Proċedura : 2017/2067(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0036/2018

Testi mressqa :

A8-0036/2018

Dibattiti :

PV 12/03/2018 - 19
CRE 12/03/2018 - 19

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2018 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0063

RAPPORT     
PDF 763kWORD 86k
23.2.2018
PE 610.712v01-00 A8-0036/2018

dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti

(2017/2067(INI))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: István Ujhelyi

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti

(2017/2067(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata" (COM(2016)0766),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-Varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport(1), u l-estensjoni tal-perjodu tal-mandat għall-adozzjoni ta' atti delegati,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-11 ta' Ottubru 2017 dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 dwar il-"Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata"(3),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Pjattaforma għall-varar tas-Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (C-ITS), b'mod partikolari dwar il-politika ta' sigurtà u ċ-ċertifikat fil-qasam tas-C-ITS,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE"(4),

–  wara li kkunsidra id-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam tal-14 ta' April 2016 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 bit-titolu "Il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G"(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0036/2018),

A.  billi l-Istrateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (l-Istrateġija) hija marbuta mill-qrib mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Aġenda għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment tagħha, il-ħolqien ta' spazju uniku Ewropew tat-trasport, is-suq uniku diġitali, il-protezzjoni tal-klima u l-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija;

B.  billi l-awtoritajiet tal-Istati Membri u s-settur industrijali jeħtiġilhom jindirizzaw l-ħtieġa urġenti għal trasport aktar sikur, nadif, effiċjenti, sostenibbli, multimodali, u aċċessibbli għal kull min juża t-triq, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli u dawk b'mobbiltà mnaqqsa;

C.  billi t-tendenza pożittiva fl-ambitu tas-sikurezza tat-toroq osservata fl-UE matul dawn l-aħħar għaxar snin naqset, billi 92 % tal-inċidenti fit-toroq huma dovuti għal żbalji umani u billi l-użu ta' teknoloġiji C-ITS huwa importanti għall-funzjonament effiċjenti ta' ċerti sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa; billi t-trasport bit-triq għadu responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-użu tal-ispazju fil-bliet, l-inċidenti u l-emissjonijiet tat-trasport għal dak li jikkonċerna l-ħoss, il-gassijiet serra u s-sustanzi li jniġġsu fl-arja;

D.  billi s-sistema tas-C-ITS se tippermetti lill-utenti tat-triq u lil dawk responsabbli mit-traffiku jikkondividu u jużaw l-informazzjoni u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b'mod aktar effikaċi;

E.  billi ċ-ċibersigurtà tas-C-ITS tikkostitwixxi element ewlieni tal-implimentazzjoni tagħhom, billi soluzzjonijiet ta' sigurtà frammentati se jipperikolaw l-interoperabbiltà u s-sikurezza tal-utent finali, u billi, għalhekk, hemm ħtieġa ċara għal azzjoni fil-livell tal-UE;

F.  billi r-responsabbiltà u t-trasparenza fis-sistema algoritmika jinvolvu l-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi u operazzjonali li jiżguraw it-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tat-teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat u tal-proċess tal-ikkalkolar tal-probabbiltà ta' mġiba individwali; billi t-trasparenza għandha tagħti lill-individwi informazzjoni valida dwar il-loġika involuta u s-sinifikat tal-proċess u l-konsegwenzi tiegħu; billi dan għandu jinkludi informazzjoni dwar id-data użata għat-taħriġ tal-analitika u għandu jippermetti lill-individwi jifhmu u jimmonitorjaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom;

G.  billi l-UE għandha tinkoraġġixxi u tiżviluppa aktar it-teknoloġiji diġitali mhux biss biex jitnaqqsu l-iżbalji umani u ineffiċjenzi oħra, iżda wkoll biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastruttura permezz tat-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku, biex b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2;

H.  billi dan l-element kooperattiv, permess tal-konnettività diġitali u mobbli, se jtejjeb b'mod sinifikanti s-sikurezza tat-triq, l-effiċjenza tat-traffiku, is-sostenibbiltà u l-multimodalità; billi fl-istess ħin dan ser jiġġenera potenzjal ekonomiku enormi u se jnaqqas l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq u l-konsum tal-enerġija; billi s-C-ITS huma fundamentali għall-iżvilupp ta' vetturi u sistemi ta' sewqan awtonomi;

I.  billi s-sewqan konness u awtomatizzat huwa żvilupp diġitali importanti fis-settur u billi l-koordinazzjoni mat-teknoloġiji l-ġodda kollha użati f'dan is-settur, bħal pereżempju s-sistemi Ewropej globali ta' navigazzjoni bis-satellita GALILEO u EGNOS, issa laħqet livell għoli ta' kapaċità teknoloġika;

J.  billi l-UE hija obbligata tirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 dwar id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali;

K.  billi bosta pajjiżi madwar id-dinja (pereżempju l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Ġappun, il-Korea u ċ-Ċina) qed jimxu b'mod rapidu lejn l-użu ta' teknoloġiji diġitali ġodda u billi l-vetturi u s-servizzi C-ITS diġà huma disponibbli fis-suq;

Qafas ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti u l-ħidma intensiva li wettqet mal-esperti kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, li qiegħdet il-pedamenti għall-komunikazzjoni; jappoġġa r-riżultati u jappella, għalhekk, għall-introduzzjoni ta' servizzi C-ITS interoperabbli madwar l-Ewropa kollha mingħajr dewmien;

2.  Jissottolinja l-ħtieġa għal qafas ġuridiku ċar biex jappoġġa l-varar tas-C-ITS u jilqa' att delegat futur fil-qafas tad-Direttiva dwar l-ITS (id-Direttiva 2010/40/UE) biex jiġu żgurati l-kontinwità ta' servizzi u l-interoperabbiltà u tiġi appoġġata r-retrokompatibbiltà;

3.  Jinnota l-potenzjal tas-C-ITS biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, filwaqt li jnaqqsu l-kost tat-trasport individwali kif ukoll l-impatt negattiv tat-traffiku fuq l-ambjent;

4.  Jenfasizza l-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u tal-mudelli kummerċjali relatati fit-trasport bit-triq u jirrikonoxxi l-Istrateġija bħala stadju importanti fl-iżvilupp tas-C-ITS u, finalment, il-mobbiltà kompletament konnessa u awtomatizzata; jinnota li l-vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività tal-industrija Ewropea, irendu t-trasport aktar fluwidu u sikur, inaqqsu l-konġestjoni, il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet, u jtejbu l-interkonnettività bejn il-modi differenti tat-trasport; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti infrastrutturali sabiex jiżguraw li s-sistemi kkonċernati jkunu jistgħu joperaw b'mod sikur u effettiv;

5.  Jinnota li l-industriji tal-UE għandhom jikkapitalizzaw fuq il-pożizzjoni vantaġġuża tagħhom fuq ix-xena globali fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tat-teknoloġiji C-ITS; jissottolinja l-bżonn urġenti li tiġi stabbilita strateġija Ewropea ambizzjuża li tikkoordina l-isforzi nazzjonali u reġjonali, tevita l-frammentazzjoni, tħaffef il-varar tat-teknoloġiji C-ITS li jkunu wrew li għandhom benefiċċji ta' sikurezza, u timmassimizza l-kooperazzjoni bejn setturi differenti bħat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta skeda ta' żmien speċifiku b'miri ċari għal dak li jeħtieġ li l-UE tikseb bejn l-2019 u l-2029, biex tipprijoritizza l-varar sal-2019 ta' dawk is-servizzi C-ITS li għandhom l-ogħla potenzjal ta' sikurezza kif stabbiliti fil-lista ta' servizzi mħejjija mill-Pjattaforma C-ITS fir-Rapport tagħha tal-Fażi II, u biex tiżgura li dawn is-servizzi jkunu disponibbli fil-vetturi l-ġodda kollha madwar l-Ewropa;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi introdott qafas koerenti ta' regoli soċjali, ambjentali u ta' sikurezza sabiex jiġu infurzati d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi u tigi garantita kompetizzjoni ġusta fis-settur;

7.  Jilqa' r-riżultati tal-Fażi II tal-Pjattaforma C-ITS u jissottolinja l-importanza tar-riżultati(6);

8.  Jissottolinja li, filwaqt li l-komunikazzjoni tikkostitwixxi stadju importanti lejn strateġija tal-UE dwar vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati, ma għandu jkun hemm l-ebda konfużjoni bejn is-C-ITS u dawn il-kunċetti differenti;

9.  Jissottolinja l-ħtieġa li jkun żgurat li l-iżvilupp u l-varar tal-vetturi konnessi u awtomatizzati u tas-C-ITS ser jirrispettaw u jappoġġaw l-għanijiet tad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport u l-viżjoni żero fis-sikurezza tat-triq;

10.  Ifakkar li s-C-ITS huma sistemi li jippermettu lill-istazzjonijiet tal-ITS differenti (vetturi, tagħmir mal-ġenb tat-triq, ċentri għall-kontroll tat-traffiku u apparat nomadiku) jikkomunikaw u jikkondividu l-informazzjoni bl-użu ta' arkitettura ta' komunikazzjoni standardizzata u li l-interoperabbiltà tas-sistemi individwali hija għalhekk essenzjali;

11.  Ifakkar li vetturi konnessi huma vetturi li jużaw teknoloġiji C-ITS li jippermettu lill-vetturi tat-triq kollha jikkomunikaw ma' vetturi oħra, permezz ta' sinjali tat-traffiku u ta' infrastruttura permanenti li tkun mal-ġenb tat-triq kif ukoll dik orizzontali – li jeħtieġ li jissaħħu u jiġu adattati, iżda li jistgħu wkoll jipprovdu sistemi ta' ċċarġjar innovattivi matul it-tħaddim u jikkomunikaw b'mod sikur ma' vetturi – u mal-utenti l-oħra tat-triq; ifakkar li 92 % tal-inċidenti fit-toroq huma dovuti għal żbalji umani u li l-użu ta' teknoloġiji C-ITS huwa importanti għall-funzjonament effiċjenti ta' ċerti sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa;

12.  Ifakkar li l-vetturi awtomatizzati huma vetturi li kapaċi joperaw u jimmanuvraw b'mod indipendenti f'sitwazzjonijiet reali ta' traffiku u fejn wieħed jew aktar mill-kontrolli primarji tas-sewqan (stering, aċċellerazzjoni, ibbrejkjar) huma awtomatizzati għal perjodu twil;

13.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu inkorporati sistemi ta' salvagwardja matul il-fażi ta' tranżizzjoni tal-koeżistenza bejn il-vetturi konnessi u awtomatizzati u l-vetturi tradizzjonali mhux konnessi, sabiex ma tiġix preġudikata s-sikurezza tat-triq; jirrimarka li ċerti sistemi ta' assistenza għas-sewwieqa għandhom ikomplu jiġu żviluppati u installati fuq bażi obbligatorja;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif ser tindirizza l-koeżistenza fit-toroq ta' vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati u vetturi u sewwieqa mhux konnessi, meta wieħed iqis li l-età tal-flotta tal-vetturi u l-proporzjon residwu ta' nies mhux konnessi jfissru li jeħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta' numru dejjem kbir ta' vetturi li mhumiex parti mis-sistema;

15.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' skedar taż-żmien ċar għas-servizzi rakkomandati "Day 1.5" u lil hinn, kif ukoll għan-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt sħiħa u informazzjoni preċiża dwar l-inizjattivi tal-varar fl-iżvilupp ta' servizzi C-ITS u estensjonijiet potenzjali tas-servizz;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lis-servizzi C-ITS li jipprovdu l-ogħla potenzjal tas-sikurezza u lit-tfassil tad-definizzjonijiet u r-rekwiżiti li huma meħtieġa u biex taġġorna mingħajr aktar dewmien l-Istqarrija Ewropea dwar il-Prinċipji tal-Interfaċċa bejn il-Magni u l-Bniedem (HMI) għas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni fuq il-vetturi, peress li l-interazzjoni bejn is-sewwieq uman u l-magna hija importanti(7)

;

17.  Itenni r-rwol ewlieni ta' vetturi konnessi u awtomatizzati, tas-C-ITS u ta' teknoloġiji ġodda biex jintlaħqu l-miri b'rabta mal-klima, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iżvilupp u l-użu tagħhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-għan ta' dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport u jappoġġawh; jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tas-C-ITS bħala mezz biex titjieb l-effiċjenza, jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-impatt tat-trasport bit-triq fuq l-ambjent (pereżempju, f'termini ta' emissjonijiet CO2) u jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastruttura urbana;

18.  Jenfasizza l-potenzjal tat-teknoloġiji innovattivi bħas-sewqan awtomatizzat u l-"platooning" (raggruppament ta' vetturi tas-sewwieqa) fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jippermettu użu aħjar tal-islipstream bir-riżultat li jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet; jappella għal appoġġ ulterjuri għar-riċerka u l-iżvilupp f'dak il-qasam, b'mod partikolari b'rabta mal-infrastruttura diġitali meħtieġa;

19.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-utenti tat-toroq jingħataw aktar għażla, aktar prodotti personalizzati, għal but ta' kulħadd u faċli biex jintużaw, u aktar informazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki mmirati, fost oħrajn, lejn il-kisba ta' effiċjenza ekonomika; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jingħaqdu mal-Pjattaforma C-Roads, għaliex hija maħsuba biex ikollha rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija, dejjem jekk tosserva n-newtralità teknoloġika li hija meħtieġa biex jiġu inkoraġġuti l-innovazzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li għodod diġitali avvanzati jintużaw b'mod wiesa' u b'mod ikkoordinat fl-Istati Membri, u li jkopru wkoll it-trasport pubbliku; jistieden lill-produtturi tal-karozzi biex jibdew bl-użu tas-C-ITS biex tiġi implimentata l-Istrateġija;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa statistika li tikkomplementa dawk eżistenti, sabiex jiġi evalwat aħjar il-progress ta' diġitalizzazzjoni f'oqsma differenti tas-settur tat-trasport bit-triq; jenfasizza l-importanza ta' aktar investiment f'riċerka dwar sistemi ta' sensers u jenfasizza li fl-iżvilupp tas-C-ITS għandha tingħata attenzjoni speċjali għas-sewqan urban, li huwa differenti ħafna mis-sewqan barra mill-ibliet; jinnota li s-sewqan urban b'mod partikolari jinvolvi aktar interazzjoni ma' motoċiklisti, ċiklisti u persuni mexjin fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq, inklużi persuni b'diżabbiltà;

21.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li t-taħriġ vokazzjonali u l-korsijiet universitarji jissodisfaw l-ħtiġijiet ta' għarfien tal-industrija li qed tiżviluppa s-sistemi ITS; Jappella għal analiżi prospettiva tal-karrieri u l-impjiegi l-ġodda relatati ma' dan l-approċċ il-ġdid għall-mobbiltà, u għall-iskambju tal-aħjar prattiki fl-iżvilupp ta' mudelli għal kooperazzjoni bejn in-negozji u s-sistema edukattiva, mmirat lejn il-ħolqien ta' żoni integrati għat-taħriġ, l-innovazzjoni u l-produzzjoni;

22.  Jemmen li servizzi C-ITS għandhom li jiġu integrati fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa peress li l-varar tas-C-ITS għandu jiġi bbażat fuq it-teknoloġiji ta' ġeolokalizzazzjoni bħall-pożizzjonament tas-satellita;

23.  Jirrimarka li l-Istati Membri għandhom iqisu l-varar tas-servizzi C-ITS minn perspettiva usa' ta' mobbiltà bħala servizz (MaaS) u l-integrazzjoni ma' mezzi oħra ta' trasport, b'mod partikolari sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett konsegwenzjali bħal żieda fil-kwota modali tat-trasport bit-triq;

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data

24.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li tiġi applikata l-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-privatezza u mal-protezzjoni tad-data fir-rigward tad-data tas-C-ITS u d-data tal-ekosistemi konnessi, li minħabba f'hekk għandhom, bħala prijorità, jintużaw għall-finijiet tas-C-ITS biss u ma jinżammux jew ma jintużawx għal finijiet oħra; jenfasizza li l-vetturi intelliġenti għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u r-regoli relatati, u l-fornituri ta' servizz tas-C-ITS jeħtiġilhom joffru informazzjoni faċilment aċċessibbli u termini u kundizzjonijiet ċari lis-sewwieqa, biex ikunu jistgħu jagħtu l-kunsens infurmat liberu tagħhom, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-GDPR;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza ħafna akbar u għal responsabbiltà algoritmika fir-rigward tal-ipproċessar tad-data u l-analitika min-naħa tan-negozji; ifakkar li l-GDPR diġà jipprevedi d-dritt li wieħed jiġi infurmat dwar il-loġika involuta fl-ipproċessar tad-data; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu evitati "driving walls", li jkun ifisser li l-utenti ma jkunux jistgħu jsuqu l-karozzi intelliġenti tagħhom stess jekk ikunu rrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom; jitlob li jkun hemm l-opzjoni ta' "offline mode" li tkun magħmula disponibbli fil-karozzi intelliġenti, li tippermetti lill-utent jitfi t-trasferimenti ta' data personali lil apparati oħra mingħajr ma tiġi ostakolata l-kapaċità tiegħu li jsuq il-vettura;

26.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità jridu jiġu kkunsidrati matul l-ipproċessar tad-data; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-"protezzjoni tal-privatezza u tad-data b'mod integrat u awtomatiku" għandha tkun il-punt tat-tluq waqt it-tfassil tal-applikazzjonijiet u s-sistemi tal-ITS; ifakkar li t-tekniki ta' anonimizzazzjoni jistgħu jżidu l-fiduċja tal-utenti fis-servizzi li jkunu qed jużaw.

Iċ-ċibersigurtà

27.  Jindika l-importanza tal-applikazzjoni ta' standards għolja taċ-ċibersigurtà fil-prevenzjoni tal-hacking u tal-attakki ċibernetiċi fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fid-dawl tan-natura kritika tas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet C-ITS; jinnota li ċ-ċibersigurtà hija sfida essenzjali li trid tiġi trattata hekk kif is-sistema tat-trasport issir aktar diġitalizzata u konnessa; jenfasizza l-fatt li vetturi awtomatizzati u konnessi u l-bażijiet tad-data fejn id-data tiġi pproċessata u/jew maħżuna jinsabu f'riskju ta' attakk ċibernetiku, u għalhekk li n-nuqqasijiet u r-riskji kollha, li huma identifikabbli u konċepibbli fid-dawl tal-istadju tal-iżvilupp milħuq, għandhom jiġu esklużi permezz tal-iżvilupp ta' politika ta' sigurtà komuni, inkluż standards stretti tas-sigurtà, u politika ta' ċertifikazzjoni għall-varar tas-C-ITS;

28.  Jissottolinja li standards daqstant ieħor għolja u armonizzati ta' sigurtà għandhom jiġu applikati fl-UE u fl-Istati Membri kollha u fi kwalunkwe arranġament ta' kooperazzjoni possibbli ma' pajjiżi terzi; jirrimarka li dawk l-istandards ma għandhomx, madankollu, jimpedixxu l-aċċess ta' garaxxijiet tat-tiswija ta' partijiet terzi għal sistemi abbord, sabiex jiġi żgurat li s-sidien tal-vetturi ma jkunux jiddependu fuq il-manifatturi tal-karozzi biex iwettqu kull kontroll meħtieġ fuq is-softwer abbord u/jew tiswijiet fuqu;

It-teknoloġiji u l-frekwenzi tal-komunikazzjoni

29.  Jemmen li l-approċċ tal-komunikazzjoni ibridu u newtrali fuq il-livell teknoloġiku, li jiżgura interoperabbiltà u r-retrokompatibbiltà u jgħaqqad it-teknoloġiji tal-komunikazzjoni komplementarji, huwa l-approċċ it-tajjeb u li t-taħlita tal-komunikazzjoni ibrida l-aktar promettenti tidher li hija kombinazzjoni ta' kommunikazzjoni wireless fuq firxa qasira u t-teknoloġiji ċellulari u sattelitari, li se jiżguraw l-aqwa appoġġ possibbli għall-varar tas-servizzi C-ITS bażiċi;

30.  Jieħu nota tar-referenza tal-konnessjoni bejn il-karozzi konnessi u s-sistemi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita, EGNOS u GALILEO; jissuġġerixxi, għalhekk, li jiġu inklużi strateġiji ffukati fuq karozzi konnessi fit-teknoloġiji spazjali; iqis li l-interoperabbiltà hija essenzjali kemm għas-sikurezza kif ukoll għall-għażla tal-konsumatur u jissottolinja li l-kapaċità tal-vetturi li jikkomunikaw mas-sistemi 5G u mas-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita trid tiġi inkluża fit-taħlita ta' komunikazzjoni ibrida fil-futur, kif issemma fil-Pjan ta' Azzjoni 5G tal-Kummissjoni;

31.  Iħeġġeġ lill-manifatturi tal-karozzi u lill-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet li jappoġġaw servizzi C-ITS biex jikkooperaw, fost oħrajn, għall-varar bla xkiel ta' teknoloġiji ta' komunikazzjoni C-ITS, is-servizzi għall-ħlas tat-tariffi stradali u tat-takografu diġitali intelliġenti mingħajr interferenza bejn dawn is-servizzi;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont 2020), b'mod partikolari biex titħejja t-triq għall-iżvilupp, f'terminu twil ta' żmien, ta' infrastruttura li hija adegwata għall-varar tas-C-ITS;

33.  Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' sensuri fil-provvediment ta' data dwar id-dinamiki tal-vetturi, il-konġestjoni u l-kwalità tal-arja, pereżempju; Jappella għal aktar investiment ikkoordinat b'mod xieraq fl-Istati Membri biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà sħiħa tas-sensuri użati u l-użu possibbli tagħhom għal applikazzjonijiet oħra minbarra s-sikurezza, pereżempju t-telerilevament tal-emissjonijiet;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex tiżgura li l-informazzjoni dwar emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, disponibbli permezz ta' sensuri installati fil-vetturi, tkun miġbura u magħmula disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

L-approċċ komuni Ewropew

35.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali, il-manifatturi tal-vetturi, l-operaturi tat-triq u l-industrija tal-ITS biex jimplimentaw is-C-ITS sal-2019, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet lokali u l-Istati Membri jallokaw finanzjament xieraq fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi għall-aġġornamant u ż-żamma ta' infrastruttura stradali futura permezz ta' approċċ tematiku trasversali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont 2020) b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' trasparenza filwaqt li jagħtu informazzjoni regolari dwar il-kofinanzjament tal-UE;

36.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw inizjattivi u azzjonijiet li jippromwovu aktar riċerka u ġbir ta' informazzjoni dwar l-iżvilupp u l-impatt tas-C-ITS fil-politika tat-trasport tal-UE; huwa tal-fehma li jekk ma jsirx progress sinifikanti sal-2022, jista' jkun hemm bżonn li tittieħed azzjoni leġiżlattiva għall-introduzzjoni ta' "regoli minimi" u tiġi sfurzata l-integrazzjoni f'dan ir-rigward;

37.  Jenfasizza l-importanza tal-kwalità tal-infrastruttura stradali fiżika li għandha gradwalment tkun ikkomplementata minn infrastruttura diġitali; jitlob it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura stradali futura;

38.  Jenfasizza li għandha tinħoloq sistema tat-trasport verament multimodali, li tintegra l-modi kollha tat-trasport f'servizz uniku ta' mobbiltà, li tuża infomazzjoni fi żmien reali, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni tikkettjar integrat u servizzi ta' mobbiltà kondiviżi kif ukoll il-mixi u ċ-ċikliżmu, li tippermetti lin-nies u lill-merkanzija jivvjaġġaw mingħajr intoppi mill-punt tat-tluq sal punt tal-wasla u li ttejjeb b'mod ġenerali l-effiċjenza, is-sostenibbiltà u l-istabbiltà tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura u tippromwovi l-kooperazzjoni u l-investimenti fil-livell tal-UE fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tat-trasport permezz ta' fondi eżistenti u ġodda, sabiex jiġu integrati sistemi ta' trasport intelliġenti fil-modi differenti tat-trasport (C-ITS, ERTMS, SESAR, RIS(8)); jenfasizza l-importanza ta' approċċ integrat għal għodod ta' informazzjoni, ta' bbukkjar u ta' ħruġ ta' biljetti sabiex jinħalqu ktajjen ta' mobbiltà attraenti mill-punt tat-tluq sal-punt ta' wasla;

39.  Jitlob li f'dan il-proċess ta' ppjanar tiġi integrata l-viżjoni tal-utenti tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bħala sors bażiku ta' informazzjoni, bil-għan li jitwessa' l-ambitu tal-applikazzjoni tas-C-ITS u jinħolqu mudelli kummerċjali marbuta ma' dan il-kunċett il-ġdid ta' mobbiltà sostenibbli u integrata;

40.  Iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri biex japplikaw b'mod xieraq il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD) u d-direttiva li jmiss dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi, sabiex tinkiseb l-aċċessibbiltà mingħajr ostakoli tas-C-ITS għaċ-ċittadini kollha;

41.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi malajr qafas ġuridiku adegwat biex tikseb l-interoperabbiltà transfruntiera madwar l-UE kollha kif ukoll qafas li jistabbilixxi regoli dwar ir-responsabbiltà għall-użu tad-diversi forom ta' trasport konness; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika proposta leġiżlattiva dwar l-aċċess għad-data u għar-riżorsi fil-vetturi sal-aħħar ta' din is-sena; jirrakkomanda li din il-proposta għandha tippermetti lill-katina tal-valur tas-settur tal-karozzi fit-totalità tagħha u lill-utenti finali jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni u tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi u sigurtà massima fir-rigward tal-ħażna għad-data abbord il-vettura u l-aċċess għaliha mill-partijiet terzi kollha, li għandu jkun ekwu, fi żmien utli, u mhux ristrett sabiex ikunu protetti d-drittijiet tal-konsumatur, tiġi promossa l-innovazzjoni u żgurata l-kompetizzjoni ġusta u nondiskriminatorja f'dan is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' newtralità teknoloġika; jisħaq fuq il-bżonn li jingħata kontribut għall-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi urbani u rurali kollha marbuta ma' servizzi tat-trasport pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li se tiżgura, fil-każijiet kollha, il-konformità sħiħa mal-GDPR, filwaqt li tirrapporta lill-Parlament dwar il-monitoraġġ tagħha fuq bażi annwali;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ globali fir-rigward tal-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni teknika tad-data, sabiex jiġu żgurati l-kompatibbiltà tas-C-ITS u l-ekonomiji ta' skala għall-manifatturi u tiżdied il-kumdità tal-konsumaturi;

43.  Jissottolinja l-importanza tal-ftuħ ta' djalogu mas-sħab soċjali u r-rappreżentanti tal-konsumaturi fi stadju bikri sabiex tiġi stabbilita atmosfera ta' trasparenza u fiduċja, bil-għan li jinstab bilanċ xieraq bejn l-effetti pożittivi u negattivi fuq il-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol u fuq id-drittijiet tal-konsumatur; jinnota li pjan direzzjonali għall-varar tas-C-ITS għandu jkun stabbilit mill-Forum dwar E-sikurezza bl-istess mod bħas-sistema eCall;

44.  Jenfasizza li sabiex jiġu ssodisfati l-impenji internazzjonali dwar il-klima u jintlaħqu l-miri interni tal-UE, hija meħtieġa bidla komprensiva fid-direzzjoni ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jenfasizza għalhekk, il-ħtieġa għal tiġdid tal-kriterji ta' allokazzjoni ta' fondi differenti tal-UE sabiex jitrawmu d-dekarbonizzazzjoni u l-miżuri ta' effiċjenza enerġetika, inkluż fis-C-ITS; iqis li l-finanzjament tal-UE taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jkun allokat lil proġetti li mhumiex konformi mal-miri u mal-politiki li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2;

45.  Jistieden lill-manifatturi tal-karozzi jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni cara u suffiċjenti dwar id-drittijiet tagħhom u l-benefiċċji u l-limiti tat-teknoloġiji C-ITS l-ġodda f'termini ta' sikurezza; iħeġġeġ l-użu ta' kampanji ta' tagħrif biex jiffamiljarizzaw is-sewwieqa kurrenti mat-teknoloġiji C-ITS ġodda, biex tinħoloq il-fiduċja meħtieġa fost l-utenti finali u li tinkiseb l-aċċettazzjoni pubblika; iqis li l-użu ta' C-ITS jista' jtejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tas-sistema tat-trasport filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza;

°

°  °

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(2)

COTER-VI/028

(3)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 85.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2017)0423.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2017)0234.

(6)

Rapport Finali tal-Frażi II tal-Pjattaforma C-ITS: https://ec.europa.eu/transport/sites/transport/files/2017-09-c-its-platform-final-report.pdf

(7)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-26 ta' Mejju 2008 bit-titolu "Sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni siguri u effiċjenti fuq il-vetturi: Aġġornament tal-Istqarrija Ewropea tal-Prinċipji dwar l-Interfaċċja bejn il-Bniedem u l-Magni" ĠU L 216, 12.8.2008, p. 1Disponibbli fis-sit web: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32008H0653

(8)

Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS); Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR); Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Id-dinja dalwaqt se tesperjenza rivoluzzjoni industrijali u diġitali estremament mgħaġġla, li b'xi mod l-UE wkoll tagħmel parti minnha iżda li la l-ekonomija tal-Ewropa u lanqas is-soċjetà tagħha mhuma preparati għaliha kif suppost. Hemm diskrepanzi kbar fil-livell tal-iżvilupp u l-preparazzjoni tal-Istati Membri, iżda aħna ma nistgħux inħallu d-diġitalizzazzjoni u l-avvanzi teknoloġiċi jżidu dan l-iżbilanċ. Kull ċittadin Ewropew jeħtieġlu jibbenefika b'mod ugwali mir-rivoluzzjoni industrijali moderna u l-benefiċċji li din iġġib magħha. B'mod simili, is-settur tat-trasport dalwaqt se jgħaddi minn bidla drammatika, u l-UE jeħtiġilha tikkontribwixxi b'reazzjonijiet sinifikanti u fit-tul. Aħna jeħtiġilna nissodisfaw minnufih ir-rekwiżiti tas-sikurezza, l-effettività u s-sostenibbiltà. L-avvanzi fit-teknoloġiji diġitali fis-settur tat-trasport jippermettu skambju tad-data f'ħin reali fost id-diversi mezzi tat-trasport, u b'hekk inaqqsu, pereżempju, l-għadd ta' inċidenti, jirrazzjonalizzaw is-sistemi tat-trasport u jnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi noċivi. It-teknoloġiji ġodda, li jinkludu s-Sistema Kooperattiva ta' Trasport Intelliġenti (C-ITS) diskussa f'dan ir-rapport, jirrappreżentaw kemm progress drammatiku kif ukoll kompitu reali għal dawk il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew, fost affarijiet oħra, f'termini ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni, li s'issa kienet diżorganizzata u kontinwament tagħti lok għal problemi ġodda. Li hu żgur hu li l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet Ewropej għadhom lura f'dan il-qasam u ma jistgħux ilaħħqu mal-pass li bih ir-rivoluzzjoni teknoloġika qed tavvanza. Il-kompitu li tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni huwa wieħed reali u urġenti. B'mod simili, aħna jeħtiġilna nirrikonoxxu li l-UE teħtieġ kooperazzjoni parallela aktar milli kompetizzjoni iżolata fil-qasam tal-avvanzi diġitali meta dawn ikollhom impatt fuq is-settur tat-trasport, peress li b'dan il-mod biss din tista' taffaċċja l-isfidi tal-iżvilupp globali posti mill-Istati Uniti u ċ-Ċina, pereżempju, li jinsabu fuq quddiem f'termini ta' avvanzi fit-teknoloġija C-ITS. Għaldaqstant, ir-rivoluzzjoni industrijali moderna hija simultanjament opportunità eċċellenti għalina biex niżviluppaw u niżguraw is-sikurezza tas-sistemi tat-trasport tagħna iżda fl-istess ħin din teħtieġ ħidma regolatorja kontinwa u responsabbli.

Sfond

Il-Kummissjoni u l-Parlament ilhom kważi 10 snin jaħdmu fuq is-suġġett tas-sistemi tat-trasport u l-vetturi intelliġenti. L-introduzzjoni tal-karozzi intelliġenti u tas-sistema eCall hija parti importanti minn dan il-proċess. Ir-rapporteur jilqa' l-proċedura leġiżlattiva li bħala riżultat tagħha l-Parlament qed jagħti l-opinjoni tiegħu dwar iż-żieda fis-sikurezza tal-karozzi, il-liċenzji tas-sewqan u t-taħriġ għas-sewwieqa u l-istrateġija Ewropea tal-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Huwa partikolarment importanti li tiġi emendata d-Direttiva 2010/40/UE dwar l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-atti delegati. Dawn jissupplimentaw l-istrateġija stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti (COM(2016)0766).

Ir-rapporteur iqis li huwa importanti li għadd ta' programmi R&Ż u inizjattivi komunitarji tal-UE bħalma huma l-programmi C-Roads u GEAR 2030 jitwettqu b'mod parallel. Ir-riżultati tal-programm 2016-2017 tal-Pjattaforma ITS huma ta' sinifikat partikolari peress li bħala parti minnu, il-Kummissjoni ppubblikat riċentement ir-riżultati tax-xogħol magħmul minn tmien gruppi ta' ħidma.

Huwa kruċjali li s-setturi industrijali kollha jgħaqqdu l-forzi – it-telekomunikazzjoni, il-manifattura tal-karozzi, is-setturi tal-enerġija u t-trasport – sabiex b'hekk ir-riżultati tal-avvanzi diġitali jkunu jistgħu jiġu implimentati u applikati kif xieraq. Hija daqstant importanti l-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-involviment tal-Istati Membri. Ir-rapporteur jilqa' l-opinjoni mfassla mill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-maġġoranza tal-vetturi li jintużaw fl-UE huma qodma u ġew mibnija b'teknoloġiji li jipprekludu l-konnessjoni tagħhom mat-teknoloġiji u d-djalogu diġitali l-aktar riċenti. L-istess huwa minnu għas-sistemi tat-toroq li ma jagħmlux parti min-NetwerksTrans-Ewropej u li mhumiex awtostradi. Wieħed jista' b'mod ġustifikat jistaqsi kif għandna niżguraw il-konnettività ta' dawn il-vetturi u min se jħallas għan dan.

Min iħallas lill-operatur?

Se jinħtieġu kważi EUR 3 biljun fis-sena biex tiġi ffinanzjata l-introduzzjoni ta' servizzi "D1" C sabiex madwar 30 miljun karozza jkunu jistgħu jiġu konnessi. Il-finanzjament CEF, FSIE u FEIS huwa disponibbli għall-finanzjament tal-iżvilupp ta' netwerks tal-broadband u l-infrastruttura tat-trasport. Barra minn hekk, attwalment, il-proġetti R&Ż qed jitwettqu taħt Orizzont 2020. Ir-rapporteur jinsab konvint li l-iżvilupp qed isir b'rata ferm aktar mgħaġġla minn dak li jintwera mid-dati fil-mira tal-ippjanar strateġiku. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri jeħtiġilhom jiġu involuti u għaliex għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament. L-akbar mistoqsija hija dwar kif aħna għandna nqisu r-rwol tat-teknoloġiji diġitali fil-fażi li jmiss tal-ippjanar finanzjarju.

Sigurtà u sikurezza

Ir-rapporteur jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu introdotti kemm il-protokoll D1 kif ukoll il-protokoll "D1.5-day" u anke biex jiġi introdott l-ewwel pakkett fl-2019, filwaqt li jilqa' l-miri ambizzjużi. Fl-istess ħin, huwa jiddispjaċih għan-nuqqas ta' skeda ta' żmien preċiża u studju ta' fattibbiltà meħtieġa biex jinkiseb dan. Huwa jappoġġa l-konklużjoni tal-grupp ta' ħidma speċjalizzat li jittratta s-sigurtà u s-sikurezza fit-tieni fażi tal-pjattaforma C-ITS li kull vettura trid tikkonforma ma' tal-inqas sett ta' rekwiżiti(1). Huwa jinsab konvint li din it-teknoloġija u l-awtomazzjoni se jkunu ta' valur biss jekk kull vettura tiġi konnessa mas-sistema tat-trasport. Aħna jeħtiġilna navvanzaw b'mod gradwali. Fil-perjodu interim sakemm is-C-ITS kollha ssir aċċessibbli, huwa essenzjali li jitfassal protokoll tas-sikurezza li jinkludi l-fattur uman u jagħti biżżejjed ħin għall-interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni(2).

Sigurtà tad-data

Skambju tad-data rapidu, f'ħin reali fuq skala wiesgħa qed jagħmel avvanzi kbar u qed isir in-norma, li jqajjem il-kwistjoni dwar l-użu ta' teknoloġija xierqa u s-sigurtà tad-data. Huwa essenzjali li r-regolamenti Ewropej eżistenti jiġu estiżi biex ikopru l-qasam tal-awtomazzjoni. Riċentement, il-Kummissjoni ppreżentat proposta dwar iċ-ċibersigurtà li tinkludi l-kompitu li tinħoloq sistema ġdida Ewropea ta' ċertifikazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-prodotti u s-servizzi diġitali jintużaw b'mod sikur. Ir-rapporteur jemmen ukoll li wieħed mill-kompiti l-aktar importanti li għandna quddiemna huwa l-kwistjoni li tirrigwarda d-determinazzjoni b'mod preċiż tal-aċċess għad-data ġġenerata minn vetturi li jiċċaqilqu u aċċess għal data ta' "parti terza". Aħna jeħtiġilna niżguraw li l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tal-partijiet kollha involuti jinstemgħu u li aħna nsibu l-aħjar soluzzjonijiet komuni.

Kwistjonijiet dwar it-teknoloġija u l-frekwenza tal-komunikazzjoni

Jekk aħna nqisu l-UE kollha kemm hi u fl-istess ħin il-programmi li twettqu fix-xhur riċenti, nistgħu naraw diskrepanzi kbar f'termini tal-implimentazzjoni tagħhom. F'tarf wieħed tal-linja tan-numri nsibu l-kopertura tal-internet b'valur ta' 0 (ebda WiFi u mhux aktar minn kopertura globali ta' 2G), filwaqt li fit-tarf l-ieħor insibu trakkijiet "platooning" (trakkijiet li jikkomunikaw sabiex isewgu lil xulxin b'mod awtomatiku u sikur fuq distanza qasira ħafna minn xulxin) f'konvojs. Aħna jeħtiġilna noqogħdu attenti ħafna li ma nżidux dan id-distakk diġitali. Hemm ftehim dwar il-kwistjoni tat-"teknoloġija" sa fejn ma hemm l-ebda inklussività, sabiex applikazzjoni ibrida ta' teknoloġiji eżistenti jaf tkun ir-risposta. Hemm koordinazzjoni kostanti dwar dan bejn il-korpi professjonali u l-Kummissjoni.

Oqsma oħra ta' importanza / osservazzjonijiet

Il-futur tal-mobbiltà urbana huwa parti importanti oħra tal-awtomazzjoni, u l-avvanz tagħha jrid ikun kwistjoni ewlenija. L-organizzazzjoni ta' ċentri urbani u r-reġjuni tal-madwar f'netwerk intelliġenti tat-trasport hija parti ewlenija mill-iżvilupp reġjonali. Aħna nqattgħu l-ħin kollu nitkellmu biss dwar il-konnessjoni tal-vetturi u l-infrastruttura. Iżda xi ngħidu dwar l-hekk imsejħa "atturi f'riskju" – il-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti u l-motoċiklisti? Dawn, kif jistgħu jiġu integrati f'sistemi intelliġenti li jaħdmu flimkien? U ejja ma ninsewx, peress li aħna qed nimmiraw għal awtomazzjoni totali, kif se jinbidlu l-istipulazzjonijiet għall-ksib ta' liċenzji tas-sewqan u liema ħiliet iridu jinkisbu. Kif għandu jiġi ssupplimentat it-taħriġ għas-sewwieqa?

(1)

Il-fażi II finali tal-pjattaforma tas-C-ITS: https://ec.europa.eu/transport/sites/transport/files/2017-09-c-its-platform-final-report.pdf

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea (2008) Dikjarazzjoni Ewropea tal-Prinċipji dwar l-Interfaċċja Bniedem-Magna. https://goo.gl/zXSXHe


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (5.12.2017)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti

(2017/2067(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Matthijs van Miltenburg

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (C-ITS); jirrikonoxxi l-potenzjal tal-użu aktar intelliġenti tad-data fis-settur tat-trasport, kemm għall-utenti, inklużi l-bżonnijiet speċjali tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll għall-kumpaniji; jikkunsidra s-C-ITS bħala kontributur importanti biex it-trasport bit-triq isir aktar sikur, aktar effiċjenti, aktar faċli għall-utent, aktar ekoloġiku u aktar sostenibbli, permezz ta' effiċjenza enerġetika akbar, tnaqqis fl-emissjonijiet u inqas riskji ta' inċidenti;

2.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex, fl-interess tat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-Istati Membri, tippromwovi, permezz ta' standards ogħla, il-pożizzjoni ta' tmexxija globali tagħha fil-qasam tas-C-ITS; iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha jaċċeleraw l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tas-C-ITS; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' servizzi ta' kwalità għolja, sikuri, kompetittivi, aċċessibbli, kontinwi u affidabbli fl-Unjoni kollha;

3.  Iqis li huwa essenzjali li jiġi żgurat mill-bidu nett li d-drittijiet tal-konsumaturi għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom jitħarsu bis-sħiħ b'konformità mal-qafas legali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data; jistieden lill-manifatturi tal-karozzi jinformaw lill-konsumaturi b'mod xieraq u ċar kemm dwar id-drittijiet tagħhom, kif ukoll dwar il-benefiċċji u l-limiti tat-teknoloġiji l-ġodda tas-C-ITS f'termini ta' sikurezza; jistieden, barra minn hekk, lill-manifatturi tal-karozzi biex qatt ma jbigħu, iżommu, jużaw jew jipproċessaw data rreġistrata fil-karozza għal kwalunkwe skop ieħor mingħajr kunsens espliċitu minn qabel;

4.  Jirrimarka li, sabiex is-sistemi kooperattivi ta' trasport jiġu żviluppati u implimentati b'suċċess, trid tingħata l-aktar attenzjoni metikoluża għaċ-ċibersigurtà; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika komuni dwar is-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tas-C-ITS, inklużi standards ta' sigurtà stretti, sabiex is-sistema tat-trasport tiġi protetta mill-hacking u l-attakki ċibernetiċi;

5.  Jenfasizza l-importanza tan-newtralità teknoloġika, ir-retrokompatibilità, l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tad-data u d-definizzjonijiet fir-rigward tas-C-ITS, anki sabiex jiġi żgurat suq miftuħ; iqis, barra minn hekk, li l-interoperabilità hija essenzjali kemm għas-sikurezza kif ukoll għall-għażla tal-konsumatur; jitlob lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tiżgura s-suċċess tal-iżvilupp u l-interoperabilità fil-livelli kollha;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ globali fir-rigward tal-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni teknika tad-data, fejn dan ikun xieraq, sabiex jiġu żgurati l-kompatibilità tas-C-ITS u l-ekonomiji ta' skala għall-manifatturi u tiżdied il-kumdità tal-konsumaturi;

7.  Jilqa' l-enfasi tal-istrateġija fuq l-involviment tal-utenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki; jissottolinja l-ħtieġa ta' proġetti pilota transkonfinali ddedikati għas-C-ITS, li jkunu appoġġati permezz ta' finanzjament adegwat; iħeġġeġ lill-Istati Membri jingħaqdu mal-Pjattaforma C-Roads b'mod urġenti, u jaħdmu flimkien dwar l-interoperabilità;

8.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għall-estensjoni tal-perjodu ta' żmien tal-mandat għall-adozzjoni ta' atti delegati skont id-Direttiva 2010/40/UE dwar Sistemi ta' Trasport Intelliġenti;

9.  Jilqa' l-fatt li r-Regolament li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112(1) se jidħol fis-seħħ fl-2018; ifakkar lill-Kummissjoni, b'rabta ma' dan, fl-obbligu tagħha li tivvaluta l-ħtieġa ta' pjattaforma ta' aċċess miftuħ li tkun interoperabbli, sigura u standardizzata;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

4.12.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Kaja Kallas, Roberta Metsola, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Rupert Matthews, Bogdan Brunon Wenta, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Kaja Kallas, Jasenko Selimovic, Matthijs van Miltenburg

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Rupert Matthews, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

PPE

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Roberta Metsola, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Lambert van Nistelrooij, Ivan Štefanec

S&D

Lucy Anderson, Biljana Borzan, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Liisa Jaakonsaari, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Flavio Zanonato

Verts/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

2

0

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

ENF

Mylène Troszczynski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE, ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (29.1.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti

(2017/2067(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Grapini

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-UE hija obbligata tirrispetta l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 dwar id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali;

B.  billi d-data trażmessa mis-Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (C-ITS) hija data personali relatata ma' persuna identifikata jew identifikabbli, u billi l-messaġġi tas-C-ITS se jkunu trażmessi għal firxa wiesgħa ta' servizzi u bejn firxa ta' atturi;

C.  billi s-C-ITS huma bbażati fuq il-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju ta' varjetà wiesgħa ta' data minn sorsi pubbliċi u privati, vetturi, utenti u infrastruttura, u billi huwa essenzjali li tintgħażel l-aħjar lista ta' servizzi C-ITS għall-kunsiderazzjoni f'konsultazzjonijiet bikrija mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali, il-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi tat-toroq;

D.  billi l-implimentazzjoni tas-sistemi se tkun ibbażata fuq teknoloġiji ta' ġeolokalizzazzjoni, bħall-pożizzjonar bis-satellita, u teknoloġiji mingħajr kuntatt li se jiffaċilitaw il-forniment ta' firxa wiesgħa ta' servizzi pubbliċi u/jew kummerċjali, u billi dawn iridu jikkonformaw mal-acquis tal-UE dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, għandhom regoli stretti dwar il-kunfidenzjalità, u jaħdmu wkoll bl-objettivi u l-prattiki tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa;

E.  billi ċ-ċibersigurtà tas-C-ITS hija element ewlieni tal-implimentazzjoni, billi soluzzjonijiet ta' sigurtà frammentati jipperikolaw l-interoperabilità u s-sikurezza tal-utenti finali, u billi, għalhekk, hemm ħtieġa ċara għal azzjoni fil-livell tal-UE;

F.  billi r-responsabilità u t-trasparenza fis-sistema algoritmika jfissru l-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi u operazzjonali li jiżguraw it-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod awtomatizzat u tal-proċess tal-ikkalkolar tal-probabilitàta' mġiba individwali; billi t-trasparenza għandha tagħti lill-individwi informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta, is-sinifikat tal-proċess u l-konsegwenzi tiegħu; billi dan għandu jinkludi informazzjoni dwar id-data użata għat-taħriġ tal-analitika u jippermetti lill-individwi jifhmu u jimmonitorjaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom;

1.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), applikabbli mill-25 ta' Mejju 2018, u d-Direttiva dwar il-privatezza elettronika (2002/58/KE), hija applikabbli bis-sħiħ fl-aspetti kollha tal-ipproċessar ta' data personali għas-C-ITS, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, peress li l-messaġġi C-ITS jistgħu jwasslu indirettament għall-identifikazzjoni tal-utenti;

2.  Jenfasizza li, fil-każ ta' karozzi intelliġenti, id-data trid tiġi pproċessata b'mod awtomatiku biss fil-karozza jew fil-karozzi stess, u biss sakemm dan ikun strettament meħtieġ teknikament għall-funzjonament tas-C-ITS, u jrid jiġi mħassar immedjatament wara; jenfasizza li kwalunkwe pproċessar jew trażmissjoni ulterjuri lejn kontrolluri oħra tad-data jrid ikun possibbli abbażi tal-kunsens infurmat, mogħti liberament, ċar u attiv tal-utenti u l-passiġġieri li jkollhom id-data tagħhom miġbura u pproċessati; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu evitati "driving walls", li jkun ifisser li l-utenti ma jkunux jistgħu jsuqu l-karozzi intelliġenti tagħhom stess jekk ikunu rrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom; jitlob li jkun hemm l-opzjoni ta' "offline mode" li tkun magħmula disponibbli fil-karozzi intelliġenti, li tippermetti lill-utent jitfi t-trasferimenti ta' data personali lil apparati oħra mingħajr ma tiġi ostakolata l-kapaċità tiegħu li jsuq il-vettura;

3.  Jenfasizza li l-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-utenti finali jaċċettaw is-servizzi l-ġodda; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jekk is-servizz ipprovdut ikun ibbażat fuq id-data dwar il-lok, dan irid jipprovdi informazzjoni rilevanti lill-utent, li jrid ikun f'pożizzjoni li jirtira l-kunsens tiegħu/tagħha;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza ħafna akbar u għal responsabilità algoritmika fir-rigward tal-ipproċessar tad-data u l-analitika min-naħa tan-negozji; ifakkar li l-GDPR diġà jipprevedi d-dritt li wieħed jiġi infurmat dwar il-loġika involuta fl-ipproċessar tad-data;

5.  Jenfasizza li l-kwistjonijiet ta' sigurtà tad-data għandhom jiġu kkunsidrati mhux biss matul it-tħaddim tal-apparat C-ITS innifsu, iżda wkoll fil-bażijiet ta' data fejn id-data tiġi pproċessata u/jew maħżuna; jenfasizza wkoll li r-rekwiżiti tekniċi, amministrattivi u organizzattivi xierqa, inkluż il-kriptaġġ obbligatorju minn tarf sa tarf, iridu jiġu definiti għall-istadji kollha tal-ipproċessar, filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta' sigurtà;

6.  Itenni li fir-rigward tas-C-ITS, il-produtturi huma l-punt inizjali ewlieni biex ikun hemm sistemi ta' responsabilità iktar stretti, li jwasslu għal kwalità aħjar tal-prodotti u ambjent iktar sikur f'termini ta' aċċess estern u l-possibilità għal aġġornamenti;

7.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità jridu jiġu kkunsidrati matul l-ipproċessar kollu; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-"protezzjoni tal-privatezza u tad-data bid-disinn u b'mod awtomatiku" għandha tkun il-punt tat-tluq għad-disinn tal-applikazzjonijiet u s-sistemi tal-ITS; ifakkar li t-tekniki ta' anonimizzazzjoni jistgħu jżidu l-fiduċja tal-utenti fis-servizzi li jkunu qed jużaw.

8.  Jinnota li l-Kummissjoni se tistabbilixxi qafas ġuridiku dwar il-protezzjoni tad-data permezz tal-adozzjoni ta' atti delegati skont id-Direttiva ITS (2010/40/UE); jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-acquis tal-UE.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Pál Csáky, Dennis de Jong, Maria Grapini, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Ska Keller, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Sander Loones, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, John Procter, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Záborská

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in ‘t Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Sander Loones, Monica Macovei, John Procter

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Gilles Lebreton

GUE/NGL

Dennis de Jong, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Emil Radev, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Anna Záborská, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Bodil Valero

3

-

ENF

Auke Zijlstra

PPE

Frank Engel, Axel Voss

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (2.2.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar l-Istrateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti

(2017/2067(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Christel Schaldemose

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar l-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi adottata f'Lulju 2016, li tenfasizza l-potenzjal tal-vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati fil-ħolqien ta' ekosistema ta' mobbiltà u b'hekk fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, li għadhom jammontaw għall-parti l-kbira tal-emissjonijiet mit-trasport;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi s-sinifikat dejjem ikbar tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż fil-provvista, il-fażijiet mill-produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-enerġija, billi tippreżenta proposti olistiċi li jiggwidaw lill-manifatturi lejn soluzzjonijiet ottimali, sabiex ikun żgurat li l-emissjonijiet upstream u downstream ma jwasslux għat-tinwir tal-benefiċċji relatati mal-użu operazzjonali mtejjeb tal-vetturi konnessi u awtomatizzati;

3.  Jilqa' l-Istrateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (C-ITS) bħala qafas komuni ta' azzjoni; jappoġġa bil-qawwa l-iżvilupp ta' qafas legali adegwat tal-UE għall-użu tas-C-ITS, inkluż għat-territorji tal-UE li mhumiex konnessi mal-Ewropa kontinentali, u biex jiġi ffaċilitat l-investiment fl-infrastruttura meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltajiet tad-Direttiva dwar l-ITS (2010/40/UE) f'dan ir-rigward;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi t-trasport urban bl-ajru u fuq l-ilma fl-Istrateġija C-ITS, b'enfasi fuq il-multimodalità u l-integrazzjoni ta' modi differenti ta' trasport, li jistgħu jagħmlu t-trasport iktar effiċjenti u sostenibbli;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-appoġġ pubbliku għas-C-ITS f'termini tal-potenzjal tagħha li ssaħħaħ il-modi kollettivi tat-trasport u tar-ride-sharing; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jipprovdu servizzi tat-trasport pubbliku biex jeżaminaw il-possibbiltajiet tas-C-ITS għat-trasport pubbliku u intermodali sabiex jintlaħaq livell għoli ta' integrazzjoni tat-trasport privat u pubbliku bil-għan li jkun hemm mobbiltà aktar sostenibbli;

6.  Jemmen bis-saħħa li l-istabbiliment tas-C-ITS għandu jiffoka fuq l-utent u li ċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jikkonnettjaw ma' dawn is-sistemi bil-karozza privata tagħhom;

7.  Jilqa' l-potenzjal tas-C-ITS biex jissaħħaħ l-infurzar tas-sikurezza fit-triq u r-regoli tat-traffiku; jilqa' wkoll il-benefiċċji tal-komunikazzjoni C-ITS, fosthom li s-sewqan isir aktar sikur billi jinforma malajr u b'mod preċiż lis-sewwieqa dwar l-istat tat-traffiku, żoni perikolużi u problemi oħra li jkunu qed iseħħu madwarhom, u l-fatt li ċ-ċentri ta' informazzjoni u ta' ġestjoni tat-trasport jistgħu jirċievu informazzjoni preċiża u komprensiva dwar is-sitwazzjoni attwali tat-traffiku direttament mill-vetturi, li jagħmilha possibbli għalihom li malajr u b'mod effettiv jimmaniġġjaw u jinfluwenzaw il-fluss tat-traffiku u jżidu s-sigurtà;

8.  Jirrimarka li l-ħolqien tas-C-ITS ibbażat fuq il-komunikazzjoni (skambju ta' data) mhux biss bejn il-vetturi individwali iżda wkoll bejn il-vetturi u l-infrastruttura huwa sfida oħra sinifikanti fil-qasam tal-partijiet elettroniċi tal-karozzi u l-ITS; Jenfasizza li s-C-ITS jjippermettu li l-vetturi jikkomunikaw direttament ma' xulxin, kif ukoll li l-vetturi u l-unitajiet tal-ITS jibgħatu informazzjoni lill-infrastruttura tat-trasport, li mbagħad tibgħat din l-informazzjoni liċ-ċentri ta' informazzjoni u ta' ġestjoni tat-trasport, b'tali mod li jgħinu fit-tnaqqis tal-impatt tat-traffiku fuq l-ambjent;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tas-C-ITS għat-teħid ta' azzjoni preventiva kontra l-ismogg u livelli għolja ta' konċentrazzjoni tal-ożonu u t-tnaqqis tat-tniġġis akustiku u tal-emissjonijiet ta' partikulati, ta' NOx u ta' CO2;

10.  Ifakkar li l-aċċettazzjoni tal-utenti aħħarin tal-fjuwils alternattivi tiddependi b'mod qawwi fuq id-disponibbiltà tal-infrastruttura tal-fjuwil jew tal-iċċarġjar, u jenfasizza li meta informazzjoni dwar tali infrastruttura (eż. punti ta' ċċarġjar mill-ġdid mhux okkupati fil-viċin) ssir aċċessibbli tista' tagħti spinta lid-domanda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-faċilitazzjoni ta' dawn is-servizzi;

11.  Jinnota l-potenzjal kbir tas-C-ITS biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, filwaqt li jnaqqsu l-kost tat-trasport individwali kif ukoll l-impatt negattiv tat-traffiku fuq l-ambjent;

12.  Itenni r-rwol ewlieni ta' vetturi konnessi u awtomatizzati, tas-C-ITS u ta' teknoloġiji ġodda biex jintlaħqu l-miri b'rabta mal-klima, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iżvilupp u l-użu tagħhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-għan ta' dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport u jappoġġawh; jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tas-C-ITS bħala mezz biex titjieb l-effiċjenza, jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-impatt tat-trasport bit-triq fuq l-ambjent (pereżempju, f'termini ta' emissjonijiet ta' CO2) u jiġi ottimizzat l-użu tal-infrastruttura urbana;

13.  Jenfasizza l-potenzjal tat-teknoloġiji innovattivi bħas-sewqan awtomatizzat u l-"platooning" (raggruppament ta' vetturi tas-sewwieqa) fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jippermettu użu aħjar tal-islipstream bir-riżultat li jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet; jappella għal appoġġ ulterjuri għar-riċerka u l-iżvilupp f'dak il-qasam, b'mod partikolari b'rabta mal-infrastruttura diġitali meħtieġa;

14.  Jenfasizza l-importanza tal-interoperabbiltà u jqis li l-Kummissjoni għandha tiffaċilita sistemi interoperabbli b'mod teknoloġikament newtrali;

15.  Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' sensuri fil-provvediment ta' data dwar id-dinamiki tal-vetturi, il-konġestjoni u l-kwalità tal-arja, pereżempju; jitlob li jkun hemm aktar investiment ikkoordinat b'mod xieraq fl-Istati Membri biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà sħiħa tas-sensuri użati u l-użu possibbli tagħhom għal applikazzjonijiet oħra minbarra s-sikurezza, pereżempju t-telerilevament tal-emissjonijiet;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex tiżgura li l-informazzjoni dwar emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu disponibbli permezz ta' sensuri installati fil-vetturi hija miġbura u magħmula disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

17.  Jenfasizza l-potenzjal tas-C-ITS biex imexxu 'l quddiem l-integrazzjoni tal-vetturi awtonomi, bil-għan li tingħeleb il-problema tal-"aħħar mil", jiġifieri d-distanza miċ-ċentru tat-trasport sad-destinazzjoni finali;

18.  Jenfasizza li s-C-ITS jistgħu jtejbu s-sikurezza fit-toroq billi b'mod sinifikanti jnaqqsu l-inċidenti kkaġunati mill-bniedem, li għadhom l-kawża ewlenija tal-inċidenti tat-trasport;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għad-data relatata mat-traffiku għall-atturi pubbliċi u privati bħall-fornituri tal-mapep diġitali u tas-servizzi tan-navigazzjoni, billi dawn is-servizzi huma fundamentali biex jiġi permess trasport intermodali, rotot aktar effiċjenti u sewqan awtomatizzat; jenfasizza, madankollu, li l-fiduċja tal-utent aħħari fil-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza hija kruċjali biex tinkiseb aċċettazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data individwali; jappoġġa għalhekk l-approċċ tal-Kummissjoni ta' "protezzjoni ta' data mid-disinn u b'mod awtomatiku" kif spjegat fl-Istrateġija C-ITS;

20.  Jissottolinja li l-kooperazzjoni fil-livell lokali u reġjonali dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' C-ITS interoperabbli u, fejn meħtieġ, armonizzati, hija kruċjali fl-UE kollha, inkluż f'territorji li mhumiex konnessi mal-Ewropa kontinentali;

21.  Jenfasizza li t-twaqqif ta' C-ITS transfruntiera huwa wieħed mill-għanijiet tal-UE, u li azzjoni meħuda b'dak l-għan tqiegħed il-pedamenti għall-użu madwar l-Ewropa kollha tas-C-ITS; iqis li teknoloġiji tas-sistemi kooperattivi ġew żviluppati bħala parti mill-proġetti xjentifiċi u ta' riċerka Ewropej, u ġew imnedija għall-ittestjar pilota madwar l-Ewropa; jenfasizza li l-maġġoranza tat-teknoloġija meħtieġa u adegwata għal sistemi kooperattivi diġà ġiet standardizzata mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO);

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rispons u r-riżulati tal-proġetti pilota fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

23.  Jirrimarka li l-kostruzzjoni sistematika ta' sistema tat-trasport intelliġenti li toħloq il-kundizzjonijiet għall-moviment tal-persuni u l-oġġetti sikur, bla xkiel, ekonomiku u favur l-ambjent hija sfida importanti għas-soċjetà tal-lum; iqis li mod possibbli ta' kif tintlaħaq l-isfida jkun li jinħolqu sħubijiet stabbli, fit-terminu twil bejn il-korpi u l-istituzzjonijiet tar-riċerka Ewropej u nazzjonali rilevanti, li jrendu l-iżvilupp tas-sistema tat-teknoloġija u tat-trasport sal-punt fejn l-użu ta' kuljum tagħhom jista' jgħin biex jinkisbu l-għanijiet fit-terminu twil fil-politiki tal-UE;

24.  Jinnota li finanzjament sostanzjali għall-vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati diġà sar disponibbli fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-provvediment tal-finanzjament meħtieġ għall-iskjerament tas-C-ITS fit-terminu twil, filwaqt li jiżguraw il-komptabbiltà u l-interoperabbiltà tad-diversi sistemi fil-livell internazzjonali;

25.  Jenfasizza li sabiex jiġu ssodisfati l-impenji internazzjonali dwar il-klima u jintlaħqu l-miri interni tal-UE, hija meħtieġa bidla komprensiva fid-direzzjoni ta' ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jenfasizza għalhekk, il-ħtieġa għal tiġdid tal-kriterji ta' allokazzjoni ta' fondi differenti tal-UE sabiex jitrawmu d-dekarbonizzazzjoni u l-miżuri ta' effiċjenza enerġetika, inkluż fis-C-ITS; iqis li l-finanzjament tal-UE taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu jkun allokat lil proġetti li mhumiex konformi mal-miri u mal-politiki li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-attenzjoni dovuta lill-protezzjoni tad-data, lir-regoli tar-responsabbiltà u lill-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-iżvilupp tas-C-ITS;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGHTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Martin Häusling, Norbert Lins, Nuno Melo, Ulrike Müller, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Jiří Maštálka

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Nuno Melo, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Marco Affronte, Martin Häusling, Bart Staes, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julia Reid

1

0

PPE

Renate Sommer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Michael Detjen, Markus Ferber, Rolandas Paksas, Jozo Radoš, Evžen Tošenovský, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Jozo Radoš, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto, Rolandas Paksas

ENF

Marie-Christine Arnautu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

Jill Seymour

1

0

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza