoni mal-pari tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jsaħħu wkoll l-effettività tas-CRS. Barra minn hekk, ikun kruċjali li l-Kummissjoni tingħata aċċess għal informazzjoni rilevanti sabiex tkun tista' timmonitorja l-funzjonament xieraq ta' din id-Direttiva u twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fl-ambitu tal-politiki tal-kompetizzjoni. Dan l-aċċess għall-informazzjoni mill-Kummissjoni ma jeżonerax lil Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-intermedjarji u għall-kontribwenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika lista tal-arranġamenti transkonfinali rappurtati li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa, mingħajr ma ssir ebda referenza għall-intermedjarju jew kontribwent.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Informazzjoni żvelata riċentement relatata mat-taxxa enfasizzat ukoll il-ħtieġa għal skambju aħjar ta' informazzjoni dwar arranġamenti ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Fost l-eżempji, huwa skandaluż li minkejja diversi investigazzjonijiet dwar il-prattiki tat-taxxa tal-kumpanija Apple, l-istruttura riċenti tagħha ta' evitar tat-taxxa bbażata f'Jersey ġiet żvelata dan l-aħħar fil-Paradise Papers.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa rikonoxxut li l-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jkollu iktar ċans li jikseb l-effett ta' deterrent previst tiegħu fejn l-informazzjoni rilevanti tkun laħqet lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju bikri, fi kliem ieħor qabel ma l-arranġamenti żvelati jkunu ġew implimentati b'mod effettiv. Meta l-obbligu ta' żvelar jiġi trasferit lill-kontribwenti, ikun prattiku li l-obbligu ta' żvelar ta' dawk l-arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jiġi impost fi stadju aktar tard, billi l-kontribwenti jistgħu ma jkunux konxji tan-natura tal-arranġamenti fil-mument meta jibdewhom. Biex jiġu ffaċilitati l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-iskambju awtomatiku sussegwenti ta' informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti jista' jseħħ kull tliet xhur.

(7)  Huwa rikonoxxut li l-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jkollu iktar ċans li jikseb l-effett ta' deterrent previst tiegħu fejn l-informazzjoni rilevanti tkun laħqet lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju bikri, fi kliem ieħor qabel ma l-arranġamenti żvelati jkunu ġew implimentati b'mod effettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu imposti penali adegwati biex jipprevjenu u jrażżnu dawn l-arranġamenti. Meta l-obbligu ta' żvelar jiġi trasferit lill-kontribwenti, ikun prattiku li l-obbligu ta' żvelar ta' dawk l-arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jiġi impost fi stadju aktar tard. Biex jiġu ffaċilitati l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-iskambju awtomatiku sussegwenti ta' informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti jista' jseħħ kull tliet xhur.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Ir-rwol u l-importanza dejjem jikbru tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-mudelli tan-negozju u l-istrutturi tat-taxxa ta' korporazzjonijiet kbar ikomplu jenfasizzaw l-urġenza ta' skambju aħjar ta' informazzjoni dwar arranġamenti għall-evitar tat-taxxa, minħabba d-diversi possibbiltajiet faċli li l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jagħti għat-trasferiment artifiċjali tal-profitti.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  In-nuqqas ta' rappurtar pubbliku pajjiż b'pajjiż u komprensiv dwar iċ-ċifri finanzjarji rilevanti ta' intrapriżi multinazzjonali kbar ikkontribwixxa għall-affidabbiltà fqira tad-data aggregata dwar l-istrutturi offshore, enfasizzata mill-fatt li ħafna mill-istrutturi riċenti ta' profil għoli għall-evitar tat-taxxa ma jidhrux fil-bażijiet tad-data attwali tal-kontijiet finanzjarji korporattivi u kummerċjali. Dawn il-lakuni fl-istatistika jfixklu t-tentattivi tal-awtoritajiet tat-taxxa li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju dwar ġurisdizzjonijiet b'riskju u jenfasizzaw l-ħtieġa għal aktar skambju ta' informazzjoni dwar l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Peress li l-għan primarju ta' din il-leġiżlazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern, ikun kruċjali jekk ma ssirx regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet previsti. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi limitata kwalunkwe regola komuni dwar l-iżvelar għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri sitwazzjonijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz. F'dawn iċ-ċirkostanzi, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, tista' tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta' regoli, minflok ma titħalla l-kwistjoni biex tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali.

(10)  Peress li l-għan primarju ta' din il-leġiżlazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-limitazzjoni tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, ikun kruċjali jekk ma ssirx regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet previsti. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi limitata kwalunkwe regola komuni dwar l-iżvelar għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri sitwazzjonijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz. F'dawn iċ-ċirkostanzi, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta' regoli, minflok ma titħalla l-kwistjoni biex tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali. Jekk Stat Membru jimplimenta aktar miżuri ta' rappurtar nazzjonali ta' natura simili, jenħtieġ li l-informazzjoni addizzjonali miġbura tkun kondiviża ma' Stati Membri oħra jekk tkun rilevanti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-arranġamenti żvelati jenħtieġ li jkollhom dimensjoni transkonfinali, ikun importanti li tiġi kondiviża l-informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra sabiex tiġi żgurata l-effettività massima ta' din id-Direttiva fl-iskoraġġiment ta' prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni fil-kuntest ta' deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġi akkomodat l-iskambju obbligatorju u awtomatiku ta' informazzjoni żvelata dwar arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa fost l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni.

(11)  Filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-arranġamenti żvelati jenħtieġ li jkollhom dimensjoni transkonfinali, ikun importanti li tiġi kondiviża l-informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra sabiex tiġi żgurata l-effettività massima ta' din id-Direttiva fl-iskoraġġiment ta' prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni fil-kuntest ta' deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment jenħtieġ li jkun disponibbli għall-pubbliku u jintuża wkoll biex jiġi akkomodat l-iskambju obbligatorju u awtomatiku ta' informazzjoni żvelata dwar arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa fost l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Peress li l-Istati Membri kollha jista' ma jkollhomx inċentiv biex ifasslu u jimplimentaw penali effettivi u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri kollha, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa jenħtieġ li jkun awtomatiku fir-rigward ta' penali imposti, kif ukoll fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn l-Istat Membru ma jkun impona ebda penali.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġu mtejba l-prospetti għall-effettività ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur ta' regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikatifil-prattika b'mod effettiv, li jkunu proporzjonali u li jkollhom effett dissważiv.

(13)  Sabiex jiġu mtejba l-prospetti għall-effettività ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur ta' regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u jiżguraw li dawn il-penali, inklużi penali finanzjarji, jiġu applikati minnufih fil-prattika b'mod effettiv, li jkunu proporzjonati u li jkollhom effett dissważiv. L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni u jippubblikaw lista ta' intermedjarji u kontribwenti li kellhom penali imposti fuqhom skont din id-Direttiva, inklużi l-isem, in-nazzjonalità u l-post ta' residenza.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-aġġornar tal-karatteristiki distintivi sabiex fil-lista tal-karatteristiki distintivi jiġu inklużi arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta' arranġamenti b’reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta' arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelar obbligatorju ta' dawn l-arranġamenti.

(14)  Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-aġġornar tal-karatteristiki distintivi. Kull sentejn, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika abbozz ta' aġġornament tal-lista tal-karatteristiki distintivi li jiddefinixxu l-ippjanar aggressiv tat-taxxa sabiex tinkludi kwalunkwe arranġament ġdid jew modifikat tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa li jkun ġie identifikat mill-aħħar aġġornament li ġie ppubblikat u jenħtieġ li jinġieb fis-seħħ fi żmien erba' xhur mill-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' aġġornament.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex jiġu żgurati l-użu u l-interpretazzjoni uniformi tal-karatteristiki distintivi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissorvelja regolarment l-attivitajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa, skont din id-Direttiva.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern bl-iskoraġġiment tal-użu tal-arranġamenti transkonfinali ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment b'mod mhux koordinat, iżda pjuttost jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-fatt li għandu fil-mira tiegħu skemi li jiġu żviluppati biex potenzjalment jieħdu vantaġġ minn ineffiċjenzi fis-suq li joriġinaw fl-interazzjoni fost regoli tat-taxxa nazzjonali mhux ugwali, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan, b'mod speċjali meta jiġi kkunsidrat li huwa limitat għal arranġamenti ta' dimensjoni transkonfinali ta' aktar minn Stat Membru wieħed jew ta' Stat Membru u pajjiż terz.

(18)  Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu limitati b'mod sinifikanti l-konsegwenzi katastrofiċi tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fil-kontijiet pubbliċi u li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern bl-iskoraġġiment tal-użu tal-arranġamenti transkonfinali ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment b'mod mhux koordinat, iżda pjuttost jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-fatt li għandu fil-mira tiegħu skemi li jiġu żviluppati biex potenzjalment jieħdu vantaġġ minn ineffiċjenzi fis-suq li joriġinaw fl-interazzjoni fost regoli tat-taxxa nazzjonali mhux ugwali, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan, b'mod speċjali meta jiġi kkunsidrat li huwa limitat għal arranġamenti ta' dimensjoni transkonfinali ta' aktar minn Stat Membru wieħed jew ta' Stat Membru u pajjiż terz.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 18 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti li jkun jinsab f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti;

(c)  waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq attività ta' negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti jew ta' korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż ta' kwalunkwe tip li jinsabu f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 18 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti li ma jinsabx f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti;

(d)  waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq attività ta' negozju f'ġurisdizzjoni oħra mingħajr ma toħloq preżenza taxxabbli f'dik il-ġurisdizzjoni;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.  "karatteristika distintiva" tfisser karatteristika tipika ta' arranġament jew ta' serje ta' arranġamenti li hija elenkata fl-Anness IV.

20.  "karatteristika distintiva" tfisser arranġament jew serje ta' arranġamenti li huma elenkati fl-Anness IV.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 23 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  kontribwent huwa s-sid benefiċjarju ta' kontribwent ieħor, skont id-Direttiva (UE) 2015/849.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Filwaqt li jwettqu awditi statutorji tad-dikjarazzjonijiet tal-klijenti tagħhom, l-awdituri għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi ta' identifikazzjoni u żvelar dwar ksur potenzjali tal-entità awditjata jew l-intermedjarji tagħha tal-obbligi ta' identifikazzjoni u żvelar stipulati f'dan l-Artikolu li l-awditur sar konxju tagħhom. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedi lill-awdituri li jippreżentaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar tali ksur fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol, b'effett mill-jum wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-awditjar.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta' rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta' dawn l-arranġamenti fejn ikunu intitolati għal privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar dan l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent u l-intermedjarji għandhom jinfurmaw lill-kontribwenti b'din ir-responsabbiltà minħabba l-privileġġ.

Kull Stat Membru jista', fejn ikun xieraq, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta' rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta' dawn l-arranġamenti fejn ikunu intitolati għal privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar dan l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent u l-intermedjarji għandhom jinfurmaw lill-kontribwenti bil-miktub b'din ir-responsabbiltà minħabba l-privileġġ u għandhom iżommu konferma tar-riċevuta ffirmata mill-kontribwent. Il-kontribwent għandu jirrapporta l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa dwar l-arranġament rapportabbli transkonfinali jew serje ta' tali arranġamenti fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitlob lill-kontribwenti jippreżentaw informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli li ġew implimentati bejn [data tal-ftehim politiku] u l-31 ta' Diċembru 2018 L-intermedjarji u l-kontribwenti, kif xieraq, għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli sal-31 ta' Marzu 2019.

4.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitlob lill-intermedjarji, lill-awdituri u lill-kontribwenti jippreżentaw informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli li huma attivi ... [fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u dawk li ser jidħlu fis-seħħ wara.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivvaluta l-arranġamenti tat-taxxa żvelati permezz tal-iskambju ta' informazzjoni previsti minn din id-Direttiva, kif ukoll biex jipprovdu r-riżorsi meħtieġa lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-identifikazzjoni ta' intermedjarji u kontribwenti, inklużi isimhom, ir-residenza tagħhom għal finijiet tat-taxxa, u n-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent (TIN) u, fejn xieraq, il-persuni li huma intrapriżi assoċjati għall-intermedjarju jew il-kontribwent;

(a)  l-identifikazzjoni ta' intermedjarji jew, fejn applikabbli, awdituri, u kontribwenti, inklużi isimhom, in-nazzjonalità, ir-residenza tagħhom għal finijiet tat-taxxa, u n-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent (TIN) u, fejn xieraq, il-persuni li huma intrapriżi assoċjati għall-intermedjarju jew il-kontribwent;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew is-serje ta' dawn l-arranġamenti, inkluża referenza għall-isem li bih huma magħrufin b'mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni f'termini astratti tal-attivitajiet jew l-arranġamenti ta' negozju rilevanti, mingħajr ma jirriżulta fl-iżvelarta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubblika;

(c)  sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew is-serje ta' dawn l-arranġamenti, inkluża referenza għall-isem li bih huma magħrufin b'mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni f'termini astratti tal-attivitajiet jew l-arranġamenti ta' negozju rilevanti, mingħajr ma jirriżulta fl-iżvelar ta' proprjetà intellettwali, sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubblika;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-data li fiha għandha tinbeda jew li fiha bdiet l-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew tal-ewwel pass f'serje ta' dawn l-arranġamenti;

(d)  id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew tal-ewwel pass f'serje ta' dawn l-arranġamenti;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  id-dettalji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tat-taxxa li l-applikazzjoni tagħhom toħloq benefiċċju fuq it-taxxa, jekk applikabbli;

(e)  id-dettalji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tat-taxxa li jifformaw il-bażi għall-arranġamenti rapportabbli jew għas-serje ta' arranġamenti, jekk applikabbli;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna fl-Istati Membri l-oħra, jekk ikun hemm, li x'aktarx tiġi affettwata mill-arranġament transkonfinali rapportabbli jew minn serje ta' dawn l-arranġamenti, li tindika ma' liema Stati Membri huma konnessi l-intermedjarji jew il-kontribwenti affettwati.

(h)  l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna fl-Istati Membri l-oħra, jekk ikun hemm, li x'aktarx tiġi affettwata mill-arranġament transkonfinali rapportabbli jew minn serje ta' dawn l-arranġamenti, li tindika ma' liema Stati Membri huma konnessi l-intermedjarji, l-awdituri jew il-kontribwenti affettwati.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

7.  Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi, u tipprovdi riżorsi suffiċjenti, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (c) u (h) tal-paragrafu 6.

8.  Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c), (d), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament lista tal-arranġamenti transkonfinali rapportati, mingħajr ma ssir ebda referenza għall-intermedjarju jew kontribwent rispettiv.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, b'aċċess limitat għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 5 , 6 u 7 tal-Artikolu 8aaa għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, b'aċċess limitat għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8aaa għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi. Barra minn hekk, l-informazzjoni skambjata skont l-iskambju awtomatiku previst fl-Artikoli 8, 8a u 8aaa, għandha tkun disponibbli wkoll permezz tad-direttorju ċentrali, b'aċċess limitat għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dak id-direttorju, iżda fil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8a(8) u 8aaa(8). L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8aaa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2)..

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8aaa; il-kwalità u l-kwantità tal-informazzjoni skambjata; u l-bidliet leġiżlattivi proposti jew implimentati bbażati fuq il-lakuni fil-qafas regolatorju żvelati minn din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Abbażi ta' dawn il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi biex jingħalqu l-lakuni fil-leġiżlazzjoni eżistenti.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-għadd ta' arranġamenti jew serje ta' arranġamenti żvelati, kif ikklassifikat fl-Anness IV, flimkien ma' deskrizzjoni ta' tali arranġamenti, in-nazzjonalitajiet tal-kontribwenti li jibbenefikaw minn dawn l-arranġamenti u l-għadd u l-firxa ta' penali imposti fuq l-intermedjarji jew il-kontribwenti li jiżvelaw tali arranġamenti. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport pubbliku annwali b'din l-informazzjoni.".

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

‘3b.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni lista ta' arranġamenti transkonfinali li huma meqjusa mill-awtorità tat-taxxa rilevanti bħala konformi ma' din id-Direttiva.".

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23aa – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26a biex temenda l-Anness IV, sabiex tinkludi fil-lista tal-karatteristiki distintivi, arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta' arranġamenti bħala reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta' arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelarobbligatorju ta' dawn l-arranġamenti..

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26a biex temenda l-Anness IV, sabiex tinkludi fil-lista tal-karatteristiki distintivi, arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta' arranġamenti bħala reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta' arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelar obbligatorju ta' dawn l-arranġamenti. Hija għandha tagħmel dan kull sentejn abbażi tal-informazzjoni li ser tkun disponibbli dwar arranġamenti ġodda jew modifikati tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, filwaqt li tippubblika l-kriterji ġodda tagħha f'forma ta' abbozz erba' xhur qabel ma ddaħħalhom fis-seħħ.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 25a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa u 8aaa, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi..

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa u 8aaa, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni tista' tippubblika tabella indikattiva ta' penali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 26a – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sa ... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2011/16/UE

Anness IV – Il-kriterju tal-vantaġġ prinċipali – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kriterju se jiġi ssodisfat jekk il-vantaġġ prinċipali ta' arranġament jew ta' serje ta' arranġamenti huwa li jikseb vantaġġ fuq it-taxxa jekk jista' jiġi stabbilit li l-vantaġġ huwa r-riżultat li wieħed jista' jistenna li jikseb minn dan l-arranġament, jew minn serje ta' arranġamenti, inkluż billi jieħu vantaġġ tal-mod speċifiku li l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti huma strutturati.

Il-kriterju se jiġi ssodisfat jekk wieħed mill-vantaġġi prinċipali ta' arranġament jew ta' serje ta' arranġamenti huwa li jikseb vantaġġ fuq it-taxxa jekk jista' jiġi stabbilit li l-vantaġġ huwa r-riżultat li wieħed jista' jistenna li jikseb minn dan l-arranġament, jew minn serje ta' arranġamenti, inkluż billi jieħu vantaġġ tal-mod speċifiku li l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti huma strutturati.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2011/16/UE

Anness IV – kategorija A – punt 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Arranġament jew serje ta' arranġamenti li jwasslu għal taxxa effettiva li tkun inqas mir-rata tat-taxxa minima legali fis-seħħ għall-kumpaniji fl-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

Referenzi

COM(2017)0335 – C8-0195/2017 – 2017/0138(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

12.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

6.7.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

6.7.2017

JURI

6.7.2017

LIBE

6.7.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

4.9.2017

JURI

20.11.2017

LIBE

11.7.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Emmanuel Maurel

6.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.12.2017

11.1.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Barbara Kappel, Wajid Khan, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Matt Carthy, Mady Delvaux, Herbert Dorfmann, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Emmanuel Maurel, Luigi Morgano, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Manolis Kefalogiannis, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

31.1.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

ENF

Bernard Monot

GUE/NGL

Matt Carthy, Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

PPE

Herbert Dorfmann, Markus Ferber, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Manolis Kefalogiannis, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere, Rainer Wieland

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Emmanuel Maurel, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

2

-

EFDD

David Coburn

ENF

Gerolf Annemans

5

0

ALDE

Caroline Nagtegaal

ECR

Sander Loones

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel, Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza