RAPPORT dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-midja fl-UE
23.2.2018 - (2017/2210(INI))
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteur: Michaela Šojdrová
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-midja fl-UE
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol[1],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva)[2],
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta' April 2017 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-tielet programm ta' azzjoni tal-Komunità fuq perjodu ta' żmien medju dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel 1991-1995 (COM(90)0449),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tal-5 ta' Ottubru 1995 dwar l-immaġni tan-nisa u tal-irġiel murija fir-reklamar u fil-midja[3],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2000 bit-titolu "Lejn strateġija qafas tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (2001-2005)" (COM(2000)0335),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2008 dwar it-tneħħija tal-istereotipi tas-sessi fis-soċjetà,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2013 bit-titolu "Immexxu 'l quddiem ir-rwoli tan-nisa bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-mezzi tax-xandir",
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill f'Marzu 2011,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 tal-1 ta' Marzu 2006 (COM (2006)0092),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 tal-21 ta' Settembru 2010 (COM (2010)0491),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 dwar l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 (SWD(2015)0278),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Lulju 1997 dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fir-reklamar,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar kif il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar jaffettwaw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE[5],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali[6],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol[7],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi")[8],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel[9],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju[10],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE[11],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE[12],
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-10 ta' Lulju 2013 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-midja,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1555 tal-24 ta' April 2002 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Immaġni tan-nisa fil-midja,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1799 tas-26 ta' Ġunju 2007 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-immaġni tan-nisa fir-reklamar,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-27 ta' Settembru 2017 lill-Istati Membri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv,
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tal-2013 intitolat "Rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE: In-nisa u l-Mezzi tax-Xandir - l-Avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet f'organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir", [traduzzjoni mhux uffiċjali]
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma għall-Azzjoni u l-annessi tagħha, adottati waqt ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f'Settembru 1995,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2013 dwar il-Midja u l-immaġni tan-nisa,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0031/2018),
A. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif minqux fit-Trattati fl-Artikolu 8 tat-TFUE, li jiddikjara li, fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-politiki tal-UE biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi għenu biex jagħmlu l-ħajja aħjar għal bosta ċittadini Ewropej;
B. billi l-midja taġixxi bħala r-raba' setgħa, għandha l-kapaċità li tinfluwenza u, fl-aħħar mill-aħħar, li tifforma l-opinjoni pubblika; billi l-midja hija waħda mis-sisien ewlenin ta' soċjetajiet demokratiċi u, bħala tali, għandha d-dmir li tiżgura libertà ta' informazzjoni, diversità ta' opinjoni u pluraliżmu tal-midja, biex tippromwovi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u biex tiġġieled il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi billi, fost affarijiet oħra, turi mudelli soċjali differenti; billi, għaldaqstant, l-organizzazzjonijiet tal-midja għandhom jiġu sensitizzati;
C. billi r-raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, li saret f'Beijing fl-1995 irrikonoxxiet l-importanza tar-relazzjoni bejn in-nisa u l-midja fil-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u inkludiet żewġ objettivi strateġiċi fil-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (BPfA):
(a) iż-żieda tal-parteċipazzjoni tan-nisa u l-aċċess tagħhom għall-espressjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-midja u t-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni u permezz tagħhom;
(b) il-promozzjoni ta' rappreżentazzjoni bblilanċjata u mingħajr stereotipi tan-nisa fil-midja;
D. billi l-immaġni tan-nisa u l-irġiel fil-midja tista' twassal għal rappreżentanza mhux ugwali f'diversi kuntesti, inkluż kuntesti politiċi, ekonomiċi, soċjali, akkademiċi, reliġjużi, kulturali u sportivi, — billi l-irġiel jidhru l-aktar fi rwoli soċjali attivi u n-nisa jiġu limitati għal rwoli aktar passivi; billi mill-istereotipi kollha li jaffettwaw l-immaġni tan-nisa u l-irġiel, l-eżempju ewlieni huwa s-sesswalizzazzjoni tal-ġisem tal-mara, li tista' tidher bl-iktar mod ċar fl-istampa sensazzjonali u fir-reklamar; billi erotiċizzazzjoni tal-vjolenza u l-oġġettifikazzjoni tan-nisa fil-midja għandhom effett negattiv fuq il-ġlieda kontra l-qerda tal-vjolenza kontra n-nisa; billi ta' spiss l-istereotipi tas-sessi jiġu kkombinati ma' stereotipi oħra li jinvolvu diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi;
E. billi l-midja għandha impatt sinifikanti fuq in-normi kulturali bejn is-sessi u fuq kif jiġu ffurmati u jevolvu r-rappreżentazzjonijiet soċjali assoċjati kemm man-nisa kif ukoll mal-irġiel, u tinfluwenza lill-udjenza b'immaġnijiet tal-ġisem u ideat stereotipati tal-maskulinità u l-femminilità, pereżempju, ir-rappreżentazzjoni tan-nisa fir-reklamar u l-mod ta' kif il-prodotti jimmiraw konsumaturi potenzjali għandhom tendenza li jipperpetwaw in-normi tradizzjonali bejn is-sessi; billi f'każijiet fejn il-midja tkompli tippreżenta rappreżentazzjonijiet stereotipati tan-nisa u tal-irġiel, inkluż dawk ta' individwi LGBTI, in-nies ta' spiss jaraw dawn l-immaġnijiet bħala leġittimi, u għaldaqstant ikun diffiċli jew impossibbli li jinxteħet dubju fuqhom;
F. billi f'soċjetajiet moderni l-industrija tar-reklamar taqdi rwol ewlieni fix-xena tal-midja, għaliex tikkomunika bl-użu ta' immaġnijiet u ideat li għandhom effett fuq l-emozzjonijiet tagħna u għalhekk jistgħu jiffurmaw il-valuri, l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet tad-dinja tagħna; billi, meta jittrażmetti immaġni distorta tas-sessi, ir-reklamar jaf jirrikorri għas-sessiżmu u jirreplika prattiki diskriminatorji; billi reklam jista' jitqies bħala diskriminatorju jew sessist jekk ġeneru jkun irrappreżentat b'mod degradanti u insolenti, jew bħala li huwa inqas kapaċi, inqas intelliġenti jew inferjuri;
G. billi teknoloġiji ġodda qed jibdlu l-mudelli kummerċjali tradizzjonali tal-midja; billi s-settur awdjoviżiv huwa industrija importanti ħafna ta' valur ekonomiku, li waħdu jimpjega b'mod dirett aktar minn miljun persuna fl-UE; billi, sabiex wieħed ikun jista' jlaħħaq ma' sistemi ġodda online ta' komunikazzjoni u multimedjali, iridu jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għas-sorveljanza tal-arranġamenti fil-livell nazzjonali, kif ukoll għal skemi ta' awtoregolamentazzjoni mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva;
H. billi għandha titqies b'mod ekwu l-perspettiva kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel sabiex tinkiseb stampa sħiħa u diversifikata ta' kull aspett tar-realtà soċjali; billi huwa importanti li ma jintilfux il-potenzjal u l-ħiliet tan-nisa fil-komunikazzjoni ta' informazzjoni, fatti u opinjonijiet dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa fil-midja, filwaqt li jiġi rikonoxxut li n-nisa ma jistgħux jiġu trattati bħala grupp omoġenju;
I. billi trid tinbidel il-projezzjoni kontinwa ta' immaġnijiet negattivi u degradanti tan-nisa fil-komunikazzjonijiet tal-midja elettronika, stampata, viżiva u bl-awdjo; billi l-inugwaljanzi bejn is-sessi huma wkoll maħluqa u riprodotti permezz tal-lingwaġġ u tal-immaġini mxerrda mill-midja; billi t-tfal jiġu kkonfrontati b'inugwaljanzi bejn is-sessi sa minn età żgħira ħafna permezz ta' mudelli promossi minn serjejiet u programmi televiżivi, diskussjonijiet, logħob, videogames u reklami; billi r-rwoli tas-sessi jiġu ffurmati l-aktar matul it-tfulija u l-adolexxenza u għandhom impatt tul il-ħajja; billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' professjonisti tal-midja huma għodod b'saħħithom biex jiġu miġġielda u eradikati l-istereotipi, permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza;
J. billi n-nisa ammontaw għal 68 % tal-persuni gradwati fil-ġurnaliżmu u l-informazzjoni fl-UE-28 fl-2015[13], filwaqt li d-data dwar l-impjiegi għall-UE-28 matul il-perjodu 2008-2015 turi li l-perċentwali ta' nisa impjegati fis-settur tal-midja bħala medja baqa' ta' madwar 40 % biss;
K. billi, barra minn hekk, is-sehem tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-midja fl-UE-28 fl-2015 kien għadu taħt iż-żona ta' bilanċ bejn is-sessi (bejn l-40 % u s-60 %) u kien biss 32 %, filwaqt li s-sehem ta' nisa bħala presidenti tal-bordijiet kien biss ta' 22 %[14];
L. billi d-differenzi fil-pagi u l-pensjonijiet bejn is-sessi huma problema persistenti fl-UE, u huma evidenti f'setturi ekonomiċi differenti, inkluż fil-midja, fejn id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija ta' 17 %;
M. billi n-nisa għadhom iħabbtu wiċċhom ma' saqaf tal-ħġieġ fil-midja u jista' ma jkollhomx opportunitajiet indaqs għall-promozzjoni jew għall-avvanz fil-karriera minħabba varjetà ta' fatturi, inklużi l-proċeduri ta' kultura organizzattiva li ta' spiss mhijiex favorevoli għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata b'ambjent kompetittiv, ikkaratterizzat minn stress, skadenzi inflessibbli u sigħat twal ta' xogħol; billi n-nisa għandhom inqas setgħa deċiżjonali fl-istabbiliment tal-aġenda tal-aħbarijiet minħabba li mhumiex rappreżentati biżżejjed f'pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri;
N. billi l-organizzazzjonijiet tal-midja fl-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-politiki ta' ugwaljanza tagħhom stess, u dan iwassal għal firxa wiesgħa ta' prattiki fl-UE: minn oqfsa tal-politika komprensivi ħafna li jkopru l-kontenut tal-midja u jipprevedu rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sa nuqqas totali ta' politika tali;
O. billi r-riċerka wriet li 4 % biss tal-kopertura tal-aħbarijiet hija kontra l-immaġni stereotipika; billi n-nisa jammontaw għal 24 % biss tan-nies li nisimgħu bihom jew naqraw dwarhom fl-aħbarjiet[15]; billi madwar 37 % tal-istejjer kemm f'sorsi tal-aħbarijiet online kif ukoll offline huma rrappurtati minn nisa, sitwazzjoni li ma wriet l-ebda prospett ta' titjib f'dawn l-aħħar 10 snin[16]; billi n-nisa huma mitluba l-aktar biex jagħtu opinjoni popolari (41 %) jew esperjenza personali (38 %) u rarament jiġu kkwotati bħala esperti (17 % biss tal-istejjer); billi r-riċerka wriet ukoll li inqas minn wieħed minn kull ħames esperti jew kummentaturi huma nisa (18 %)[17];
P. billi n-nisa huma sottorappreżentati b'mod sproporzjonat fl-aħbarijiet u fil-mezzi ta' informazzjoni u huma saħansitra inqas viżibbli fl-oqsma tal-isport, il-politika, l-ekonomija u l-finanzi, minkejja l-varjetà ta' organizzazzjonijiet tal-midja fl-Istati Membri; billi n-nisa tal-istorja huma kważi totalment nieqsa minn kontenut ta' midja relatat, bħal pereżempju dokumentarji bijografiċi;
Q. billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fuq livell ugwali mal-irġiel f'kontenut ta' rappurtar u f'servizz bħala sorsi ta' informazzjoni hija kruċjali mhux biss għal raġunijiet ta' rappreżentanza, iżda wkoll għal raġunijiet ta' opportunitajiet indaqs u r-rikonoxximent sħiħ tal-kompetenza u l-għarfien tagħhom; billi, fi ħdan il-pajsaġġ tal-midja Ewropea, hemm ostakli għal involviment f'approċċ responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi, minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-impjieg prekarju u l-livelli ta' esperjenza professjonali, flimkien ma' veloċità dejjem akbar ta' informazzjoni u kunsiderazzjonijiet kummerċjali;
R. billi hemm nisa fil-midja li jaħdmu fil-livell professjonali għoli, inklużi diretturi magħrufa tal-films, ġurnalisti u korrispondenti, li, minkejja li l-prestazzjoni tagħhom hija daqs dik tal-irġiel, huma aktar esposti għal vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, u jistgħu ma jingħatawx l-istess livell ta' apprezzament daqs il-kontropartijiet maskili tagħhom;
S. billi n-nisa li jiktbu fil-midja soċjali qed iħabbtu wiċċhom ma' livelli dejjem ogħla ta' fastidju; billi dan il-fastidju għandu l-potenzjal li jsikket il-vuċi tan-nisa u jdgħajjef il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà; billi data miġbura globalment turi li nofs in-nisa impjegati fil-midja esperjenzaw abbuż sesswali, kwart minnhom esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżika u tliet kwarti sofrew intimidazzjoni, theddid jew abbuż[18]; billi hemm tħassib dejjem jikber dwar il-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet, u huwa stmat li waħda minn kull għaxar nisa fl-UE esperjenzat xi forma ta' vjolenza ċibernetika minn mindu għalqet il-15-il sena1; billi hemm nuqqas ta' data u riċerka dwar il-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet fil-livell tal-UE; billi l-fastidju psikoloġiku u sesswali jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-midja u r-regolaturi nazzjonali u internazzjonali għandhom jistabbilixxu regoli, inklużi sanzjonijiet, li għandhom jiġu applikati minn organizzazzjonijiet tal-midja, biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet;
T. billi l-ġurnalisti investigattivi nisa b'mod partikulari sikwit jiġu suġġetti għal vjolenza u jkunu l-mira ta' attakki fatali, kif muri permezz tal-każijiet ta' Veronica Guerin jew Daphne Caruana Galizia;
U. billi skont studju tan-Netwerk Awdjoviżiv Ewropew tan-Nisa (EWA)[19], wieħed biss minn kull ħames films fis-seba' pajjiżi Ewropej eżaminati huwa dirett minn mara, u l-biċċa l-kbira tar-riżorsi ta' finanzjament imorru f'films li mhumiex diretti minn nisa, anke jekk madwar nofs il-gradwati tal-iskejjel kollha tal-films huma nisa;
V. billi l-kumpaniji tal-midja għandhom jadottaw sistemi ta' awtoregolamentazzjoni u kodiċijiet ta' kondotta li jistabbilixxu regoli proċedurali u kriterji dwar il-karrieri u l-kopertura tal-midja biex jissalvagwardjaw u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; billi awtoregolamentazzjoni u kodiċijiet ta' kondotta ta' dan it-tip għandhom jitfasslu f'kollaborazzjoni mas-sindakati tal-industrija, skont politika ċara dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;
Il-preżenza tan-nisa fil-midja
1. Jenfasizza l-fatt li minkejja li n-nisa f'dan il-qasam f'livell universitarju jikkostitwixxu forza tax-xogħol sostanzjali, huma sottorappreżentati fil-karigi ta' ġestjoni u dawk ta' livell għoli; iqis li s-servizzi tal-midja kemm pubbliċi kif ukoll privati għandhom ir-responsabilità li jiżguraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi ta' politika biex jitnaqqsu l-ostakli għall-aċċess tan-nisa għal karigi ta' maniġment u tmexxija f'organizzazzjonijiet tal-midja;
2. Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-rappreżentanza tan-nisa f'midja ta' servizz pubbliku fl-UE hija baxxa bħala medja, f'karigi ta' livell għoli kemm strateġiċi kif ukoll operattivi u fuq bordijiet (fl-2017: 35.8 % għal karigi eżekuttivi, 37.7 % għal karigi mhux eżekuttivi u 33.3 % bħala membri ta' bordijiet)[20];
3. Ifakkar li, bil-ħsieb li jsir monitoraġġ tal-oqsma kritiċi tal-BPfA dwar in-nisa fil-midja, l-EIGE żviluppa l-indikaturi li ġejjin:
– il-proporzjon ta' nisa u rġiel f'karigi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u fuq bordijiet ta' organizzazzjonijiet tal-midja fl-UE;
– il-proporzjon ta' nisa u rġiel fuq bordijiet ta' organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir fl-UE;
– politiki għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir;
4. Ifakkar li filwaqt li d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżivi tistipula li l-objettivi tagħha "ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni", hija ma tinkludi ebda riferiment għal rappreżentazzjoni ugwali f'organizzazzjonijiet tal-midja;
5. Jinnota li minkejja li mhumiex rappreżentati biżżejjed fihom fil-preżent, xorta waħda teżisti probabilità akbar li n-nisa jiġu reklutati jew promossi għal karigi f'livell għoli fil-midja tas-servizz pubbliku milli fl-organizzazzjonijiet tal-midja privati[21];
6. Jappella lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tal-midja biex jappoġġaw u jiżviluppaw miżuri ta' inċentiv, inklużi kwoti, għal rappreżentanza ugwali ta' nisa u rġiel f'karigi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u biex il-monitoraġġ effettiv ta' dawn l-isforzi jingħata prominenza akbar f'dawn l-organizzazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tiżblokka d-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet, li ilha ffriżata fil-Kunsill mill-2013;
7. Jieħu nota tat-tradizzjoni twila, li jiġu impjegati kemm staff freelance kif ukoll permanenti, li teżisti fis-settur tal-midja u tad-diġitizzazzjoni kontinwa tiegħu li wasslet għal tnaqqis fiċ-ċirkolazzjoni tradizzjonali u fid-dħul mir-reklamar, li kellu impatt fuq it-tip ta' kuntratti ta' impjieg offrut f'dan is-settur; jirrimarka, barra minn hekk, li n-nisa huma rappreżentati żżejjed f'ħafna forom atipiċi ta' xogħol fis-suq tax-xogħol kollu; jinnota li l-pressjonijiet dejjem akbar fuq is-settur tal-midja biex iżomm il-vijabilità ekonomika tiegħu x'aktarx se twassal għal għadd dejjem ikbar ta' dawn it-tipi ta' kuntratti;
8. Iqis li l-istereotipi jistgħu jwasslu għal ambjent soċjali negattiv għan-nisa u jistgħu jikkontribwixxu għad-diskriminazzjoni bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol; jinnota l-importanza ta' ambjent soċjali pożittiv biex il-ħaddiema jiġu megħjuna jlaħħqu ma' livelli għolja ta' intensità fix-xogħol;
9. Ifakkar li l-organizzazzjonijiet tal-midja huma liberi li jiddeterminaw ir-rwoli għall-impjegati tagħhom, kemm irġiel kif ukoll nisa, iżda jħeġġiġhom jagħmlu dan bl-akbar rispett lejn id-dinjità personali u l-kwalità professjonali; josserva, f'dan il-kuntest, sitwazzjonijiet inkwetanti ta' reporters nisa meqjusa aktar xierqa għall-ġurnaliżmu televiżiv minħabba li jitqiesu attraenti għall-udjenza, u sussegwentement posthom jittieħed minn kollegi iżgħar fl-età meta dawn jikbru;
10. Jikkundanna, barra minn hekk, l-okkorrenza wiesgħa ta' fastidju sesswali u tipi oħra ta' abbuż, b'mod partikolari fil-logħob online u fil-midja soċjali, u jinkoraġġixxi lill-kumpaniji tal-midja joħolqu ambjenti sikuri li jirreaġixxu għal kwalunkwe każ ta' fastidju; jitlob, għalhekk, għal miżuri differenti, inklużi s-sensibilizzazzjoni, regoli interni dwar sanzjonijiet dixxiplinari fil-konfront ta' min iwettaq il-fastidju, u appoġġ psikoloġiku u/jew legali għall-vittmi ta' dawn il-prattiki, għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kif ukoll f'ambjenti online;
11. Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra ġurnalisti nisa li jirrappurtaw bla biża' dwar kwistjonijiet politiċi u kriminali ewlenin, u jitlob għall-akbar sforzi possibbli biex tkun żgurata l-protezzjoni u s-sikurezza tal-ġurnalisti kollha;
12. Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-midja pubbliċi u privati jadottaw politiki interni bħal opportunitajiet indaqs u politiki ta' diversità li jinkludu miżuri kontra l-fastidju, skemi ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri, arranġamenti flessibbli tax-xogħol li jappoġġaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata biex in-nisa u l-irġiel jibbenefikaw b'mod ekwu minn liv tal-ġenituri u l-irġiel jitħeġġu jieħdu liv tal-paternità, biex jiġi żgurat it-tqassim ġust tal-kura tat-tfal, kif ukoll programmi ta' taħriġ fl-ikkowċjar u l-maniġment, l-użu tat-telexogħol u arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, fuq bażi volontarja u mingħajr preġudizzju għall-avvanz fil-karriera;
13. Jistieden lill-midja tirrispetta d-dritt tan-nisa u tal-irġiel li jibbenefikaw bl-istess mod mil-liv tal-ġenituri; jirrimarka li l-ebda mara tqila ma għandha tiġi diskriminata minħabba l-kundizzjoni tagħha, u l-ebda mara ma m'għandha tiġi miċħuda impjieg minħabba li hija tista' tiddeċiedi li tinqabad tqila;
14. Jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet tal-midja jistabbilixxu bażijiet tad-data ta' nisa esperti f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari dawk fejn in-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed, bil-ħsieb li dawn jintużaw meta jkun xieraq; jinkoraġġixxi, barra minn hekk, il-ġbir ta' data diżaggregata skont is-sessi dwar il-kontenut tal-midja kollu possibbli;
15. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-parteċipazzjoni u l-aċċess tan-nisa għall-espressjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-midja u t-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni;
16. Iqis li t-titjib ġenerali tal-kundizzjonijiet tan-nisa fuq il-post tax-xogħol jista' jkun ta' benefiċċju għal dawk kollha li jaħdmu fil-midja; iqis, madankollu, li ma sarx biżżejjed titjib u li għad hemm l-inugwaljanzi; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu u jiżguraw il-prinċipju ta' paga ugwali skont l-Artikolu 157 tat-TFUE, inkluż billi tiġi miġġielda d-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa, jitnaqqas ix-xogħol prekarju[22], jiġu żgurati l-aċċessibbiltà għal indukrar ta' kwalità u bi prezz raġonevoli għat-tfal u politiki ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jiġu żgurati wkoll id-drittijiet ta' negozjar kollettiv;
17. Itenni li l-midja għandha, bħala kwistjoni ta' urġenza, timplimenta politika ta' paga ugwali għal xogħol ugwali, inklużi obbligi ta' trasparenza fil-pagi, filwaqt li tippermetti li n-nisa jkollhom l-istess opportunitajiet ta' promozzjoni u ta' taħriġ u kwalunkwe benefiċċju addizzjonali f'termini ugwali bħall-irġiel;
18. Jinnota r-rwol pożittiv tal-kunsilli tan-nisa u l-uffiċjali tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-postijiet tax-xogħol; jappella sabiex l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi promossa bħala politika trażversali tar-riżorsi umani fi ħdan il-midja; jikkunsidra li l-ilħiq fil-midja tal-ugwaljanza tan-nisa fil-livelli kollha, u b'mod partikolari fil-livelli deċiżjonali, jirrikjedi kultura ffukata fuq l-impjegat u tim ta' diriġenti sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi; jirrakkomanda li entitajiet regolatorji u organizzazzjonijiet tal-midja nazzjonali jsegwu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa[23], ifasslu gwida dwar proċeduri ta' selezzjoni ġusti, jistabbilixxu politiki ta' ugwaljanza komprensivi, li jkopru l-kontenut tal-midja u jipprevedu l-progress tan-nisa f'korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u jistabbilixxu proċeduri interni li jittrattaw il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-applikazzjoni u l-infurzar xierqa tad-Direttiva 2006/54 li ddawwar l-oneru tal-provi f'każijiet ta' diskriminazzjoni sessista;
Il-kontenut tal-midja u n-nisa
19. Jenfasizza r-rwol tal-midja bħala aġent tal-bidla soċjali u l-influwenza tagħha fl-iffurmar tal-opinjoni pubblika, u jistieden lill-Istati Membri jippromwovu kontenut dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-midja pubblika; jirrimarka li s'issa kull azzjoni regolatorja dwar sessiżmu u immaġni stereotipika tas-sessi fil-kontenut tal-midja kienet kompetenza tal-Istati Membri; ifakkar fil-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess fil-midja skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva; jenfasizza, barra minn hekk, li filwaqt li azzjoni regolatorja tkun soġġetta għal konsiderazzjonijiet xierqa tal-prinċipju ta' libertà ta' espressjoni, il-libertà editorjali fl-ebda ċirkustanza m'għandha sservi biex tħeġġeġ jew tilleġittimizza immaġnijiet degradanti ta' nisa u ta' persuni LGBTI; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fis-salvagwardja tal-libertajiet imsemmija hawn fuq, jirregolaw l-aċċess għall-videogames b'kontenut online li jagħmel il-ħsara, u għall-pornografija fuq l-internet;
20. Jenfasizza li l-argumenti ekonomiċi ma jistgħux jintużaw bħala skuża għall-persistenza tal-istereotipizzazzjoni tas-sessi fil-kontenut tal-midja;
21. Jenfasizza li kontenut tal-midja vjolenti u sessista qed jaffettwa b'mod negattiv lin-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà; jesprimi tħassib dwar ċerti komunikazzjonijiet awdjoviżivi kummerċjali li qed joħolqu ħsara psikoloġika u fiżika lit-tfal u ż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-partijiet interessati rilevanti u lill-awtoritajiet jindirizzaw il-kwistjoni ta' reklamar li indirettament jinkoraġġixxi d-disturbi alimentari bħall-anoressija, u jieħdu passi oħrajn biex jipproteġu persuni partikolarment vulnerabbli, inklużi l-bniet u n-nisa żgħażagħ, kontra tali kontenut;
22. Iħeġġeġ li l-kontenut tal-midja, inkluż ir-reklamar, relatati mal-ippjanar tal-familja, id-drittijiet sesswali u riproduttivi, is-saħħa tal-omm u tat-tfal u l-edukazzjoni jkun immirat kemm lejn l-irġiel kif ukoll lejn in-nisa;
23. Jenfasizza l-importanza li jitrawwem litteriżmu tal-midja u li l-partijiet interessati kollha jiġu pprovduti b'inizjattivi edukattivi ta' edukazzjoni tal-midja sensittivi għall-kwistjonijiet tas-sessi, sabiex jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet ta' ħsieb kritiku, u jgħinuhom jidentifikaw u jitkellmu kontra immaġnijiet sessisti u diskriminazzjoni, vjolenza sessista, bullying ċibernetiku, diskorsi ta' mibgħeda, eċċ.; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri preventivi inklużi l-kriptaġġ u l-kontroll tal-ġenituri bil-ħsieb li jiġi żgurat użu tal-internet aktar sikur u litteriżmu diġitali u medjatiku; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istereotipi fir-reklamar u fi prodotti oħra tal-midja għandhom impatt potenzjali fuq is-soċjalizzazzjoni tat-tfal u, sussegwentement, fuq il-mod kif dawn iqisu lilhom innifishom, il-membri tal-familja tagħhom u d-dinja ta' barra; jirrimarka li r-reklamar jista' jkun għodda effettiva biex jiġu sfidati l-istereotipi; jitlob, għalhekk, li tingħata aktar attenzjoni lill-attivitajiet professjonali ta' taħriġ u ta' edukazzjoni bħala mod biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi;
24. Jirrakkomanda li miżuri mhux vinkolanti bħal pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi jew linji gwida għandhom jingħataw saħansitra aktar prominenza f'organizzazzjonijiet tal-midja, u jirrakkomanda li dawn il-protokolli jistabbilixxu l-istandards għal immaġni pożittiva tan-nisa fir-reklamar, l-aħbarijiet, ir-rappurtar, il-produzzjoni jew ix-xandir u jkopru l-oqsma kollha ta' kontenut sensittiv, bħar-rappreżentazzjoni tas-setgħa u tal-awtorità, il-kompetenza, it-teħid ta' deċiżjonijiet, is-sesswalità, il-vjolenza, id-diversità tar-rwoli u l-użu ta' diskors mhux sessista; iħeġġeġ barra minn hekk lill-organizzazzjonijiet tal-midja pubbliċi u privati jintegraw l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut kollu tagħhom u jadottaw pjanijiet ta' ugwaljanza sabiex jirriflettu d-diversità soċjali;
25. Jirrakkomanda li regolamenti maħruġa minn awtoritajiet kompetenti għal midja u komunikazzjoni jistabbilixxu l-kriterji li jiggarantixxu immaġnijiet mingħajr stereotipi tan-nisa u l-bniet, u li jinkludu l-possibilità li jitneħħa jew jiġi sospiż kontenut offensiv; jirrakkomanda ulterjorment li l-organizzazzjonijiet speċjalizzati, bħall-korpi ta' ugwaljanza nazzjonali u l-NGOs tan-nisa, jiġu involuti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-regolamenti;
26. Jirrimarka li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, bil-mezzi kollha xierqa, li l-midja, inkluż online u l-midja soċjali, kif ukoll ir-reklamar, ikunu ħielsa minn kwalunkwe inċitament għall-vjolenza jew mibegħda kontra kwalunkwe persuna jew grupp ta' persuni; jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar data skont is-sessi u li ssir riċerka, f'kooperazzjoni mal-EIGE, biex jiġu indirizzati l-vjolenza ċibernetika, il-fastidju sesswali online, it-theddid, ir-rimarki sessisti u d-diskors ta' mibegħda kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza li jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lil taħriġ dwar kif il-midja tirrapporta każijiet ta' vjolenza fuq in-nisa; jissuġġerixxi li taħriġ kontinwu dwar rappreżentazzjonijiet tas-sessi fil-kontenut tal-midja jkun disponibbli għall-professjonisti tal-midja, inklużi dawk f'pożizzjonijiet ta' tmexxija; jirrakkomanda li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi riflessa f'moduli ta' tagħlim fil-korsijiet tal-ġurnaliżmu u tax-xjenzi tal-komunikazzjoni universitarji u postgradwatorji;
27. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni fil-midja permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta;
Eżempji ta' prattika tajba
28. Jinnota b'entużjażmu d-diversi eżempji ta' prattika tajba li jistgħu jiġu osservati fl-Istati Membri kollha, inkluż: kampanji fil-midja, leġiżlazzjoni speċifika, premji jew anti-premji għal reklamar sessista u stereotipat, bażijiet tad-data ta' nisa esperti, korsijiet ta' taħriġ għal professjonisti tal-industrija, u pjanijiet ta' ugwaljanza tal-organizzazzjonijiet tal-midja, kodiċijiet ta' kondotta u opportunitajiet indaqs u politiki ta' diversità, u l-limiti minimi stabbiliti għar-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-korpi governattivi tar-regolaturi tal-midja;
29. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw kampanji bħall-għodda Expertalia tal-Belġju, il-premji "Sexist Piggy" tar-Repubblika Ċeka jew l-inizjattiva #TackaNej ("Le, grazzi") Żvediża, fost l-oħrajn; jistieden lill-Istati Membri biex b'mod regolari jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni dwar kontenut diskriminatorju bbażat fuq is-sess fil-midja, u jirrappurtaw b'mod regolari dwar xejriet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-midja; jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi speċjali għal sottoprogrammi b'enfasi fuq l-avvanz tan-nisa fl-industrija tal-midja u tappoġġa l-assoċjazzjonijiet u n-netwerks tal-midja li qed jimplimentaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubbliċi u settorjali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi premju tal-UE għal studenti fil-qasam tal-midja għal ħidma relatata mal-ugwaljanza bejn is-sessi;
30. Jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jfasslu strateġiji ta' komunikazzjoni, mhux biss għall-midja tradizzjonali, iżda wkoll għall-midja online, sabiex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni biex tiġi influwenzata u monitorjata l-aġenda tal-midja;
Aktar rakkomandazzjonijiet
31. Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien ma' korpi tal-ugwaljanza, jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni eżistenti li tindirizza l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jinkoraġġixxu lill-korpi regolatorji jagħtu attenzjoni lill-preżenza u l-avvanz tan-nisa u lill-kontenut tal-midja mhux stereotipiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu evalwazzjonijiet regolari fl-oqsma msemmija hawn fuq u jiżviluppaw, jekk dan għadu ma sarx, leġiżlazzjoni li tiffoka fuq kontenut tal-midja mhux stereotipiku; jenfasizza r-rwol tal-Istati Membri biex isir użu aħjar mir-riżorsi eżistenti fil-midja fil-kompetenza tagħhom biex iwettqu r-rwol tagħhom ta' servizz pubbliku filwaqt li jirriflettu soċjetà aktar ibbilanċjata bejn is-sessi u aktar demokratika;
32. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq aktar riċerka dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet għolja fil-midja; ifaħħar lill-EIGE għall-ħidma tiegħu fil-qasam u jistiednu jkompli jiżviluppa u jimmonitorja s-sett ta' indikaturi rilevanti, inkluż iżda mhux limitat għall-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tal-midja, filwaqt li jestendi l-attenzjoni tiegħu għat-tekonoloġiji ġodda ta' midja soċjali sabiex jiżviluppa metodoloġiji biex jiġu evitati l-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-fastidju fil-midja soċjali;
33. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromovu l-organizzazzjonijiet tan-nisa li huma attivi fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-midja, inklużi organizzazzjonijiet li jappoġġaw lin-nisa u lit-tfajliet vittmi ta' vjolenza sessista, diskriminazzjoni intersezzjonali jew fastidju sesswali;
34. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw programmi ta' azzjoni li jiżguraw l-involviment tan-nisa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki u programmi effikaċi u effiċjenti fir-rigward tas-sensittività għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi fl-organizzazzjonijiet medjatiċi;
35. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi biex jippromwovu l-ħiliet tan-nisa fix-xjenza, it-teknolġija, l-inġinerija u l-matematika (is-suġġetti STEM), li huma importanti għal karriera ta' natura aktar teknika fis-settur tal-midja, bħal dik ta' tekniku tas-sound jew tekniku awdjoviżiv; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fid-diversifikazzjoni tal-għażla tal-karriera u l-introduzzjoni tan-nisa u l-irġiel għal opportunitajiet ta' karrieri mhux tradizzjonali biex tingħeleb l-esklużjoni orizzontali u vertikali;
o
o o
36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
- [2] ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
- [3] ĠU C 296, 10.11.1995, p 15.
- [4] ĠU C 295E, 4.12.2009, p. 43.
- [5] ĠU C 36, 29.1.2016, p. 18.
- [6] Testi adottati, P8_TA(2016)0204.
- [7] Testi adottati, P8_TA(2016)0338.
- [8] Testi adottati, P8_TA(2016)0360.
- [9] Testi adottati, P8_TA(2017)0260.
- [10] Testi adottati, P8_TA(2017)0290.
- [11] Testi adottati, P8_TA(2017)0364.
- [12] Testi adottati, P8_TA(2017)0417.
- [13] Ġbir ta' data konġunt bejn UNESCO, OECD u Eurostat, disponibbli fuq: http://eige.europa.eu/gender-statistics/dgs/indicator/ta_educ_part_grad__educ_uoe_grad02
- [14] Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-EIGE, 2017.
- [15] https://www.womenlobby.org/IMG/pdf/factsheet_women_and_media.pdf
- [16] Lenka Vochocová, seduta pubblika tal-FEMM "L-ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur tal-midja fl-UE", 26 ta' Ġunju 2017, disponibbli fuq http://www.europarl.europa.eu/ep-live/mt/committees/video?event=20170626-1500-COMMITTEE-FEMM
- [17] Il-proġett ta' monitoraġġ tal-midja globali (Global Media Monitoring), ir-rapport reġjonali għall-Ewropa (2015), disponibbli fuq http://cdn.agilitycms.com/who-makes-the-news/Imported/reports_2015/regional/Europe.pdf
- [18] International Federation of Journalists (IFJ), kampanja dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess fuq il-post tax-xogħol, https://www.ifj-stop-gender-based-violence.org/
- [19] "Fejn huma d-diretturi nisa fil-films Ewropej? Rapport dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi dwar diretturi nisa (2006–2013) flimkien mal-aqwa prattika u rakkomandazzjonijiet ta' politika", http://www.ewawomen.com/en/research-.html
- [20] L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Poter u t-Teħid ta' Deċiżjonijiet. Reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE, 2017 (Sors: Bażi tad-Data bl-Istatistika dwar il-Ġeneri tal-EIGE — In-Nisa u l-Irġiel fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet).
- [21] Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE): Reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE: In-nisa u l-Mezzi tax-Xandir — Immexxu 'l quddiem l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet fl-organizzazzjonijiet tal-midja (2013).
- [22] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju.
- [23] https://ec.europa.eu/info/strategy/justice-and-fundamental-rights/discrimination/gender-equality/equal-pay/gender-pay-gap-situation-eu_en
NOTA SPJEGATTIVA
Dan ir-rapport jittratta l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-midja fl-UE. Il-midja hija r-raba' setgħa, u għandha influwenza kbira fuq il-politika u s-soċjetà. Għaldaqstant jeħtiġilna noqogħdu attenti ħafna li niżguraw li din tista' tiffunzjona kif jixraq u b'mod ibbilanċjat, u dan neċessarjament jinvolvi l-iżgurar ta' bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel. Minħabba li l-midja, kemm pubblika kif ukoll privata, għandha taqdi lis-soċjetà kollha kemm hi, l-istruttura u l-ħidma tagħha għandhom jirriflettu l-fatt li n-nisa jikkostitwixxu nofs tas-soċjetà.
Ir-rapport jiffoka fuq il-qagħda tan-nisa li jaħdmu fil-midja bħala reporters jew kummentaturi, iżda jiġbed l-attenzjoni anke dwar in-nuqqas ta' nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Din is-sitwazzjoni tal-aħħar hija partikolarment ta' tħassib: 30-40 % biss tal-karigi direttorjali fil-midja huma okkupati min-nisa, minkejja li l-biċċa l-kbira ta' dawk li jiggradwaw fil-midja huma nisa. Dan l-iżbilanċ mhux biss jolqot il-kontenut u l-fokus tal-midja, iżda jikkontribwixxi wkoll lejn it-tkabbir ġenerali tad-differenzi fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel.
In-nisa jiltaqgħu wkoll ma' diffikultajiet sinifikanti bħala reporters u moderaturi: dawn jinsabu taħt pressjoni kbira li jkunu attraenti għall-udjenzi tagħhom, u rarament jingħataw kwistjonijiet politiċi jew ekonomiċi importanti biex jaħdmu fuqhom. Is-sitwazzjoni tan-nisa sikwit tkun aktar diffiċli minħabba ħtieġa akbar li jirrikonċiljaw id-dmirijiet tagħhom lejn il-familja (materni) u dawk professjonali. Nixtiequ noffru appoġġ kemm jista' jkun f'dan ir-rigward.
Kapitolu speċjali jiffoka fuq ir-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-midja u fl-industrija tar-reklamar, fejn huma suġġetti għal sterjotipi jew saħansitra sessiżmu. Il-qagħda hija simili fil-qasam ta' midja soċjali ġodda, li mhuwiex kopert f'dan ir-rapport minħabba n-nuqqas ta' data u ta' riċerka. Dan il-qasam m'għandux jitħalla barra fil-futur, madankollu.
Huwa tajjeb li l-UE ma tirregolax l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-midja, iżda n-nuqqas ta' liġijiet tali ma jneħħix id-dmir tagħna li nindirizzaw il-kwistjoni u li nistiednu l-persuni u l-korpi rilevanti jaġixxu. Ir-responsabbiltà hija f'idejn il-midja, il-korpi regolatorji u superviżorji u s-soċjetà ċivili biex jiġbdu l-attenzjoni dwar id-diversi kwistjonijiet. Il-korpi nazzjonali u tal-UE jistgħu madankollu jiżguraw li l-liġijiet kontra d-diskriminazzjoni jiġu infurzati kif jixraq u jtejbu l-qafas legali għar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (24.1.2018)
għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur tal-midja fl-UE
(2017/2210(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Lynn Boylan
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol[1],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi[2],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel[3],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE[5],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbużi sesswali fl-UE[6],
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta' April 2017 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253),
1. Jiddispjaċih ħafna li għalkemm jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-gradwati fil-ġurnaliżmu u l-midja fl-UE – 68 %[7] – in-nisa xorta għadhom sottorappreżentati ferm fil-midja, speċjalment fil-livelli deċiżjonali u tat-tmexxija; jinnota li, fil-livelli maniġerjali kollha, in-nisa jirrappreżentaw medja ta' 32 % tal-persunal superjuri f'karigi deċiżjonali, filwaqt li l-ammont ta' nisa f'karigi fl-ogħla livell strateġiku ta' CEO eċċ. huwa saħanistra iżgħar, fil-livell ta' 16 %; jinnota, barra minn hekk, li l-ammont ta' nisa fuq il-bordijiet – 25 %[8] – huwa baxx ukoll; jinnota li din is-sottorappreżentanza tikkontribwixxi għall-immaġni negattiva u stereotipika tan-nisa fil-midja fl-UE;
2. Iqis li dawn l-istereotipi jistgħu jwasslu għal ambjent soċjali negattiv għan-nisa u jistgħu jikkontribwixxu għad-diskriminazzjoni bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol; jinnota l-importanza ta' ambjent soċjali pożittiv biex il-ħaddiema jiġu megħjuna jlaħħqu ma' livelli għolja ta' intensità fix-xogħol;
3. Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa sabiex jiġi ppremjat it-talent irrispettivament mis-sess, ir-razza, l-età, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-istat tas-saħħa jew il-qagħda ekonomika;
4. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-organizzazzjonijiet medjatiċi, fil-korpi rappreżentattivi u fl-istituzzjonijiet tat-taħriġ, speċjalment fil-bordijiet tagħhom, u jsegwu u jissorveljaw mill-qrib il-progress magħmul;
5. Iqis li t-titjib ġenerali tal-kundizzjonijiet tan-nisa fuq il-post tax-xogħol jista' jkun ta' benefiċċju għal dawk kollha li jaħdmu fil-midja; iqis, madankollu, li ma sarx biżżejjed titjib u li għad hemm l-inugwaljanzi; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu u jiżguraw il-prinċipju ta' paga ugwali skont l-Artikolu 157 tat-TFUE, inkluż billi tiġi miġġielda d-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa, jitnaqqas ix-xogħol prekarju[9], jiġu żgurati l-aċċessibbiltà għal indukrar ta' kwalità u bi prezz raġonevoli għat-tfal u politiki ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jiġu żgurati wkoll id-drittijiet ta' negozjar kollettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-impjieg prekarju, inkluż ix-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju, sabiex jiżguraw li kull tip ta' kuntratt tax-xogħol joffri kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti u protezzjoni soċjali b'kopertura xierqa tas-sigurtà soċjali, f'konformità mal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO, l-Artikolu 9 tat-TFUE, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Karta Soċjali Ewropea;
6. Jemmen li l-istereotipi tas-sessi riprodotti mill-midja jikkontribwixxu għas-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol; jikkundanna r-rappreżentazzjonijiet li jnaqqsu d-dinjità tan-nisa bħala bnedmin, pereżempju permezz tal-oġġettifikazzjoni sesswali fix-xandir u r-reklamar; jenfasizza li l-argumenti ekonomiċi ma jistgħux jintużaw bħala skuża għall-persistenza tal-istereotipizzazzjoni tas-sessi fil-kontenut medjatiku; jirrimarka li fil-midja sikwit ikun hemm ħafna inqas nisa milli rġiel li jkopru l-aktar suġġetti importanti b'rabta mal-affarijiet politiċi u ekonomiċi; jinnota, barra minn hekk, li huwa inaċċettabbli li l-età u l-attraenza jkunu l-fatturi ewlenin li jiddeterminaw jekk preżentatriċi partikolari tidhirx fuq l-iskrin jew le;
7. Jinnota t-tradizzjoni twila ta' taħlita ta' persunal permanenti u freelance fis-settur tal-midja; jinnota li d-diġitalizzazzjoni kontinwa tas-settur wasslet għal tnaqqis fid-dħul tradizzjonali ġġenerat miċ-ċirkolazzjoni u mir-reklamar, li jħalli impatt fuq it-tip ta' kuntratti ta' impjieg offruti fis-settur;
8. Jirrakkomanda li l-organizzazzjonijiet medjatiċi jirrispettaw id-dritt tal-irġiel u n-nisa li jibbenefikaw bl-istess mod mil-liv tal-ġenituri; jinkoraġġixxi b'mod partikolari lill-irġiel jieħdu l-liv tal-paternità;
9. Iqis li l-ugwaljanza għan-nisa fil-livelli kollha fil-midja, u b'mod partikolari fil-livelli fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, tirrikjedi kultura ffukata fuq l-impjegati, tim maniġerjali superjuri li jkun sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi, trasparenza fis-sistemi tal-pagi, evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-impjiegi newtrali fir-rigward tas-sessi, trasparenza fil-proċeduri ta' promozzjoni u reklutaġġ, u miżuri effikaċi biex jintemm il-fastidju sesswali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-applikazzjoni korretta u l-infurzar tad-Direttiva 2006/54 li ddawwar l-oneru tal-provi f'każijiet ta' diskriminazzjoni sessista;
10. Jinnota studju reċenti tal-Parlament Ewropew li jenfasizza l-prekarjetà dejjem akbar ta' kull forma ta' xogħol; jirrikonoxxi li hemm riskju akbar ta' prekarjetà f'forom ta' xogħol atipiċi bħal xogħol b'kuntratt definit, temporanju, freelance u diskontinwu fis-settur tal-midja; jinnota wkoll li, bħalma qed jiġri fis-suq tax-xogħol kollu kemm hu, l-ammont ta' nisa f'ħafna forom ta' xogħol atipiċi huwa sproporzjonat[10]; jinnota li l-pressjonijiet dejjem akbar fuq is-settur tal-midja biex tinżamm il-vijabbiltà ekonomika minħabba d-diġitalizzazzjoni kontinwa qed iħallu impatt fuq it-tip ta' kuntratti ta' impjieg offruti fis-settur u x'aktarx se jkomplu jiggravaw din ix-xejra; jinnota wkoll li n-nisa fuq dawn it-tipi ta' kuntratt jistgħu jkunu aktar vulnerabbli għall-fastidju fuq il-post tax-xogħol minħabba l-faċilità relattiva li biha jistgħu jitkeċċew mill-organizzazzjoni;
11. Jinnota, b'referenza għar-rapport imminenti tal-Eurofound "Pay transparency in Europe: First movers' experiences with gender pay reports and audits", li, sal-lum, terz biss tal-Istati Membri implimentaw tal-inqas xi miżuri skont ir-Rakkomandazzjoni (C(2014) 1405 final), u xi wħud kien biss dan l-aħħar li biddlu l-leġiżlazzjoni jew għandhom pjanijiet maturi, filwaqt li aktar minn nofs l-Istati Membri għadhom ma implimentaw l-ebda waħda mill-erba' miżuri ta' trasparenza fir-rigward tal-pagi;
12. Jenfasizza r-rwol tal-mezzi tax-xandir bħala aġenti tal-bidla soċjali u l-influwenza tagħhom fit-tiswir tal-opinjoni pubblika, u jistieden lill-Istati Membri jippromwovu kontenut li jirrispetta l-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xandir pubbliku; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet medjatiċi pubbliċi u privati jintegraw l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut kollu tagħhom u jużaw diskors li ma jkunx sessist; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tax-xandir jadottaw pjan ta' ugwaljanza kemm għall-istrutturi interni tagħhom kif ukoll għall-produzzjoni tal-kontenut;
13. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw programmi ta' azzjoni li jiżguraw l-involviment tan-nisa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki u programmi effikaċi u effiċjenti fir-rigward tas-sensittività għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi fl-organizzazzjonijiet medjatiċi;
14. Itenni l-appell tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni mgħaġġla tad-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet, li toħloq sistema ta' kwoti fl-organizzazzjonijiet medjatiċi pubbliċi u privati elenkati sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza fir-rappreżentanza tan-nisa fil-livell deċiżjonali; ifakkar lill-Kummissjoni fir-responsabbiltà tagħha li tieħu kwalunkwe azzjoni li tista' tgħin biex jintemm l-istaġnar fil-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet;
15. Jinnota, b'mod partikolari, il-proporzjon inkwetanti tal-fastidju fil-konfront ta' ġurnalisti nisa; jinnota li, skont studju tal-IWMF/International News Safety Institute tal-2013[11], 64.8 % tan-nisa li jaħdmu fil-midja internazzjonalment esperjenzaw intimidazzjoni, theddid jew abbuż b'rabta ma' xogħolhom u 31.7 % minnhom qalu li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-intimidazzjoni u l-abbuż seħħew fuq il-post tax-xogħol u twettqu minn kap, superviżur jew kollega raġel; jistieden lill-organizzazzjonijiet medjatiċi jistabbilixxu, jekk għad m'għandhomx, korpi interni li jassistu lill-vittmi tal-fastidju tul il-proċess li fih joħorġu jitkellmu; jistieden ukoll lil dawn l-organizzazzjonijiet jiżguraw l-eżistenza ta' politiki interni ċari u speċifiċi, inkluż proċess għall-iżvelar ta' informazzjoni protetta, maħsuba speċifikament biex jindirizzaw il-kultura li tippermetti t-trawwim tad-diskriminazzjoni u l-fastidju ta' natura sessista fuq il-post tax-xogħol; jilqa' inizjattivi bħall-moviment #MeToo, li ġibdu l-attenzjoni fuq il-kobor tal-problema tal-fastidju sesswali u l-vjolenza fuq in-nisa; jagħti l-appoġġ qawwi tiegħu lin-nisa u t-tfajliet kollha li ħadu sehem fil-kampanja, inklużi dawk li ddenunzjaw lit-trasgressuri tagħhom;
16. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi biex jitjiebu l-ħiliet tan-nisa fis-suġġetti STEM, li huma importanti għal karriera ta' natura aktar teknika fis-settur tal-midja, bħal dik ta' speċjalista akustiku jew awdjoviżiv; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fid-diversifikazzjoni tal-għażla tal-karriera u l-introduzzjoni tan-nisa u l-irġiel għal opportunitajiet ta' karrieri mhux tradizzjonali biex tingħeleb l-esklużjoni orizzontali u vertikali;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jippromovu l-organizzazzjonijiet tan-nisa li huma attivi fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-mezzi tax-xandir, inklużi l-organizzazzjonijiet li jappoġġjaw lin-nisa u t-tfajliet vittmi ta' vjolenza sessista, diskriminazzjoni intersezzjonali jew fastidju sesswali;
18. Jirrikonoxxi li ż-żieda fl-ammont ta' nisa fi rwoli ta' tmexxija fis-settur tal-midja hija pass importanti u jistieden lill-organizzazzjonijiet medjatiċi jintroduċu miżuri tal-aħjar prattika f'dan is-sens; iħeġġeġ lil dawn l-organizzazzjonijiet jikkunsidraw attivament miżuri bħal dawk inkorporati mix-Xandara tas-Servizz Pubbliku Nordiċi[12] u jsaħħu l-miżuri interni tagħhom bħall-kodiċi ta' mġiba, l-awditjar tal-ugwaljanza, il-pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, il-mekkaniżmi ta' rappurtar u t-taħriġ dwar il-fastidju u l-istereotipi tas-sessi, kif ukoll programmi ta' taħriġ u gwida u mudelli ta' ispirazzjoni għall-ħaddiema nisa li, skont il-Eurofound, għandhom inqas ċans – mill-kollegi tagħhom fis-settur tal-midja – li jirċievu taħriġ imħallas minn min iħaddimhom; jissuġġerixxi li dawn l-azzjonijiet jissaħħu b'mekkaniżmi ta' monitoraġġ li jistabbilixxu miri annwali ċari u realizzabbli; jemmen li miżuri bħal dawn jistgħu jikkontribwixxu għal sehem akbar ta' nisa f'karigi deċiżjonali strateġiċi;
19. Japprezza r-rwol pożittiv tal-unions u l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-ħaddiema tal-midja li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrutturi interni tagħhom b'mod aktar effikaċi milli sar s'issa fuq il-postijiet tax-xogħol; iqis li dawn l-assoċjazzjonijiet professjonali għandu jkollhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' strateġiji għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota wkoll ir-rwol proattiv li jista' jkollhom il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-korpi regolatorji nazzjonali tal-midja fis-sorveljanza u l-eliminazzjoni tal-inugwaljanza bejn is-sessi fis-settur;
20. Jirrikonoxxi li n-nisa ma jistgħux jiġu ttrattati bħala grupp omoġenu wieħed, iżda li nisa ta' etniċità, reliġjon, identità jew orjentazzjoni sesswali differenti, kif ukoll in-nisa b'diżabilità, jiffaċċjaw ostakli u sorsi ta' stress sessisti speċifiċi fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-fastidju, l-esklużjoni, id-diskriminazzjoni jew l-istereotipi tas-sessi;
21. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti eżistenti dwar it-trattament ugwali fl-impjieg u n-nondiskriminazzjoni; jiddispjaċih li ftit huma l-Istati Membri li sistematikament jiżguraw li t-testi legali eżistenti huma konformi mal-prinċipju ta' trattament ugwali[13];
22. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw, jiffinanzjaw u jinkoraġġixxu taħriġ dwar il-politika tal-post tax-xogħol b'rabta mal-fastidju, l-ugwaljanza u d-diversità – inkluż l-użu ta' lingwaġġ nondiskriminatorju u l-evitar tal-istereotipi tas-sessi fil-midja – sabiex jiġi miġġieled il-fastidju fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lil taħriġ dwar kif il-midja tirrapporta każijiet ta' vjolenza fuq in-nisa;
23. Jinsisti li huwa importanti li jiġi żgurat li n-nisa jkollhom bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, speċjalment fid-dawl tas-sigħat ta' xogħol irregolari fis-settur tal-midja; jinnota studju reċenti tal-Eurofound[14] li jikkwota ħaddiema tal-midja fis-setturi tal-istampar u l-pubblikazzjoni jirrappurtaw bilanċ fqir bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-aktar f'postijiet tax-xogħol żgħar u medji fis-settur tal-midja u l-komunikazzjoni; jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħala risposta għall-appelli ripetuti tal-Parlament Ewropew, u jinsisti fuq l-importanza li l-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali jirriżulta f'leġiżlazzjoni effikaċi; jinnota li l-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet, l-ispejjeż u l-indukrar bejn in-nisa u l-irġiel jgħin biex jiġu eliminati l-inugwaljanzi bejn is-sessi;
24. Jitlob lill-gvernijiet tal-Istati Membri jinkoraġġixxu miżuri biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fil-kumpaniji li jiksbu konċessjonijiet pubbliċi; jinnota r-rwol pożittiv tal-kunsilli tan-nisa u l-uffiċjali tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-postijiet tax-xogħol; jemmen li dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikomplu jaħdmu flimkien ma' min iħaddem fit-twettiq ta' miżuri xierqa li jwasslu għall-bilanċ bejn is-sessi fl-organizzazzjonijiet medjatiċi;
25. Jiddispjaċih li ħafna każijiet ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol – fil-forom kollha tagħhom – ma jiġux rappurtati, u jenfasizza li n-nuqqas ta' informazzjoni oġġettiva jagħmilha aktar diffiċli biex tkun ippruvata l-eżistenza ta' diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu fuq l-indikaturi żviluppati mill-EIGE u jiġbru informazzjoni dwar l-ugwaljanza fil-qafas tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi b'mod preċiż u sistemiku u bl-involviment tas-sħab soċjali, il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-qrati nazzjonali; jirrakkomanda wkoll li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-korpi tal-infurzar tal-liġi, inklużi l-ispetturi tax-xogħol, il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżidu l-monitoraġġ tagħhom tal-intersezzjonalità bejn raġunijiet sessisti u raġunijiet oħra f'każijiet u prattiki relatati mad-diskriminazzjoni.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
23.1.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 3 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Ivari Padar, Flavio Zanonato |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Morten Messerschmidt |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
42 |
+ |
|
ALDE |
Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, António Marinho e Pinto |
|
EFDD |
Rosa D’Amato |
|
GUE/NGL |
Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes |
|
PPE |
Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Romana Tomc |
|
S&D |
Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Ivari Padar, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato |
|
VERTS/ALE |
Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka |
|
3 |
- |
|
ENF |
Dominique Martin, Joëlle Mélin |
|
NI |
Lampros Fountoulis |
|
5 |
0 |
|
ECR |
Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Morten Messerschmidt, Ulrike Trebesius |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Testi adottati, P8_TA(2016)0338.
- [2] Testi adottati, P8_TA(2016)0360.
- [3] Testi adottati, P8_TA(2017)0260.
- [4] Testi adottati, P8_TA(2017)0290.
- [5] Testi adottati, P8_TA(2017)0364.
- [6] Testi adottati, P8_TA(2017)0417.
- [7] "Advancing gender equality in decision-making in media organisations", Rapport tal-EIGE, 2013, p. 17.
- [8] "Advancing gender equality in decision-making in media organisations", Rapport tal-EIGE, 2013, p. 29-33.
- [9] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju.
- [10] http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/587285/IPOL_STU(2016)587285_EN.pdf.
- [11] https://www.iwmf.org/wp-content/uploads/2014/03/Violence-and-Harassment-against-Women-in-the-News-Media.pdf
- [12] http://www.nordicom.gu.se/sites/default/files/mediefakta-dokument/Gender_Media/Making_Change/1-12_makingchange_lr.pdf
- [13] Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi.
- [14] https://www.eurofound.europa.eu/publications/information-sheet/2014/working-conditions/media-and-communications-working-conditions-and-job-quality.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
20.2.2018 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 4 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, André Elissen, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Maria Noichl, Pina Picierno, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Maria Gabriela Zoană |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Urszula Krupa, Edouard Martin |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Lukas Mandl, Pavel Svoboda, Patricija Šulin |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
25 |
+ |
|
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea, Sophia in 't Veld |
|
GUE/NGL |
Malin Björk |
|
PPE |
Krzysztof Hetman, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Lívia Járóka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Lukas Mandl, Michaela Šojdrová, Patricija Šulin, Pavel Svoboda, Elissavet Vozemberg-Vrionidi |
|
S&D |
Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Mary Honeyball, Edouard Martin, Maria Noichl, Pina Picierno, Liliana Rodrigues, Maria Gabriela Zoană |
|
VERTS/ALE |
Florent Marcellesi, Terry Reintke, Ernest Urtasun |
|
4 |
- |
|
ECR |
Arne Gericke, Urszula Krupa, Jadwiga Wiśniewska |
|
ENF |
André Elissen |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni