RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali
22.2.2018 - (07712/2016 – C8-0237/2017 – 2016/0006(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Daniel Caspary
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali
(07712/2016 – C8-0237/2017 – 2016/0006(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07712/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (07682/2016),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0237/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0029/2018),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.
NOTA SPJEGATTIVA
F'Ottubru 2017, il-Parlament Ewropew adotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-mandat ta' negozjar għal ftehim ta' kummerċ ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand, li għandu l-għan li jkun hemm FTA modern, dettaljat, ambizzjuż, ibbilanċjat, ġust u komprensiv, bħala mezz li bih ir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bilaterali eżistenti bejn iż-żewġt isħab, li diġà hija waħda matura, tiġi approfondita u msaħħa aktar.
Filwaqt li ma għandu l-ebda rabta diretta man-negozjati prospettivi għal FTA, il-Ftehim bejn l-UE u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali, li hu s-suġġett ta' dan ir-rapport, jista' jitqies bħala pass ieħor 'il quddiem lejn l-approfondiment tar-relazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn l-UE u New Zealand bil-ħolqien ta' ambjent doganali li jkun aktar favorevoli għall-kummerċ u ta' aktar sigurtà. Għaldaqstant, fil-fehma tar-rapporteur, il-konklużjoni ta' dan il-ftehim għandha titqies bħala pass mixtieq fit-tħejjija ta' FTA ġejjieni.
Dan il-ftehim partikolari ġie ffirmat fit-3 ta' Lulju 2017, filwaqt li n-negozjati oriġinarjament kienu ġew varati fl-2013, u l-Parlament Ewropew issa ġie mitlub jagħti l-approvazzjoni tiegħu qabel il-konklużjoni tal-ftehim.
L-għan ġenerali ta' dan il-ftehim huwa li jiżviluppa u jintensifika l-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali ma' New Zealand; B'mod partikolari, jistabbilixxi bażi legali għal qafas ta' kooperazzjoni, li għandu l-għan li jiżgura l-katina tal-provvista u li jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, kif ukoll li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni li jiggarantixxi l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.
B'mod aktar speċifiku, dan il-ftehim għandu l-għan li:
- jibbenefika l-kummerċ leġittimu bil-ħolqien ta' skambju favorevoli u aktar prevedibbli għall-kummerċ;
- ikompli jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali sabiex jiffaċilita l-użu ta' strumenti ġodda jew biex iżid l-effiċjenza tal-għodod eżistenti;
- jippromwovi proċeduri moderni u sempliċi sabiex jiffranka l-ħin u l-flus fit-trasport ta' prodotti mid-dwana, b'konformità sħiħa mal-impenji meħuda skont il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, biex b'hekk joħloq ambjent ekwu għal operaturi ekonomiċi fuq iż-żewġ naħat;
- jgħin fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, u b'hekk jgħin fil-protezzjoni tal-konsumaturi billi jwaqqaf oġġetti perikolużi jew illegali milli jilħqu s-suq Ewropew.
L-UE diġà kkonkludiet bosta ftehimiet simili dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali, inter alia mal-Korea, il-Kanada, Hong Kong, l-Istati Uniti, l-Indja, iċ-Ċina u l-Ġappun. Ir-rapporteur jemmen li wasal iż-żmien li jiġi konkluż tali ftehim ma' sieħeb affidabbli u qarib bħal New Zealand, sabiex ikun hemm kooperazzjoni aktar effiċjenti bejn l-awtoritajiet doganali u biex tissaħħaħ u tiġi approfondita r-relazzjoni ma' New Zealand, u għaldaqstant jirrakkomanda li jingħata l-approvazzjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehim bejn l-UE u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali |
||||
Referenzi |
07712/2016 – C8-0237/2017 – COM(2016)0017 – 2016/0006(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
19.7.2017 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 11.9.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Daniel Caspary 15.2.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
23.11.2017 |
23.1.2018 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.2.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mario Borghezio, Jacques Colombier |
||||
Data tat-tressiq |
23.2.2018 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
32 |
+ |
|
ALDE |
Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Hannu Takkula |
|
ECR |
David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Joachim Starbatty, Jan Zahradil |
|
EFDD |
William (The Earl of) Dartmouth |
|
GUE/NGL |
Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz |
|
PPE |
Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler |
|
S&D |
Nicola Danti, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster |
|
VERTS/ALE |
Klaus Buchner, Heidi Hautala |
|
2 |
- |
|
ENF |
Mario Borghezio, Jacques Colombier |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni