Proċedura : 2016/0392(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0021/2018

Testi mressqa :

A8-0021/2018

Dibattiti :

PV 28/02/2018 - 21
CRE 28/02/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 01/03/2018 - 8.7
CRE 01/03/2018 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 13/03/2019 - 11.14

Testi adottati :

P8_TA(2018)0049
P8_TA(2019)0178

RAPPORT     ***I
PDF 1822kWORD 178k
2.2.2018
PE 604.847v02-00 A8-0021/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

(COM(2016)0750 – C8-0496/2017 – 2016/0392(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Pilar Ayuso

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

(COM(2016)0750 – C8-0496/2017 – 2016/0392(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0750),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0496/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0021/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni ta' prattika qarrieqa u l-kisba ta' trasparenza fis-suq u ta' kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità u r-reputazzjoni ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agrikolu għandha tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

(3)  Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż jenħtieġ li jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, titneħħa l-informazzjoni asimetrika, jiġu prevenuti prattiki qarrieqa u jinkisbu trasparenza fis-suq u kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija rregolata mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c u hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità, is-sikurezza u r-reputazzjoni ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agroalimentari jenħtieġ li tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

____________________________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel

1b Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

1c Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż jikkostitwixxu każ speċjali meta mqabbel mar-regoli ġenerali stipulati għas-settur agroalimentari. Il-karatteristiċi speċjali f'dan il-każ jirrelataw mal-fatt li l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali jibqgħu jinżammu ħajjin, li x-xorb spirituż ikun marbut mill-qrib mas-settur agrikolu, l-użu ta' prodotti ta' kwalità għolja u l-impenn biex tiġi protetta s-sikurezza tal-konsumatur, li s-settur tax-xorb spirituz qed iwiegħed li qatt mhu se jabbanduna.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Dan għandu jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

(4)  Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, mingħajr preġudizzju għall-varjetajiet ta' lingwi u alfabeti uffiċjali fl-Unjoni. Dan jenħtieġ li jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, għandhom jiġu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż li jikkwalifikaw għal taħlitiet ta' xorb spirituż.

(13)  Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż li jikkwalifika għal taħlitiet ta' xorb spirituż.

Emenda5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Indikazzjonijiet bħal dawn dwar l-oriġini għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kriterji armonizzati. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż.

(15)  F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ ("il-Ftehim TRIPS"), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ("il-Ftehim GATT") li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE.12

(17)  Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ ("il-Ftehim TRIPS"), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ("il-Ftehim GATT") li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE12. Sabiex ittejjeb il-protezzjoni u tiġġieled kontra l-falsifikazzjoni b'mod aktar effettiv, tali protezzjoni jenħtieġ li tapplika fir-rigward tal-oġġetti li huma fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Doganali.

__________________

__________________

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni, metodu tradizzjonali ta' proċessar u produzzjoni, jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

_________________

_________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Huwa xieraq li x-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika li jkun ibbażat fuq inbejjed mingħajr indikazzjoni ta' oriġini protetta, u jkun irreġistrat f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jgawdi mill-istess għodod tal-ġestjoni dwar il-potenzjal tal-produzzjoni bħal dawk li huma disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

_______________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li r-regolament jiġi allinjat mal-abbozz ta' opinjoni dwar l-hekk imsejħa proposta Omnibus għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif adottat mill-Kumitat għall-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew fit-3 ta' Mejju 2017.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(19)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż jenħtieġ li jkunu bbażati fuq proċeduri simili użati għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jkun trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli, u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008. L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jiġu reġistrati b'mod awtomatiku mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tlesti l-verifika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Annness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, bi qbil mal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, u l-Kummissjoni għandha tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

(20)  Iż-żamma ta' standard għoli ta' kwalità hija essenzjali sabiex jistgħu jinżammu r-reputazzjoni u l-valur tas-settur. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-istandard jinżamm permezz tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità sabiex taċċerta ruħha li din tkun qed tiġi infurzata b'mod uniformi. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità, u sabiex ikunu aġevolati livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw regoli dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(21)  Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità, u sabiex ikunu aġevolati livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jadottaw regoli dwar il-produzzjoni, id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla se ddaħħal il-kelma "produzzjoni" fil-Premessa biex iġġibha f'konformità mal-bqija tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Fir-rapport tagħha ta' Marzu 2017 dwar it-tikkettar obbligatorju tal-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku, il-Kummissjoni ddikjarat li ma identifikatx raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-ingredjenti u informazzjoni dwar in-nutrizzjoni u stiednet lill-industrija biex tiżviluppa, fi żmien sena, proposta awtoregolatorja bil-għan li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-ingredjenti u n-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku kollu. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, l-approċċ awtoregolatorju jenħtieġ li, bħala minimu, jassigura li l-ingredjenti u l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tiġi pprovduta fuq tikketta u li tali informazzjoni tkun konformi mal-istipulazzjonijiet dwar "Informazzjoni volontarja dwar l-Ikel" kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-proposta tal-industrija f'rapport, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

(22)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni sħiħa tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, filwaqt li titqies l-importanza tal-prattiki tradizzjonali, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex ikun hemm reazzjoni rapida għall-iżviluppi teknoloġiċi li jirrigwardjaw ix-xorb spirituż kopert minn dan ir-Regolament li għalih ma jeżistux kategorija u speċifikazzjonijiet tekniċi bl-għan li jiġu protetti l-konsumaturi u l-interessi ekonomiċi tal-produtturi u jiġu unifikati r-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kwalità partikulari għal dak ix-xorb spirituż, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda, suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, ta' kategoriji ġodda ta' xorb spirituż ma’ dawk elenkati rispettivament fil-Parti I u l-Parti II tal-Anness ta' dan ir-Regolament u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jew direttament bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)  jew direttament bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin, b'mod individwali jew ikkumbinati flimkien:

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-flessibilità mogħtija minn "u/jew" fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tinżamm f'dan ir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew taħlitiet tiegħu fis-sens ta' dan ir-Regolament,

-  il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew kombinazzjoni tiegħu fis-sens ta' dan ir-Regolament,

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kull konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlitiet fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – inċiż 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  iż-żieda ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed minn dan li ġej:

-  iż-żieda ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed jew aktar minn dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet ta' "xarba spirituża" ma ġewx inkorporati b'mod korrett mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u r-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 716/2013. Ir-rapporteur tipproponi li jiġu kkoreġuti ċerti definizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt ii – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(ii)  billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża xi wieħed minn dawn li ġejjin, b'mod individwali jew ikkumbinati flimkien:

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-flessibilità mogħtija minn "u/jew" fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tinżamm f'dan ir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt ii – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  xorb;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "taħlita" tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(3)  "taħlita" tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma' xi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola,

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' taħlita, sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar it-tikkettar u sabiex ir-regolament isir applikabbli mill-operaturi u s-servizzi ta' spezzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "terminu kompost" tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta' denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta' indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(4)  "terminu kompost" tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta' denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta' indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b'xi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet ta' "xarba spirituża" ma ġewx inkorporati b'mod korrett mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u r-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 716/83. Ir-rapporteur tipproponi li jiġu kkoreġuti ċerti definizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "indikazzjoni ġeografika" tfisser indikazzoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

(6)  "indikazzjoni ġeografika" tfisser isem li ġie rreġistrat skont dan ir-Regolament, li jidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "Speċifikazzjoni tal-prodott" tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom;

(7)  "Speċifikazzjoni tal-prodott" tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż irid ikun konformi magħhom u li jikkorrispondi "mal-iskeda teknika", imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 110/2008;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  "grupp'' tfisser konċentrazzjoni ta' produtturi, importaturi jew dawk li jipproċessaw xorb spirituż li huma organizzati b'mod speċifiku għas-settur u jiġġeneraw dħul minn bejgħ sinifikanti.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  "ta' oriġini agrikola" tfisser miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-TFUE jew xorb alkoħoliku ffermentat li joriġina esklussivament minn prodotti bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament attwali 110/2008 jippermetti l-użu ta' alkoħol miksub mill-inbid għall-produzzjoni ta' xorb spirituż, peress li l-inbid huwa elenkat bħala prodott agrikolu fl-Anness I għat-Trattat (il-punt 22.05). Dan l-adattament jippermetti wkoll l-użu tal-alkoħol minn xorb alkoħoliku ieħor iffermentat li huwa esklussivament magħmul minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I, li attwalment mhuwiex ammissibbli.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

1.  L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew li ġej mill-birra.

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 110/2008. Dan ir-Regolament jirreferi għal xorb spirituż, għajr xorb alkoħoliku li jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

2.  Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u sabiex jiddilwixxu jew iħollu l-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola jew ġejjin mill-birra.

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 110/2008. Dan ir-Regolament jirreferi għal xorb spirituż, għajr xorb alkoħoliku li jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Fejn jiġi kkumerċjalizzat l-alkoħol etiliku jew distillati ta' oriġini agrikola, il-materja prima li minnha ttieħdu għandha tiġi speċifikata fid-dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-prodott.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tintroduċi rekwiżit li jispeċifika fid-dokumenti elettroniċi li jakkumjanjaw il-prodott liema materja prima intużat fil-produzzjoni ta' alkoħol etiliku jew distillati ta' oriġini agrikola. Dawn il-prodotti jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' xorb spirituż ieħor li jimponu l-użu esklużiv ta' alkoħol jew distillati meħuda minn materja prima speċifika, bħal ma hu l-każ tal-inbid użat biex jiġi prodott il-Brandy. L-indikazzjoni tal-materja prima, għalhekk, tiggarantixxi traċċabilità sħiħa u tevita li jkun hemm min idur mar-regoli.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġi dolċifikat biss skont il-punt (3) tal-Anness I u sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott.

(e)  ma jiġix dolċifikat ħlief sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott. Il-kontenut massimu tal-prodotti dolċifikanti espressi f'zokkor invertit m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Anness II.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I u b'kont meħud tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri.

(e)  jiġi dolċifikat.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I.

(e)  jiġi dolċifikat.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)  l-emenda tad-definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I;

(a)   l-emenda tad-definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I;

(b)  l-emenda tar-rekwiżiti tal-kategoriji ta' xorb spirituż prevista fil-Parti I tal-Anness II u r-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

L-atti delegati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

L-atti delegati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom, filwaqt li jagħtu lok għall-importanza tal-prattika tradizzjonali fi ħdan Stat Membru, ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar iż-żieda ta' kategoriji ġodda ta' xorb spirituż fl-Anness II.

Kategorija ġdida tista' tiġi miżjuda b’dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-kummerċjalizzazzjoni ta' xarba spirituża b'isem partikolari u b'mod konformi mal-ispeċifikazzjonijiet teknikiċi uniformi huwa ekonomikament u teknikament meħtieġa biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u l-produtturi;

(b)  ix-xorb spirituż għandu sehem sinifikanti tas-suq f'almenu Stat Membru wieħed;

(c)  l-isem magħżul għall-kategorija l-ġdida għandu jkun jew isem użat estensivament jew fejn dan mhux possibbli, isem ta' natura deskrittiva, b'mod partikolari, b'referenza għall-materja prima użata għall-produzzjoni tax-xorb spirituż;

(d)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategorija l-ġdida għandhom jiġu stabbiliti u bbażati fuq evalwazzjoni ta' parametri eżistenti tal-kwalità u tal-produzzjoni użati fis-suq tal-Unjoni. Meta jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha tipi rispettata, kif ukoll għandhom jitqiesu dawk l-istandards internazzjonali rilevanti. Dawn għandhom jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta fost il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll ir-reputazzjoni għolja tax-xorb spirituż tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha, fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, dwar derogi mir-rekwiżiti ta' definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I, mir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta' xorb spirituż previsti fil-Parti I tal-Anness II u mir-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-ismijiet ta' materja prima jew ismijiet ta' pjanti li huma riżervati għal kategoriji partikolari ta' prodotti ta' xorb spirituż bħala denominazzjonijiet jistgħu jintużaw għall-prodotti tal-ikel kollha, inkluż ix-xorb spirituż, fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni, sakemm ikun garantit, partikolarment fil-każ tax-xorb spirituż, li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt tal-UE dwar ix-xorb spirituż jirriżerva pereżempju d-denominazzjonijiet ''ġenzjana'', ''ċirasa'' u ''kemmun'' għal kategoriji partikolari ta' xorb spirituż. Ismijiet ta' materja prima jew ta' pjanti jintużaw għal firxa ta' prodotti tal-ikel li mhumiex xorb spirituż, bħal pereżempju t-tè tal-ġenzjana u l-kejk taċ-ċirasa. Anke fi ħdan is-settur tax-xorb spirituż irid ikun possibbli, pereżempju, li l-ingredjent ġenzjana, li jintuża fil-produzzjoni ta' xorb spirituż aromatiku, ikun indikat fuq it-tikketta.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż tal-kategoriji 15 sa 47 tal-Parti I tal-Anness II, din tista' tinbiegħ taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ rilevanti previsti f'dawk il-kategoriji.

3.  Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż elenkati fil-Parti I tal-Anness II, din tista' titqiegħed fis-suq taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ previsti f'dawk il-kategoriji.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk denominazzjoni tal-bejgħ tiġi supplimentata jew sostitwita skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f'dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

Jekk l-isem legali jiġi supplimentat jew sostitwit skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f'dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1); jew

(a)  b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1), inklużi t-termini tradizzjonalment użati fl-Istati Membri biex jindikaw li prodott għandu denominazzjoni tal-oriġini protetta skont il-liġi nazzjonali; jew

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li jiġi żgurat ir-rispett tas-sistemi ta' protezzjoni tal-kwalità ta' kull Stat Membru.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  b'termini indikati fl-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

(b)  bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

It-Taqsima 9 tal-Fajl Tekniku Irish Poteen/Irish Poitín tippermetti l-użu tal-Irish Poitín jew tal-Irish Poteen. Din l-emenda saret sabiex ikun hemm konsistenza mal-fajl tekniku u tinżamm din l-għażla li tippermetti l-użu ta' ortografija waħda jew l-oħra.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f’aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta' dan l-oġġett tal-ikel; and

(a)  l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jista' jkun użat bħala trasportatur ta' aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta' dan l-oġġett tal-ikel; and

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun speċifikament assigurat li jkun hemm biss alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jista' jintuża bħala trasportatur għal kwalunkwe aromatizzant użat fil-produzzjoni tal-prodotti alimentari kif ukoll li huwa permess biss bħala trasportatur ta' aromatizzanti u ma jistgħux jintużaw per se.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta' xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta' oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3), għall-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku, l-allużjoni għandha tintwera b'font ta' daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

5.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, l-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta' xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta' oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) ta' dan ir-Regolament, għall-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku, l-allużjoni għandha tintwera b'font ta' daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

Ġustifikazzjoni

Ara d-diċitura tal-Artikolu 13, paragrafu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011. It-test propost huwa f'kunflitt ma' rekwiżiti dwar l-Għoti ta' Informazzjoni dwar l-Ikel lill-Konsumaturi, li b'mod espliċitu jirrikjedi li l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel (fi ħdan oħrajn l-isem tal-ikel u/jew id-denominazzjoni tal-bejgħ) m'għandhom bl-ebda mod jiġu interrotti. F'dan il-każ l-allużjoni għandha titqiegħed fl-istess pożizzjoni fejn wieħed jista' jara d-denominazzjoni tal-bejgħ. Dan l-adattament jipprovdi ċertezza legali għal operaturi tan-negozji tal-ikel.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

It-tikkettar fil-każ ta' addizzjoni ta' alkoħol

F'każ li xorb spirituż fil-kategoriji minn 1 sa 14 tal-Anness II jiġi miżjud l-alkoħol, kif definit fl-Anness I(4), dilwit jew mhux dilwit, dan ikollu d-denominazzjoni tal-bejgħ ta' "xorb spirituż". Dan jista' ma jkollu l-ebda deskrizzjoni riżervata fil-kategoriji 1 sa 14.

Ġustifikazzjoni

Dan jikkorrispondi għas-sitwazzjoni legali applikabbli skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li skontha fl-addizzjoni ta' alkoħol newtrali fl-ispirti prodotti mid-distillazzjoni, it-terminu riżervat għal tali spirti ma jistax jintuża fuq it-tikketta.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ "xorb spirituż".

Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ "xorb spirituż" li għandha tidher b'mod ċar f'post prominenti fuq it-tikketta.

Ġustifikazzjoni

Dan it-tibdil jiżgura li d-denominazzjoni tal-bejgħ tintwera b'mod ċar, xi ħaġa li kienet fir-Regolament preċedenti (110/2008).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet invekkjatataħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti.

3.  Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm l-operazzjonijiet kollha tal-invekkjament tax-xarba spirituża jkunu saru taħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru pubbliku li jkun fih il-lista tal-korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-invekkjament f'kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiċċara li l-kontrolli fuq il-prodotti invekkjati jsiru b'mod kontinwu u effikaċi u li ma jkunux minflok rari jew każwali. Dan sabiex jitrażżnu l-fenomeni tal-falsifikazzjoni anke fuq prodotti invekkjati, peress li l-invekkjament jagħti valur miżjud lill-prodott u minħabba li din il-previżjoni tipproteġi l-legalità, il-kompetizzjoni ġusta u tħares lill-konsumatur aħħari.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Meta fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ikun indikat il-perjodu tal-maturazzjoni jew tal-invekkjament ta' xarba spirituża, dan għandu jkun indikat ukoll fid-dokument elettroniku li jakkumpanja lix-xarba spirituża.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' din l-emenda hija maħsuba biex tiżgura li l-informazzjoni rilevanti dwar xarba spirituża, bħad-denominazzjoni tal-bejgħ jew il-perjodu tal-invekkjament, ikunu inklużi fid-dokumenti ta' akkumpanjament sabiex tkun żgurata traċċabbiltà akbar u sabiex jiġu evitati prattiki ħżiena li jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi jew jagħtu informazzjoni qarrieqa lill-konsumaturi.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fil-każ tal-brandy li ġie invekkjat bl-użu tal-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala "criaderas y solera", l-invekkjament medju, ikkalkulat kif deskritt fl-Anness IIa, jista' jissemma' biss fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar dment li l-invekkjament tal-brandy kien soġġett għal metodu ta' kontroll awtorizzat mill-awtorità kompetenti. L-invekkjament medju fit-tikkettar tal-brandy għandu jitniżżel fi snin u għandu jinkludi referenza għall-metodu magħruf bħala "criaderas y solera".

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li l-produtturi tal-brandy invekkjat jużaw il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala "criaderas y solera" biex jindikaw dan l-invekkjament medju, imniżżel fi snin, fuq it-tikketti tagħhom. Il-konformità se tkun ggarantita mill-operatur li huwa soġġett għall-metodu ta' kontroll awtorizzat mill-awtorità kkonċernata.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-pajjiż jew it-territorju ta' oriġini skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

1.  Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju tal-proċess ta' produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tiegħu lix-xarba spirituża.

__________________

16Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-ewwel paragrafu, fil-każ ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni u maħsub għall-esportazzjoni, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini indikati bil-korsiv fl-Anness II jistgħu jkunu akkumpanjati bi traduzzjoni fejn tali traduzzjoni tkun rekwiżit legali tal-pajjiż ta' importazzjoni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta jista' jintuża għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż.

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti adottati skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jista' jintuża għall-preżentazzjoni u għat-tikkettar ta' xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.  Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

1.  Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur u titqies il-prattika tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, li jissupplimentaw dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)  emendi tar-regoli fir-rigward tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketta tax-xorb spirituż li jikkonċernaw it-termini komposti jew l-allużjonijiet;

(a)  emendi tar-regoli fir-rigward tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketta tax-xorb spirituż li jikkonċernaw it-termini komposti jew l-allużjonijiet;

(b)  emendi tar-regoli fir-rigward tal-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' taħlitiet; u

(b)  emendi tar-regoli fir-rigward tal-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' taħlitiet; u

(c)  l-aġġornament u t-tlestija tal-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi tax-xorb spirituż.

(c)  l-aġġornament u t-tlestija tal-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi tax-xorb spirituż.

2.  Sabiex jitqiesu l-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 43 dwar derogi mill-Artikolu 11(3) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża.

2.  Sabiex jitqiesu l-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar derogi mill-Artikolu 11(3) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża.

3.  Fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 43 rigward derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar li hemm f’dan il-Kapitolu.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

(i)  minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent; jew

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi tintuża l-formula użata fir-Regolament (KE) Nru 1151/2005 dwar sistemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel: "inklużi dawk il-prodotti li jintużaw bħala ingredjenti".

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal" jew xi espressjonijiet simili;

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal "stil", "tip", "xorta" "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal" jew xi espressjonijiet simili, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi tintuża l-formula użata fir-Regolament (KE) Nru 1151/2005 dwar sistemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel: "inklużi dawk il-prodotti li jintużaw bħala ingredjenti".

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ intern jew estern, il-materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-imballaġġ tal-prodott f’kontenitur li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura, l-ingredjenti, jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq il-preżentazzjoni jew it-tikketta tal-prodott li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-protezzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll għall-oġġetti li jinġiebu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 61 sa 72 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli għaż-żoni fejn hemm inbejjed adattati għall-produzzjoni ta' xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika. Għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, iż-żoni kkonċernati jistgħu jiġu ttrattati bħala żoni fejn inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jiġu prodotti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipproponi li r-regolament jiġi allinjat mal-abbozz ta' opinjoni dwar l-hekk imsejħa proposta Omnibus għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif adottat mill-Kumitat għall-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew fit-3 ta' Mejju 2017.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb ix-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-imballaġġ ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(e)  deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tax-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk l-applikant jew il-grupp applikant (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "applikant") jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-imballaġġ ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest tax-xorb spirituż u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal indikazzjonijiet ġeografiċi, ikun aktar ċar jekk wieħed jirreferi għal "produzzjoni" u dan jirrifletti aktar mill-qrib il-prattiki tal-industrija.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d);

(f)  id-dettalji li juru r-rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jinżamm l-istatus quo tar-Regolament (KE) Nru 110/2008. Għandha tinżamm rabta eqreb u aktar rigoruża bejn l-ambjent u l-prodott.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-ismijiet u l-indirizzi tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(a)  l-ismijiet u l-indirizzi tal-applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija differenti mill-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għalhekk huwa meħtieġ li l-applikanti waħedhom jitħallew japplikaw għal indikazzjoni ġeografika. L-Artikolu 23(1); l-Artikolu 24(3)(3) u (5) jirreferu għall-applikant.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tax-xarba spirituża, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

(i)  il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, il-kategorija, deskrizzjoni tax-xarba spirituża, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

Ġustifikazzjoni

Fil-preżentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal indikazzjoni ġeografika, il-kategorija tax-xorb spirituż għandha tiġi identifikata ukoll b'mod ċar.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;

(a)  l-isem u l-indirizz tal-applikant;

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija differenti mill-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għalhekk huwa meħtieġ li l-applikanti waħedhom jitħallew japplikaw għal indikazzjoni ġeografika. L-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(3)(3) u (5) jirreferu għall-applikant.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;

(c)  dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b'mod konformi miegħu;

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija differenti mill-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għalhekk huwa meħtieġ li l-applikanti waħedhom jitħallew japplikaw għal indikazzjoni ġeografika. L-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(3)(3) u (5) jirreferu għall-applikant.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni konġunta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 20(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.

Applikazzjoni konġunta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu  20(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija differenti mill-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għalhekk huwa meħtieġ li l-applikanti waħedhom jitħallew japplikaw għal indikazzjoni ġeografika. L-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(3)(3) u (5) jirreferu għall-applikant.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

5.  Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjonijiet mill-pajjiżi terzi għandhom ikunu ppreżentati mill-awtoritajiet, mhux direttament mill-applikant. Dan ser jagħti konsistenza lit-talba, peress li timplika involviment adegwat u għarfien tal-fajl mill-awtoritajiet

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

imħassar

Protezzjoni nazzjonali tranżitorja

1.  Stat Membru jista', fuq bażi tranżitorja biss, jagħti protezzjoni lil isem taħt dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

2.  Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

3.  Meta isem ma jkunx ġie reġistrat skont dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.

4.  Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Dan it-tħassir ineħħi dispożizzjoni li titlob l-implimentazzjoni ta' protezzjoni nazzjonali tranżitorja fil-livell tal-UE. Indikazzjoni ġeografika tista' tkun protetta diġà fil-liġi nazzjonali, kemm fuq bażi permanenti kif ukoll fuq bażi tranżitorja.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 12-il xahar. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju għandu jikkonsisti minn verifika li ma hemm l-ebda żball manifest fl-applikazzjoni u, bħala regola ġenerali m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 6 xhur. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika minnufih bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

1.  Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, li jirrifjutaw l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jirreġistraw l-isem.

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, li jirreġistraw l-isem.

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk ikun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

(a)  jekk ikun intlaħaq ftehim, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, biex tirreġistra l-isem u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

(b)  jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, li jiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn japplika d-dritt nazzjonali, l-applikazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fid-dritt nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diversità tal-proċeduri fl-Istati Membri, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ċċarat li, fejn applikabbli, jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

3.  L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jindirizza biss l-emenda proposta.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi evitat il-ftuħ mill-ġdid ta' fajls sħaħ li diġà ġew approvati u jekk ikunu meħtieġa biss aġġustamenti fuq skala żgħira, l-emendi proposti biss għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri tal-Kummissjoni.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin.

(b)  meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fis-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti li jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. ("ir-Reġistru").

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, li jissupplimentaw dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. ("ir-Reġistru") li jieħu post u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008. Ir-Reġistru [daħħal nota f'qiegħ il-paġna b'link diretta mas-sit rilevanti] għandu jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-prodott għax-xorb spirituż irreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, li jissupplimentaw dan ir-Regolament skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat att delegat għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati huma introdotti biex jissalvagwardjaw id-drittijiet eżistenti tal-PE.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ta' prodotti definiti fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li t-test tal-Kummissjoni jiġi allinjat mal-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1308/133 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti agrikoli, li jiddikjara li l-protezzjoni tal-IĠP u tad-DOP għall-inbejjed hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lix-xorb spirituż.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk il-produzzjoni jew l-istadji tal-preparazzjoni li jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

3.  Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk l-istadji li jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata konfużjoni peress li m'hemm l-ebda distinzjoni bejn il-produzzjoni jew il-preparazzjoni fis-settur tax-xorb spirituż.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

Artikolu 34

Setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti

Setgħat fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

2.  Għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess, tikkanċella l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-korp ta' kontroll skont it-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,19 li jopera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

(b)  korp delegat skont it-tifsira tal-punt 5 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, li jopera bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). 1).

19 Ir-Regolament (KE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tkun konformi mar-Regolament il-ġdid (UE) 2017/625 tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

Ġustifikazzjoni

Fit-test tal-Kummissjoni jintużaw it-termini "operaturi" u "operaturi tan-negozji tal-ikel". Ir-rapporteur tipproponi li, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandu jinżamm biss it-terminu "operaturi". Dan it-terminu huwa aktar rappreżentattiv tad-diversità tal-professjonisti fis-settur.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika protetta mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

5.  L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki previsti fl-Artikoli 35 u 36 ta' dan ir-Regolament.

1.  Il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki previsti fl-Artikoli 35 u 36 ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tkun konformi mar-Regolament il-ġdid (UE) 2017/625 tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' kontroll tal-obbligi skont dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi f'taqsima separata fil-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali multiannwali f'konformità mal-Artikoli 41 sa 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' kontroll tal-obbligi skont dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi f'taqsima separata fil-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali multiannwali f'konformità mal-Artikoli 109 sa 111 tar-Regolament (KE) 2017/625.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tkun konformi mar-Regolament il-ġdid (UE) 2017/625 tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom jinkludu, f'taqsima separata, l-informazzjoni msemmija f'dik id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

3.  Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandhom jinkludu, f'taqsima separata, l-informazzjoni msemmija f'dik id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li tkun konformi mar-Regolament il-ġdid (UE) 2017/625 tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

Artikolu 38

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.  Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)  il-kriterji addizzjonali għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika; and

(b)  ir-restrizzjonijiet u d-derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

2.  Sabiex ikunu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 43, tagħmel dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista' tinkludi informazzjoni dwar l-imballaġġ kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 19 jew kwalunkwe regola speċifika ta' tikkettar kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 19.

3.  Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

3.  Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

(a)  f'liema każijiet produttur uniku jista' japplika għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika;

(a)  f'liema każijiet produttur uniku jista' japplika għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika;

(b)  Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, il-proċeduri nazzjonali preliminari, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, inkluż fil-każijiet meta ż-żona ġeografika tkopri aktar minn pajjiż wieħed.

4.  Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, meta tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

5.  Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess amministrattiv ta' applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda tkun tikkonsisti f’bidla temporanja tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew marbuta ma’ diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi rikonoxxuti formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, biex jistabbilixxu kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-proċedura dwar l-emendi li għandhom jiġu approvati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni.

6.  Sabiex jiġi evitat l-użu illegali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar l-azzjonijiet xierqa li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri f’dan ir-rigward.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż, skont ir-Regolament (UE) 2017/625. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 27, 29, 30, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 19 sa 23, 28 u 29 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal protezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u kanċellazzjonijiet ippreżentati wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-Artikoli 19 sa 23, 28 u 29 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal protezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u kanċellazzjonijiet ippreżentati wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Referenza għal speċifikazzjonijiet tal-prodott kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 2(1) għandha titqies li tinkludi wkoll il-fajls tekniċi tax-xorb spirituż protett skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 fejn ikun xieraq u, b'mod partikolari, fir-rigward ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 18, 28, 29, 35, 38, 39 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  "ta' oriġini agrikola" tfisser miksub minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat jew oġġetti tal-ikel ipproċessati li joriġinaw esklussivament minn tali prodotti, adattati għall-konsum mill-bniedem."

Emenda    96

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  "Distillazzjoni" hija proċedura li permezz tagħha taħlita ta' sustanzi li fiha l-alkoħol jew likwidu alkoħoliku jissaħħnu u mbagħad il-fwar li jinħoloq jerġa' jiġi kkondensat (likwifikat). Din il-proċedura termali sservi jew għas-separazzjoni tas-sustanzi fit-taħlita tal-bidu jew għat-tisħiħ ta' ċerti proprjetajiet sensorjali tal-likwidu alkoħoliku. Skont il-kategorija ta' prodott, il-metodu ta' produzzjoni jew l-apparat użat, din id-distillazzjoni sseħħ darba jew aktar drabi.

Ġustifikazzjoni

Fir-Regolament fis-seħħ Nru 110/2008 dwar ix-xorb spirituż, jiġi ppreċiżat rigward xi wħud mill-kategoriji ta' prodott individwali jekk tistax issir distillazzjoni darba, darbtejn jew aktar drabi. Dan wassal għal inċertezza legali fl-applikazzjoni tar-Regolament fis-seħħ dwar ix-xorb spirituż rigward jekk fil-kategoriji fejn sempliċement tissemma distillazzjoni hijiex permessa distillazzjoni ta' darba jew ripetuta. Id-distillazzjoni li ssir darbtejn hija l-metodu diskontinwu tradizzjonali li għadu qed jintuża f'ħafna kategoriji ta' prodott.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Distillat ta' oriġini agrikola" tfisser likwidu alkoħoliku li jinkiseb permezz tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, li m'għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku jew ta' xarba spirituża, imma li xorta jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata.

"Distillat ta' oriġini agrikola" tfisser likwidu alkoħoliku li jinkiseb permezz tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika, li m'għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku jew ta' xarba spirituża, imma li xorta jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi kkjarifikat li distillat ta' oriġini agrikola jista' jsir minn kwalunkwe materja prima.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, it-terminu ġenerali "distillazzjoni" jintuża kemm għal distillazzjoni unika kif ukoll għal dik multipla jew ridistillazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Distillazzjoni multipla tintuża tradizzjonalment u hija wkoll prattika komuni għall-kategoriji ta' xorb spirituż fejn dan mhuwiex speċifikament imsemmi fir-rekwiżiti għall-kategorija fl-Anness II. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, hija meħtieġa kjarifika tat-terminu ta' distillazzjoni sabiex il-produtturi jiġu żgurati l-legalità tal-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali tagħhom.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Stevja;

Ġustifikazzjoni

L-interess tal-konsumatur fi prodotti b'ammont baxx ta' kaloriji qed iwassal għal żieda fl-użu ta' din il-ħlewwa naturali mill-produtturi ta' ċerti xarbiet.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  kwalunkwe sustanza karboidrata naturali oħra li għandha effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e);

(f)  kwalunkwe sustanza naturali jew materja prima agrikola oħra li għandha effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e).

Emenda    102

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "żieda ta' alkoħol" tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż.

(4)  "Żieda ta' alkoħol" tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż. L-użu ta' alkoħol ta' oriġini agrikola biex jiġi dilwit jew għax-xoljiment ta' kuluri, tat-togħma jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fit-tħejjija ta' xorb spirituż m'għandux ikun ikkunsidrat bħala żieda ta' alkoħol;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  "Aromatizzazzjoni" tfisser iż-żieda ta' aromatizzanti jew ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti fil-preparazzjoni ta' xarba spirituża.

Ġustifikazzjoni

Definizzjonijiet individwali mhux imsemmija fl-Anness I. Din id-definizzjoni għandha tibqa' mhux mibdula mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tgħin biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "koloranti" tfisser li fil-preparazzjoni ta' xarba spirituża jintuża kulur jew aktar kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(14)  "Koloranti" tfisser li fil-produzzjoni ta' xarba spirituża jintuża kulur jew aktar kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li x-xorb spirituż jiġi prodott aktar milli ppreparat, dan l-aġġustament se jiċċara d-definizzjoni ta' koloranti.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  "Post tal-manifattura" tfisser il-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta lix-xarba spirituża l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha.

Ġustifikazzjoni

Definizzjonijiet individwali mhux imsemmija fl-Anness I. Din id-definizzjoni għandha tibqa' mhux mibdula mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tgħin biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b)  "Deskrizzjoni" tfisser it-termini użati fuq it-tikketta, il-preżentazzjoni u l-pakkett; fid-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba; fid-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna; u użati fir-reklami tax-xarba.

Ġustifikazzjoni

Definizzjonijiet individwali mhux imsemmija fl-Anness I. Din id-definizzjoni għandha tibqa' mhux mibdula mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tgħin biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 1 – punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Din ix-xarba spirituża tista' titqiegħed fis-suq bil-kelma "agrikolu" sabiex tikkwalifika d-denominazzjoni tal-bejgħ "rum" akkumpanjata minn kwalunkwe waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

(ii)  xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Din ix-xarba spirituża tista' titqiegħed fis-suq bil-kelma "agrikolu" sabiex tikkwalifika l-isem legali "rum" biss meta tkun akkumpanjata minn waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  Ir-rum jista' jiġi dolċifikat b'doża massima ta' 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espressa bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – kategorija 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Whisky jew Whiskey

2.  Whisky jew Whiskey

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (54) tal-Anness I, dilwit jew le.

(c)  M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt (4) tal-Anness I, dilwit jew le.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' żball tipografiku fil-proposta.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti jew aromatizzat, u lanqas m'għandu jkun fih addittivi għajr karamella ordinarja użata għall-kulur.

(d)  Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti jew aromatizzat, u lanqas m'għandu jkun fih addittivi għajr karamella ordinarja (E150a) użata għall-kulur.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Bl-eċċezzjoni tal-"Korn", il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 37 %.

(b)  Bl-eċċezzjoni tal-"Korn", il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 35 %.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' żball tipografiku fil-proposta.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu taċ-ċereali jista' jiġi dolċifikat biss b'sa 10 grammi għal kull litru ta' prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(d)  L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi ż-żieda ta' sustanzi li tradizzjonalment jintużaw waqt il-produzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 li jispeċifikaw liema sustanzi huma awtorizzati madwar l-Unjoni kollha u għandha tiġi ggwidata minn proċessi ta' produzzjoni tradizzjonali fl-Istati Membri individwali.

Ġustifikazzjoni

S'issa ż-żieda tal-hekk imsejħa bonifikaturi qed tiġi rregolata skont il-liġi nazzjonali. B'hekk tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE. Għal raġunijiet ta' kompetizzjoni ndaqs u tat-trasparenza għall-konsumaturi, is-sustanzi permissibbli biex itejbu t-togħma tal-prodott finali għandhom jiġu armonizzati madwar l-UE kollha.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 4 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu tal-inbid jista' jiġi dolċifikat b'doża massima ta' 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espressa bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 4 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fb)  It-terminu "spirtu tal-inbid" f'konnessjoni ma' "ħall" jibqa' permess għall-isem, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' ħall.

Ġustifikazzjoni

Fil-Ġermanja, "Branntweinessig" ("ħall tal-ispirtu tal-inbid") huwa terminu tradizzjonali għal ħall prodott mhux mill-ispirtu tal-inbid bit-tifsira ta' prodott tal-punt 4 tal-Parti I tal-Anness II, iżda minn alkoħol agrikolu. Minħabba r-regoli dwar it-termini komposti relatati max-xorb spirituż, dan it-terminu kieku ma jibqax permissibbli.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Brandy jew Weinbrand

5.  Brandy jew Weinbrand

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(d)  Il-Brandy jew Weinbrand m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jeskludi ż-żieda ta' sustanzi li tradizzjonalment jintużaw waqt il-produzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 li jispeċifikaw liema sustanzi huma awtorizzati madwar l-Unjoni kollha u għandha tiġi ggwidata minn proċessi ta' produzzjoni tradizzjonali fl-Istati Membri individwali.

Ġustifikazzjoni

S'issa ż-żieda tal-hekk imsejħa addittivi qed tiġi rregolata skont il-liġi nazzjonali. B'hekk tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE. Għal raġunijiet ta' kompetizzjoni ndaqs u tat-trasparenza għall-konsumaturi, is-sustanzi permissibbli biex itejbu t-togħma tal-prodott finali għandhom jiġu armonizzati madwar l-UE kollha.

Emenda119

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Il-Brandy jew Weinbrand jista' jiġi dolċifikat b'sa 35 gramma għal kull litru tal-prodott lest, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

(Il-kliem "Brandy jew Weinbrand" għandhom jidhru bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi aċċettata.)

Emenda    120

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 6 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 7 – punt a - punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur;

(iv)  il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 1 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur. Fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur, ma jinqabiżx kontenut massimu ta' etilkarbamat ta' 1 mg/l tal-prodott finali.

Ġustifikazzjoni

L-aċidu idroċijaniku huwa prekursur tas-sustanza karċinoġenika etilkarbamat. Sabiex ma jinqabiżx il-valur immirat ta' 1 mg/litru ta' prodott finali rigward l-etilkarbamat, il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku jrid jitnaqqas minn 7 grammi għal 1 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. L-etilkarbamat huwa sustanza karċinoġenika ta' tossiċità għolja. Abbażi ta' rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Codex Alimentarius, il-Kummissjoni tal-UE ppubblikat rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni bil-għan li l-kontenut ta' etilkarbamat jitnaqqas għal 1 g għal kull litru ta' prodott finali.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 7 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-Ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jiġi dolċifikat biss b'sa 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Spirtu taż-żbib jew raisin brandy

8.  Spirtu taż-żbib jew raisin brandy

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 8 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

(Il-kliem "raisin brandy" għandhom jidhru bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi aċċettata.)

Emenda    125

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt a - punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollha kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(iv)  fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollu kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx il-gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol. Fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur, ma jinqabiżx kontenut massimu ta' etilkarbamat ta' 1 mg/l ta' prodott finali.

Ġustifikazzjoni

L-aċidu idroċijaniku huwa prekursur tas-sustanza karċinoġenika etilkarbamat. Sabiex ma jinqabiżx il-valur immirat ta' 1 mg/litru ta' prodott finali rigward l-etilkarbamat, il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku jrid jitnaqqas minn 7 grammi għal 1 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. L-etilkarbamat huwa sustanza karċinoġenika ta' tossiċità għolja. Abbażi ta' rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Codex Alimentarius, il-Kummissjoni tal-UE ppubblikat rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni bil-għan li l-kontenut ta' etilkarbamat jitnaqqas għal 1 g għal kull litru ta' prodott finali.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt b – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  –  checkerberry (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

  frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

  frott tal-warda Skoċċiża (Rosa Canina L.).

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-materja prima, fil-każ ta' dan il-frott (berries), il-kontenut massimu permess tal-metanol għandu jiżdied għal 1.350 g/hl alkoħol pur sabiex tkun possibbli l-produzzjoni ta' prodotti ta' kwalità b'aroma u togħma distinta. Ma hemmx riskju għas-saħħa billi dan il-kontenut ogħla ta' metanol diġà japplika għal għadd ta' frott jew berries oħra.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt f – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Alternattivament id-denominazzjoni tal-bejgħ "Obstler" tista' tintuża għal spirtu tal-frott prodott esklussivament minn varjetajiet differenti ta' tuffieħ, lanġas jew it-tnejn.

(Il-kelma "Obstler" għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem "" jew "spirtu tal-ħaxix", skont il-każ. L-isem jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

(h)  Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem "spirtu tal-frott u tal-ħaxix" jew "spirtu tal-ħaxix u tal-frott", skont jekk hux qed jiġu ddistillati flimkien aktar frott u/jew berries jew aktar ħxejjex. L-isem jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tal-ewwel paragrafu sservi għal informazzjoni aħjar lill-konsumaturi. "Obstler" huwa terminu tas-soltu li ilu jintuża tul dawn l-aħħar deċennji fir-reġjun Ġermanofonu (il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Alto Adige, l-Iżvizzera) għal spirtu tal-frott magħmul mit-tuffieħ u l-lanġas. It-terminu "Obstler" jenħtieġ li jkun protett biss fil-lingwa Ġermaniża u għalhekk irid jinkiteb bil-korsiv.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha)  L-ispirtu tal-frott jista' jiġi dolċifikat biss b'sa 18-il gramma għal kull litru ta' prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 10 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat.

(d)  La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat. Madankollu, dan m'għandux jeskludi l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li jiġu żgurati l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali għall-ispirti tas-sidru u tal-perry bħall-Calvados.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 10 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  L-ispirtu tas-sidru u l-ispirtu tal-perry jista' jiġi dolċifikat b'sa 15-il gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 11 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat b'doża massima ta' 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espressa bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  Hefebrand

12.  Hefebrand jew spirtu tar-residwu tal-fond

(Il-kliem "jew spirtu tar-residwu tal-fond" għandhom jidhru fit-test b'tipa grassa biss jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament. L-għan tat-tieni parti tal-emenda huwa li jżid l-isem sħiħ tal-kategorija li tinsab nieqsa fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 12 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid jew residwu ta' frott fermentat.

(a)  Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid jew residwu tal-fond ta' frott fermentat.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 12 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  Il-Hefenbrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

(Il-kelma "Hefebrand" għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    136

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.  Bierbrand jew eau de vie de bière

13.  Bierbrand jew eau de vie de bière

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 13 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Il-Bierbrand jew l-eau-de-vie de bière jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

(Il-kliem "Bierbrand jew eau-de-vie de bière" għandhom jidhru bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    138

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.  Topinambur

14.  Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm

(Il-kliem "l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm" għandhom jidhru fit-test b'tipa grassa biss jekk din l-emenda tiġi adottata)

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament. L-għan tat-tieni parti tal-emenda huwa li jżid l-isem sħiħ tal-kategorija li tinsab nieqsa fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 14 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

(Il-kelma "Topinambur" għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    140

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 15 – punt a - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola użati biex jipproduċu l-vodka għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 15 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37,5 %.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka ma għandhiex tkun inqas minn 37,5 % u mhux aktar minn 80 %.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 15 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  Il-vodka m'għandhiex tkun ikkulurita.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 15 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali għandhom juru l-indikazzjoni "magħmula minn ...", supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(d)  Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali jew mit-tnejn għandhom juru l-indikazzjoni "magħmula minn ...", supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ħassret ir-referenzi kollha għat-test u/jew fih. L-emenda tipprova żżomm il-metodi ta' produzzjoni tal-lum.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 15 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Il-vodka tista' tiġi miżjuda b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' sustanzi dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit ekwivalenti.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 15 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(db)  Alternattivament, id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tkun "vodka" fi kwalunkwe Stat Membru.

(Il-kelma "Vodka" għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    146

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a - punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  prodotta bil-maċerazzjoni ta' frott jew berries elenkati taħt il-punt (ii) kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott għal kull 100 kg ta' frott jew berries fermentat, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(i)  prodotta bil-maċerazzjoni ta' frott jew berries elenkati taħt il-punt (ii) kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott, jew kombinazzjoni tagħhom, għal kull 100 kg ta' frott jew berries fermentat, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlita fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    147

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt ii - punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  rowanberries (Sorbus aucuparia L.),

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Ġustifikazzjoni

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt ii - punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

–  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Ġustifikazzjoni

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt ii - inċiż 32a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Aronia (Aronia MEDIK.),

bird cherry (Prunus padus L.).

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-frott jew berries permessi għal din il-kategorija ta' prodott għandha tiġi ssupplimentata bil-materja prima msemmija.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 17 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) huwa xarba spirituża miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż, jew materjali ta' pjanti oħra bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(a)  Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) huwa xarba spirituża miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż, faqqiegħ jew materjali ta' pjanti oħra bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

Ġustifikazzjoni

Il-faqqiegħ mhuwiex materjal ta' pjanti u għaldaqstant irid jissemma separatament.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17.  Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata)

17.  Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata)

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 17 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  L-użu tat-terminu "-geist" preċedut minn terminu ieħor li mhuwiex frott jibqa' permess bħala isem imaġinattiv fil-qasam tax-xorb spirituż.

Ġustifikazzjoni

B'hekk l-ismijiet ta' spirti bħal "spirtu tal-belt" jew "spirtu tal-palazz" se jiġu permessi.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 19 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil taħlita tagħhom

(a)  Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil kombinazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlita fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    154

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.  Gin

20.  Gin

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21.  Gin distillat

21.  Gin distillat

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 21 – punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  it-taħlit tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta’ taħwir kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.

(ii)  il-kombinazzjoni tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi aromatizzanti jew il-preparazzjonijiet aromatizzanti kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlita fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    157

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

22.  London Gin

22.  London Gin

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 22 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu "dry".

(c)  It-terminu London gin jista' jinkorpora t-terminu "dry".

Ġustifikazzjoni

Dan l-aġġustament fil-formulazzjoni jirrifletti aħjar il-prattika attwali u se jżid il-flessibbiltà.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

24.  Akvavit jew aquavit

24.  Akvavit jew aquavit

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 26 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

26.  Pastis

26.  Pastis

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 27 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27.  Pastis de Marseille

27.  Pastis de Marseille

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 28 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

28.  Anis

28.  Anis

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 28 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis għandha tkun ta' 37 %.

(b)  Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis għandha tkun ta' 35 %.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' żball tipografiku fil-proposta.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 29 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

29.  Anis ddistillata

29.  Anis ddistillata

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 30 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

30.  Xorb spirituż b'togħma morra jew bitter

30.  Xorb spirituż b'togħma morra jew bitter

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 30 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Ix-xorb spirituż b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira huma xorb spirituż b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jitħawwar b'sustanzi ta' taħwir.

(a)  Ix-xorb spirituż b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira huma xorb spirituż b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jitħawwar b'sustanzi aromatizzanti jew preparazzjonijiet aromatizzanti jew it-tnejn.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' ommissjoni fil-proposta.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 31 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Il-kontenut massimu taz-zokkor ta' vodka aromatizzata għandu jkun ta' 100 gramma għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 31 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(db)  It-terminu "vodka" f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni jista' jiġi sostitwit b'"vodka".

(It-tieni kelma "vodka" għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    169

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 32 – punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew taħlita tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

(ii)  prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew kombinazzjoni tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlita fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    170

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 32 – punt d – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Alternattivament, id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tkun "likur" fi kwalunkwe Stat Membru.

(Il-kelma "likur" għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda    171

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 32 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Id-denominazzjoni tal-bejgħ "likur" tista' tiġi ssupplimentata wkoll bl-isem tal-aroma jew tal-oġġett tal-ikel użat fil-preparazzjoni tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u komparabbli mal-ispirtu tal-frott (Punt 9 - Punt f ta' dan l-Anness), fid-definizzjoni ta' likur għandu jiġi speċifikat li l-isem kummerċjali jista' jiġi ssupplimentat ukoll bl-isem tal-aroma jew tal-oġġett tal-ikel użat.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

34.  Crème de cassis

34.  Crème de cassis

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

35.  Guignolet

35.  Guignolet

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 36 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

36.  Punch au rhum

36.  Punch au rhum

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 37 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

37.  Sloe gin

37.  Sloe gin

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

38.  "Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán"

31a.  "Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán"

(Il-kategorija dwar "Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán" għandha titressaq bejn il-kategoriji 31 "vodka" u 32 "likur".)

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament. Il-pożizzjoni ta' din il-kategorija fl-Anness II mhijiex korretta. Il-kategoriji wara l-kategorija 32 "Likur" huma kollha likuri, u f'dan il-każ partikolari mhuwiex dejjem likur. Dan jiddependi minn kemm ikun fih zokkor.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 39 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

39.  Sambuca

39.  Sambuca

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 39 – punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  ikollu kontenut minimu ta' zokkor ta' 370 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

(ii)  ikollu kontenut minimu ta' zokkor ta' 350 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' żball tipografiku fil-proposta.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 40 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

40.  Maraschino, Marrasquino jew Maraskino

40.  Maraschino, Marrasquino jew Maraskino

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 41 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

41.  Nocino

41.  Nocino

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

42.  Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

42.  Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(a)  Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali. Fil-każ li jintuża bajd li ma jkunx bajd tat-tiġieġ tal-ġeneru Gallus Gallus, dan għandu jiġi indikat fit-tikketta.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlita fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    183

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Sustanzi ta' taħwir u preparazzjonijiet ta' taħwir biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

(c)  Ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, sustanzi naturali aromatizzanti u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

Ġustifikazzjoni

Skont il-metodi tradizzjonali, it-togħma tal-likur tal-bajd ta' spiss tiġi mirquma bil-ħalib jew bil-krema. Dawn il-prodotti tal-ikel mhumiex aromatizzanti skont ir-regoli tal-UE dwar l-aromatizzanti. L-emenda hija maħsuba biex ikunu possibbli l-metodi tradizzjonali ta' produzzjoni. L-istatus quo huwa li ma' likur tal-bajd jistgħu jiżdiedu biss aromatizzanti naturali u mhux anki oħrajn li kienu jitqiesu identiċi għal dawk naturali jew aromatizzanti artifiċjali.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  Tista' tintuża krema fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 43 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew xarba spirituża, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tagħha huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(a)  Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tagħha huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel irid ikun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mad-definizzjoni ta' taħlita fl-Artikolu 2(1)(3).

Emenda    186

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 44 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

44.  Mistrà

44.  Mistrà

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 45 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

45.  Väkevä glögi jew spritglögg

45.  Väkevä glögi jew spritglögg

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 46 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

46.  Berenburg jew Beerenburg

46.  Berenburg jew Beerenburg

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hija li l-isem tal-kategorija tax-xarbiet spiritużi jinkiteb bil-korsiv fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-abbozz ta' Regolament.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Anness II - Parti II - punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Guignolet Kirsch huwa prodott fi Franza u jinkiseb billi jitħalltu l-guignolet u l-kirsch, b'mod li proporzjon minimu ta' 3 % tal-alkoħol pur totali fil-prodott finali jiġi mill-kirsch. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Guignolet Kirsch għandha tkun ta' 15 %. Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni, il-kelma "Guignolet" għandha tidher fil-preżentazzjoni u t-tikketta b'karattri tal-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja tal-kelma "Kirsch" u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni alkoħolika għandha tinkludi indikazzjoni tal-perċentwal skont il-volum ta' alkoħol pur li l-guignolet u l-kirsch jirrappreżentaw fil-kontenut ta' alkoħol pur totali skont il-volum tal-Guignolet Kirsch.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li jkun hemm regoli speċifiċi għall-Guignolet-Kirsch bl-istess mod bħar-Rum Verschnitt u s-Slivovice.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS IIa

METODU TA' INVEKKJAMENT DINAMIKU MAGĦRUF BĦALA "CRIADERAS Y SOLERA"

Il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala "criaderas y solera" jikkonsisti fit-twettiq ta' estrazzjonijiet perjodiċi ta' porzjon tal-brandy li jinsab f'kull wieħed mill-bittijat u l-kontenituri tar-ruvru li jiffurmaw skala ta' invekkjament u r-rifornimenti korrispondenti bil-brandy estratti mill-iskala ta' invekkjament preċedenti.

Definizzjonijiet

Skali ta' invekkjament: Kull grupp ta' bittijat u kontenituri tar-ruvru bl-istess livell ta' maturità, li fihom il-brandy jimxi 'l quddiem fil-proċess ta' invekkjament tiegħu. Kull skala hija magħrufa bħala "criadera", ħlief l-aħħar waħda, li tiġi qabel l-ispedizzjoni tal-brandy, magħrufa bħala "solera".

Estrazzjoni: Volum parzjali tal-brandy meħud minn kull bettija u kontenitur tar-ruvru fi skala ta' invekkjament, għall-inkorporazzjoni tiegħu fil-bettijat u l-kontenituri tar-ruvru fl-iskala ta' invekkjament li jmiss jew, fil-każ tas-solera, għall-ispedizzjoni tiegħu.

Riforniment: Volum tal-brandy mill-bettijat u l-kontenituri tar-ruvru ta' skala ta' invekkjament partikolari li huwa inkorporat fi u mħallat mal-kontenut tal-bettijat u l-kontenituri tar-ruvru tal-iskala li jmiss f'termini tal-invekkjament.

Invekkjament medju: Perjodu ta' żmien li jikkorrispondi għar-rotazzjoni tal-istokk totali tal-brandy li għaddej mill-proċess ta' invekkjament, ikkalkulat bħala l-frazzjoni bejn il-volum totali tal-brandy li jinsab fl-iskali kollha ta' invekkjament u l-volum tal-estrazzjonijiet li jsiru mill-aħħar skala –is-solera– f'sena.

L-invekkjament medju tal-brandy meħud mis-solera jista' jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja: ̅ = Vt/Ve

Fejn:

  huwa l-invekkjament medju, espress fi snin

  Vt huwa l-volum totali tal-iskokkijiet fil-metodu ta' invekkjament, espress f'litri ta' alkoħol pur.

  Ve huwa l-volum totali tal-prodott estratt għat-tbaħħir matul sena, espress f'litri ta' alkoħol pur.

Invekkjament medju minimu. Fil-każ ta' bettijat u kontenituri tar-ruvru ta' inqas minn 1 000 litru, in-numru tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun ugwali għal jew inqas mid-doppju tan-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-iżgħar komponent għandu età ugwali għal jew akbar minn 6 xhur.

Fil-każ ta' bettijat u kontenituri tar-ruvru ta' 1 000 litru jew aktar, in-numru tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun ugwali għal jew inqas min-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-iżgħar komponent ikollu età ugwali għal jew aktar minn sena.

Ġustifikazzjoni

Relatata mal-emenda mressqa għall-Artikolu 11(3a) ġdid.

(1)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni ppubblikat l-abbozz ta' regolament dwar xorb spirituż f'Diċembru 2016 bil-għan li tallinja l-qafas legali attwali mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Ir-rapporteur hija favur allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar xorb spirituż mat-Trattat ta' Lisbona. Madankollu hi tqis li huwa importanti li l-prerogattivi li l-Parlament diġà kellu taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ jinżammu fi kwalunkwe proċess ta' allinjament. Ir-rapporteur tilqa' x-xogħol li sar mill-Kummissjoni, iżda tħoss li l-emendi huma meħtieġa f'ċerti punti speċifiċi sabiex jiġu ssalvagwardjati dawn id-drittijiet. Hi tħoss ukoll li s-setgħat ta' delega mogħtija lill-Kummissjoni għandhom ikunu ristretti għal perjodu ta' ħames snin li jista' jiġġedded.

Il-bażi legali hija l-uniku qasam fil-proposta fejn hemm bidla sinifikanti tar-Regolament fis-seħħ. Ir-rapporteur tħoss li l-introduzzjoni tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE hija għażla għaqlija ħafna li tiġbed l-attenzjoni fuq l-għeruq agrikoli ta' din il-leġiżlazzjoni. Filwaqt li x-xorb spirituż jirrappreżenta opportunità importanti ħafna għall-produzzjoni agrikola tal-UE minħabba l-kwantità u kwalità tiegħu, l-alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż irid ikun ta' oriġini agrikola.

F'dak li jirrigwarda l-modifika tal-Kapitolu III dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi, ir-rapporteur taqbel mal-Kummissjoni li l-iskemi differenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea jridu jiġu armonizzati. Madankollu, hi tħoss li għandu jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tax-xorb spirituż. Barra minn hekk, indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti, li għalihom diġà ġie ppreżentat fajl tekniku korrispondenti, iridu jkunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi mir-Regolament il-ġdid u ma jridx ikun hemm xi mod kif dawn jistgħu jitilfu l-protezzjoni tagħhom wara li r-Regolament il-ġdid jidħol fis-seħħ.

B'kunsiderazzjoni tal-armonizzazzjoni, il-proposta tissostitwixxi l-Anness III tar-Regolament 110/2008 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi b'reġistru elettroniku, simili għal dak stabbilit għal denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid u l-prodotti alimentari. Filwaqt li r-rapporteur tista' tappoġġa dan il-pass u tifhem ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni neħħiet l-Anness III, hi tqis li, minħabba l-importanza tar-reġistru, il-Parlament irid ikun involut f'kull tibdil magħmul lil dan ir-reġistru.

L-Artikolu 13 tal-proposta jistipula li t-termini li jidhru bil-korsiv fl-Anness II m'għandhomx jiġu tradotti lanqas fuq it-tikketta jew fil-preżentazzjoni tax-xarba spirituża. Ġew introdotti emendi tekniċi u aġġustati t-titoli tal-kategoriji tax-xorb spirituż fl-Anness II fl-interess ta' ċarezza akbar meta tkun qed issir konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 13.

Fl-aħħar ġew introdotti emendi tekniċi fl-Anness II biex jikkoreġu omissjonijiet jew inkonsistenzi fir-Regolament fis-seħħ

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (11.10.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

(COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nicola Danti

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan ewlieni tal-proposta għal Regolament inkwistjoni hu dak li l-leġiżlazzjoni attwali tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), bl-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni, skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE.

Madankollu, ir-rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni tfittex li timmodifika numru ta' dispożizzjonijiet essenzjali tal-bażi leġiżlattiva u li tintroduċi oħrajn ġodda, li jista' jkollhom impatti potenzjali fuq l-oqsma ta' kompetenza tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali.

Is-settur tax-xorb spirituż jikkostitwixxi wieħed mill-aktar setturi importanti ta' esportazzjoni Ewropea ta' prodotti agroalimentari, u li ammonta għal aktar minn EUR 10 biljun fl-2016, jiġifieri madwar 8 % tal-ammont tal-esportazzjoni totali.

F'dan il-kuntest, għalhekk tajjeb li wieħed ifakkar dwar l-importanza tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IG), li anke fis-settur tax-xorb spirituż, jirrappreżentaw strument għall-protezzjoni tal-karattru partikolari u tal-kwalità tal-prodotti lokali, reġjonali u nazzjonali tal-UE, li b'hekk jgħinu biex jinżammu ħajjin il-ħiliet u l-impjiegi tradizzjonali, u wkoll biex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara dwar il-kwalitajiet ta' valur miżjud ta' dawn il-prodotti.

Dawn saru strument ewlieni tal-politika kummerċjali Ewropea, li permezz tagħha jinkisbu l-istess livelli ta' protezzjoni għall-prodotti kemm 'il barra mill-UE, kif ukoll fi ħdanha, u billi jiffaċilitaw l-aċċess ta' prodotti ta' kwalità Ewropej fis-swieq ta' pajjiżi terzi.

Bħal kull forma ta' proprjetà intelletwali, l-ismijiet ġeografiċi protetti jistgħu wkoll jiġu abbużati. Sabiex tinkiseb is-salvagwardja sħiħa tar-reputazzjoni tax-xorb spirituż kemm fis-swieq interni u f'dawk globali, jinħtieġu miżuri aktar effettivi li jissalvagwardjaw kontra l-falsifikazzjoni u l-prattiċi frodulenti.

B'kunsiderazzjoni ta' dan, ir-rapporteur tqis li jkun tajjeb jekk jiġu adottati dispożizzjonijiet fl-oqfsa regolatorji li jkollhom l-għan li jestendu l-istess grad ta' protezzjoni statutorja kontra l-użu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ffalsifikati fit-territorju tal-UE, anke jekk dawn ma jkunux destinati għal dħul fis-suq intern.

Fl-2014, kien stmat li l-valur ta' prodotti frodulenti li kisru l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kien ta' madwar EUR 4,3 biljun, jiġifieri madwar 9 % tas-suq intern totali tal-UE għal prodotti protetti b'dan il-mod. F'termini ta' valur totali ta' dawn il-prodotti, ix-xorb spirituż hu s-settur bl-ogħla livell ta' ksur.

Għalhekk hu essenzjali li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu aġġornati, bil-għan li tal-anqas jinżamm il-livell ta' protezzjoni garantit mil-leġiżlazzjoni attwali u li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-ottimizzar tas-settur.

B'kunsiderazzjoni ta' dan, ir-rapporteur tqis xieraq li terġa' tiddaħħal id-dispożizzjoni li tipprevedi l-possibbiltà li x-xorb spirituż destinat għall-esportazzjoni jkollu fuq it-tikketta mhux biss l-isem oriġinali tal-indikazzjoni ġeografika, iżda wkoll traduzzjoni tagħha, anke f'lingwa differenti minn lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, meta din tintalab mil-leġiżlazzjoni ta' Stat terz. Fl-istess ħin ir-rapporteur temmen li dan se jieħu fit-tul wisq jekk ikun possibbli biss permezz tal-adozzjoni ta' atti delegati mill-Kummissjoni.

Żgur li mertu pożittiv tal-proposta hu dak li jiddaħħal Reġistru Elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha għax-xorb spirituż. Effettivament, ir-reġistru jista' jservi ta' strument innovattiv, dinamiku u trasparenti u wkoll aċċessibbli b'mod faċli. Għandu jkollu l-istess saħħa legali bħall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u għandu jinkludi b'mod awtomatiku l-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati u jkun akkumpanjat minn speċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-anness. Jista' jinkludi wkoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi użati f'pajjiżi terzi u protetti fl-Unjoni Ewropea permezz ta' ftehim internazzjonali, ladarba dawn il-pajjiżi jkunu jixtiequ hekk. Ir-rapporteur tqis li dan hu element ta' negozjar importanti li jista' jintuża fil-qafas tan-negozjati kummerċjali ma' pajjiżi terzi li diġa' urew sinjali ta' interess f'dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis xieraq li l-Kummissjoni tingħata setgħat delegati għal żmien stabbilit ta' ħames snin, u bil-possibbiltà li jiġġeddu għal perjodi bl-istess ammont ta' snin.

Is-setgħat ta' delega jingħataw fir-rigward ta' elementi essenzjali tar-Regolament, li dwarhom jenħtieġ li jkun hemm kollaborazzjoni aktar wiesa' u skambju liberu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Parlament u l-Kummissjoni, sabiex taqdi aħjar il-bżonnijiet u l-interessi tas-settur.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis li l-allinjament mat-TFUE għandu kemm jista' jkun jiżgura livelli ta' protezzjoni u ta' valorizzazzjoni tal-inqas ekwivalenti għar-regolament li hemm fis-seħħ bħalissa.

Barra minn hekk, fid-dawl ta' perspettiva aktar wiesgħa, ir-rapporteur tqis li hu xieraq li jkun żviluppat qafas leġiżlattiv kemm jista' jkun uniformi dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi fl-UE, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti. Dan għandu jkompli jsaħħaħ u jqawwi l-koerenza tal-pożizzjoni tal-UE fil-livell internazzjonali dwar din il-kwistjoni, u partikolarment fin-negozjati ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Indikazzjonijiet bħal dawn dwar l-oriġini għandhom ukoll jikkonformaw ma' kriterji armonizzati. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post tac provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż.

(15)  F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ ("il-Ftehim TRIPS"), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ("il-Ftehim GATT") li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE.12

(17)  Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ ("il-Ftehim TRIPS"), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ ("il-Ftehim GATT") partikolarment l-Artikolu V tiegħu dwar il-libertà ta' tranżitu, li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE.12 Fi ħdan dak il-qafas legali, u sabiex tkun żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż, inkluż l-ippakkjar, u ġlieda aktar effikaċi kontra l-iffalsifikar, għandha tiddaħħal fis-seħħ faċilità li tippermetti s-sekwestru ta' spirti li jkunu suspettati li qed jiksru dawn ir-rekwiżiti ta' protezzjoni, u li jinsabu fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Doganali, irrispettivament mis-suq ta' destinazzjoni aħħari.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni, metodu ta' pproċessar u produzzjoni tradizzjonali jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(19)  Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri simili użati għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli jinħtieġ jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jkun trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli, u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008. L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jinħtieġ li jiġu reġistrati b'mod awtomatiku mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jinħtieġ li tlesti l-verifika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Annness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, bi qbil mal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

(22)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, filwaqt li titqies l-importanza tal-prattiki tradizzjonali, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  “Speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom;

(7)  “Speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom u li jikkorrispondi mal-fajl tekniku stipulat fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru. 110/2008;

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti delegati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

L-atti delegati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott, filwaqt li titqies l-importanza ta' prattiki tradizzjonali;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż tal-kategoriji 15 sa 47 tal-Parti I tal-Anness II, din tista' tinbiegħ taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ rilevanti previsti f'dawk il-kategoriji.

3.  Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż tal-kategoriji 1 sa 47 tal-Parti I tal-Anness II, din tista' tinbiegħ taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ rilevanti previsti f'dawk il-kategoriji.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  b'termini indikati fl-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

(b)  bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 supplimentati bit-terminu "togħma" jew kwalunkwe termini simili oħra jistgħu jintużaw biss biex jirreferu għal aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew għall-użu tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġett tal-ikel għajr xarba. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu l-aromatizzanti.

imħassar

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-pajjiż jew it-territorju ta' oriġini skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

1.  Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tirreferi għall-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tiegħu lix-xarba spirituża.

16 Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fil-każ ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni u maħsub għall-esportazzjoni, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini bil-korsiv indikati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu ripetuti wkoll, iżda mhux mibdula minn lingwa li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea meta dan ikun rekwiżit skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz ta' importazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

1.  Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-konsumaturi jiġu protetti u li jitqiesu l-prattiki tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti ddelegati b'konformità mal-Artikolu 43 rigward derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar li hemm f'dan il-Kapitolu.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal”' jew xi espressjonijiet simili;

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, "għamla", “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal”' jew xi espressjonijiet simili;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ intern jew estern, il-materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-imballaġġ tal-prodott f'kontenitur li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, l-ingredjenti, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fil-preżentazzjoni jew fit-tikketta tal-prodott, li tista' tagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi estiża għall-prodotti, inkluż l-ippakkjar tagħhom, li jiġu minn pajjiżi terzi u li jiddaħħlu, matul il-proċess tal-kummerċ, fl-Unjoni mingħajr ma jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  l-isem li għandu jiġi protett bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

a)  l-isem li għandu jiġi reġistrat bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

5.  Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 12-il xahar. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jaqbeż il-perjodu ta' sitt xhur mir-riċeviment tal-applikazzjoni. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 18, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżitorju ta' mhux aktar minn ħames snin biex jippermettu xorb spirituż li joriġina fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li l-isem tiegħu jikser l-Artikolu 18(2) biex ikompli juża d-denominazzjoni li taħtha kien ikkumerċjalizzat, bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 21(3) jew l-Artikolu 24 turi li r-reġistrazzjoni tal-isem ma theddidx l-eżistenza ta':

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 18, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżitorju ta' mhux aktar minn sentejn biex jippermettu xorb spirituż li joriġina fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li l-isem tiegħu jikser l-Artikolu 18(2) biex ikompli juża d-denominazzjoni li taħtha kien ikkumerċjalizzat, bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 21(3) jew l-Artikolu 24 turi li r-reġistrazzjoni tal-isem ma theddidx l-eżistenza ta':

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

1.  Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, sabiex tirrifjuta l-applikazzjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jirreġistraw l-isem.

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, sabiex tirreġistra l-isem.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk ikun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; or

(a)  jekk ikun intlaħaq ftehim, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, biex tirreġistra l-isem u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; or

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

(b)  jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, sabiex tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, meta l-applikazzjonijiet għal emenda jinvolvu emenda waħda jew aktar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jkunu relatati mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, jibdlu r-rabta msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 19, jinkludu bidla fl-isem, jew fi kwalunkwe parti tal-isem tax-xarba spirituża, jaffettwaw iż-żona ġeografika definita jew jirrappreżentaw żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew tal-materja prima tiegħu, l-Istat Membru għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal emenda lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u l-applikazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 27.

Madankollu, meta l-applikazzjonijiet għal emenda jinvolvu emenda waħda jew aktar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jkunu relatati mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott, jibdlu r-rabta msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 19, jinkludu bidla fl-isem, jew fi kwalunkwe parti tal-isem tax-xarba spirituża, jaffettwaw iż-żona ġeografika definita jew jirrappreżentaw żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew tal-materja prima tiegħu, l-Istat Membru għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal emenda lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u l-applikazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 27. Fir-rigward ta' pajjiżi terzi, l-emenda għandha tiġi approvata bi qbil mas-sistema fis-seħħ f'dawk il-pajjiżi terzi.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

3.  L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka unikament fuq l-emenda proposta.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

imħassar

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti leġiżlattivi li jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. (“ir-Reġistru”).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jistabbilixxu, jipprovdu għaż-żamma u jaġġornaw reġistru elettroniku trasparenti u komprensiv tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. ("ir-Reġistru"), li jieħu post u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat att delegat li jawtorizza din l-inklużjoni f'taqsima separata.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk il-produzzjoni jew l-istadji tal-preparazzjoni li jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

3.  Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk l-istadji jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-reġistrazzjoni ta' trademark li jkollha fiha jew tikkonsisti minn indikazzjoni ġeografika elenkata fir-Reġistru għandha tiġi miċħuda jew invalidata jekk l-użu tagħha jkun iwassal għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(2).

1.  Ir-reġistrazzjoni ta' trademark għandha tiġi miċħuda jekk l-użu tagħha jkun iwassal għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 18(2).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti

Setgħat fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati eżistenti

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess, tikkanċella l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

2.  Sad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess, tikkanċella r-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika protetta mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

5.  L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika reġistrata mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

imħassar

(a)   il-kriterji addizzjonali għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika; and

(b)   ir-restrizzjonijiet u d-derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

Referenzi

COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.12.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.12.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nicola Danti

23.1.2017

Eżami fil-kumitat

3.5.2017

11.7.2017

Data tal-adozzjoni

12.10.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Karoline Graswander-Hainz, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Nicola Danti, Edouard Ferrand, Seán Kelly, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Pedro Silva Pereira, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Patricia Lalonde, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

Tiziana Beghin, David Borrelli

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Salvatore Cicu, Seán Kelly, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Fernando Ruas, Paul Rübig, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Nicola Danti, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira

Verts/ALE

Klaus Buchner

0

-

--

--

3

0

ENF

Edouard Ferrand, France Jamet, Matteo Salvini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (13.10.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

(COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Angélique Delahaye

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-sistema tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi hija sfida kbira għall-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. Permezz tagħha, l-Unjoni mhux biss tikseb il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ta' kwalità tagħha fis-swieq esterni, iżda tinkoraġġixxi wkoll lill-pajjiżi terzi jistabbilixxu sistemi ekwivalenti.

Storikament, ix-xorb spirituż jirrappreżenta parti kbira mill-esportazzjonijiet Ewropej b'eċċess kummerċjali annwali ta' madwar 10 biljun euro u aktar minn miljun impjieg marbuta ma' dan is-settur. Ix-xorb spirituż huwa fost l-ewwel prodotti li bbenefikaw mill-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ta' kwalità. Sabiex jiġi żviluppat is-settur tax-xorb spirituż, l-Unjoni Ewropea waqqfet qafas ġuridiku li jippermetti l-iżgurar tal-armonizzazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ispirti fl-Unjoni Ewropea kollha bl-adozzjoni fil-15 ta' Jannar 2008 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż. Dan ir-Regolament japplika għax-xorb spirituż kollu, kemm jekk prodott f'pajjiż tal-UE kif ukoll jekk f'pajjiż terz.

Wara t-Trattat ta' Lisbona fl-2009, il-Kummissjoni Ewropea varat proġett ta' allinjament tat-testi li jikkonċernaw l-agrikoltura. Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa l-aħħar wieħed li għadu ma għaddiex minn dan il-proċess. Għalhekk, fl-1 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill u lill-Parlament Regolament ġdid li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Ir-Regolament tal-2008 ntlaqa' tajjeb mill-professjonisti tas-settur. Fil-proposta għat-test tagħha, il-Kummissjoni tieħu approċċ komprensiv ta' modernizzazzjoni li jintlaqa' tajjeb. Hi tagħti wkoll prerogattivi ġodda permezz ta' atti ta' applikazzjoni u tintroduċi emendi sostanzjali.

Ir-rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni għandha tkun limitata għall-modernizzazzjoni tat-test tal-2008, għall-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet ġodda għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall-emendar kemm jista' jkun minimu tat-test tal-2008. Huwa f'dan is-sens li r-rapporteur tipproponi l-opinjoni tagħha dwar it-test lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

Ir-rapporteur tixtieq tfakkar lill-kollegi tagħha tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali li dan jirrigwarda regolament dwar it-tikkettar tekniku u kummerċjali tax-xorb spirituż u mhux regolament dwar is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumaturi quddiem il-perikli relatati mal-konsum eċċessiv. Għalhekk, ir-rapporteur tistieden lill-membri kollegi tagħha biex fl-emendi tagħhom jibqgħu kemm jista' jkun qrib l-iskop tat-test.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni ta' prattika qarrieqa u l-kisba ta' trasparenza fis-suq u ta' kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità u r-reputazzjoni ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agrikolu għandha tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

(3)  Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni ta' prattika qarrieqa u l-kisba ta' trasparenza fis-suq u ta' kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija rregolata mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c u hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità, is-sikurezza u r-reputazzjoni ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agroalimentari għandha tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

____________________________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel

1b Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

1c Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż jikkostitwixxu każ speċjali meta mqabbel mar-regoli ġenerali stipulati għas-settur agroalimentari. Il-karatteristiċi speċjali f'dan il-każ jirrelataw mal-fatt li l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali jibqgħu jinżammu ħajjin, li x-xorb spirituż huwa marbut mill-qrib mas-settur agrikolu, l-użu ta' prodotti ta' kwalità għolja u l-impenn biex tiġi protetta s-sikurezza tal-konsumatur, li s-settur tax-xorb spirituz qed iwiegħed li qatt mhu se jabbanduna.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Dan għandu jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

(4)  Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, mingħajr preġudizzju għall-varjetajiet ta' lingwi u alfabeti uffiċjali fl-Unjoni. Dan għandu jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  L-Istati Membri huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata dwar l-applikazzjoni tar-regoli relatati fl-Istati Membri, sabiex ikun jista' jeżisti qafas adegwat li jippermetti li l-ispirti kontrofatti jitneħħew mis-suq.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17b)  Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tiġi estiża għall-prodotti, inkluż l-ippakkjar tagħhom, li joriġinaw f'pajjiżi terzi u li jiddaħħlu, matul il-proċess tal-kummerċ, fl-Unjoni mingħajr ma jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni, metodu tradizzjonali ta' proċessar u produzzjoni, jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

_________________

_________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Huwa xieraq li x-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika li jkun ibbażat fuq inbejjed mingħajr indikazzjoni ta' oriġini protetta, u jkun irreġistrat f'dan ir-Regolament, għandu jgawdi mill-istess għodod tal-ġestjoni dwar il-potenzjal tal-produzzjoni bħal dawk li huma disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

_______________________

1aIr-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li r-regolament jiġi allinjat mal-abbozz ta' opinjoni dwar l-hekk imsejħa proposta Omnibus għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif adottat mill-Kumitat għall-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew fit-3 ta' Mejju 2017.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(19)  Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jkun trasparenti u eżawrjenti, u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008. L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jiġu reġistrati b'mod awtomatiku mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-verifika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Annness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, bi qbil mal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Sabiex tiġi ggarantita bis-sħiħ l-osservanza tad-dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż, għandha tiġi vverifikata l-opportunità ta' regolament li ma jħallix it-tranżitu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi foloz ta' dan ix-xorb fit-territorju tal-Unjoni, anke fil-każ li dawn ma jkunux destinati biex jitpoġġew għal ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, u l-Kummissjoni għandha tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

(20)  Iż-żamma ta' standard għoli ta' kwalità hija essenzjali jekk iridu jinżammu r-reputazzjoni u l-valur tas-settur. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-istandard jinżamm permezz tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità sabiex taċċerta ruħha li din tkun qed tiġi infurzata b'mod uniformi. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

(22)  Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, filwaqt li titqies l-importanza li jiġu rrispettati l-prattiki tradizzjonali, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jew direttament bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)  jew direttament bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin, individwalment jew f'kombinazzjoni:

Ġustifikazzjoni

Irid jiġi żgurat li l-flessibilità mogħtija minn "u/jew" fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tinżamm f'dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew taħlitiet tiegħu fis-sens ta' dan ir-Regolament,

-  il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew kombinazzjoni tagħhom fis-sens ta' dan ir-Regolament,

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – inċiż 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  iż-żieda ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed minn dan li ġej:

-  iż-żieda ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet ta' "xarba spirituża" ma ġewx inkorporati b'mod korrett mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u r-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 716/2013. Ir-rapporteur tipproponi li jiġu kkoreġuti ċerti definizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt ii – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(ii)  billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet ta' "xarba spirituża" ma ġewx inkorporati b'mod korrett mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u r-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 716/2013. Ir-rapporteur tipproponi li jiġu kkoreġuti ċerti definizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "taħlita" tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(3)  "taħlita" tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' taħlita, sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar it-tikkettar u sabiex ir-regolament isir applikabbli mill-operaturi u s-servizzi ta' spezzjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "terminu kompost" tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta' denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta' indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(4)  "terminu kompost" tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta' denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta' indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet ta' "xarba spirituża" ma ġewx inkorporati b'mod korrett mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u r-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 716/83. Ir-rapporteur tipproponi li jiġu kkoreġuti ċerti definizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 110/2008.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "allużjoni" tfisser referenza diretta jew indiretta għal xarba spirituża waħda jew aktar elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew indikazzjonijiet ġeografiċi, għajr ir-referenza f'terminu kompost jew lista ta' ingredjenti msemmija fl-Artikolu 8(6);

(5)  "allużjoni" tfisser referenza diretta jew indiretta għal xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew indikazzjonijiet ġeografiċi, għajr ir-referenza f'terminu kompost jew lista ta' ingredjenti msemmija fl-Artikolu 8(6);

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta' taħlita, sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli dwar it-tikkettar u sabiex ir-regolament isir applikabbli mill-operaturi u s-servizzi ta' spezzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "indikazzjoni ġeografika" tfisser indikazzoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

(6)  "indikazzjoni ġeografika" tfisser indikazzoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni, metodu tradizzjonali tal-ipproċessar jew tal-produzzjoni, jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "Speċifikazzjoni tal-prodott" tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom;

(7)  "Speċifikazzjoni tal-prodott" tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom u li jikkorrispondi "mal-iskeda teknika", skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

1.  L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

2.  Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Fejn jiġu kkumerċjalizzati l-alkoħol etiliku jew distillati ta' oriġini agrikola, il-materja prima li minnha ttieħdu għandha tiġi speċifikata fid-dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-prodott.

Ġustifikazzjoni

Kif mitlub f'din l-emenda, il-materja prima użata biex jiġu prodotti l-alkoħol etiliku jew distillati ta' oriġini agrikola għandha titniżżel fid-dettall fid-dokumenti elettroniċi li jakkumpanjawhom sabiex tiġi ggarantita t-traċċabilità sħiħa u jkun impossibbli li jiġu evitati r-regoli. Is-sustanzi kkonċernati jistgħu jintużaw ukoll fil-produzzjoni ta' xorb spirituż ieħor li jimponu l-użu esklużiv ta' alkoħol jew distillati meħuda minn materja prima speċifika.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġi dolċifikat biss skont il-punt (3) tal-Anness I u sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott.

(e)  jiġi dolċifikat biss skont il-punt (3) tal-Anness I u sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott, filwaqt li jitqiesu t-tradizzjoni u l-leġiżlazzjoni speċifika ta' kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Peress li t-"tirqim" ta' prodotti tradizzjonali, s'issa kien irregolat minn regoli nazzjonali, hemm bżonn ta' kjarifika fil-proposta tal-Kummissjoni, f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament 110/2008 attwalment fis-seħħ.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I u b'kont meħud tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri.

(e)  jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I u b'kont meħud tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri. F'kull każ, il-kontenut taz-zokkor għandu jiġi stabbiliti għal kull kategorija ta' prodott.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe tentattiv biex jiġi armonizzat il-kontenut taz-zokkor jista' jkun ta' ħsara għall-prattiki tradizzjonali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

imħassar

(a) l-emenda tad-definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I;

(b) l-emenda tar-rekwiżiti tal-kategoriji ta' xorb spirituż prevista fil-Parti I tal-Anness II u r-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

L-atti delegati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

Ġustifikazzjoni

L-emendar, kemm tal-Anness I, li jistabbilixxi d-definizzjonijiet tekniċi, kif ukoll tal-Anness II, dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż, inkluża ż-żieda ta' kategoriji ġodda, huwa kwistjoni ferm sensittiva u l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar setgħa biex jindirizzawha.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar iż-żieda ta' kategoriji ġodda ta' xorb spirituż fl-Anness II.

imħassar

Kategorija ġdida tista' tiġi miżjuda b'dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kummerċjalizzazzjoni ta' xarba spirituża b'isem partikolari u b'mod konformi mal-ispeċifikazzjonijiet teknikiċi uniformi huwa ekonomikament u teknikament meħtieġa biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u l-produtturi;

(b) ix-xorb spirituż għandu sehem sinifikanti tas-suq f'almenu Stat Membru wieħed;

(c) l-isem magħżul għall-kategorija l-ġdida għandu jkun jew isem użat estensivament jew fejn dan mhux possibbli, isem ta' natura deskrittiva, b'mod partikolari, b'referenza għall-materja prima użata għall-produzzjoni tax-xorb spirituż;

(d) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategorija l-ġdida għandhom jiġu stabbiliti u bbażati fuq evalwazzjoni ta' parametri eżistenti tal-kwalità u tal-produzzjoni użati fis-suq tal-Unjoni. Meta jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha tipi rispettata, kif ukoll għandhom jitqiesu dawk l-istandards internazzjonali rilevanti. Dawn għandhom jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta fost il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll ir-reputazzjoni għolja tax-xorb spirituż tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-qasam għandu jitqies bħala essenzjali u għalhekk ma għandux jitħalla l-użu ta' atti delegati biex dan jinbidel. L-atti delegati għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet ta' natura purament teknika u/jew amministrattiva: l-artikoli essenzjali, bħalma hu dan, għandhom ikunu riżervati għal proċedura trasparenti ta' kodeċiżjoni.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha, fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, dwar derogi mir-rekwiżiti ta' definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I, mir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta' xorb spirituż previsti fil-Parti I tal-Anness II u mir-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-qasam għandu jitqies bħala essenzjali u għalhekk ma għandux jitħalla l-użu ta' atti delegati biex dan jinbidel. L-atti delegati għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet ta' natura purament teknika u/jew amministrattiva: l-artikoli essenzjali, bħalma hu dan, għandhom ikunu riżervati għal proċedura trasparenti ta' kodeċiżjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Setgħa ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-livelli massimi għall-prodotti użati għat-tirqim tat-togħma elenkati fil-punti (3)(a) sa (f) tal-Anness I. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura [konsultattiva/ta' eżami] msemmija fl-Artikolu [Y][(y)]."

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż tal-kategoriji 15 sa 47 tal-Parti I tal-Anness II, din tista' tinbiegħ taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ rilevanti previsti f'dawk il-kategoriji.

3.  Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż imniżżlin fil-Parti I tal-Anness II, din tista' titqiegħed fis-suq taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ previsti f'dawk il-kategoriji.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III, jew supplimentati skont dispożizzjonijiet nazzjonali minn indikazzjoni ġeografika oħra sakemm dan ma jqarraq bil-konsumatur; or

(a)  supplimentati jew sostitwiti b'indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III, jew supplimentati skont dispożizzjonijiet nazzjonali mill-isem ta' referenza ġeografika oħra sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur; or

Ġustifikazzjoni

It-test tal-Kummissjoni jipprevedi li d-denominazzjoni tal-bejgħ ta' xorb spirituż tista' tiġi supplimentata jew sostitwita bl-isem ta' indikazzjoni ġeografika jew supplimentata bl-isem ta' "indikazzjoni ġeografika oħra". Madankollu, ir-repetizzjoni tat-terminu "indikazzjoni ġeografika" ma tippermettix fehim tajjeb tat-test. Ir-rapporteur tipproponi li t-test jiġi ċċarat.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk denominazzjoni tal-bejgħ tiġi supplimentata jew sostitwita skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f'dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

Jekk isem legali jiġi supplimentat jew sostitwit skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f'dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1); or

(a)  b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1), inklużi t-termini tradizzjonalment użati fl-Istati Membri biex jindikaw li prodott għandu denominazzjoni tal-oriġini protetta skont il-liġi nazzjonali; or

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li jiġi żgurat ir-rispett tas-sistemi ta' protezzjoni tal-kwalità ta' kull Stat Membru.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  b'termini indikati fl-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

(b)  bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 supplimentati bit-terminu "togħma" jew kwalunkwe termini simili oħra jistgħu jintużaw biss biex jirreferu għal aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew għall-użu tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġett tal-ikel għajr xarba. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu l-aromatizzanti.

Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 supplimentati bit-terminu "togħma" jew kwalunkwe termini simili oħra jistgħu jintużaw biss biex jirreferu għal aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew għall-użu tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġett tal-ikel għajr xarba spirituża. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu l-aromatizzanti.

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex tiġi permessa l-assoċjazzjoni "togħma + isem il-kategorija" (mhux indikazzjoni ġeografika) għal xorb li mhuwiex xorb alkoħoliku.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f'aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta' dan l-oġġett tal-ikel; and

(a)  l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f'aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta' dan l-oġġett tal-ikel u alkoħol etiliku li joriġina minn xarba alkoħolika li ma tkunx xarba spirituża; and

Ġustifikazzjoni

Il-cocktails jista' jkun fihom xorb spirituż kif ukoll xorb alkoħoliku. Li jissemmew iż-żewġ tipi ta' alkoħol li jinsabu fil-prodott lest ma jkunx tqarriq bil-konsumaturi peress li 100 % tal-alkoħol ġej minn dawn iż-żewġ tipi ta' alkoħol.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ "xorb spirituż".

Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ "xorb spirituż". Din id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tkun murija b'mod ċar u viżibbli f'pożizzjoni prominenti fuq it-tikketta.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet invekkjatataħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti.

3.  Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm l-operazzjonijiet kollha tal-invekkjament tax-xarba spirituża jkunu saru taħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta reġistru pubbliku li jkun fih il-lista tal-korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-invekkjament f'kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba biex tiċċara li l-kontrolli fuq il-prodotti invekkjati għandhom isiru fuq bażi kontinwa u b'mod effikaċi, minflok ma jkunu sporadiċi jew ibbażati fuq kampjuni. Dan sabiex jitrażżnu l-fenomeni tal-falsifikazzjoni anke fuq prodotti invekkjati, peress li l-invekkjament jagħti valur miżjud lill-prodott u minħabba li din il-previżjoni tipproteġi l-legalità, il-kompetizzjoni ġusta u tħares lill-konsumatur aħħari.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ tal-brandy li ġie invekkjat bl-użu tas-sistema ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala "criaderas y solera", l-invekkjament medju tal-brandy, ikkalkulat kif deskritt fl-Anness IIa, jista' jissemma' biss fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar jekk l-invekkjament tal-brandy jkunu ġie ssuġġettat għal sistema ta' kontroll awtorizzata mill-awtorità kompetenti. Ir-referenzi fuq it-tikketta tal-brandy għall-invekkjament medju, espress fi snin, għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza għas-sistema "criaderas y solera".

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li l-produtturi tal-brandy invekkjat jitħallew jużaw il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala "criaderas y solera" biex jindikaw dan l-invekkjament medju, espress fi snin, fuq it-tikketti tagħhom. Il-konformità tkun iggarantita mill-operatur li huwa suġġett għall-metodu ta' kontroll awtorizzat mill-awtorità kkonċernata.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Il-perjodu ta' maturazzjoni jew ta' invekkjament u d-denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża għandhom ikunu mniżżla fid-dokumenti elettroniċi li jakkumpanjawha.

Ġustifikazzjoni

L-emenda qed titlob li l-informazzjoni rilevanti dwar xarba spirituża, bħad-denominazzjoni tal-bejgħ jew il-perjodu tal-invekkjament, tkun inkluża fid-dokumenti ta' akkumpanjament sabiex tkun żgurata traċċabbiltà akbar u sabiex jiġu evitati prattiki ħżiena li jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni bejn il-produtturi jew jagħtu informazzjoni qarrieqa lill-konsumaturi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-pajjiż jew it-territorju ta' oriġini skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16.

1.  Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju relevanti fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tiegħu lix-xarba spirituża.

_________________

16 Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.   Fil-każ ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni u maħsub għall-esportazzjoni, il-partikolaritajiet previsti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu ripetuti b'lingwa li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta jista' jintuża għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż.

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjoni ġeografika reġistrata jista' jintuża għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

1.  Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur u jitqiesu l-prattiki tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-regolament skont l-Artikolu 43 dwar:

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti ddelegati b'konformità mal-Artikolu 43 rigward derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar li hemm f'dan il-Kapitolu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ċerti ismijiet ta' spirti ma jistgħux jibqgħu jiġu tradotti bil-lingwa tas-swieq tal-esportazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li timmodifika din it-traduzzjoni permezz ta' atti delegati speċifiċi għal "każijiet eċċezzjonali". Din tidher li hija restrizzjoni bla bżonn u kumplikazzjoni. Ir-rapporteur tipproponi li wieħed imur lura għall-verżjoni preċedenti tat-test tar-Regolament (KE) 110/2008.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

1.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

2.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament għandhom ikunu protetti minn:

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; or

(i)  minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent; or

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi tintuża l-formula użata fir-Regolament (KE) Nru 1151/2005 dwar sistemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel: "inklużi dawk il-prodotti li jintużaw bħala ingredjenti".

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal"' jew xi espressjonijiet simili;

(b)  kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn xi espressjoni bħal "stil", "tip", "metodu", "kif prodott fi", "imitazzjoni", "togħma", "bħal"' jew espressjonijiet simili, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi billi tintuża l-formula użata fir-Regolament (KE) Nru 1151/2005 dwar sistemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel: "inklużi dawk il-prodotti li jintużaw bħala ingredjenti".

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ intern jew estern, il-materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-imballaġġ tal-prodott f'kontenitur li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

(c)  kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura, l-ingredjenti, jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq il-preżentazzjoni jew it-tikketta tal-prodott li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha tiġi estiża għall-prodotti, inkluż l-imballaġġ, li jiġu minn pajjiżi terzi u li jiddaħħlu, matul il-proċess tal-kummerċ, fl-Unjoni mingħajr ma jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

3.  L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 61 sa 72 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli għaż-żoni fejn jiġu prodotti inbejjed adattati għall-produzzjoni ta' xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika. Għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, iż-żoni kkonċernati jistgħu jiġu ttrattati bħala żoni fejn inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jiġu prodotti.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li r-regolament jiġi allinjat mal-abbozz ta' opinjoni dwar l-hekk imsejħa proposta Omnibus għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif adottat mill-Kumitat għall-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew fit-3 ta' Mejju 2017.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem li għandu jiġi protett bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

(a)  l-isem li għandu jiġi reġistrat bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb ix-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-imballaġġ ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(e)  deskrizzjoni tal-metodu kif jiġi prodott ix-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d);

(f)  dettalji li jistabbilixxu r-rabta u l-karatteristiċi tax-xorb spirituż u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d);

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 12-il xahar. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 6 xhur. Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi perjodu ta' 12-il xahar għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika bbażata fuq l-ispirtu. Għal prodotti tal-ikel oħra dan il-perjodu huwa ta' 6 xhur. Ir-rapporteur tipproponi li l-iskadenza għall-indikazzjonijiet ġeografiċi bbażati fuq l-ispirtu tiġi allinjata ma' dik ta' indikazzjonijiet ġeografiċi oħra.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn japplika d-dritt nazzjonali, l-applikazzjoni għandha ssegwi l-proċedura nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diversità tal-proċeduri fl-Istati Membri, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ċċarat li, fejn applikabbli, jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-awtorità rispettiva tal-Istati Membri milquta, fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin.

(b)  meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti li jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. ("ir-Reġistru").

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. ("ir-Reġistru"), li jissostitwixxu u li għandhom l-istess valur legali bħall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, ir-Reġistru se jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott kollha għal xarbiet spiritużi reġistrati bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż kopert mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ta' prodotti definiti fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li t-test tal-Kummissjoni jiġi allinjat mal-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1308/133 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti agrikoli, li jiddikjara li l-protezzjoni tal-IĠP u tad-DOP għall-inbejjed hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lix-xorb spirituż.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti

Setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati eżistenti

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess, tikkanċella l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

2.  Għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Istat Membru li għat-territorju tiegħu tirreferi l-indikazzjoni ġeografika tal-produtturi, u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tikkanċella r-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

Ġustifikazzjoni

Fit-test tal-Kummissjoni jintużaw it-termini "operaturi" u "operaturi tan-negozji tal-ikel". Ir-rapporteur tipproponi li, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, jenħtieġ li jinżamm biss it-terminu "operaturi". Dan it-terminu huwa aktar rappreżentattiv tad-diversità tal-professjonisti fis-settur.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika protetta mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

5.  L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika reġistrata mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi tan-negozji tal-ikel, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

3.  Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

Ġustifikazzjoni

Fit-test tal-Kummissjoni jintużaw it-termini "operaturi" u "operaturi tan-negozji tal-ikel". Ir-rapporteur tipproponi li, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, jenħtieġ li jinżamm biss it-terminu "operaturi". Dan it-terminu huwa aktar rappreżentattiv tad-diversità tal-professjonisti fis-settur.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Fit-test tal-Kummissjoni jintużaw it-termini "operaturi" u "operaturi tan-negozji tal-ikel". Ir-rapporteur tipproponi li, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, jenħtieġ li jinżamm biss it-terminu "operaturi". Dan it-terminu huwa aktar rappreżentattiv tad-diversità tal-professjonisti fis-settur.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż, skont ir-Regolament (UE) 2017/625. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Din id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodu ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Stevja

Ġustifikazzjoni

L-interess tal-konsumatur fi prodotti b'ammont baxx ta' kaloriji qed iwassal għal żieda fl-użu ta' din il-ħlewwa naturali mill-produtturi ta' ċerti xarbiet.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  kwalunkwe sustanzi karboidrati naturali oħrajn li għandhom effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e).

(f)  kwalunkwe materja prima agrikola, sustanzi ta' oriġini agrikola jew sustanzi karboidrati naturali oħrajn li għandhom effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e).

Emenda    78

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  "Aromatizzazzjoni" tfisser iż-żieda ta' aromatizzanti jew ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti fil-preparazzjoni ta' xarba spirituża.

Ġustifikazzjoni

Definizzjonijiet individwali mhux imsemmija fl-Anness I. Din id-definizzjoni għandha tibqa' mhux mibdula mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tgħin biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8b.  "Post tal-manifattura" tfisser il-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta lix-xarba spirituża l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha.

Ġustifikazzjoni

Definizzjonijiet individwali mhux imsemmija fl-Anness I. Din id-definizzjoni għandha tibqa' mhux mibdula mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tgħin biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8c.  "Deskrizzjoni" tfisser it-termini użati fuq it-tikketta, il-preżentazzjoni u l-pakkett; fid-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba; fid-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna; u użati fir-reklami tax-xarba.

Ġustifikazzjoni

Definizzjonijiet individwali mhux imsemmija fl-Anness I. Din id-definizzjoni għandha tibqa' mhux mibdula mir-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tgħin biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – parti 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Dan l-ispirtu jista' jitqiegħed fis-suq bil-kelma "agrikolu" sabiex tikkwalifika d-denominazzjoni tal-bejgħ "rum" akkumpanjata minn kwalunkwe waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira kif reġistrati fl-Anness III.

(ii)  xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Dan l-ispirtu jista' jitqiegħed fis-suq bil-kelma "agrikolu" sabiex tikkwalifika l-isem legali "rum" biss meta jkun akkumpanjat minn kwalunkwe waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira kif reġistrati fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Jiġi ċċarat li t-terminu "agrikolu" jirreferi biss għar-rumijiet taħt indikazzjoni ġeografika.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  Ir-rum jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu taċ-ċereali jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 4 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu tal-inbid jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Il-Brandy jew Weinbrand jista' jiġi dolċifikat b'sa 35 g għal kull litru tal-prodott lest, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jittieħed kont tar-regoli attwali li jirregolaw lill-produtturi tal-brandy. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola tippermetti kontenut massimu ta' 35 gramma għal kull litru.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 6 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 7 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 8 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 9 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha)  L-ispirtu tal-frott magħsur jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 10 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat.

(d)  La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat. Madankollu, dan m'għandux jeskludi l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li jiġu żgurati l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali għall-ispirti tas-sidru u tal-perry bħall-Calvados.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 10 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  L-ispirtu tas-sidru u l-ispirtu tal-perry jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 11 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 12 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  Il-Hefebrand jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 13 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  Il-Bierbrand jew l-eau-de-vie de bière jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 14 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  It-Topinambur jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 g għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Ġustifikazzjoni

Ċerti eaux-de-vie taħt indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej huma limitati fid-dolċifikazzjoni tagħhom. Huma jikkompetu ma' spirti importati li jużaw l-istess isem iżda li għandhom rata ta' dolċifikazzjoni ferm ogħla. Sabiex titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta, jissaħħu l-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba, ir-rapporteur tipproponi li jiġi ffissat il-limitu ta' 20 g zokkor għal kull litru għall-eaux-de-vie kollha.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – parti 15 – punt a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola użati biex jipproduċu l-vodka għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – parti 15 – punt a – paragrafu 3 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-kontenut massimu taz-zokkor tal-vodka għandu jkun ta' 10 grammi għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15a.  Il-vodka tista' tiġi miżjuda b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali m'għandux ikun fih aktar minn 10 g ta' sustanzi dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit ekwivalenti.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

31a.  Il-kontenut massimu taz-zokkor tal-vodka aromatizzata għandu jkun ta' 100 gramma għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 1 – punt 42 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(a)  Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Anness II – taqsima 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Guignolet Kirsch huwa prodott fi Franza u jinkiseb billi jitħalltu l-guignolet u l-kirsch, b'mod li proporzjon minimu ta' 3 % tal-alkoħol pur totali fil-prodott finali jiġi mill-kirsch. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Guignolet Kirsch għandha tkun ta' 15 %. Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni, il-kelma "Guignolet" għandha tidher fil-preżentazzjoni u t-tikketta b'karattri tal-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja tal-kelma "Kirsch" u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni alkoħolika għandha tinkludi indikazzjoni tal-perċentwal skont il-volum ta' alkoħol pur li l-guignolet u l-kirsch jirrappreżentaw fil-kontenut ta' alkoħol pur totali skont il-volum tal-Guignolet Kirsch.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li jkun hemm regoli speċifiċi għall-Guignolet-Kirsch bl-istess mod bħar-Rum Verschnitt u s-Slivovice.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness IIa

Is-sistema dinamika tal-invekkjament tal-Criaderas y solera.

Is-sistema ta' invekkjament tradizzjonali fi Spanja, imsemmija fil-leġislazzjoni nazzjonali mid-Digriet Irjali 164/2014 tal-14 ta' Marzu 2014, kif ukoll tal-fajls tekniċi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-brandy, tikkonsisti fl-estrazzjoni perjodika ta' parti mill-brandy li jkun jinsab f'kull waħda mill-btieti tal-ballut jew fil-kontenituri li jiffurmaw skala ta' invekkjament, u t-trasferiment korrispondenti ta' brandy estratt minn skala oħra ta' invekkjament preċedenti.

Definizzjonijiet

"Skali ta' invekkjament" tfisser kull wieħed mis-settijiet ta' btieti tal-ballut jew kontenituri tal-istess età li l-brandy jgħaddi minnhom fil-proċess tal-invekkjament. Kull skala tissejjaħ "criadera", ħlief l-aħħar waħda, li tiġi qabel ma l-brandy jiġi bbottiljat, li tissejjaħ "solera".

"Estrazzjoni" tfisser il-volum parzjali tal-kontenut ta' brandy ta' kull bettija tal-ballut jew kontenitur li jiġi estratt biex jiżdied mal-btieti u/jew il-kontenituri tal-livell immedjatament wara dik l-iskala jew, fil-każ tas-"solera", għall-ibbottiljar.

"Trasferiment" tfisser il-volum tal-brandy li jittieħed mill-btieti tal-ballut jew il-kontenituri ta' skala partikolari, li jiżdied u jitħallat mal-kontenut tal-btieti tal-ballut jew il-kontenituri tal-iskala li tiġi immedjatament wara f'termini tal-età.

"Invekkjament medju" tfisser il-perjodu ta' żmien li jikkorrispondi għar-rotazzjoni tal-brandy kollu fil-proċess ta' invekkjament, ikkalkulat bħala l-proporzjon bejn il-volum totali tal-brandy li jinsab fl-iskali kollha ta' invekkjament u l-volum tal-estrazzjonijiet li jittieħdu mill-aħħar skala – is-solera – matul perjodu ta' sena.

L-invekkjament medju tal-brandy estratt mis-solera jista' jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Fejn:

̅- t huwa l-invekkjament medju, espress fi snin,

- Vt huwa l-volum totali tal-iskokk fis-sistema ta' invekkjament, espress f'litri ta' alkoħol pur,

- Ve huwa l-volum totali tal-prodott estratt mis-sistema għall-ibbottiljar matul perjodu ta' sena, espress f'litri ta' alkoħol pur.

Invekkjament medju minimu: Fil-każ tal-btieti tal-ballut jew il-kontenituri b'kapaċità ta' anqas minn 1 000 litru, l-għadd ta' estrazzjonijiet u trasferimenti fis-sena għandu jkun daqs jew anqas mid-doppju tal-għadd tal-iskali fis-sistema, b'mod li jiġi żgurat li l-iżgħar komponent ikun invekkjat għal mhux anqas minn sitt xhur.

Fil-każ tal-kontenituri b'kapaċità ta' 1 000 litru jew aktar, l-għadd ta' estrazzjonijiet u trasferimenti fis-sena għandu jkun daqs l-għadd tal-iskali fis-sistema, jew anqas, b'mod li jiġi żgurat li l-iżgħar komponent ikun invekkjat għal mhux anqas minn sena.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

Referenzi

COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.12.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

12.12.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angélique Delahaye

2.3.2017

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Ivan Jakovčić, Philippe Loiseau, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Jens Rohde, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Alberto Cirio, Angélique Delahaye, Norbert Lins, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Vladimir Urutchev, Ramón Luis Valcárcel Siso, Hilde Vautmans, Miguel Viegas

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Angélique Delahaye, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Norbert Lins, Gabriel Mato, Marijana Petir, Annie Schreijer-Pierik, Czesław Adam Siekierski, Vladimir Urutchev

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paul Brannen, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

ECR

James Nicholson, Stanisław Ożóg

ALDE

Ivan Jakovčić, Ulrike Müller, Jens Rohde, Hilde Vautmans

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez, Miguel Viegas

Verts/ALE

Martin Häusling, Bronis Ropė

EFDD

Marco Zullo

ENF

Philippe Loiseau

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

Referenzi

COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.12.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.12.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.12.2016

IMCO

12.12.2016

AGRI

12.12.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

25.1.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Pilar Ayuso

16.2.2017

Eżami fil-kumitat

11.7.2017

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

France Jamet, Jiří Maštálka

Data tat-tressiq

2.2.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

54

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

France Jamet, Joëlle Mélin

GUE/NGL

Stefan Eck, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Frar 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza