RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri

8.2.2018 - (COM(2017)0792 – C8-0449/2017 – 2017/0350(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Werner Langen
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2017/0350(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0024/2018
Testi mressqa :
A8-0024/2018
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri

(COM(2017)0792 – C8-0449/2017 – 2017/0350(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0792),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0449/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0024/2018),

A.    Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li ssir votazzjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta 'sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3] tarmonizza d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw id-distribuzzjoni ta' prodotti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni minn intermedjarji tal-assigurazzjoni, kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-impjegati tagħhom u intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari fl-Unjoni.

(2)  Skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva (UE) 2016/97, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' dik id-Direttiva sat-23 ta' Frar 2018.

(3)  Fil-21 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni adottat żewġ Regolamenti Delegati li jissupplimentaw id-Direttiva (UE) 2016/97, wieħed fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sorveljanza u tal-governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u d-distributuri tal-assigurazzjoni[4], u l-ieħor fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni u r-regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni[5].

(4)  Fid-deċiżjonijiet tiegħu li ma jqajjem ebda oġġezzjoni għar-Regolamenti Delegati msemmija fil-premessa 3[6], il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tadotta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi l-1 ta' Ottubru 2018 bħala d-data ta' applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97, minflok it-23 ta' Frar 2018. Il-Parlament Ewropew issostanzja dik it-talba bil-ħtieġa li l-impriżi tal-assigurazzjoni u d-distributuri tal-assigurazzjoni jingħataw aktar ħin biex iħejju aħjar għal implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-Direttiva (UE) 2016/97 u biex jimplimentaw il-bidliet tekniċi u organizzattivi meħtieġa għall-konformità mar-Regolamenti Delegati.

(5)  Minħabba l-perjodu qasir ħafna ta' żmien li fadal qabel ma l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 jiddaħħlu fis-seħħ, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(6)  Għaldaqstant id-Direttiva (UE) 2016/97 għandha tiġi emendata skont dan,

(7)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u jiġi evitat tfixkil potenzjali fis-suq, huwa meħtieġ li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ b'urġenza u li tapplika, b'effett retroattiv, mit-23 ta' Frar 2018.

(8)  Konsegwentement, f'dan il-każ huwa wkoll iġġustifikat li tiġi applikata l-eċċezzjoni għal każijiet urġenti prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva (UE) 2016/97 hija emendata kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 42, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(2)  (a)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

(3)  "Sal-1 ta' Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni.";

(4)  (b)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2018.";

(5)  fl-Artikolu 44, l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Id-Direttiva 2002/92/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fil-Parti A tal-Anness II għal din id-Direttiva, titħassar b'effett mill-1 ta' Ottubru 2018, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness II għal din id-Direttiva.".

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika. b'effett retroattiv, mit-23 ta' Frar 2018.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [2]   ĠU C , , p. .
  • [3]   Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
  • [4]   [Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../... tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sorveljanza u tal-governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u d-distributuri tal-assigurazzjoni (ĠU C [...], [...], p. [...])].
  • [5]   [Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../... tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni (ĠU C [...], [...], p. [...])].
  • [6]   P8 TA-PROV(2017)0404 u P8 TA-PROV(2017)0405, adottati fil-25.10.2017, Disponibbli fuq http://www.europarl.europa.eu/portal/mt

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-Istati Membri

Referenzi

COM(2017)0792 – C8-0449/2017 – 2017/0350(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.1.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.1.2018

JURI

15.1.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

4.12.2017

JURI

24.1.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Werner Langen

14.12.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

14.12.2017

Eżami fil-kumitat

24.1.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.2.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

8.2.2018

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza