RAPPORT dwar proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia
22.2.2018 - (COM(2017)0559 – C8-0335/2017 – 2017/0242(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Hannu Takkula
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia
(COM(2017)0559 – C8-0335/2017 – 2017/0242(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0559),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0335/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0028/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji, l-objettivi u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni. |
(13) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-prinċipji ewlenin għall-azzjoni esterna stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE u mal-objettivi u l-miżuri adottati fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, u li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
(16) Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, u li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Georgia jenħtieġ li tinkludi wkoll miżuri ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż id-DCFTA. Biex ikun żgurat li l-objettivi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu valutati b'mod xieraq, dawn jeħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod verifikabbli u li jista' jitkejjel. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Jekk il-prekundizzjoni u l-objettivi ma jintlaħqux jew jekk l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jiġu injorati b'mod ġenerali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissospendi b'mod temporanju jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. |
- [1] ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15
NOTA SPJEGATTIVA
Din hija t-tielet darba, sa mill-2008, li l-Kummissjoni qed tipproponi assistenza makrofinanzjarja fuq talba tal-Gvern tar-Repubblika tal-Georgia. L-ewwel żewġ operazzjonijiet kienu ta' EUR 46 miljun kull waħda, l-ewwel waħda għal kollox f'forma ta' għotjiet u t-tieni waħda kienet tikkonsisti minn nofs f'għotjiet u nofs f'self. Il-Georgia implimentat il-miżuri kollha rilevanti tal-politika ekonomika miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil u l-aħħar pagament ġie żborżat f'Mejju 2017.
Din id-darba, il-Kummissjoni tipproponi EUR 45 miljun - li minnhom, EUR 35 miljun f'self u EUR 10 miljun f'għotjiet biex jgħinu lill-pajjiż ikopri l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tiegħu għall-perjodu 2017-2020. Il-Georgia qed tkompli tħabbat wiċċha ma' ambjent estern dgħajjef, id-defiċit fiskali tagħha twessa', il-lari ddeprezza drastikament matul dawn l-aħħar snin, li rriżulta fi proporzjon ta' dejn pubbliku ogħla mill-PDG. Is-sistema finanzjarja tal-Georgia għadha soda u kapitalizzata tajjeb b'mod ġenerali, b'mod partikolari permezz ta' regolamentazzjoni u superviżjoni prudenti mill-bank ċentrali.
Il-Georgia ssieħbet fis-Sħubija tal-Lvant tal-UE fl-2009. Iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) bejn l-Unjoni u l-Georgia daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014, segwita mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fl-1 ta' Lulju 2016. L-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Georgia u l-Georgia qed tkompli tadatta r-rekwiżiti tad-DCFTA, filwaqt li qed turi progress tajjeb f'riformi meħtieġa.
Il-proposta tal-Kummissjoni ssegwi mill-qrib id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li ġiet adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia, u li fiha l-koleġiżlaturi stabbilixxew il-prinċipji u l-kunsiderazzjonijiet ewlenin li għandhom jiggwidaw il-proċess tal-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja.
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-Parlament Ewropew għandu jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li tingħata assistenza makrofinanzjarja lill-Georgia. Ir-rapporteur jenfasizza li l-iżborż ta' kull pagament parzjali għandu jkun marbut ma' kondizzjonijiet ċari u li l-Kummissjoni għandha tissorvelja b'mod rigoruż it-twettiq ta' dawn il-kondizzjonijiet matul l-operazzjonijiet kollha tal-assistenza makrofinanzjarja.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (25.1.2018)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia
(COM(2017)0559 – C8-0335/2017 – 2017/0242(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Andrejs Mamikins
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fuq talba mill-gvern tal-Georgia, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet l-għoti ta' programm ġdid ta' assistenza makrofinanzjarja lill-Georgia b'valur ta' EUR 45 miljun, maqsum f'żewġ pagamenti, li jinkludi kemm self fuq perjodu ta' żmien medju (EUR 35 miljun) kif ukoll għotjiet (EUR 10 miljun). Il-programm ta' assistenza makrofinanzjarja propost se jikkomplementa l-ftehim milħuq bejn il-Georgia u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) f'April 2017, skont il-Faċilità ta' Fond Estiża, li jimpenja l-iżborż ta' USD 285,3 miljun fuq perjodu ta' tliet snin. L-UE tipprovdi wkoll finanzjament lill-Georgia permezz tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (EUR 610-746 miljun għall-perjodu 2014-2020).
Il-programm ta' assistenza makrofinanzjarja propost se jkun it-tielet wieħed ta' dan it-tip mill-2008 'l hawn, fejn l-ewwel programm ipprovda EUR 46 miljun f'għotjiet, u t-tieni wieħed EUR 23 miljun f'għotjiet u EUR 23 miljun f'self. It-tieni programm ta' assistenza makrofinanzjarja ġie konkluż f'Mejju 2017 permezz tal-iżborż b'suċċess tal-aħħar parti ta' pagamenti skont dak il-programm. Tliet pajjiżi oħra mis-sitt pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant - l-Armenja, il-Moldova u l-Ukrajna - diġà jibbenefikaw minn programmi ta' assistenza makrofinanzajrja, flimkien ma' erba' pajjiżi oħra li mhumiex fis-Sħubija tal-Lvant.
Il-prospettiva makroekonomika tal-Georgia għadha vulnerabbli. Hija qed tesperjenza tkabbir kajman tal-PDG (27 % fl-2016, tnaqqis mill-4,6 % fl-2014). Id-defiċit fiskali tal-Georgia għadu wieħed sinifikanti, il-munita nazzjonali (il-lari Georgjan) ddeprezzat f'daqqa u l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti hija waħda vulnerabbli. Il-Georgia qed tkompli wkoll tadatta għar-rekwiżiti taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) mal-UE, li, flimkien ma' opportunitajiet, jinvolvu wkoll spejjeż ta' aġġustament.
Il-kondizzjonalità marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tipprovdi ingranaġġ utli biex jiġu stimulati r-riformi, b'mod partikolari dawk relatati mad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Fost dawn ir-riformi, attwalment il-gvern Georgjan qed jipprova jgħaddi riformi kostituzzjonali addizzjonali. Il-Gvern impenja ruħu li jkompli jemenda l-kostituzzjoni b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, iżda minkejja dan, ikun xieraq li l-Kummissjoni u s-SEAE jwettqu monitoraġġ, anki bħala parti minn din l-assistenza.
Konsegwentement, b'konformità mal-ftehim bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar il-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom matul din il-proċedura, u wara l-esperjenza reċenti tad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessa mad-deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2017 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jipproponi:
1. Li tiġi affermata mill-ġdid il-prekondizzjoni għall-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja b'rabta mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, peress li dan huwa ta' importanza ewlenija għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin;
2. Li jiġi żgurat li l-Kummissjoni u s-SEAE jaraw li din il-prekondizzjoni tkun issodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assistenza makrofinanzjarja;
3. Li madankollu l-għadd ta' emendi jiġi limitat għal tnejn, dwar premessa u dwar artikolu tad-deċiżjoni sabiex jiġi żgurat ftehim rapidu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1a (ġdid) | |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
1a. Japprova l-istqarrija konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-test tad-dikjarazzjoni huwa kif ġej: | |
"Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni | |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jilqgħu l-isforzi ta' riforma fil-Georgia, u jieħdu nota tal-impenn mill-gvern tal-Georgia li jkompli jemenda l-kostituzzjoni b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jissottolinjaw li prekondizzjoni għall-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari multipartitika li teżerċita sorveljanza effettiva fuq l-eżekuttiv, separazzjoni stretta tas-setgħat u separazzjoni ċara bejn l-interessi politiċi u ekonomiċi, midja indipendenti u pluralistika b'sjieda trasparenti tal-midja, ġudikatura indipendenti u l-istat tad-dritt, u li jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaraw li din il-prekondizzjoni tiġi ssodisfata tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-assistenza makrofinanzjarja, jipprovdu valutazzjoni pubblika dwar l-issodifar tal-prekondizzjoni, inkluż indikazzjoni ċara tal-punti ta' riferiment użati, u b'hekk se jiffokaw kemm jista' jkun fuq il-kunsiderazzjoni, min-naħa tal-awtoritajiet tal-Georgia, tar-rakkomandazzjonijiet mis-sħab internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kummissjoni ta' Venezja u l-OSKE/ODIHR." | |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva jkun hemm referenza għal din id-dikjarazzjoni. | |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, u li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
(16) Prekondizzjoni għall-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta bi sħiħ il-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari multipartitika li teżerċita sorveljanza effettiva fuq l-eżekuttiv, separazzjoni stretta tas-setgħat u separazzjoni ċara bejn l-interessi politiċi u ekonomiċi, midja ħielsa, indipendenti u pluralistika b'sjieda trasparenti tal-midja, u l-istat tad-dritt li għandu jkun appoġġat b'ġudikatura indipendenti li tkun kapaċi tiġġieled kontra l-korruzzjoni b'mod effettiv, u li jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà tal-espressjoni u l-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Georgia, u li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tax-xogħol u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assistenza makrofinanzjarja. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi valutazzjoni pubblika dwar l-issodisfar tal-prekondizzjonijiet, inkluż indikazzjoni ċara tal-punti ta' riferiment użati. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari multipartitika – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem. |
1. Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Georgia tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari multipartitika li teżerċita sorveljanza effettiva fuq l-eżekuttiv, separazzjoni stretta tas-setgħat u separazzjoni ċara bejn l-interessi politiċi u ekonomiċi, midja ħielsa, indipendenti u pluralistika b'sjieda trasparenti tal-midja, u l-istat tad-dritt li għandu jkun appoġġat b'ġudikatura indipendenti li tkun kapaċi tiġġieled kontra l-korruzzjoni b'mod effettiv, u li jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-libertà tal-espressjoni u l-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia |
||||
Referenzi |
COM(2017)0559 – C8-0335/2017 – 2017/0242(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 5.10.2017 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 30.11.2017 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Andrejs Mamikins 23.11.2017 |
||||
Eżami fil-kumitat |
4.12.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
23.1.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
48 3 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Brando Benifei, Rebecca Harms, Marek Jurek, Jo Leinen, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Tiemo Wölken |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
48 |
+ |
|
ALDE |
Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl |
|
ECR |
Amjad Bashir, Bas Belder, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko |
|
PPE |
Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Sandra Kalniete, Andrey Kovatchev, Barbara Kudrycka, Eduard Kukan, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, László Tőkés, Traian Ungureanu, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica |
|
S&D |
Francisco Assis, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Eugen Freund, Jo Leinen, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Miroslav Poche, Tiemo Wölken |
|
VERTS/ALE |
Klaus Buchner, Rebecca Harms, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Bodil Valero |
|
3 |
- |
|
EFDD |
James Carver |
|
NI |
Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke |
|
5 |
0 |
|
GUE/NGL |
Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georġia |
||||
Referenzi |
COM(2017)0559 – C8-0335/2017 – 2017/0242(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
29.9.2017 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 5.10.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 30.11.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Hannu Takkula 11.10.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
22.11.2017 |
19.2.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.2.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 3 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mario Borghezio, Jacques Colombier |
||||
Data tat-tressiq |
22.2.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
30 |
+ |
|
ALDE |
Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Hannu Takkula |
|
ECR |
David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Joachim Starbatty, Jan Zahradil |
|
PPE |
Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler |
|
S&D |
Nicola Danti, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster |
|
Verts/ALE |
Klaus Buchner, Heidi Hautala |
|
3 |
- |
|
EFDD |
William (The Earl of) Dartmouth |
|
ENF |
Mario Borghezio, Jacques Colombier |
|
2 |
0 |
|
GUE/NGL |
Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni