RAPPORT dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

23.2.2018 - (N8-0052/2018 – C8‑0036/2018 – 2018/0901(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Roberto Gualtieri
PR_NLE_Members

Proċedura : 2018/0901(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0030/2018
Testi mressqa :
A8-0030/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

(N8–0052/2018 – C8‑0036/2018 – 2018/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018),

–  wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0030/2018),

A.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.  billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-proċedura tal-għażla għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Diċembru 2017 lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

D.  billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ġiet ipprovduta lill-Parlament;

E.  billi fl-14 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat proposta biex is-Sur Boštjan Jazbec jinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ssottomettitha lill-Parlament;

F.  billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.  billi fil-21 ta' Frar 2018, il-Kumitat organizza smigħ ma' Boštjan Jazbec, li fih għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ħatra tas-Sur Bostjan Jazbec bħala Membru ġdid tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Referenzi

N8-0052/2018 – C8-0036/2018 – 2018/0901(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

14.2.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

 

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Roberto Gualtieri

14.2.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Bas Eickhout, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Luigi Morgano, Laurenţiu Rebega, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

23.2.2018

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza