RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

26.2.2018 - (COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Françoise Grossetête
Rapporteurs għall-opinjoni (*):
Ioan Mircea Paşcu, Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Esteban González Pons, tal-Kumitat għall-Baġits
Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2017/0125(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0037/2018

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

(COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0294),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0180/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2017[1],

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0037/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

xx

2017/0125 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) tat-3 ta' Settembru 1992,

Wara li kkunsidraw l-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi (BWC) tal-10 ta' April 1972,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża, adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkomplementa, tingranaġġa u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw kapaċitajiet tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija ▌tad-difiża li tkun kompetittiva, innovattiva u effiċjenti fl-Unjoni kollha. B'mod partikolari, dan jipproponi li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża, biex b'hekk iħeġġeġ is-sinerġiji u l-kosteffikaċja, u biex jippromwovi x-xiri u l-manutenzjoni konġunti tat-tagħmir tad-difiża min-naħa tal-Istati Membri. Dan il-Fond jikkomplementa l-baġits nazzjonali diġà użati għal dan il-għan u jenħtieġ li jkun mezz li jinċentiva lill-Istati Membri jikkoperaw u jinvestu aktar fil-qasam tad-difiża. Il-Fond jappoġġa l-koperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża.

(1a)  Sabiex jiġi stabbilit suq Ewropew effiċjenti tat-tagħmir tad-difiża, kif ukoll biex dan il-Programm ikollu impatt reali, huwa ta' importanza kruċjali li jiġu ssodisfati prekundizzjonijiet regolatorji ewlenin, speċjalment l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6].

(2)  Sabiex jingħata kontribut għat-titjib tal-kompetittività, ▌il-kapaċità tal-innovazzjoni u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, jenħtieġ li jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm"). Jenħtieġ li l-Programm ikollu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, li mbagħad jikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet tad-difiża, fost l-oħrajn iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-impriżi Ewropej, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jiġu sfruttati aktar ir-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni, billi, minbarra r-riżultati fil-qasam tad-difiża, jistgħu jkunu previsti effetti pożittivi fil-qasam ċivili. Il-Programm jenħtieġ li jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE, u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(3)  Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta' skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, u b'hekk jippromwovi l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tad-difiża filwaqt li jtejjeb l-interoperabbiltà tagħhom. Sabiex iħeġġeġ suq intern miftuħ u ġust, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa bis-sħiħ il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u jiffaċilita l-iżvilupp tal-koperazzjoni bejn sħab ġodda.

(4)  Il-Programm jenħtieġ li jkopri perjodu ta' sentejn mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 filwaqt li l-ammont għall-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li jiġi ddeterminat għal dan il-perjodu.

(4a)  Sabiex il-Programm jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi allokat ammont ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali għal dak il-għan. Meta jitqies li l-Programm huwa inizjattiva ġdida li ma kinitx prevista meta ġie stabbilit il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2014-2020[7], u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, dak l-ammont jenħtieġ li jittieħed esklussivament minn marġnijiet mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali u/jew permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali rilevanti tal-QFP. L-ammont finali jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill permezz tal-proċedura baġitarja annwali.

(5)  Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'konformità sħiħa mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8]. Il-finanzjament jista' jsir, b'mod partikolari, bħala għotjiet. Meta jkun xieraq, jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-mekkaniżmi ta' taħlit.

(6)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm skont l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. ▌

(7)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur, fil-prattika mhu se jiġi varat ebda proġett kollaborattiv bejn l-impriżi jekk qabelxejn l-Istati Membri ma jkunux ftiehmu li jappoġġaw dawn il-proġetti. Wara li jiġu ddefiniti prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, kif ukoll filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi kollaborattivi fuq bażi reġjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw u jikkonsolidaw ir-rekwiżiti tad-difiża u jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proġett. Jenħtieġ ukoll li jaħtru meniġer tal-proġett inkarigat biex imexxi l-ħidma relatata mal-iżvilupp ta' proġett kollaborattiv. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lil dan tal-aħħar dwar il-progress li jkun sar fil-qafas tal-azzjoni qabel ma jsir il-pagament lill-benefiċjarju tal-azzjoni eliġibbli biex dan ikun jista' jiżgura li l-benefiċjarji jirrispettaw l-iskadenzi.

▌(9)  L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaffettwax l-esportazzjoni ta' prodotti, tagħmir jew teknoloġiji, u jenħtieġ li ma jaffettwax id-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika dwar l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża. L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaffettwax il-politiki tal-Istati Membri dwar l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża, stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 944/2008/PESK[9].

(10)  Peress li l-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, jenħtieġ li jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan japplika wkoll għall-modernizzazzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża żviluppati fl-Unjoni, inkluża l-interoperabbiltà tagħhom.

(11)  Peress li l-Programm għandu l-għan, b'mod partikolari, li tiżdied il-koperazzjoni bejn impriżi tal-Istati Membri, jenħtieġ li azzjoni tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm biss jekk issir b'koperazzjoni ta' mill-anqas tliet impriżi bbażati f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti.

(12)  Ħafna drabi l-kollaborazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża ġiet imfixkla bin-nuqqas ta' ftehim fuq l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi komuni u fuq il-promozzjoni tal-interoperabbiltà. In-nuqqas jew l-għadd limitat ta' speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi komuni wassal biex jiżdiedu l-kumplessità, id-duplikazzjonijiet, id-dewmien u l-ispejjeż esaġerati fil-fażi tal-iżvilupp. Waħda mill-kundizzjonijiet primarji biex ikun jista' jinkiseb l-appoġġ tal-Unjoni b'dan il-Programm hi li jiġu miftiehma l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi komuni. Anki l-azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta' definizzjoni komuni tal-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Programm.

(13)  Peress li l-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, li mbagħad jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b'mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom biss jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ. Entitajiet oħra stabbiliti fl-UE u li mhumiex ikkontrollati b'mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom jistgħu jkunu eliġibbli jekk, għall-fini ta' azzjoni ffinanzjata mill-Programm, ikun hemm fis-seħħ il-mekkaniżmi meħtieġa biex ikun żgurat li l-kontroll effettiv fuq l-impriża minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz jitneħħa u jekk jiġi evitat l-aċċess tagħhom għal informazzjoni sensittiva relatata mal-azzjoni. L-impriża jenħtieġ li tipprovdi lill-Kummissjoni bl-evidenza meħtieġa li l-mekkaniżmi neċessarji huma fis-seħħ. Sabiex jiġi vvalutat il-kontroll effettiv ta' impriża, huwa neċessarju li jkunu ddeterminati l-post u l-modalitajiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi. Dan ikun jinvolvi analiżi tal-governanza tal-impriża, li jenħtieġ li titwettaq abbażi ta' perspettiva ġenerali tal-mod kif taħdem l-impriża. Jenħtieġ li jkunu eżaminati wkoll l-aspetti l-oħra li x'aktarx jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet ekonomiċi strateġiċi, bħad-drittijiet tal-azzjonisti, ir-rabtiet finanzjarji u l-koperazzjoni kummerċjali bejn l-impriża u kwalunkwe azzjonist fil-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tad-difiża u tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni. Ir-riżorsi tanġibbli, intanġibbli u umani jenħtieġ li jkunu jistgħu jintużaw u jkunu mingħajr restrizzjonijiet vis-à-vis pajjiżi terzi.

(14)  L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest ta' Koperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jiżguraw koperazzjoni msaħħa u kontinwa bejn l-impriżi fl-Istati Membri differenti, u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-għanijiet tal-Programm. Għalhekk dawn il-proġetti, u b'mod speċjali l-proġetti b'parteċipazzjoni konsiderevoli ta' SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, u b'mod partikolari SMEs transfruntieri, jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal rata ta' finanzjament miżjuda.

(14a)  L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati b'involviment konsiderevoli tal-SMEs li jappoġġaw il-ftuħ tal-katina tal-provvista, jikkontribwixxu b'mod dirett għall-għanijiet tal-Programm.

(15)  Jekk xi konsorzju ta' impriżi jkun jixtieq jieħu sehem f'azzjoni eliġibbli tal-Programm, u l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tkun se tieħu l-għamla ta' għotja, strument finanzjarju jew kuntratt pubbliku, il-konsorzju jenħtieġ li jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala koordinatur li jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt mal-Kummissjoni.

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni jenħtieġ li tippermetti li jinżammu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-għarfien espert tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-indipendenza teknoloġika u industrijali tagħha. Jenħtieġ ukoll li din issir b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri jenħtieġ li jservi bħala kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Diċembru 2013 saħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet essenzjali u li jiġu indirizzati l-insuffiċjenzi kritiċi bis-saħħa ta' proġetti tanġibbli f'oqsma bħal dawk tal-inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod, il-kapaċità ta' riforniment ta' fjuwil fl-ajru, it-telekomunikazzjonijiet bis-satellita u ċ-ċiberspazju. Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża", il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġu massimizzati s-sinerġiji ċivili/militari, anke f'oqsma bħall-politika spazjali, iċ-ċibersigurtà, iċ-ċiberdifiża u s-sigurtà marittima. Proċessi oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti, jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' koperazzjoni msaħħa. Meta xieraq, jistgħu jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali tal-koperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, bil-kundizzjoni li jkunu fl-interess tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u li ma jwaqqfux lil xi Stat Membru milli jipparteċipa.

(16a)  L-Istati Membri jaħdmu individwalment u b'mod konġunt fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu operazzjonali ta' inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti mingħajr ekwipaġġ. L-użu operazzjonali jinkludi t-twettiq ta' attakki fuq bersalli militari. Ir-riċerka u l-iżvilupp assoċjati mal-iżvilupp ta' sistemi bħal dawn, kemm militari kif ukoll ċivili, ingħataw appoġġ minn fondi tal-UE, u huwa ppjanat li dan ikompli fil-futur, possibbilment anke fl-ambitu ta' dan il-Programm. Ebda element ta' dan ir-Regolament ma għandu jimpedixxi l-użu leġittimu tat-teknoloġiji jew tal-prodotti żviluppati fil-qafas tiegħu.

(17)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jkunu vijabbli, l-impenn tal-Istati Membri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-finanzjament tal-azzjoni jenħtieġ li jkun kriterju tal-għoti għal dawn l-azzjonijiet u jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-miktub.

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija Ewropea tad-difiża, jenħtieġ li dawn ikunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda, anke għat-teknoloġiji b'użu doppju, bil-ħsieb li tiġi kkonsolidata d-domanda Ewropea għad-difiża. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti jenħtieġ li jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott jew it-teknoloġija finali, possibbilment b'mod koordinat.

(19)  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mill-Programm jenħtieġ li ma taqbiżx l-20 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-prototipi li ħafna drabi jkun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, jenħtieġ li jkunu koperti l-ispejjeż kollha eliġibbli.

(20)  Billi l-appoġġ tal-Unjoni għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tas-settur u jikkonċerna biss il-fażi speċifika tal-iżvilupp, l-Unjoni jenħtieġ li ma jkollhiex sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjonijiet iffinanzjati. L-iskema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali applikabbli tiġi definita b'kuntratt mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm ma jkunux soġġetti għal xi restrizzjoni min-naħa ta' pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz.

(21)  Jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adozzjoni ta' programm ta' ħidma ta' sentejn b'konformità mal-għanijiet tal-Programm, b'mod partikolari l-għan tat-tisħiħ tal-kompetittività. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[10]. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermetti parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs miftuħa, mhux diskriminatorja u trasparenti, u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn tal-inqas 15 % tal-baġit totali, li jippermetti lill-SMEs jiġu inklużi fil-ktajjen tal-valur tal-azzjonijiet. Dan il-proporzjon tal-baġit totali jenħtieġ li jkun ta' benefiċċju anke għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Jenħtieġ li kategorija ta' proġetti tkun speċifikament iddedikata għall-SMEs.

(21a)  L-azzjonijiet kollha taħt il-Programm jinvolvu entitajiet minn tal-anqas tliet Stati Membri. L-użu ta' sistema ta' liċenzji ta' trasferiment ġenerali għall-finijiet tal-Programm ikun qed inaqqas b'mod sinifikanti l-ispiża ġenerali amministrattiva li tirriżulta mit-trasferimenti bejn il-parteċipanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw il-liċenzji ta' trasferiment ġenerali relatati ma' dan il-Programm. Meta jkun meħtieġ għall-prestazzjoni tal-Programm, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll il-meniġers tal-proġetti jenħtieġ li jkunu inklużi f'dawn il-liċenzji.

(21b)  Biex tiżgura s-suċċess tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex iżżomm djalogu ma' spettru wiesa' ta' setturi industrijali Ewropej, inklużi l-SMEs u l-fornituri mhux tradizzjonali fis-settur tad-difiża.

(22)  L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tingħata l-istatus ta' osservatur fil-kumitat tal-Istati Membri biex dan jibbenefika mill-għarfien espert tagħha fis-settur tad-difiża. Anki s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jassisti lill-kumitat tal-Istati Membri.

(22a)  Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jingħata l-istatus ta' osservatur fil-kumitat tal-Istati Membri.

(23)  Sabiex jintgħażlu l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati minn dan il-Programm, il-Kummissjoni ▌jenħtieġ li torganizza sejħiet kompetittivi għal proposti kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Wara evalwazzjoni tal-proposti li jaslu bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, li jenħtieġ li jintgħażlu abbażi ta' proċess trasparenti, il-Kummissjoni tagħżel l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm. Fir-rigward tal-esperti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li r-regoli rilevanti tagħha dwar l-evitar tal-kunflitti ta' interess ikunu applikati b'mod strett. Barra minn hekk, jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-esperti jiġu mill-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' Stati Membri. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, kif ukoll għall-għoti tal-finanzjament lill-azzjonijiet magħżula. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(24)  Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija hawn fuq, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet sostanzjali tagħhom għall-implimentazzjoni tal-att bażiku.

(25)  Fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport ta' implimentazzjoni biex teżamina l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Dan ir-rapport jenħtieġ li janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-proġetti tal-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur globali. Jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar l-oriġini tal-benefiċjarji u d-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-impriżi u l-Istati Membri taħt il-Programm, jekk ikun teknikament fattibbli. Fl-aħħar nett, b'rabta mal-element tar-riċerka tal-Fond Ewropew għad-Difiża, jenħtieġ li jipproponi soluzzjonijiet biex tonqos id-dipendenza tal-Unjoni mill-prodotti u mit-teknoloġiji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk identifikati matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(25a)  Fil-kuntest tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni Ewropea ta' wara l-2020, jenħtieġ li jiġi pprovdut qafas stabbli għal dawn it-tip ta' azzjonijiet, b'mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta' linja baġitarja speċifika kif ukoll miżuri ta' implimentazzjoni adattati.

(25b)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw l-aktar promozzjoni wiesgħa possibbli tal-Programm sabiex tiżdied l-effikaċja tiegħu u b'hekk jittejbu l-kompetittività tal-industrija tad-difiża u l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Istati Membri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qed jiġi stabbilit Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm") għal azzjoni tal-Unjoni li tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 2

L-għanijiet

Il-Programm għandu jkollu dawn l-għanijiet:

(a)  irawwem il-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża fl-Unjoni kollha, li jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, billi jappoġġa l-azzjonijiet imwettqa fl-Unjoni fil-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(b)  jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-koperazzjoni, anke transfruntiera, bejn l-impriżi, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, fl-iżvilupp ta' teknoloġiji jew prodotti b'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni u biex jissaħħew il-ktajjen tal-valur tal-industrija tad-difiża, biex b'hekk jingħata kontribut għall-ħolqien ta' koperazzjoni transfruntiera ġdida bejn l-impriżi;

(c)  irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp, biex b'hekk tiġi appoġġata l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni fis-suq intern u fis-suq globali, anke permezz tal-konsolidazzjoni fejn xieraq;

(ca)  jippromwovi l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tad-difiża u l-interoperabbiltà tagħhom, biex b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala sostanzjali.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja", kif imsemmi fil-punt (b), tfisser impriżi li mhumiex SMEs u li jimpjegaw 3 000 persuna jew inqas. L-għadd ta' persunal għandu jiġi kkalkulat b'konformità mal-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[11].

Artikolu 3

Il-baġit

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali, li għandu jiġi esklussivament mill-marġnijiet mhux allokati taħt il-livelli massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 u/jew permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali rilevanti tal-QFP.

Artikolu 4

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament

1.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata bit-tipi ta' finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ▌b'mod partikolari l-għotjiet u, f'każijiet xierqa, l-istrumenti finanzjarji u l-akkwist pubbliku, anke permezz ta' mekkaniżmi ta' taħlit.

2.  It-tipi ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u l-metodi ta' implimentazzjoni, għandhom jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' kunflitti ta' interess.

3.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ▌.

4.  L-Istati Membri għandhom jaħtru meniġer tal-proġett ▌. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil dan tal-aħħar dwar il-progress li sar fil-qafas tal-azzjoni qabel ma tmexxi bil-ħlas lill-benefiċjarji eliġibbli ▌.

Artikolu 5

It-tipi ta' strumenti finanzjarji

1.  L-istrumenti finanzjarji stabbiliti skont it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament lill-entitajiet li jimplimentaw l-azzjonijiet skont l-Artikolu 6.

2.  Jistgħu jintużaw dawn l-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(a) Investimenti ta' ekwità jew ta' kważi ekwità;

(b) Self jew garanziji;

(c) Strumenti ta' qsim tar-riskji.

Artikolu 6

L-azzjonijiet eliġibbli

1.  Il-Programm għandu jagħti appoġġ lill-azzjonijiet tal-benefiċjarji waqt il-fażi tal-iżvilupp li jkopru kemm prodotti u teknoloġiji ġodda u t-titjib tal-prodotti u tat-teknoloġiji eżistenti żviluppati fl-Unjoni, b'rabta ma':

(a)  id-disinn ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn;

(b)  il-ħolqien ta' prototipi ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża. Prototip hu mudell ta' prodott jew teknoloġija li jkun jista' juri l-prestazzjoni tal-element waqt li jkun qed jitħaddem;

(c)  l-ittestjar ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;

(d)  l-ikkwalifikar ta' prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża; l-ikkwalifikar hu l-proċess kollu li juri li d-disinn tal-prodott/komponent/teknoloġija jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati. Dan il-proċess jipprovdi evidenza oġġettiva li turi li r-rekwiżiti partikolari ta' disinn ikunu ġew issodisfati;

(e)  iċ-ċertifikazzjoni ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża. Iċ-ċertifikazzjoni hi l-proċess li skontu l-awtorità nazzjonali tiċċertifika li l-prodott/komponent/teknoloġija jikkonformaw mar-regolamenti applikabbli;

(f)  studji, bħall-istudji tal-fattibbiltà u miżuri oħra ta' akkumpanjament.

2.  L-azzjoni għandha ssir b'koperazzjoni bejn mill-inqas tliet impriżi stabbiliti f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti. Tal-inqas tliet impriżi benefiċjarji ma għandhomx ikunu effettivament ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, "kontroll effettiv" tfisser relazzjoni kostitwita permezz ta' drittijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, separatament jew konġuntament u b'kont meħud tal-konsiderazzjonijiet tal-fatt jew tal-liġi involuta, jagħtu l-possibbiltà li direttament jew indirettament tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq xi impriża, b'mod partikolari permezz ta':

(a)  id-dritt li jintużaw l-assi kollha jew parti minnhom ta' xi impriża;

(b)  id-drittijiet jew il-kuntratti li jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-korpi ta' impriża jew inkella jinfluwenzaw b'mod deċiżiv it-tħaddim tal-operat kummerċjali tal-impriża.

4.  Meta tkun relatata ma' azzjonijiet definiti fil-punt (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, biex b'hekk jiġu msaħħa l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi.

4a.  Azzjonijiet relatati mal-prodott b'rabta mal-armi tal-qerda tal-massa u t-teknoloġiji tat-testati relatati, azzjonijiet relatati mal-prodott b'rabta mal-armi u l-munizzjonijiet ipprojbiti, l-armi li mhumiex konformi mad-dritt umanitarju internazzjonali bħall-munizzjonijiet dispersivi b'konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet Dispersivi, il-mini tal-art kontra l-persunal b'konformità mal-Konvenzjoni fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Kumulazzjoni, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta' Mini Kontra l-Persunal u fuq id-Distruzzjoni tagħhom, l-armi inċendjarji b'konformità mal-Protokoll III tal-Konvenzjoni fuq l-Użu ta' Ċerti Armi Konvezjonali, kif ukoll l-armi kompletament awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr kontroll uman fuq id-deċiżjonijiet dwar il-bersalji u l-attakki m'għandhomx ikunu eliġibbli.

Artikolu 7

L-entitajiet eliġibbli

1.  Il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi pubbliċi jew privati stabbiliti fl-Unjoni li ma jkunux effettivament ikkontrollati minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz fis-sens tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b'impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi kollha użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm, għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni. L-użu ta' dawn l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi ma għandu jkun sottopost għal ebda kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz.

1a.  Fil-każ ta' bidla, matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni, fil-kontroll effettiv tal-impriża fis-sens tal-Artikolu 6(3), l-impriża għandha tinforma lill-Kummissjoni, li għandha tivvaluta jekk il-kriterji tal-eliġibbiltà jkunux għadhom issodisfati.

1b.  B'deroga mill-paragrafu 1, impriża stabbilita fl-Unjoni u effettivament ikkontrollata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz fis-sens tal-Artikolu 6(3), kemm direttament jew indirettament permezz ta' impriza intermedja waħda jew aktar, tista' tkun eliġibbli jekk, għall-fini ta' azzjoni ffinanzjata taħt il-Programm, il-mekkaniżmi neċessarji jkunu fis-seħħ biex jiġi żgurat li, b'mod partikolari, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-kontroll effettiv fuq l-impriża minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz jitneħħa;

(b)  l-aċċess għal informazzjoni sensittiva relatata mal-azzjoni ma jitħalliex; u

(c)  is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li joriġinaw mill-azzjoni, u r-riżultati ta' din tal-aħħar, jibqgħu tal-benefiċjarju matul u wara t-tlestija tal-azzjoni u ma jkunux soġġetti għal xi kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz.

L-impriża għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-evidenza meħtieġa li l-mekkaniżmi jkunu tqiegħdu fis-seħħ.

2.  Jekk il-benefiċjarju, kif definit fil-paragrafu 1, qed jiżviluppa azzjoni, kif definit fl-Artikolu 6, fil-kuntest ta' Koperazzjoni Strutturata Permanenti, din għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament miżjud imsemmi fl-Artikolu 11(2) fir-rigward ta' dik l-azzjoni.

2b.  Jekk ma jkun hemm ebda sostitut kompetittiv diġà disponibbli fl-Unjoni, u jekk dan l-użu ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom jistgħu jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi li jinsabu jew li jinżammu barra mit-territorju tal-Istati Membri jew li jkunu kkontrollati minn pajjiżi terzi.

Meta jwettqu azzjoni eliġibbli, il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom jistgħu wkoll jikkoperaw ma' impriżi stabbiliti barra mit-territorju tal-Istati Membri jew li jkunu kkontrollati esklussivament minn pajjiżi terzi jew entitajiet ta' pajjiżi terzi jekk dan ma jmurx kontra l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-ispejjeż marbuta ma' dawn l-attivitajiet m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Programm.

Artikolu 8

Id-dikjarazzjoni tal-applikanti

Kull applikant għandu jiddikjara, bil-miktub, li jaf bis-sħiħ u li hu konformi mal-leġiżlazzjoni u mar-regolamenti nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli li jirrigwardaw attivitajiet fil-qasam tad-difiża, inkluża l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, ir-reġim tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontrolli tal-esportazzjonijiet.

Artikolu 9

Il-konsorzju

1.  Meta l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata b'għotja, il-membri ta' kwalunkwe konsorzju li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom bħala koordinatur u għandu jitniżżel fil-ftehim dwar l-għotja. Il-koordinatur għandu jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju fir-rigward tal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim tal-għotja, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tiegħu fil-ftehim tal-għotja. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista' tieħu wkoll l-għamla ta' strument finanzjarju jew kuntratt pubbliku.

2.  Il-membri ta' konsorzju li jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jikkonkludu ftehim intern li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni, inkluża l-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirrigwardaw il-prodotti l-ġodda, b'konformità mal-ftehim tal-għotja, għajr meta jkun debitament iġġustifikat kif previst fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa għall-proposti.

Artikolu 10

Il-kriterji tal-għoti

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati fir-rigward tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u abbażi ta' dawn il-kriterji kumulattivi:

(a)  eċċellenza, prestazzjoni u abbiltà industrijali biex jintwerew vantaġġi sinifikanti fuq prodotti jew teknoloġiji eżistenti; u,

(b)  kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b'hekk għat-trawwim tal-awtonomija industrijali u strateġika tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; u,

(ba)  kontribut għall-kompetittività u għat-tkabbir ta' impriżi relatati mad-difiża fl-Unjoni kollha; u,

(c)  kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; u,

(ca)  kontribut għall-ħolqien ta' koperazzjoni transfruntiera ġdida bejn l-impriżi; u,

(d)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

(da)  il-proporzjon tal-baġit totali tal-azzjoni li jrid jiġi allokat għall-parteċipazzjoni tal-SMEs stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, bħala membri tal-konsorzju, subkuntratturi jew bħala impriżi oħra fil-katina tal-provvista; u

(e)  għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juru li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b'mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

Artikolu 11

Ir-rati ta' finanzjament

1.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija mill-Programm ma tistax taqbeż l-20 % tat-totalità tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni b'rabta mal-ħolqien tal-prototipi, fis-sens tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-għajnuna tista' tkopri l-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni.

2.  Azzjoni żviluppata minn benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2, tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'10 punti perċentwali addizzjonali.

2a.  Azzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b' 10 punti perċentwali addizzjonali, fejn mill-inqas 15 % tal-ispiża totali eliġibbli tagħha tkun impenjata għal SMEs stabbiliti fl-Unjoni. Dik ir-rata ta' finanzjament miżjuda tista' tiżdied aktar b'perċentwal ekwivalenti għal darbtejn il-perċentwal tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni impenjata għal SMEs stabbiliti fi Stat Membru għajr dawk li fihom ikunu stabbiliti l-impriżi l-oħra li jipparteċipaw fl-azzjoni li ma jkunux SMEs.

2b.  Azzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b' 10 punti perċentwali addizzjonali, fejn mill-inqas 30 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni tkun impenjata għal kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja stabbiliti fl-Unjoni.

2c.  L-ispejjeż eliġibbli indiretti għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni ta' rata fissa ta' 25 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli totali diretti, esklużi l-ispejjeż eliġibbli diretti għas-subkuntrattar.

2d.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni pprovduta taħt il-Programm, inklużi r-rati ta' finanzjament miżjuda, m'għandhiex tkopri aktar minn 100 % tal-ispiża eliġibbli tal-azzjoni.

Artikolu 12

Is-sjieda u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

1.  L-Unjoni ma għandux ikollha sjieda tal-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjoni u ma għandu jkollha l-ebda pretensjoni ta' dritt tal-proprjetà intellettwali, inklużi d-drittijiet ta' liċenzjil-liċenzja, b'rabta mal-azzjoni.

1a.  Ir-riżultati tal-azzjonijiet li jkunu bbenefikaw minn finanzjament mill-Programm m'għandhom ikunu soġġetti għal ebda kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz.

1b.  Jekk l-għajnuna tal-Unjoni tingħata fil-forma ta' akkwist pubbliku ta' studju, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom id-dritt għal liċenzja mingħajr ħlas u mhux esklussiva għall-użu tal-istudju fuq talba espliċita tagħhom.

Artikolu 12a

Liċenzji ta' trasferiment ġenerali

1.  Għall-finijiet ta' dan il-Programm, għandu japplika l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12].

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni kif ukoll għall-meniġers tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament mutatis mutandis.

Artikolu 13

Il-programm ta' ħidma

1.  ▌Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16a li jistabbilixxu programm ta' ħidma ta' sentejn għall-perjodu kollu tal-Programm. ▌Dan il-programm ta' ħidma għandu jkun konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm. Dawk il-kategoriji għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża msemmija fl-Artikolu 2(b). Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi wkoll kategorija ta' proġetti ddedikati speċifikament għall-SMEs.

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li tal-anqas 15 % tal-baġit totali jiġi allokat għal azzjonijiet li jippermettu l-integrazzjoni transfruntiera tal-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-ktajjen tal-valur.

Artikolu 14

Il-proċedura tal-għoti

1.  Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-finanzjament mill-Unjoni għandu jingħata wara sejħiet għal proposti maħruġin skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/12[13].

2.  Il-proposti mressqa wara s-sejħa għal proposti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti li jkunu ċittadini tal-UE, mill-ikbar firxa wiesgħa possibbli ta' Stati Membri, magħżula abbażi ta' proċess trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-inkompatibilitajiet minħabba kunflitti ta' interess, abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 10.

3.  Wara kull sejħa, il-Kummissjoni għandha tagħti l-finanzjament lill-azzjonijiet magħżula permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 15

Il-ħlasijiet annwali

Il-Kummissjoni tista' taqsam l-impenji baġitarji fi ħlasijiet annwali.

Artikolu 16

Il-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu bħala osservaturi.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16a

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' sentejn minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 13(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Il-monitoraġġ u r-rappurtar

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar skont l-Artikolu 38(3)(e) tar-Regolament 966/2012. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport – imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandu b'mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-proġetti implimentati bil-Programm kif ukoll l-integrazzjoni tal-SMEs u tal-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur globali. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini tal-benefiċjarji u d-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-impriżi u l-Istati Membri, jekk ikun teknikament fattibbli.

2a.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jipproponi soluzzjonijiet biex tonqos id-dipendenza tal-Unjoni mill-prodotti u mit-teknoloġiji ta' entitajiet minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk identifikati matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2b.  Fi żmien debitu qabel it-tmiem ta' dan il-Programm, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva għal programm ġdid ta' żvilupp industrijali fil-qasam tad-difiża, flimkien ma' finanzjament adegwat taħt il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid.

Artikolu 18

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li, meta jkunu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b'verifiki effettivi u, jekk jiġu identifikati irregolaritajiet, isir l-irkupru u, meta xieraq, jitħallsu lura l-ammonti mħallsa bi żball u, meta xieraq, b'pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, jew fil-każ ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, is-setgħa ta' verifika b'konformità mal-ftehimiet milħuqa magħhom, abbażi ta' dokumenti u żjarat fuq il-post, fir-rigward ta' kull benefiċjarju, kuntrattur u subkuntrattur tal-għotjiet, li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.  L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[15], bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta' attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni tal-għoti jew kuntratt li jkun jikkonċerna finanzjament skont dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew      Għall-Kunsill

Il-President          Il-President

  • [1]    Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]   ĠU C […], […], p. […].
  • [4]   ĠU C […], […], p. […].
  • [5]   ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.
  • [6]   Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
  • [7]   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
  • [8]   Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
  • [9]    Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
  • [10]   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
  • [11]    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta' mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
  • [12]    Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).
  • [13]   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
  • [14]   Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
  • [15]   Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Fond Ewropew għad-Difiża propost mill-Kummissjoni fis-7 ta' Ġunju 2017 fih żewġ elementi li jippermettu li jkun kopert iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp industrijali fil-qasam tad-difiża. L-ewwel element huwa intiż biex jiffinanzja r-riċerka kollaborattiva fit-teknoloġiji tad-difiża innovattivi. It-tieni element huwa għall-akkwist koperattiv tal-kapaċitajiet ta' difiża. Jinkludi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, li jipprova jegħleb l-isfidi li qed tiffaċċja l-industrija Ewropea tad-difiża. Il-baġit totali għad-difiża tal-Istati Membri qed jonqos, bil-kontra ta' dak ta' setgħat dinjija oħra bħaċ-Ċina u r-Russja, u l-baġit għad-difiża tal-Istati Uniti huwa d-doppju tal-baġit tal-UE. Fl-istess ħin, in-nuqqas ta' koperazzjoni fil-livell Ewropew jissarraf f'tifriq tas-sistemi tal-armi u tat-tagħmir u għalhekk f'ineffikaċja baġitarja konsiderevoli. Il-koperazzjoni mhijiex żviluppata biżżejjed u dan tixhdu l-assenza ta' speċifikazzjonijiet komuni fost l-Istati Membri. Dan konsegwentement iwassal għal ittardjar u spejjeż addizzjonali fl-iżvilupp ta' proġetti emblematiċi. Barra minn hekk, dipendenza minn pajjiżi terzi għall-prodotti u għat-teknoloġiji ddgħajjef l-awtonomija strateġika tal-UE.

L-industrija tad-difiża tagħna sal-lum ma tibbenefikax minn inċentivi suffiċjenti biex tkun kompetittiva fil-livell dinji, minkejja li hi tassew mogħnija b'ħafna teknoloġiji. Għandha bżonn "aktar Ewropa" biex tipprovdi teknoloġija li tqum anqas flus, li tkun aktar affidabbli u aktar indipendenti.

Paradossalment, il-ħtiġijiet ta' sigurtà tal-Ewropej f'ambjent internazzjonali instabbli, f'ħafna aspetti qed jiżdiedu. Barra minn hekk, l-approċċ singulari tal-UE għad-difiża u s-sigurtà globali huwa garanzija ta' stabbiltà. Il-koperazzjoni hija għaldaqstant valur miżjud indispensabbli b'reazzjoni għat-talba ta' sigurtà taċ-ċittadini, u tikkonsolida l-pożizzjoni tal-UE.

Ir-rapporteur, għalhekk, tilqa' ferm il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, u tqis li huwa indispensabbli li l-implimentazzjoni tiegħu tkun tista' tibda minn Jannar 2019 biex ikunu garantiti perspettivi serji għall-industrija tad-difiża Ewropea għal wara l-2020. Biex dan isir, il-Kunsill u l-Parlament għandhom jeżaminaw din il-proposta mill-aktar fis possibbli.

L-awtonomija strateġika bħala għan

Dan il-Programm għandu jkun mezz biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-UE fil-qasam tad-difiża. Dik l-awtonomija strateġika hija essenzjali biex ikun żgurat li l-Unjoni tkun libera li tieħu azzjoni fid-dinja kollha. Tista' tissaħħaħ biss permezz ta' koperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u l-impriżi, li jridu jkunu bbażati fuq il-prijoritajiet ta' kapaċità komuni tal-Istati Membri. Dan jiggarantixxi l-vijabbiltà tal-proġetti.

L-għan tal-awtonomija tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża għandu għalhekk jiddaħħal fl-Artikolu 2 tar-Regolament. L-iżvilupp tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea huwa fundamentali għal din l-awtonomija. Il-Kummissjoni xtaqet għalhekk li jkunu biss l-impriżi effettivament ikkontrollati minn entitajiet Ewropej li jibbenefikaw finanzjarjament minn dan il-Programm għal azzjonijiet li jsiru fit-territorju tal-Unjoni. Is-subkuntratturi tagħhom ukoll għandhom jissodisfaw dan il-kriterju. Biex dan ir-rekwiżit essenzjali jsir aktar prammatiku, il-kriterju tal-50 % tal-azzjonisti Ewropej, li deher riġidu wisq u ftit li xejn adatt għall-impriżi ta' dan is-settur, tħassar mill-Artikolu 7. Qiegħed ukoll jiġi propost li jiġu identifikati l-prodotti u t-teknoloġiji li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi biex l-Unjoni tnaqqas id-dipendenza tagħha minnhom.

It-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija u tal-innovazzjoni

Il-kompetittività tal-industrija, li hija l-bażi ġuridika ta' din il-proposta għal regolament, tkun iġġudikata skont il-kapaċità tagħha ta' innovazzjoni u ta' adattament għall-iżviluppi teknoloġiċi. L-eċċellenza u l-prestazzjoni industrijali huma għalhekk kriterji essenzjali għal dan is-settur strateġiku. Il-kuntest regolatorju Ewropew tal-industrija jrid jevolvi lejn żieda fl-interoperabbiltà u standardizzazzjoni aqwa. Dawn huma wkoll l-għanijiet ta' dan il-Programm, li għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 2 tar-Regolament.

Ir-raggruppament tal-impriżi fil-livell Ewropew huwa pożittiv, għax dan il-programm ma għandux jippenalizza lill-impriżi li ilhom żmien jaħdmu f'dan is-sens. Hija koperazzjoni tassew Ewropea li hija meħtieġa, u r-rekwiżit ta' speċifikazzjonijiet komuni huwa fundamentali biex azzjoni tkun appoġġata minn dan il-Programm.

L-effetti tal-kompetittività tal-industrija tad-difiża se jkunu kbar f'termini ekonomiċi u umani, u l-Programm se jagħmel tajjeb għall-problemi marbuta mal-koperazzjoni.

Rwol importanti għall-SMEs

L-SMEs diġà jiżvolġu rwol fundamentali fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà fl-Ewropa. L-impriżi l-kbar jaħdmu magħhom fuq il-proġetti kollha tagħhom u jirrappreżentaw riżorsa importantissima għall-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha. Iżda huwa importanti li tkun iffaċilitata l-koperazzjoni transfruntiera, partikolarment għall-SMEs li ma għandhomx inċentivi biex jikkoperaw. B'hekk, l-Istati Membri kollha b'impriżi li x'aktarx jikkontribwixxu għall-eċċellenza teknoloġika fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw minn dan il-Programm permezz tal-ħolqien ta' proġetti ġodda ta' kooperazzjoni, mingħajr ma jiżdidulhom limitazzjonijiet eċċessivi fil-programmi industrijali diġà ferm kumplessi.

Għaldaqstant, ir-rapporteur tipproponi li jsir sforz addizzjonali għall-SMEs billi jingħataw kategorija ddedikata ta' proġetti u billi jkun żgurat li tal-anqas 10 % tal-baġit totali tal-Programm jiġi allokat għal azzjonijiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs (Artikolu 13).

Finanzjament xieraq

Il-baġit ta' EUR 500 miljun huwa xieraq għal dan il-Programm, iżda r-rapporteur tqis li kwalunkwe ridistribuzzjoni minn programmi tal-UE bħal EGNOS, Galileo, Copernicus, ITER u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, ma tridx taffettwa l-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi. Kull Stat Membru jrid jagħmel sforz u l-marġni tal-qafas finanzjarju attwali jkollu jintuża wkoll.

OPINJONI TAL-MINORANZA

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura,

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, Rapporteur: Françoise Grossetête

Rapport tal-Minoranza mressaq mill-Membri tal-PE tal-GUE/NGL SYLIKIOTIS Neoklis, BENITO ZILUAGA Xabier, FERREIRA João, LÖSING Sabine, MATIAS Marisa, ERNST Cornelia

Ir-rapport huwa favur iktar militarizzazzjoni tal-UE. Jissussidja l-awtonomija militari permezz ta' żieda fl-investimenti fir-riċerka u tagħmir militari u tad-difiża, minkejja l-kriżijiet ekonomiċi u l-impatt ambjentali, u huwa kuntrarju għall-Artikolu 41(2) TUE, li jipprojbixxi li kwalunkwe nefqa li tiġi minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża toħroġ mill-baġit tal-UE. Huwa favur ukoll kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO.

Aħna noġġezzjonaw peress li r-rapport:

-  irid li l-UE ssir attur militari globali;

-  iservi biex jissussidja s-settur tad-difiża u l-Kumpless Militari Industrijali u x'aktarx li jżid l-esportazzjonijiet tal-armi;

-  jimmilitarizza l-politiki ċivili u juża l-indusrija u l-kompetittività bħala pretest biex jiġu żviluppati aktar il-kapaċitajiet ta' difiża tal-UE fil-qafas tal-PSDK/PESK;

-  jappoġġja aktar kooperazzjoni ċivili-militari;

Aħna nesiġu:

-  diżarm radikali fil-livell tal-UE u f'dak globali;

-  l-ebda finanzjament militari mill-baġit tal-UE;

-  fondi pubbliċi biex jiġu appoġġjati l-impjiegi ta' kwalità, ir-reindustrijalizzazzjoni u l-SMEs;

-  il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp ċivili li jaqdu lin-nies u l-bżonnijiet tagħhom;

-  li l-attivitajiet kollha jkunu konformi b'mod strett mal-Karta tan-NU u mad-Dritt Internazzjonali;

-  riżoluzzjonijiet tal-kunflitti strettament ċivili u paċifiċi u separazzjoni tal-azzjonijiet ċivili u militari;

-  is-separazzjoni tal-UE min-NATO.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (25.1.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE
(COM(2017)294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Ioan Mircea Paşcu

(*)  Proċedura ta' kumitati assoċjati – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-difiża hi importanti. B'din id-dikjarazzjoni f'Diċembru 2013, il-Kunsill Ewropew reġa' qiegħed b'mod sod lid-difiża fuq l-aġenda Ewropea. Sa minn dak iż-żmien l-azzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fil-livell tal-Unjoni Ewropea saret aktar mifruxa u approfondita.

F'Ġunju 2016, il-VP/RGħ, Federica Mogherini, ippreżentat l-Istrateġija Globali, li mmarkat livell ġdid ta' ambizzjoni u li kienet il-punt ta' tluq għal ġabra konsistenti ta' dokumenti u proposti ta' implimentazzjoni, li mexxew 'il quddiem il-viżjoni ta' Unjoni aktar b'saħħitha u stabbilew il-passi preċiżi li għandhom jiġu segwiti sabiex tinkiseb l-awtonomija strateġika li l-Ewropa għandha bżonn.

Il-Parlament Ewropew nieda proġett pilota dwar ir-riċerka tal-PSDK fl-2015 u fl-2016, li ġie kkomplementat minn azzjoni preparatorja dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża fl-2017. Din l-azzjoni preparatorja ser tkompli sal-2019.

Fis-sajf tal-2017, il-Kummissjoni Ewropea nediet Fond Ewropew għad-Difiża sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' difiża tal-Ewropa. Bħala l-ewwel miżura, il-Kummissjoni pproponiet regolament li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Fid-difiża Ewropea, il-gvernijiet jagħmlu akkwisti biss, u jagħmlu dan abbażi ta' kunsiderazzjonijiet strateġiċi, politiċi u ta' kapaċitajiet ta' difiża. Il-parteċipazzjoni tal-UE fid-difiża toffri lill-Istati Membri inċentiv aktar qawwi għall-iżvilupp u x-xiri ta' prodotti tad-difiża Ewropea. Il-parteċipazzjoni tal-UE ser tappoġġa ukoll l-isforz meħtieġ għall-istrutturar ta' ktajjen ta' valuri trans-Ewropej li attwalment jinsabu fl-industrija tad-difiża. Fiċ-ċirkostanzi mhux perfetti tas-swieq tad-difiża, ir-riskji kummerċjali relatati jimpedixxu lill-ktajjen tal-valur trans-Ewropej milli jiżviluppaw b'mod naturali. Madankollu, meta l-gvernijiet jikkollaboraw fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża, daqstant ieħor jagħmlu l-atturi tal-katina tal-valur, fl-iżvilupp ta' prodotti tad-difiża.

Il-programm hu mmirat b'mod partikolari għall-fażi tal-iżvilupp ta' prodotti tad-difiża, li hu mument kruċjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-kapaċitajiet ta' difiża. Sa din il-fażi, bosta mill-karatteristiċi tal-kapaċitajiet futuri u l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż ta' sjieda għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-ġejjieni tiegħu jiġu determinati. Meta l-programmi ta' kapaċità jiġu żviluppati bħala programmi multinazzjonali, din hija l-fażi li matulha jiġu ssiġillati l-parti l-kbira tas-sehem tan-nefqa u arranġamenti ta' kondiviżjoni tax-xogħol. Għaldaqstant, hu effikaċi li f'din il-fażi jiġu ffokati biżżejjed inċentivi biex tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE. Hu effiċjenti wkoll peress li l-intervent tal-UE jippromwovi komunità tal-utenti Ewropea akbar għall-prodotti tad-difiża Ewropej, li tidderieġi l-ekonomiji ta' skala u ta' ambitu matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodott ta' difiża.

Ir-rapporteur jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur jissottolinja li l-proposta missu kellha effett strutturali importanti fil-bini ta' kooperazzjoni għad-difiża trans-Ewropea. L-iżvilupp ta' industrija tad-difiża aktar b'saħħitha, aktar effiċjenti u kompetittiva - l-għan tal-EDIDP - ikun isaħħaħ l-indipendenza teknoloġika tal-UE u l-awtonomija strateġika tagħha u globalment jikkonsolida l-PSDK, li ilu għan li l-Parlament Ewropew ma waqafx jappoġġa.

Ir-rapporteur enfasizza dan li ġej:

•  Il-libertà ta' azzjoni u l-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri u mal-Unjoni kif ukoll il-ħidma fuq ir-rekwiżiti ta' kapaċità tad-difiża għandhom ikunu l-karatteristiċi tal-objettivi tal-programm.

•  L-azzjoni tal-UE taħt dan il-programm għandu jkollha l-għan li ġġib lill-entitajiet mill-Istati Membri kollha, b'mod partikolari mill-UE13, fil-ktajjen tal-valur ta' difiża. Barra minn hekk, il-ktajjen tal-valur ta' difiża ta' intrapriżi żgħar, u ta' daqs medju kif ukoll tal-intrapriżi tal-manifattura intermedjarji jista' jkollhom rwol sinifikanti f'ħafna Stati Membri. Dawn tal-aħħar għandhom jiġu ttrattati b'mod simili għal SMEs meta dan huwa f'konformità mal-objettivi tal-programm.

•  Id-dikjarazzjoni konġunta UE-NATO u l-miżuri ta' implimentazzjoni komuni UE-NATO kif ukoll il-bżonn ta' kooperazzjoni mal-inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali oħrajn, għandhom jiġu kkunsidrati għall-azzjonijiet fil-programm, meta jkun il-każ, filwaqt li jiġu rispettati l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Istati Membri u l-Unjoni.

•  Jeħtieġ li jiġi żgurat rwol xieraq tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża matul il-programm kollu, fir-rispett xieraq tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

•  Il-finanzjament tal-UE għandu jkun eskluż għal azzjonijiet relatati ma' ċerti prodotti tad-difiża (armi ta' qerda tal-massa u teknoloġiji tal-gwerra relatati, armi u munizzjon ipprojbiti, kif ukoll armi kompletament awtonomi, li jippermettu li jsiru attakki mingħajr intervent u kontroll uman sostanzjali). Il-finanzjament tal-UE għandu jkun eskluż fir-rigward ta' azzjonijiet relatati mal-prodotti tad-difiża (armi ħfief u ta' kalibru żgħir) jekk l-azzjoni tiġi żviluppata prinċipalment għal finijiet ta' esportazzjoni, jiġifieri fejn l-ebda Stat Membru ma esprima r-rekwiżit biex titwettaq l-azzjoni.

•  Ir-realtà turi li kwalunkwe kriterju ta' eliġibbiltà relatat mas-sehem tas-sjieda ser ikun diffiċli biex jiġi implimentat minħabba arranġamenti kumplessi eżistenti fi ħdan l-industrija.

•  Il-kriterji tal-għoti għandhom jiġu aġġornati bil-ħsieb li jitjiebu objettivi u kriterji ta' eliġibbiltà.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fis-Sigurtà u d-Difiża miftiehma bejn 23 Stat Membru fit-13 ta' Novembru 2017, kif deskritt fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 42(6) u 46, kif ukoll fil-Protokoll 10 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplimenta, tingranaġġa u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw kapaċitajiet tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva u innovattiva. B'mod partikolari, dan jipproponi li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond se jwieżen il-koperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża.

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeskriviet il-ħafna problemi strutturali fis-settur tad-difiża Ewropea li jfixklu l-użu effiċjenti tar-riżorsi nazzjonali għall-għoti tal-kapaċitajiet tad-difiża meħtieġa għal Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) effikaċi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplementa, tqawwi u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw u jiksbu l-kapaċitajiet tad-difiża biex iwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva u innovattiva kif ukoll li tikkontribwixxi għall-awtonomija teknoloġika u industrijali tal-Unjoni. B'mod partikolari, dan jipproponi li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond għandu jikkomplementa l-baġits nazzjonali għad-difiża u joffri inċentiv għall-Istati Membri biex jinvestu aktar fil-qasam tad-difiża. Il-Fond se jwieżen il-kooperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża. Biex jikkomplementa l-programmi nazzjonali, jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tintroduċi effett ta' lieva sinifikanti għal investimenti nazzjonali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-industriji tagħhom. Biex jinkisbu dawn l-objettivi huwa għalhekk neċessarju li, fil-livell tal-Unjoni, jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali għall-kooperazzjoni tal-Istati Membri u l-impriżi fis-settur tal-iżvilupp industrijali tad-difiża.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Sabiex jiġi stabbilit suq Ewropew tat-tagħmir għad-difiża effiċjenti, kif ukoll biex dan il-Programm ikollu impatt reali, huwa ta' importanza kruċjali li jiġu ssodisfati l-prekondizzjonijiet regolatorji ewlenin, speċjalment l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2009/81/KE dwar akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm"). Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(2)  Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni bil-ħsieb tal-awtonomija strateġika u teknoloġika tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Programm"). Jenħtieġ li l-għan tal-Programm ikun dak lijiddefinixxi u jimplimenta l-formazzjoni progressiva ta' politika ta' difiża komuni skont l-Artikolu 2(4) tat-TFUE u huwa maħsub biex jiżviluppa l-kapaċitajiet moderni li l-forzi armati tal-Istati Membri għandhom bżonn u biex tittejjeb is-sigurtà tagħhom. Jenħtieġ li dan il-Programm ikollu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-impriżi, inklużi ċ-ċentri ta' riċerka, fil-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża li jwassal għal aktar effiċjenza u tnaqqis tal-ħela tar-riżorsi u s-sovrapożizzjonijiet fis-suq tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni. Il-Programm, kif ukoll t-tkomplija potenzjali tiegħu wara l-2020, irrispettivament mill-forma tiegħu, jenħtieġ lijikkomplementa l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta' skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm għandu jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(3)  Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta' skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, billi jippromwovi suq aktar integrat, sabiex b'hekk l-investiment ikun irendi aktar u tiġi evitata duplikazzjoni tal-kapaċitajiet u l-infiq. Skont xi studji, l-Unjoni tista' tiffranka bejn 25 u 100 biljun euro fis-sena permezz ta' kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tad-difiża.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-objettivi ewlenin ta' din il-leġiżlazzjoni huwa li titnaqqas il-ħela fl-infiq tal-Istati Membri fuq id-difiża.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6. Il-finanzjament jista' jieħu l-għamla ta' għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku.

(5)  Il-Programm jenħtieġ li jiġi implimentat b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6. Il-finanzjament jista' jieħu l-għamla ta' għotjiet u ta' akkwist pubbliku għall-forniment ta' studji. L-istrumenti finanzjarji jistgħu fil-futur jintużaw ukoll abbażi tal-esperjenza ta' dan il-Programm, speċjalment għat-tieqa għall-kapaċitajiet tal-Fond Ewropew għad-Difiża wara l-2020. Għall-QFP li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni talloka riżorsi finanzjarji għall-Programm li jmiss. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda l-ħidma preparatorja, il-valutazzjoni u l-proposti rilevanti mill-aktar fis possibbli.

_________________

_________________

6 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

6 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Ġustifikazzjoni

L-akkwist pubbliku għandu jintuża biss għall-forniment ta' studji.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur, fil-prattika, mhu se jitnieda l-ebda proġett kollaborattiv bejn l-impriżi jekk qabelxejn l-Istati Membri ma jkunux ftiehmu li jappoġġaw dawn il-proġetti. Wara li jiġu ddefiniti prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi kollaborattivi fuq bażi reġjonali, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jikkonsolidaw il-ħtiġijiet militari u jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proġett. Dawn jistgħu jaħtru wkoll meniġer tal-proġett inkarigat biex imexxi l-ħidma relatata mal-iżvilupp ta' proġett kollaborattiv.

(7)  Wara li jiġu ddefiniti prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża fil-livell tal-Unjoni permezz tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet, filwaqt li jitqiesu r-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża, u bil-ħsieb li jinkiseb il-Livell ta' Ambizzjoni tal-Unjoni kif maqbul mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Novembru 2016 u approvat mill-Kunsill Ewropew fil-15 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jikkonsolidaw il-ħtiġijiet militari u jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proġett. Dawn jistgħu jaħtru wkoll maniġer tal-proġett inkarigat biex imexxi l-ħidma relatata mal-iżvilupp ta' proġett kollaborattiv.

Ġustifikazzjoni

Il-programm irid ikun ibbażat fuq proċeduri eżistenti għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jekk xi azzjoni appoġġata mill-Programm titmexxa minn meniġer tal-proġett maħtur mill-Istati Membri, qabel ma jinħareġ il-pagament lill-benefiċjarju tal-azzjoni eliġibbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-meniġer tal-proġett biex dan ikun jista' jiżgura li l-benefiċjarji jirrispettaw l-iskadenzi.

(8)  Jekk xi azzjoni appoġġata mill-Programm titmexxa minn maniġer tal-proġett maħtur mill-Istati Membri, qabel ma jinħareġ il-pagament lill-benefiċjarju tal-azzjoni eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsultah dwar il-progress li sar dwar l-azzjoni biex dan ikun jista' jiżgura li l-benefiċjarji jirrispettaw l-iskadenzi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-appoġġ finanzjarju tal-UE ma għandux jaffettwa l-esportazzjoni ta' prodotti, tagħmir jew teknoloġiji, u ma għandux jaffettwa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika dwar l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża. L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni ma għandux jaffettwa l-politiki tal-Istati Membri dwar l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża.

(9)  L-appoġġ finanzjarju tal-UE jenħtieġ li ma jaffettwax l-esportazzjoni ta' prodotti, tagħmir jew teknoloġiji, u jenħtieġ li ma jaffettwax id-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika dwar l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża. L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaffettwax il-politiki tal-Istati Membri dwar l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża, stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/944/PESK.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża.

(10)  Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-formazzjoni progressiva ta' politika ta' difiża komuni u l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' kooperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji Ewropej eżistenti tad-difiża.

Ġustifikazzjoni

Din tikkonċerna l-formazzjoni progressiva tal-politika tad-difiża; it-tisħiħ tal-EDTIB permezz tal-miżuri ta' EDIDP huwa mezz ta' dan l-għan ġenerali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Peress li l-Programm hu mmirat b'mod partikolari biex tiżdied il-koperazzjoni bejn impriżi tal-Istati Membri, azzjoni għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm biss jekk issir b'koperazzjoni ta' mill-anqas tliet impriżi bbażati f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

(11)  Peress li l-Programm hu mmirat b'mod partikolari biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn impriżi tal-Istati Membri, azzjoni għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm biss jekk issir b'kooperazzjoni ta' mill-anqas tliet impriżi bbażati f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ħafna drabi l-kollaborazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża ġiet imfixkla bin-nuqqas ta' ftehim fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni. In-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-għadd limitat tagħhom, wasslu biex jiżdiedu l-kumplessità, id-dewmien u l-ispejjeż esaġerati fil-fażi tal-iżvilupp. Waħda mill-kundizzjonijiet biex ikun jista' jinkiseb l-appoġġ tal-Unjoni b'dan il-Programm hi li jiġu miftiehma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni. Anki l-azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta' definizzjoni komuni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Programm.

(12)  Ħafna drabi l-kollaborazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża ġiet imfixkla bin-nuqqas ta' ftehim fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni li jippromwovu l-interoperabbiltà. In-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-għadd limitat tagħhom, wasslu biex jiżdiedu l-kumplessità, id-dewmien u l-ispejjeż esaġerati fil-fażi tal-iżvilupp. Waħda mill-kundizzjonijiet biex ikun jista' jinkiseb l-appoġġ tal-Unjoni b'dan il-Programm hi li jiġu miftiehma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni. Anki l-azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta' definizzjoni komuni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Programm.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b'mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni.

(13)  Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività, l-effiċjenza tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, kif ukoll li jappoġġa l-awtonomija strateġika u teknoloġika tal-Unjoni fid-difiża, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b'mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ, bħala benefiċjarji jew sottokuntratturi diretti. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-sottokuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni u ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiżi terzi, jew minn impriżi jew entitajiet pubbliċi f'pajjiżi terzi. Jenħtieġ li r-riżorsi tanġibbli, intanġibbli u umani jkunu jistgħu jintużaw u jkunu mingħajr restrizzjonijiet minn pajjiżi terzi. Impriża kkontrollata minn pajjiżi terzi, minn entitajiet ta' pajjiżi terzi jew minn sussidjarji ta' impriżi ta' pajjiżi terzi li jinsabu fl-Unjoni għandha tkun eliġibbli jekk l-appoġġ tal-Unjoni jirrispetta bis-sħiħ l-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u fejn l-Istati Membri parteċipanti fil-Programm jipprovdu lill-impriża l-approvazzjonijiet tas-sigurtà.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest ta' Koperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jiżguraw koperazzjoni msaħħa u kontinwa bejn impriżi fi Stati Membri differenti, u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-għanijiet tal-Programm. Għalhekk dawn il-proġetti għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta' finanzjament miżjuda.

(14)  L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, li ntlaħaq qbil dwaru u ġie ffirmat mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-Ministri tad-Difiża tat-23 Stat Membru fit-13 ta' Novembru 2017 jiżguraw kooperazzjoni msaħħa u kontinwa bejn impriżi fi Stati Membri differenti, u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-għanijiet tal-Programm. Għalhekk dawn il-proġetti għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta' finanzjament miżjuda.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni għandha ssir b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftehma mill-Istati Membri għandu jservi bħala kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti, se jwieżnu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' koperazzjoni msaħħa. Meta xieraq, jistgħu jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali tal-koperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni.

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża fl-Istati Membri jenħtieġ li ssir b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni kif definit fil-kuntest tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK). Jenħtieġ li din tippermetti wkoll li jinżammu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-għarfien espert tal-industrija tad-difiża fl-Istati Membri u tikkontribwixxi biex tissaħħaħ l-awtonomija teknoloġika u industrijali tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri jenħtieġ li jservi ta' kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), ser jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' kooperazzjoni msaħħa. Il-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni Nazzjonali tal-PESCO tal-Istati Membri li jikkonsistu f'azzjonijiet konkreti jenħtieġ li jkunu kkoordinati mal-Programm. Meta xieraq, jenħtieġ li jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali għall-kapaċità ta' kooperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u jenħtieġ li dawn m'a jwasslux għal sforzi rduppjati.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-Istati Membri jaħdmu individwalment u b'mod konġunt fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu operazzjonali ta' inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti mingħajr ekwipaġġ. L-użu operazzjonali ta' dawk is-sistemi jinkludi attakki fuq bersalli militari. Ir-riċerka u l-iżvilupp assoċjati mal-iżvilupp ta' sistemi bħal dawn, kemm militari kif ukoll ċivili, ingħataw appoġġ minn fondi tal-Unjoni, u huwa ppjanat li dan ikompli fil-futur, possibbilment ukoll fl-ambitu ta' dan il-programm. Ebda element ta' dan ir-Regolament ma għandu jimpedixxi l-użu leġittimu tat-teknoloġiji jew prodotti żviluppati fil-qafas tiegħu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati se jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża, dawn għandhom ikunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti għandu jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija, possibbilment b'mod koordinat.

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża, jenħtieġ li dawn ikunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda, bil-ħsieb li tiġi kkonsolidata d-domanda Ewropea għad-difiża. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti għandu jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija, possibbilment b'mod koordinat.

Ġustifikazzjoni

Irid jiġi evitat li l-programm jitqies bħala mezz biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet tal-armi (permezz tal-kompetittività).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Programm ma għandhiex taqbeż l-20% tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-prototipi li ħafna drabi tkun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, għandhom ikunu koperti l-ispejjeż kollha eliġibbli.

(19)  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Programm jenħtieġ li ma taqbiżx it-30 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni, inkluż parti mill-ispiża indiretta tal-azzjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistema tal-prototipi li ħafna drabi tkun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, jenħtieġ li jkunu koperti l-ispejjeż kollha eliġibbli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Billi l-appoġġ tal-Unjoni għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tas-settur u jikkonċerna biss il-fażi speċifika tal-iżvilupp, il-Kummissjoni ma għandux ikollha sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjonijiet iffinanzjati. L-iskema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali applikabbli se tiġi definita b'kuntratt mill-benefiċjarji.

(20)  Billi l-appoġġ tal-Unjoni għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tas-settur u jikkonċerna biss il-fażi speċifika tal-iżvilupp, l-Unjoni jenħtieġ li ma jkollhiex sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjonijiet iffinanzjati. L-iskema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali applikabbli se tiġi definita b'kuntratt mill-benefiċjarji. Ir-riżultati tal-azzjonijiet li jkunu bbenefikaw minn finanzjament mill-Programm jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-ebda kontroll jew restrizzjoni min-naħa ta' pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' ħidma pluriennali b'konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programm") biex tistabbilixxi dan il-programm ta' ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermettu din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn proporzjon tal-baġit totali.

(21)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi programm ta' ħidma pluriennali b'konformità mal-għanijiet tal-Programm, b'mod partikolari dak tal-kompetittività. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programm") biex tistabbilixxi dan il-programm ta' ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jenfasizza r-rwol tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) kif ukoll tal-kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja (midcaps) u l-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom u għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn sehem riservat ta' almenu 20 % tal-baġit totali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' implimentazzjoni biex teżamina l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti tal-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali.

(25)  Fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport ta' progress interim sal-aħħar tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni u rapport ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn ir-rapporti janalizzaw l-iżvilupp tal-għarfien espert industrijali u l-kapaċità tad-difiża, kif ukoll il-koerenza mal-objettivi tal-politika estera tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif ukoll l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Jenħtieġ li dawn janalizzaw u jippromwovu wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u l-midcaps fil-proġetti taħt il-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-katina ta' valur mondjali. Jenħtieġ li r-rapporti jinkludu wkoll l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-benefiċjarji.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw l-iktar promozzjoni varjata possibbli tal-Programm sabiex tiżdied l-effikaċja tiegħu u b'hekk tittejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża u l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Istati Membri.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet:

Bil-ħsieb li progressivament tiġi fformata politika ta' difiża komuni f'konformità mal-Artikolu 2(4) tat-TFUE, biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-libertà ta' azzjoni tal-Istati Membri u l-Unjoni kif ukoll biex ir-rekwiżiti tal-politika estera u tas-sigurtà jiġu allinjati mal-kapaċità operazzjonali u f'konformità mal-prijoritajiet komuni tal-kapaċitajiet ta' difiża maqbula mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), il-Programm għandu jkollu dawn l-għanijiet:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(a)  irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża fl-Unjoni u tinkiseb awtonomija teknoloġika u industrijali permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa fit-territorju tal-Unjoni fil-fażi tal-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-prodotti ta' difiża;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew prodotti b'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

(b)  jappoġġa, iqawwi u jarmonizza l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-impriżi, inkluż il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif ukoll tal-midcaps u ċ-ċentri ta' riċerka, fil-katini ta' valur tat-teknoloġiji jew prodotti tad-difiża, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ħiliet industrijali u jiġu minimizzati l-effetti għall-investimenti nazzjonali fid-difiża; meta xieraq, u fid-dawl tal-fatt li trid tiġi evitata duplikazzjoni żejda, jenħtieġ li jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali tal-kooperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp.

(c)  irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u b'hekk jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp billi jinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti u teknoloġiji għar-riċerka u b'hekk jappoġġa l-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża fis-suq intern u fis-suq globali, inkluż, meta xieraq, permezz ta' konsolidazzjoni;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  biex jiġu promossi l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni aħjar meħtieġa biex jiġu stabbiliti proġetti kollaborattivi u jingħata appoġġ għal definizzjoni komuni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata direttament jew indirettament mill-Kummissjoni kif previst mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 58(1)(c) ta' dak ir-Regolament.

3.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk xi meniġer ta' proġett jinħatar mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tmexxi bil-ħlas lill-benefiċjarji eliġibbli wara li tinforma lill-meniġer tal-proġett.

4.  L-Istati Membri għandhom jaħtru maniġer ta' proġett li jsegwi l-kuntratt f'isimhom u li jinforma lill-Kummissjoni meta għandu jitmexxa l-ħlas lill-benefiċjarji eliġibbli. Il-benefiċjarji eliġibbli tal-konsorzju għandhom jaħtru l-maniġer tal-proġett tagħhom li għandu jikkoopera mal-maniġer tal-proġett maħtur mill-Istati Membri.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jagħti appoġġ lill-azzjonijiet tal-benefiċjarji waqt il-fażi tal-iżvilupp li jkopru kemm prodotti u teknoloġiji ġodda u t-titjib tal-prodotti u tat-teknoloġiji eżistenti, b'rabta ma':

1.  Il-Programm għandu jagħti appoġġ lill-azzjonijiet tal-benefiċjarji waqt il-fażi tal-iżvilupp li jkopru kemm prodotti u teknoloġiji ġodda u t-titjib tal-prodotti u tat-teknoloġiji eżistenti, li se joħolqu valur miżjud reali fit-territorju tal-Unjoni bil-mod kif ġej:

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  studji, bħall-istudji tal-fattibilità u miżuri oħra ta' akkumpanjament;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-disinn ta' prodott tad-difiża, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn;

(a)  id-disinn ta' prodott tad-difiża, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn li jista' jinkludi testijiet parzjali għat-tnaqqis tar-riskju f'ambjent industrijali jew rappreżentattiv;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  studji, bħall-istudji tal-fattibilità u miżuri oħra ta' akkumpanjament.

(f)  l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew assi li jżidu l-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjoni għandha ssir b'koperazzjoni bejn mill-inqas tliet impriżi stabbiliti f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. L-impriżi benefiċjarji ma għandhomx ikunu effettivament ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.

2.  L-azzjoni għandha ssir b'kooperazzjoni bejn mill-inqas tliet impriżi stabbiliti f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti u għandha tibqa' miftuħa għal impriżi bbażati fi Stati Membri oħra.L-ebda waħda mit-tliet impriżi benefiċjarji ma għandha tkun effettivament ikkontrollata, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Ir-riżultati tal-azzjonijiet permezz ta' dan il-Programm m'għandhom, fl-ebda ċirkostanza, ikunu taħt il-kontroll tal-ebda pajjiż terz jew entità stabbilita barra mill-Unjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tkun relatata ma' azzjonijiet definiti fil-punt (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni.

4.  Meta tkun relatata ma' azzjonijiet definiti:

 

(a)  fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu, l-azzjoni trid tkun ibbażata fuq ir-rekwiżit ta' kapaċitajiet komuni;

 

(b)  fil-punt (-a) u l-punti (b) sa (e) tal-ewwel paragrafu, l-azzjoni trid tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, li jippromwovu l-interoperabilità.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Azzjonijiet relatati mal-prodotti b'rabta mal-armi ta' qerda tal-massa u teknoloġiji tal-gwerra relatati, relatata mal-prodott, azzjonijiet relatati mal-prodotti b'rabta ma' armi munizzjon projbiti, armi li mhumiex konformi mad-dritt umanitarju internazzjonali bħall-munizzjonijiet dispersivi u aspetti relatati skont il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet Dispersivi, mini tal-art kontra l-persunal u aspetti relatati skont il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Ħżin, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta' Mini Kontra l-Persunal u l-Qerda tagħhom, armi inċendjarji inkluż il-fosforu abjad, il-munizzjonijiet tal-uranju mdgħajjef kif ukoll armi kompletament awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr intervent u kontroll uman sostanzjali mhumiex eliġibbli. Azzjonijiet relatati mal-prodotti b'rabta ma' armi ta' kalibru żgħir u ħfief, meta jiġu prinċipalment żviluppati għal finijiet ta' esportazzjoni, jiġifieri meta l-ebda Stat Membru ma jkun esprima rekwiżit biex titwettaq l-azzjoni, mhumiex eliġibbli.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-benefiċjarji għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta' Stati Membri jkollhom sjieda ta' fuq aktar minn 50% tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b'impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

1.  Il-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi pubbliċi jew privati stabbiliti fl-Unjoni. L-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-sottokuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni jew tal-produzzjoni. L-użu ta' dawk l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi ma għandu jkun sottopost għall-ebda kontroll u għall-ebda restrizzjoni min-naħa ta' pajjiż terz jew entitajiet ta' pajjiżi terzi. Il-kumpanija ta' kontroll tal-benefiċjarju aħħari jenħtieġ li jkollha s-sede tagħha fl-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, dment li din ma tmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni kif stabbilit fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni f'konformità mat-Titolu V tat-TUE u dment li jkun hemm fis-seħħ biżżejjed salvagwardji għall-ħarsien ta' dawk l-interessi, japplika dan li ġej:

 

(a)  Prodotti, assi jew teknoloġiji li ma jinsabux fl-Unjoni jistgħu jintużaw mill-benefiċjarji f'sitwazzjonijiet fejn ma teżisti l-ebda alternattiva ekwivalenti għall-Unjoni, dment li din ma tmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni;

 

(b)  Il-benefiċjarji jistgħu jikkooperaw ma' impriżi stabbiliti barra mit-territorju tal-Unjoni f'azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu tal-Programm. Dawn l-impriżi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Programm. Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw u jżommu l-aċċess għall-IPR kollha li jappartjenu għall-azzjoni mill-impriżi stabbiliti barra mit-territorju tal-Unjoni meħtieġa biex jiġi salvagwardjat l-interess strateġiku tal-Unjoni u tal-Istati Membri kif imsemmi f'dan ir-Regolament, fil-programm ta' ħidma u fl-atti ta' implimentazzjoni fl-ambitu tal-Programm;

 

(c)  SME li tinsab fi Stat Membru taż-ŻEE tista' tkun sottokuntrattur jekk dan ikun fundamentali għat-tlestija ta' proġett u li l-istess prodott u/jew servizz ma jistax jinkiseb minn SME fi Stat Membru.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Jekk entità tal-katina tal-provvista, irrispettivament mil-livell ta' esternalizzazzjoni, tintervjeni f'parti kritika tal-proċess jew f'volum kbir ta' attività, din għandha tissodisfa l-istess kriterji ta' eliġibbiltà tal-benefiċjarji u s-sottokuntratturi tagħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  F'każ li jkun hemm bidla b'rabta mal-kontroll effettiv ta' impriża li tipparteċipa fil-Programm, l-impriża kkonċernata jenħtieġ li tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Impriżi li jkollhom kontijiet bankarji, direttament jew permezz ta' sussidjarji jew kumpaniji parteċipati, f'ġurisdizzjonijiet ikklassifikati bħala rifuġji fiskali mill-OECD jew l-Unjoni m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u s-Servizz għall-Azzjoni Esterna, jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-Programm tkun imxerrda b'mod xieraq biex jiżguraw li l-SMEs ikollhom aċċess għall-informazzjoni marbuta mal-Programm.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull applikant għandu jiddikjara bil-miktub li jaf bis-sħiħ u li hu konformi mal-leġiżlazzjoni u mar-regolamenti nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli li jirrigwardaw attivitajiet fil-qasam tad-difiża.

Kull membru ta' konsorzju li jixtieq jipparteċipa f'azzjoni għandu jiddikjara bil-miktub li jaf bis-sħiħ u li hu konformi mal-leġiżlazzjoni u mar-regolamenti nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli li jirrigwardaw attivitajiet fil-qasam tad-difiża, inkluża l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari, ir-reġim tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontrolli tal-esportazzjonijiet.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata b'għotja, il-membri ta' kwalunkwe konsorzju li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom bħala koordinatur u għandu jitniżżel fil-ftehim dwar l-għotja. Il-koordinatur għandu jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju fir-rigward tal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim tal-għotja, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tiegħu fil-ftehim tal-għotja.

1.  Meta l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata b'għotja, il-membri ta' kwalunkwe konsorzju li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom bħala koordinatur u għandu jitniżżel fil-ftehim dwar l-għotja. Il-koordinatur għandu jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju fir-rigward tal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim tal-għotja, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tiegħu fil-ftehim tal-għotja. Il-koordinatur għandu jirrapporta lura regolarment lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni rigward l-istatus ta' azzjonijiet iffinanzjati.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-membri ta' konsorzju li jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jikkonkludu ftehim intern li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni b'konformità mal-ftehim tal-għotja, għajr meta jkun debitament iġġustifikat kif previst fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa għall-proposti.

2.  Il-membri ta' konsorzju li jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jikkonkludu ftehim intern li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni, inkluża l-kwistjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali marbuta mal-prodotti l-ġodda, (b'konformità mal-ftehim tal-għotja), għajr meta jkun debitament iġġustifikat kif previst fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa għall-proposti.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Il-kriterji tal-għoti

Il-kriterji tal-għoti

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta' dawn il-kriterji kumulattivi:

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati b'mod trasparenti, abbażi ta' parametri oġġettivi u li jistgħu jitkejlu, filwaqt li jitqies l-għan ġenerali tal-programm u b'mod partikolari biex jappoġġa, iqawwi u jintensifika l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-impriżi abbażi ta' dawn il-kriterji:

 

(- a)  kontribuzzjoni għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża maqbula mill-Istati Membri fl-Unjoni fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet jew ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża u, fejn xieraq, fil-kuntest tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali; kif ukoll,

(a)  eċċellenza

(a)  kontribuzzjoni għall-eċċellenza, il-prestazzjoni industrijali u l-kompetizzjoni billi jintwera li l-ħidma proposta tikseb titjib u vantaġġi sinifikanti tanġibbli meta mqabbla mal-prodotti jew teknoloġiji eżistenti, jew meta l-proġett għandu l-għan li jiżviluppa teknoloġija kritika jew rivoluzzjonarja; kif ukoll,

 

(aa)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u s-sorsi privati ta' finanzjament; kif ukoll,

(b)  kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b'hekk irawmu l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; kif ukoll,

(b)  kontribuzzjoni għall-innovazzjoni, b'mod partikolari billi jintwera li l-azzjonijiet proposti jinkludu kunċetti u approċċi li huma rivoluzzjonarji jew ġodda, titjib teknoloġiku futur ġdid li huwa promettenti jew l-applikazzjoni ta' teknoloġiji jew kunċetti li qabel ma kinux applikati fis-settur tad-difiża u b'hekk ikun hemm żvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u titrawwem l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kapaċitajiet skont il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK);

 

(ba)  kontribuzzjoni għall-unifikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

 

(bb)  il-proporzjon tal-baġit globali għall-azzjoni jrid jiġi allokat b'mod li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jagħtu valur miżjud, kemm jekk bħala membri tal-konsorzju jew bħala sottokuntratturi, u b'mod partikolari tal-SMEs li mhumiex stabbiliti fl-Istati Membri li fihom huma stabbiliti l-impriżi tal-konsorzju;

 

(bc)  kontribuzzjoni għal aktar effiċjenza u nfiq aktar baxx fl-industrija Ewropea tad-difiża bit-tnaqqis tad-duplikazzjoni u s-sovrapożizzjonijiet;

 

(bd)  kooperazzjoni transfruntiera mtejba jew ġdida;

(c)  kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; kif ukoll,

 

(d)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

 

(e)  għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juri li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b'mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

(e)  għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribuzzjoni għal settur Ewropew tad-difiża aktar effiċjenti u iktar integrat billi l-benefiċjarji juru li l-Istati Membri ddikjaraw li flimkien jipproduċu u jakkwistaw jew beħsiebhom li b'mod konġunt jużaw, ikollhom jew jieħdu ħsieb il-prodott finali jew it-teknoloġija b'mod koordinat.

(Il-punti (c) u (d) fit-test tal-Kummissjoni saru l-punti (-a) u (aa) rispettivament fl-emenda tal-Parlament. Il-punti (-a) u (aa), huma emendati wkoll.)

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija mill-Programm ma tistax jaqbeż l-20 % tal-ispiża totali tal-azzjoni b'rabta mal-ħolqien tal-prototipi. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-għajnuna tista' tkopri l-ispiża totali tal-azzjoni.

1.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija mill-Programm ma tistax taqbeż it-30 % tal-ispiża eliġibbli tal-azzjoni b'rabta mal-azzjonijiet tal-ħolqien tal-prototipi kif definit fl-Artikolu 6(1)(b). Fil-każijiet l-oħra kollha, l-għajnuna tista' tkopri l-ispiża totali tal-azzjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Azzjoni żviluppata minn benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2, tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'10 punti perċentwali addizzjonali.

2.  Azzjoni żviluppata minn benefiċjarju msemmi fil-kuntest tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti skont l-Artikolu 7(2) tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'10 punti perċentwali addizzjonali.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk konsorzju jkun qed jiżviluppa azzjoni kif definita fl-Artikolu 6(1) u jassumi l-impenn li jalloka mill-inqas 5 % tal-ispiża eliġibbli tal-azzjoni lil SMEs u midcaps stabbiliti fl-Unjoni huwa jista' jibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'punti perċentwali ekwivalenti għal perċentwali tal-ispiża tal-azzjoni lilhom iżda mhux aktar minn 10 punti perċentwali. Dan il-perċentwal ta' finanzjament addizzjonali jista' jiżdied b'perċentwal ekwivalenti għad-doppju tal-ispejjeż tal-azzjoni assenjata lill-SMEs stabbiliti fi Stati Membri differenti minn dawk li fihom ikunu stabbiliti l-impriżi tal-konsorzju li ma jkunux SMEs.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni ma għandux ikollha sjieda tal-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjoni u ma għandu jkollha l-ebda pretensjoni ta' dritt tal-proprjetà intellettwali relatata mal-azzjoni.

L-Unjoni ma għandux ikollha sjieda tal-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjoni u ma għandu jkollha l-ebda pretensjoni ta' dritt tal-proprjetà intellettwali relatata mal-azzjoni.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm;

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm, it-tip ta' finanzjament u l-baġit allokat, inklużi r-rati massimi ta' finanzjament, l-impenn tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tagħhom u l-kategoriji mixtieqa ta' azzjonijiet eliġibbli kif definit fl-Artikolu 6(1), inkluż, fejn xieraq, il-metodoloġija tal-evalwazzjoni inklużi l-ponderazzjonijiet u l-livelli limitu minimi biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta' għoti.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali.

3.  Jenħtieġ li l-programm ta' ħidma, li l-objettiv tiegħu huwa li jippromwovi l-kooperazzjoni Ewropea, jiżgura li jiġu allokati azzjonijiet speċifiċi li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u/jew il-midcaps jibbenefikaw minn proporzjon rilevanti ta' tal-inqas 20 % tal-baġit totali; kategorija speċifika ta' proġetti ddedikata lill-SMEs u/jew il-midcaps trid tiġi stabbilita mill-programm ta' ħidma.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proposti mressqa wara s-sejħa għall-proposti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 10.

2.  Il-proposti mressqa wara s-sejħa għall-proposti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti li jiġu validati fuq talba mill-Istati Membri, abbażi tal-kriterji ta' eliġibbiltà u tal-għoti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8, 9 u 10. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvernijiet (bħala l-uniċi klijenti), l-industriji (bħala l-fornituri prinċipali) u l-organizzazzjonijiet tar-R&T hija kruċjali għas-suċċess tal-Programm.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tiġi mistiedna bħala osservatur.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna biex tikkontribwixxi bħala osservatur. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, permezz tal-istrutturi rilevanti tiegħu, għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ħidma tal-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi ċċarat li l-EDA għandu jkollha post u vuċi fil-kumitat, iżda mingħajr vot. L-istess japplika għas-SEAE. Dan jirrifletti l-istruttura tal-bord ta' tmexxija tal-EDA, bi bdil tar-rwoli bejn il-Kummissjoni u l-EDA.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Istati Membri huma responsabbli mid-difiża, il-Kummissjoni għandha tkompli biss meta tingħata opinjoni pożittiva mill-kumitat tal-programm.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport – imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandu b'mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti implimentat bil-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali.

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni għandhom ifasslu rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u jibagħtuh lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport – imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandu b'mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera, inkluża dik tal-midcaps, fil-proġetti implimentati skont il-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-midcaps fil-katini tal-valur tat-teknoloġiji jew il-prodotti tad-difiża. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-oriġini tal-benefiċjarji u, meta jkun possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta' progress interim li jkun jinkludi valutazzjoni dwar il-governanza tal-Programm, ir-rati ta' implimentazzjoni, ir-riżultati tal-għoti tal-proġetti inkluż l-involviment tal-SMEs u l-midcaps u l-grad ta' parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom, u l-finanzjament mogħti skont l-Artikolu 190 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/12 kif jinsab fl-Artikolu 14(1) sa tmiem l-ewwel sena tal-Programm.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

Referenzi

COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.6.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ioan Mircea Paşcu

25.9.2017

Eżami fil-kumitat

11.10.2017

22.11.2017

14.12.2017

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

15

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Kati Piri, Jozo Radoš, Michel Reimon, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Elisabetta Gardini, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Jo Leinen, Antonio López-Istúriz White, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bodil Valero, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Jonás Fernández, Bogdan Brunon Wenta, Tiemo Wölken, Bogdan Andrzej Zdrojewski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, Andrzej Grzyb, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Alojz Peterle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski

S&D

Francisco Assis, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Jonás Fernández, Knut Fleckenstein, Ana Gomes, Jo Leinen, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Kati Piri, Janusz Zemke

15

-

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

S&D

Eugen Freund, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Pascal Durand, Tamás Meszerics, Michel Reimon, Alyn Smith, Bodil Valero

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.1.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE
(COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Esteban González Pons

(*) Proċedura ta' kumitati assoċjati – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Illum il-ġurnata, l-Ewropej qegħdin jiffaċċjaw sfida konkreta biex iżommu l-fruntieri tagħhom siguri, minħabba żieda fl-instabilità u l-kunflitti, mhux biss fil-viċinat tagħna iżda madwar id-dinja kollha. Dan għandu jkun parti minn strateġija fit-tul li tippermetti lill-UE tkun lesta tiffaċċja t-theddid ta' għada u tħares liċ-ċittadini tagħha. Bħalma wrewna avvenimenti reċenti, ma nistgħux inħallu parti minn dan il-kompitu kruċjali u strateġiku f'idejn l-alleati tagħna ta' dejjem.

It-tmexxija teknoloġika hija l-għodda ewlenija biex wieħed ikun attur globali b'saħħtu, iżda m'għandniex niksbu dan askapitu tal-politiki soċjali, u għalhekk għandna nħeġġu l-kooperazzjoni sabiex nimmassimizzaw l-eżitu u l-kwalità tal-investiment tal-Istati Membri fid-difiża.

Kif tindika l-Kummissjoni Ewropea, hemm 178 sistema ta' armi differenti fl-UE, meta mqabbel ma' 30 fl-Istati Uniti. Hemm iktar produtturi ta' ħelikopters fl-Ewropa milli hemm gvernijiet li kapaċi jixtruhom. Barra minn hekk, minkejja li l-UE tonfoq in-nofs ta' dak li tonfoq l-Istati Uniti fuq id-difiża, m'għandniex nofs l-effiċjenza. Il-konsegwenzi ta' dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni huma terribbli, u huwa stmat li dan jiswa ta' kull sena bejn EUR 25 biljun u EUR 100 biljun.

Ir-rapporteur jilqa' l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bħala l-ewwel pass lejn it-titjib fil-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industrija tal-UE tad-difiża, kif ukoll il-bidu għal tnaqqis fid-duplikazzjonijiet u n-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, ir-rapporteur huwa tal-fehma li, bħalma kien qed jitlob il-Parlament Ewropew, hemm bżonn ta' approprjazzjonijiet ġodda biex tiġi ffinanzjata, biex b'hekk ma jiddgħajfux il-programmi u l-prijoritajiet attwali tal-Unjoni.

Barra minn hekk, m'għandniex ninsew li r-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża jistgħu wkoll iġibu magħhom benefiċċji għas-soċjetà tagħna, l-Internet, il-GPS u saħansitra n-nuċċalijiet tax-xemx fil-bidu kienu invenzjonijiet destinati li jintużaw fil-militar.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplimenta, tingranaġġa u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw kapaċitajiet tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva u innovattiva. B'mod partikolari, dan jipproponi li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond se jwieżen il-koperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża.

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplimenta, tingranaġġa u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw u jiksbu l-kapaċitajiet xierqa u suffiċjenti tad-difiża li jippermettulha twieġeb għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva, trasparenti, effiċjenti u innovattiva – li tiżgura katina ta' provvista sostenibbli – u tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika u l-indipendenza teknoloġika u industrijali tal-Unjoni. B'mod partikolari, din ipproponiet li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża li jsaħħaħ is-sinerġiji u l-effiċjenza tal-baġit, biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond jenħtieġ li jikkomplementa l-baġits nazzjonali użati għal dan il-għan, u jenħtieġ li jħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu aktar fil-qasam tad-difiża u fl-istrateġiji tad-difiża komuni tal-Unjoni. Il-Fond se jwieżen il-koperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm"). Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(2)  Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm"). Il-Programm jenħtieġ li jimmira biex itejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u jtejjeb l-indipendenza tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4 a)  Sabiex jiġi ffinanzjat il-Programm mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi allokat għal dan il-għan ammont ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali. Meta jitqies li l-Programm huwa inizjattiva ġdida li ma kinitx prevista meta ġie stabbilit il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-20201a, u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-finanzjament tal-programmi pluriennali eżistenti, dak l-ammont jenħtieġ li jiġi esklużivament minn marġnijiet mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali u / jew permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali rilevanti tal-QFP. L-ammont finali jenħtieġ li jkun awtorizzat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tal-proċedura baġitarja annwali.

 

______________________

 

1a  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Programm għandu jiġu implimentat b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6. Il-finanzjament jista' jieħu l-għamla ta' għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku.

(5)  Il-Programm għandu jiġu implimentat b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill6. Il-finanzjament jista' jieħu l-għamla ta' għotjiet. Meta jkun xieraq jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji jew l-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistudja l-possibilità li jintuża aktar il-potenzjal ta' forom alternattivi ta' finanzjament għall-għotjiet (strumenti finanzjarji u akkwisti pubbliċi), sabiex isiru sors aktar importanti ta' finanzjament għal dan il-Programm fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

_________________

_________________

6 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

6 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża.

(10)  Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni, il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, jenħtieġ li jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża żviluppati fl-Unjoni mill-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jekk xi konsorzju ta' impriżi jkun jixtieq jieħu sehem f'azzjoni eliġibbli tal-Programm, u l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tkun se tieħu l-għamla ta' għotja, il-konsorzju għandu jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala koordinatur li jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt mal-Kummissjoni.

(15)  Jekk xi konsorzju ta impriżi jkun jixtieq jieħu sehem f'azzjoni eliġibbli tal-Programm, u l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tkun se tieħu l-għamla ta' għotja, strument finanzjarju jew akkwist pubbliku, il-konsorzju jenħtieġ li jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala koordinatur li jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt mal-Kummissjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni għandha ssir b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftehma mill-Istati Membri għandu jservi bħala kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti, se jwieżnu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' koperazzjoni msaħħa. Meta xieraq, jistgħu jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali tal-koperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni.

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni jenħtieġ li tippermetti li jinżammu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-għarfien tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-awtonomija teknoloġika u industrijali tagħha. Din jenħtieġ li ssir ukoll b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftehma mill-Istati Membri għandu jservi bħala kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti, se jwieżnu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' koperazzjoni msaħħa. Meta xieraq, jistgħu jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali tal-koperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati se jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża, dawn għandhom ikunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti għandu jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija, possibbilment b'mod koordinat.

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati se jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża, dawn jenħtieġ li jkunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda, inkluż għat-teknoloġiji b'użu doppju. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti għandu jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija, possibbilment b'mod koordinat.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Programm ma għandhiex taqbeż l-20% tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-prototipi li ħafna drabi tkun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, għandhom ikunu koperti l-ispejjeż kollha eliġibbli.

(19)  Jenħtieġ li lL-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Programm ma taqbiżx l-20% tal-ispiża totali tal-azzjonijiet relatati mal-ħolqien tal-prototipi. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, għandhom ikunu koperti l-ispejjeż kollha eliġibbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Billi l-appoġġ tal-Unjoni għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tas-settur u jikkonċerna biss il-fażi speċifika tal-iżvilupp, il-Kummissjoni ma għandux ikollha sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjonijiet iffinanzjati. L-iskema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali applikabbli se tiġi definita b'kuntratt mill-benefiċjarji.

(20)  Billi l-appoġġ tal-Unjoni għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tas-settur u jikkonċerna biss il-fażi speċifika tal-iżvilupp, il-Kummissjoni ma għandux ikollha sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjonijiet iffinanzjati. L-iskema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali applikabbli se tiġi definita b'kuntratt mill-benefiċjarji skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' ħidma pluriennali b'konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programm") biex tistabbilixxi dan il-programm ta' ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermettu din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn proporzjon tal-baġit totali.

(21)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' ħidma pluriennali b'konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programm") biex tistabbilixxi dan il-programm ta' ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermetti din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni ser tibbenefika minn proporzjon iffissat ta' mill-inqas 20 % tal-baġit totali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa  22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew fil-Kumitat tal-Istati Membri jingħata status ta' osservatur.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' implimentazzjoni biex teżamina l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti tal-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali.

(25)  Fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' implimentazzjoni biex teżamina l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti tal-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport interim, li s-sejbiet tiegħu jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-koleġiżlaturi fi żmien xieraq qabel l-adozzjoni finali tal-att leġiżlattiv għal tkomplija tal-programm ta' żvilupp industrijali fil-qasam tad-difiża, li jrid jiġi stabbilit fil-qafas tal-QFP li jmiss.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(a)  irawwem l-awtonomija teknoloġika u industrijali tal-Unjoni, kif ukoll il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tagħha permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew prodotti b'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

(b)  jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs u kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja, waqt l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew prodotti b'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni, filwaqt li jippromwovi l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari billi jiġu definiti speċifikazzjonijiet tekniċi komuni relatati magħhom;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali, li għandu jiġi esklussivament mill-marġnijiet mhux allokati taħt il-livelli massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 u / jew permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali rilevanti tal-QFP.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-benefiċjarji għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta' Stati Membri jkollhom sjieda ta' fuq aktar minn 50% tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b'impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

1.  Il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta' Stati Membri jkollhom sjieda ta' fuq aktar minn 50% tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b'impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni. L-użu ta' dawn l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi ma għandu jkun sottopost għall-ebda kontroll u għall-ebda restrizzjoni min-naħa ta' Stat terz jew entità mhux tal-UE.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata b'għotja, il-membri ta' kwalunkwe konsorzju li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom bħala koordinatur u għandu jitniżżel fil-ftehim dwar l-għotja. Il-koordinatur għandu jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju fir-rigward tal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim tal-għotja, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tiegħu fil-ftehim tal-għotja.

1.  Meta l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata b'għotja, il-membri ta' kwalunkwe konsorzju li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom bħala koordinatur u għandu jitniżżel fil-ftehim dwar l-għotja. Il-koordinatur għandu jkun il-punt ewlieni tal-kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju fir-rigward tal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim tal-għotja, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tiegħu fil-ftehim tal-għotja. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista' tieħu wkoll l-għamla ta' strument finanzjarju jew akkwist pubbliku.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta' dawn il-kriterji kumulattivi:

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati fir-rigward tal-għanijiet definiti fl-Artikolu 2 u abbażi ta' dawn il-kriterji kumulattivi:

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  eċċellenza

(a)  eċċellenza teknoloġika u industrijali;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  in-numru ta' Stati Membri involuti fil-proġett; kif ukoll,

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; kif ukoll,

(c)  kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni bħala parti mill-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet jew tar-rieżami annwali kkoordinata tad-difiża; kif ukoll,

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; kif ukoll

(d)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jew l-użu doppju tat-teknoloġiji żviluppati; kif ukoll

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm;

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm, u għandu jipprovdi tal-anqas għal kategorija waħda tal-proġetti ddedikati speċifikament għall-SMEs;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali.

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-kooperazzjoni bejn l-SMEs minn diversi Stati Membri jibbenefikaw minn tal-anqas 20 % tal-baġit totali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proposti mressqa wara s-sejħa għall-proposti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 10.

2.  Il-proposti mressqa wara s-sejħa għall-proposti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta' esperti nazzjonali tal-UE indipendenti, abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 10.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tiġi mistiedna bħala osservatur.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar skont l-Artikolu 38(3)(e) tar-Regolament 966/2012. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tevalwa regolarment l-implimentazzjoni tal-programm u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar skont l-Artikolu 38(3)(e) tar-Regolament 966/2012. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport – imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandu b'mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti implimentat bil-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali.

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport – imsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandu b'mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti implimentat bil-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali. Dan ir-rapport għandu jevalwa wkoll l-impatt fuq l-esportazzjoni tal-armi li jkunu bbenefikaw mill-Programm.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Fi żmien dovut qabel it-tmiem ta' dan il-Programm, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva biex jitkompla l-programm ta' żvilupp industrijali fil-qasam tad-difiża, flimkien ma' finanzjament adegwat skont il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Qabel l-adozzjoni finali tal-att leġiżlattiv ikkonċernat, il-koleġiżlaturi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-sejbiet ta' rapport ta' implimentazzjoni interim li l-Kummissjoni għandha tfassal għal dan il-għan.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Programm jiffinanzja lill-korpi li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE u mal-istandards internazzjonali u Ewropej adottati, u, għaldaqstant, ma għandux jappoġġa proġetti taħt dan ir-Regolament li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

Referenzi

COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.6.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Esteban González Pons

14.7.2017

Data tal-adozzjoni

24.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Zbigniew Kuźmiuk, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Ivana Maletić, Stanisław Ożóg, Ivan Štefanec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut, Heidi Hautala, Dietmar Köster, Monika Smolková

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Monika Smolková, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Indrek Tarand

10

-

ENF

André Elissen

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Liadh Ní Riada

NI

Eleftherios Synadinos

S&D

Jens Geier, John Howarth, Dietmar Köster, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Monika Vana

1

0

ECR

Richard Ashworth

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (24.1.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE
(COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anneleen Van Bossuyt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-isfond u l-proposta tal-Kummissjoni

Il-Kunsill Ewropew laqa' l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża tal-Kummissjoni, adottat f'Novembru 2016, u l-Kummissjoni ntalbet biex matul l-ewwel nofs tal-2017 tressaq il-proposti tagħha. Proposta ewlenija tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża hija li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża - għalhekk il-Fond jenħtieġ li jikkonsisti f'żewġ elementi distinti daqskemm komplementari, jiġifieri l-element tar-riċerka u l-element tal-kapaċità.

Din il-proposta għal Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża taqa' taħt l-element tal-kapaċità, u għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-Ewropa u l-kompetittività tagħha, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni: il-benefiċjarji huma impriżi stabbiliti fl-Unjoni; l-Unjoni tipprovdi għajnuna finanzjarja, primarjament fil-forma ta' għotjiet; l-azzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jsiru b'koperazzjoni bejn mill-inqas tliet impriżi stabbiliti f'mill-inqas żewġ Stati Membri; ir-rata ta' finanzjament hija limitata għal 20 % tal-ispiża totali tal-azzjoni b'rabta mal-ħolqien tal-prototipi; il-benefiċjarji li jiżviluppaw azzjoni fil-kuntest tal-Koperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) se jkunu eliġibbli għal finanzjament akbar; il-baġit tal-Programm ikun EUR 500 miljun. Ir-Regolament propost jinkludi miżuri li jirrigwardaw l-industrija tad-difiża tal-Unjoni u l-Kummissjoni tuża l-Artikolu 173 (politika industrijali) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika tagħha.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur IMCO

Ir-rapporteur tilqa', fil-prinċipju, il-proposta tal-Kummissjoni. Għalkemm l-għan ewlieni huwa li titrawwem il-kompetittività tal-industrija tad-difiża, anki mil-lat tas-suq intern, dan l-istrument jista' jiġi appoġġat: Minkejja l-fatt li l-istrumenti eżistenti tas-suq intern joffru soluzzjonijiet għal koperazzjoni effettiva fost l-Istati Membri u sabiex jibnu fuq l-ekonomiji ta' skala, il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża qed tibqa' tippersisti; ir-Rapporteur għalhekk hija konvinta li miżuri addizzjonali, bħal finanzjament immirat tal-UE, jistgħu jikkontribwixxu biex jiżblukkaw għadd ta' proġetti ta' żvilupp ta' koperazzjoni li altrimenti ma jinbdewx u biex tinħoloq bażi għal suq Ewropew b'integrazzjoni progressiva fis-settur.

Fl-istess waqt, u sal-punt fejn jintefqu l-flus tal-Unjoni, huwa importanti għar-Rapporteur li, minkejja l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, jiġi garantit l-ogħla livell ta' trasparenza u li l-programm jibqa' kemm jista' jkun miftuħ.

Bħala segwitu, ir-Rapporteur temmen li l-proposta tista' tgawdi minn numru ta' punti ta' titjib u tintroduċi emendi li għandhom il-ħsieb li jindirizzaw dan li ġej:

•  Sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni meħtieġa tal-impriżi u l-Istati Membri minn tlieta u tnejn għal tmienja u sitta, rispettivament; ir-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni, kif propost mill-Kummissjoni, qed ibaxxu ħafna l-livell limitu b'tali mod li l-appoġġ tal-Unjoni ma jistax jiġi verament iġġustifikat. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jrawmu b'mod prattiku l-koperazzjoni Ewropea u dan jista' jinkiseb biss jekk il-livell tal-parteċipazzjoni jiżdied;

•  Sabiex jiġu interkonnessi aħjar l-għanijiet tal-programm mal-kriterji tal-għoti, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni/tar-rapportar;

•  Sabiex jiġi ċċarat il-kriterju tal-għoti dwar l-impenn tal-Istati Membri biex jakkwistaw b'mod konġunt, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar il-punt sa fejn tapplika d-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża;

•  Sabiex tiġi permessa, jekk tkun meħtieġa, il-parteċipazzjoni tal-impriżi bbażati f'pajjiż terz, bil-kundizzjoni li din tiġi pprovduta fil-programm ta' ħidma; b'dan il-mod, proġetti importanti li jaqdu l-għanijiet tal-programm u li jeħtieġu l-parteċipazzjoni ta' impriża ta' pajjiż terz xorta jistgħu jkunu eliġibbli; f'dak ir-rigward, l-approċċ fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jista' jkun aktar kawt;

•  Sabiex tiġi permessa (filwaqt li n-norma jenħtieġ li tkun aktar koperazzjoni bejn l-impriżi Ewropej) ċerta flessibbiltà f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati, rigward l-għadd ta' parteċipanti, it-tip ta' parteċipant u l-post ta' stabbiliment;

•  Sabiex jingħata inċentiv għal aktar koperazzjoni (għadd kbir ta' parteċipanti u Stati Membri) u parteċipazzjoni sostanzjali ta' SMEs billi jiżdiedu l-kriterji tal-għoti rispettivi;

•  Sabiex il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal azzjonijiet li ma jikkonċernawx il-ħolqien tal-prototipi titbaxxa għal massimu ta' 50 % u tiżdied għal 100 % jekk dawn l-azzjonijiet jitwettqu minn SMEs;

•  Sabiex jitħassar l-appoġġ finanzjarju addizzjonali (10 %) għal proġetti PESCO sabiex ma jkunux diskriminatorji u biex jinċentivaw koperazzjoni ġdida bejn l-Istati Membri;

•  Sabiex ikunu meħtieġa evalwazzjoni u rapportar annwali għal dan il-programm ta' sentejn, speċjalment peress li dan jitqies bħala proġett pilota għal programm pluriennali li jmiss u peress li ma tlestiet l-ebda valutazzjoni tal-impatt komprensiva għal din il-proposta;

•  Sabiex il-baġit tal-programm jitnaqqas minn EUR 500 miljun għal EUR 355 miljun. Skont il-Kummissjoni, se jintużaw 145 miljun mill-programm tas-CEF ta' suċċess li, fost oħrajn, qed jinvesti f'azzjonijiet kruċjali li jrawmu d-diġitalizzazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplimenta, tingranaġġa u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw kapaċitajiet tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva u innovattiva. B'mod partikolari, dan jipproponi li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond se jwieżen il-koperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża.

(1)  Fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża adottat fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkumplimenta, tingranaġġa u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw kapaċitajiet tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li trawwem industrija Ewropea tad-difiża li tkun kompetittiva u innovattiva u li toħloq suq tad-difiża aktar integrat fl-Ewropa li jipprovdi simultanjament u b'mod affordabbli għall-ħtiġijiet ta' sigurtà differenti tal-Istati Membri. B'mod partikolari, dan jipproponi li jitwaqqaf Fond Ewropew għad-Difiża biex jappoġġa l-investiment fir-riċerka konġunta u l-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji tad-difiża. Il-Fond se jwieżen il-koperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija tad-difiża. Jenħtieġ li jikkomplementa l-baġits nazzjonali għad-difiża u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu aktar fis-settur tad-difiża.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, għandu jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm"). Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom iċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni. Il-Programm għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(2)  Sabiex jingħata kontribut ħalli jitjiebu l-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u biex tiġi kkonsolidata l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, jenħtieġ li jinħoloq Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm"). Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb il-kompetittività u l-prestazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, fosthom l-industrija taċ-ċiberdifiża, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fil-ħeffa u fis-sofistikazzjoni taċ-ċiberattakki, billi jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż ġmielhom, u dawn ifixklu milli jsir aktar sfruttament tar-riżultati tar-riċerka u jolqtu ħażin il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Il-Programm jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp u għalhekk jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni u biex titħeġġeġ kull forma ta' innovazzjoni. Il-Programm jenħtieġ li jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 182 tat-TFUE u ma jkoprix il-produzzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta' skala fl-industrija tad-difiża, il-Programm għandu jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża.

(3)  Il-frammentazzjoni tas-swieq Ewropej tad-difiża u l-għadd żgħir ta' proġetti kollaborattivi fil-qasam tad-difiża bejn l-Istati Membri jwasslu għal duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-kapaċitajiet u tan-nefqa. Biex jisfrutta aħjar l-ekonomiji ta' skala fl-industrija tad-difiża u jirrinforza s-suq uniku għad-difiża, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, kemm fil-livell tal-kuntratturi primarji kif ukoll f'dak tal-fornituri, fejn jiġu identifikati r-rekwiżiti tal-kapaċitajiet miftiehma b'mod komuni u jiġu indirizzati n-nuqqas ta' interoperabilità u d-diskrepanzi teknoloġiċi. Dan għandu jtejjeb ukoll l-effiċjenza tas-suq uniku fis-settur tad-difiża li, fl-aħħar mill-aħħar, ifisser valur aħjar għall-flus għall-Istati Membri.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-baġit tal-Programm ma jaffettwax b'mod negattiv l-implimentazzjoni tal-programmi minn fejn jittieħdu r-riallokazzjonijiet u jenħtieġ għalhekk li jiġi ffinanzjat primarjament mill-Marġni Globali għall-Impenji, il-Marġni Ġlobali għall-Pagamenti, u l-Istrument ta' Flessibbiltà.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  F'konformità mal-objettiv tat-trawwim tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, meta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jingħata permezz tal-Programm, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-prodotti u t-teknoloġiji żviluppati permezz tal-Programm meta l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jakkwistaw prodotti jew teknoloġiji disponibbli fis-suq Ewropew.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur, fil-prattika, mhu se jitnieda l-ebda proġett kollaborattiv bejn l-impriżi jekk qabelxejn l-Istati Membri ma jkunux ftiehmu li jappoġġaw dawn il-proġetti. Wara li jiġu ddefiniti prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi kollaborattivi fuq bażi reġjonali, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jikkonsolidaw il-ħtiġijiet militari u jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proġett. Dawn jistgħu jaħtru wkoll meniġer tal-proġett inkarigat biex imexxi l-ħidma relatata mal-iżvilupp ta' proġett kollaborattiv.

(7)  Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur, fil-prattika, mhu se jitnieda l-ebda proġett kollaborattiv bejn l-impriżi jekk qabelxejn l-Istati Membri ma jkunux ftiehmu li jappoġġaw dawn il-proġetti. Wara li jiġu ddefiniti prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża fil-kuntest tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni u fil-Koperazzjoni Strutturata Permanenti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi kollaborattivi fuq bażi reġjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw u jikkonsolidaw ir-rekwiżiti tad-difiża u jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proġett.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan se japplika wkoll għat-titjib tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża.

(10)  Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-integrazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u l-koperazzjoni tal-Istati Membri billi jġarrab ftit mir-riskju tal-fażi tal-iżvilupp għall-proġetti ta' koperazzjoni, l-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, fosthom id-definizzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, u l-istandards, id-disinn, il-ħolqien ta' prototipi, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' sostenn, għandhom ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minnu. Dan jenħtieġ li japplika wkoll għall-iżvilupp sostanzjali tal-prodotti u t-teknoloġiji eżistenti tad-difiża.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Peress li l-Programm hu mmirat b'mod partikolari biex tiżdied il-koperazzjoni bejn impriżi tal-Istati Membri, azzjoni għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm biss jekk issir b'koperazzjoni ta' mill-anqas tliet impriżi bbażati f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

(11)  Peress li l-Programm hu mmirat b'mod partikolari biex tiżdied il-koperazzjoni bejn impriżi pubbliċi jew privati tal-Istati Membri, jenħtieġ li azzjoni tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm biss jekk issir b'koperazzjoni ta' mill-anqas tliet impriżi bbażati f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ħafna drabi l-kollaborazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża ġiet imfixkla bin-nuqqas ta' ftehim fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni. In-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-għadd limitat tagħhom, wasslu biex jiżdiedu l-kumplessità, id-dewmien u l-ispejjeż esaġerati fil-fażi tal-iżvilupp. Waħda mill-kundizzjonijiet biex ikun jista' jinkiseb l-appoġġ tal-Unjoni b'dan il-Programm hi li jiġu miftiehma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni. Anki l-azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta' definizzjoni komuni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Programm.

(12)  Ħafna drabi l-kollaborazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża ġiet imfixkla bin-nuqqas ta' ftehim fuq l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi komuni u fuq il-promozzjoni tal-interoperabilità. In-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi komuni, l-għadd limitat tagħhom, wasslu biex jiżdiedu l-kumplessità, id-dewmien u l-ispejjeż esaġerati fil-fażi tal-iżvilupp. Waħda mill-kundizzjonijiet primarji biex ikun jista' jinkiseb l-appoġġ tal-Unjoni b'dan il-Programm hi li jiġu miftiehma l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi komuni. Anki l-azzjonijiet immirati biex jappoġġaw il-ħolqien ta' definizzjoni komuni tal-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ tal-Programm.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, u għalhekk l-entitajiet biss stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati b'mod effettiv mill-Istati Membri jew miċ-ċittadini tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ ikunu fit-territorju tal-Unjoni.

(13)  Il-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-koperazzjoni effiċjenti u l-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni u li jikkonsolida l-awtonomija tad-difiża strateġika tal-Unjoni, għalhekk l-entitajiet biss li huma stabbiliti fl-Unjoni u li għandhom l-istrutturi tal-maniġment eżekuttiv hemmhekk għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju. L-impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proġetti billi jikkoperaw mal-benefiċjarji, meta dawn ikunu stabbiliti f'pajjiż terz identifikat fil-programm ta' ħidma. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tad-difiża u tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u l-assi użati mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ li ma jkunux fit-territorju ta' pajjiżi terzi. Il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, bħalma l-kontroll huwa intiż, pereżempju, fil-politika tal-kompetizzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest ta' Koperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jiżguraw koperazzjoni msaħħa u kontinwa bejn impriżi fi Stati Membri differenti, u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-għanijiet tal-Programm. Għalhekk dawn il-proġetti għandhom ikunu eliġibbli għal rata ta' finanzjament miżjuda.

(14)  L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest tal-Koperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jiżguraw koperazzjoni msaħħa u kontinwa bejn impriżi fi Stati Membri differenti, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod effikaċi għall-għanijiet tal-Programm. Għalhekk dawn il-proġetti jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal rata ta' finanzjament miżjuda.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni għandha ssir b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftehma mill-Istati Membri għandu jservi bħala kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti, se jwieżnu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' koperazzjoni msaħħa. Meta xieraq, jistgħu jitqiesu wkoll inizjattivi reġjonali jew internazzjonali tal-koperazzjoni, bħal fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni.

(16)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni jenħtieġ li ssir b'mod koerenti mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u f'konformità mad-dritt internazzjonali. Għaldaqstant, il-kontribut tal-azzjoni għal dawk l-interessi u l-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftehma mill-Istati Membri jenħtieġ li jservi bħala kriterju tal-għoti. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni tal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati l-aktar bil-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża ppubblikat fit-30 ta' Novembru 2016 mill-Kummissjoni enfasizza l-bżonn li jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn l-isferi ċivili u militari, b'mod partikolari fl-oqsma bħall-politika spazjali, iċ-ċibersigurtà, iċ-ċiberdifiża u s-sigurtà marittima. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Koordinat Annwali dwar id-Difiża (CARD) u l-Koperazzjoni Strutturata Permanenti, se jwieżnu l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' koperazzjoni msaħħa. Meta xieraq, jenħtieġ li jitqiesu wkoll inizjattivi xierqa, reġjonali jew internazzjonali tal-koperazzjoni, bħal dawk imwettqa fil-kuntest tan-NATO, li jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati se jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża, dawn għandhom ikunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti għandu jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija, possibbilment b'mod koordinat.

(18)  Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jikkontribwixxu għall-kompetittività u għall-effiċjenza tal-industrija Ewropea tad-difiża, jenħtieġ li dawn ikunu orjentati lejn is-suq u mmexxija mid-domanda. Għalhekk, fil-kriterji tal-għoti jenħtieġ li jitqies il-fatt li l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom biex flimkien jiżviluppaw, jipproduċu jew jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija, possibbilment b'mod koordinat. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jiġu rispettati bis-sħiħ, inklużi l-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni, u jenħtieġ li jiġu permessi eċċezzjonijiet biss fil-qafas strett ta' dik id-Direttiva.

 

___________________

 

1a Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 2016 20.8.2009, p. 76).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Programm ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-prototipi li ħafna drabi tkun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, għandhom ikunu koperti l-ispejjeż kollha eliġibbli.

(19)  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Programm jenħtieġ li ma taqbiżx il-50 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-prototipi li ħafna drabi tkun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Iżda għall-bqija tal-azzjonijiet l-oħra fil-fażi tal-iżvilupp, l-Unjoni jenħtieġ li tkopri sa 75 % tal-ispejjeż eliġibbli u 100 % fir-rigward tal-azzjonijiet li jwettqu l-SMEs.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Wieħed mill-ostakli biex l-industrija tad-difiża Ewropea ssir aktar kompetittiva u mmexxija mis-suq huwa li, f'xi każijiet, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jiksbu prodotti tad-difiża ġodda mingħajr akkwist pubbliku xieraq sabiex tinħeba informazzjoni dwar il-prodotti miksuba, anke f'każijiet fejn ftit li xejn ikun hemm raġuni biex dan isir. Konsegwentement, din is-sitwazzjoni jenħtieġ li tiġi analizzata wkoll fil-qafas tal-Programm u jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa sabiex l-industrija tad-difiża Ewropea ssir aktar kompetittiva u mmexxija mis-suq mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-Programm.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' ħidma pluriennali b'konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programm") biex tistabbilixxi dan il-programm ta' ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermettu din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn proporzjon tal-baġit totali.

(21)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi programm ta' ħidma biennali b'konformità mal-għanijiet tal-Programm. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata l-għajnuna minn Kumitat tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat tal-Programm") biex tistabbilixxi dan il-programm ta' ħidma. Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament se jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermettu din il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u li għalhekk din l-azzjoni tibbenefika minn proporzjon tal-baġit totali, peress li l-SMEs huma fundamentali għall-bażi industrijali tad-difiża Ewropea u għall-katina tal-valur. Fl-istess ħin, huma l-parti l-aktar vulnerabbli tal-katina ta' provvista tad-difiża biex jiġi aċċessat kapital frisk meħtieġ għal investimenti ġodda.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża se tingħata l-istatus ta' osservatur fil-kumitat tal-Istati Membri biex dan jibbenefika mill-għarfien espert tagħha fis-settur tad-difiża. Anki s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jassisti lill-Kumitat tal-Istati Membri.

(22)  L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża se tingħata l-istatus ta' osservatur fil-Kumitat tal-Programm biex dan jibbenefika mill-għarfien espert tagħha fis-settur tad-difiża. Anki s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jassisti lill-Kumitat tal-Programm.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' implimentazzjoni biex teżamina l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti tal-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali.

(25)  Fit-tmiem kull sena tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport ta' implimentazzjoni u ta' evalwazzjoni biex teżamina u tevalwa l-attivitajiet finanzjarji mil-lat ta' riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja, u meta possibbli mil-lat ta' impatt. Dan ir-rapport jenħtieġ li janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti tal-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali. Jekk il-parteċipazzjoni tal-SMEs titqies bħala baxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina r-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni u tipproponi, mingħajr dewmien, miżuri ġodda adegwati biex l-SMEs ikunu jistgħu jżidu l-parteċipazzjoni tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(a)  irawwem il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta' azzjonijiet transfruntiera ta' appoġġ waqt il-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni bejn l-impriżi, inkluż l-SMEs, waqt l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew prodotti b'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni;

(b)  iżid, jappoġġa u jingranaġġa l-koperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-impriżi bl-għan li jiġu appoġġati l-azzjonijiet integrati fis-suq uniku għad-difiża, inkluż l-involviment tal-SMEs, waqt l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew prodotti b'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' ċiberdifiża u soluzzjonijiet ta' ċibersigurtà għall-industrija tad-difiża, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi l-interoperabilità u l-istandardizzazzjoni;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp.

(c)  irawwem sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jikkontribwixxi biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp f'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża fl-Unjoni, kif miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jikkontribwixxi għall-awtonomija tad-difiża strateġika tal-Unjoni permezz tal-iżvilupp ta' industrija tad-difiża Ewropea awtonoma u konsolidata fis-suq uniku, b'sigurtà tal-provvista ggarantita;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  jappoġġa l-iżvilupp u l-akkwist ta' ħiliet ġodda għall-ħaddiema fis-settur tad-difiża.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali, li għandu jittieħed mill-marġnijiet mhux allokati taħt il-livelli massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, b'rikors partikolari għall-Marġni Globali għall-Impenji, il-Marġni Globali għall-Pagamenti u l-Istrument ta' Flessibbiltà.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jagħti appoġġ lill-azzjonijiet tal-benefiċjarji waqt il-fażi tal-iżvilupp li jkopru kemm prodotti u teknoloġiji ġodda u t-titjib tal-prodotti u tat-teknoloġiji eżistenti, b'rabta ma':

1.  Il-Programm għandu jidentifika u jagħti appoġġ lill-azzjonijiet tal-benefiċjarji waqt il-fażi tal-iżvilupp li jkopru prodotti u teknoloġiji ġodda jew l-iżvilupp sostanzjali tal-prodotti u tat-teknoloġiji eżistenti, b'rabta ma':

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-disinn ta' prodott tad-difiża, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn;

(a)  id-disinn ta' prodott tad-difiża, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat dan id-disinn;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjoni għandha ssir b'koperazzjoni bejn mill-inqas tliet impriżi stabbiliti f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. L-impriżi benefiċjarji ma għandhomx ikunu effettivament ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.

2.  L-azzjoni għandha ssir b'koperazzjoni bejn mill-inqas tliet impriżi stabbiliti f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti. L-impriżi benefiċjarji, u kwalunkwe wieħed mis-subkuntratturi tagħhom li jipparteċipa fl-azzjoni, ma għandhomx ikunu effettivament ikkontrollati, direttament jew indirettament, mill-istess entità jew ma għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta tkun relatata ma' azzjonijiet definiti fil-punt (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni.

4.  Meta tkun relatata ma' azzjonijiet definiti fil-punt (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu, l-azzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi komuni li jippromwovu l-interoperabbiltà.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-benefiċjarji għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta' Stati Membri jkollhom sjieda ta' fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b'impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

1.  Il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi pubbliċi jew privati stabbiliti fl-Unjoni u l-istrutturi tal-maniġment eżekuttiv tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni. L-infrastrutturi, il-faċilitajiet u l-assi użati mill-benefiċjarji, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, għall-finijiet tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Istati Membri matul il-perjodu kollu tal-azzjoni.

 

Il-benefiċjarji u s-subkuntratturi tagħhom m'għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi jew entitajiet ta' pajjiżi terzi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Kundizzjonijiet addizzjonali għall-parteċipazzjoni

 

1. Meta jkun xieraq u ġustifikat debitament, il-programm ta' ħidma jista' jipprevedi kundizzjonijiet addizzjonali skont ir-rekwiżiti ta' politika speċifiċi jew skont in-natura u l-objettivi tal-azzjoni, inklużi kundizzjonijiet rigward l-għadd u t-tip ta' parteċipanti u l-post ta' stabbiliment tagħhom.

 

2. Meta jkun xieraq, il-benefiċjarji jistgħu jikkoperaw mal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz identifikat fil-programm ta' ħidma.

 

Il-koperazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hija soġġetta għall-fatt li tali impriżi jkollhom għarfien espert rilevanti fl-azzjoni eliġibbli.

 

Impriża kkontrollata minn pajjiż terz jew minn entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz jistgħu jikkoperaw ma' benefiċjarji ta' azzjoni meta l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-benefiċjarju jipprovdi assigurazzjonijiet biżżejjed, f'konformità ma' proċeduri nazzjonali jew arranġamenti kuntrattwali effettivi, li din il-parteċipazzjoni ta' dik l-impriża fl-azzjoni ma tmurx kontra l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha kif stabbilit fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-TUE.

 

Għall-finijiet tas-subparagrafi 1 u 2 tal-paragrafu 2, il-pajjiżi membri tan-NATO dejjem huma eliġibbli.

 

3. L-azzjonijiet eliġibbli għandhom ikunu konformi mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 42(1) tat-TUE għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali skont il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża u b'hekk irawmu l-awtonomija industrijali tal-Unjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tad-difiża; kif ukoll,

(b)  kontribut għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku tal-industriji tad-difiża kif ukoll kontribut għat-tisħiħ tas-suq uniku għad-difiża;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kontribut għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jgħinu biex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċitajiet tad-difiża miftiehma mill-Istati Membri fl-Unjoni; kif ukoll,

(c)  kontribut għall-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) billi jissaħħu t-teknoloġiji tad-difiża li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża miftiehma mill-Istati Membri b'mod komuni fl-Unjoni, u fejn xieraq, fil-livell reġjonali jew internazzjonali;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; u

(d)  il-vijabbiltà, l-aktar billi l-benefiċjarji juru li l-ispejjeż għall-azzjoni eliġibbli huma koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi l-benefiċjarji juri li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jipproduċu u jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b'mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli.

(e)  għall-azzjonijiet deskritti fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 6(1), il-kontribut għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża u għat-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew għad-difiża billi l-benefiċjarji juru li l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex flimkien jiżviluppaw, jipproduċu jew jakkwistaw il-prodott finali jew it-teknoloġija b'mod koordinat, inkluż l-akkwist konġunt meta applikabbli skont id-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-involviment sostanzjali tal-SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jagħtu valur miżjud, kemm jekk bħala membri tal-konsorzju jew bħala subkuntratturi, u b'mod partikolari l-SMEs li mhumiex stabbiliti fl-Istati Membri li fihom huma stabbiliti l-impriżi l-oħra tal-konsorzju;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  iżjed koperazzjoni transfruntiera jew koperazzjoni transfruntiera ġdida.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 11- paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija mill-Programm ma tistax jaqbeż l-20 % tal-ispiża totali tal-azzjoni b'rabta mal-ħolqien tal-prototipi. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-għajnuna tista' tkopri l-ispiża totali tal-azzjoni.

1.  L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija mill-Programm m'għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispiża totali tal-azzjoni b'rabta mal-ħolqien tal-prototipi kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1). Għall-azzjonijiet l-oħra kollha previsti fil-punti (a) u (c) sa (eb) tal-Artikolu 6(1), l-għajnuna m'għandhiex taqbeż il-75 % tal-ispiża totali tal-azzjoni u l-100 % f'każ li dawn l-azzjonijiet jitwettqu minn SMEs.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk konsorzju jimpenja ruħu li jalloka tal-anqas 10 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjonijiet lill-SMEs stabbiliti fl-Istati Membri għajr dawk li fihom l-impriżi li jiffurmaw parti mill-konsorzju huma stabbiliti, dak il-konsorzju jista' jibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'10 punti perċentwali addizzjonali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni ma għandux ikollha sjieda tal-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjoni u ma għandu jkollha l-ebda pretensjoni ta' dritt tal-proprjetà intellettwali relatata mal-azzjoni.

Il-Kummissjoni ma għandux ikollha sjieda tal-prodotti jew it-teknoloġiji li jinħolqu bl-azzjoni u ma għandu jkollha l-ebda pretensjoni ta' dritt tal-proprjetà intellettwali relatata mal-azzjoni. Il-prodotti teknoloġiċi żviluppati jew immanifatturati bl-għajnuna ta' dawn il-fondi Ewropej ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' trasferiment ta' teknoloġija jew ta' xi dritt ta' proprjetà intellettwali għall-benefiċċju ta' Stat terz barra l-Unjoni Ewropea, u lanqas għall-benefiċċju ta' xi attur ekonomiku ieħor li ma jkunx ikkontrollat minn Stat Membru.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma pluriennali għall-perjodu tal-Programm. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Dan il-programm ta' ħidma għandu jkun konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

1.  Permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma biennali għall-perjodu tal-Programm. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm;

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm u r-relazzjoni diretta tagħhom mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali.

3.  Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali, possibbilment abbażi ta' kategorija ta' proġetti speċifiċi li jiffukaw fuq il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-programm ta' ħidma għandu jidentifika kwalunkwe pajjiż terz li fih l-impriżi li jikkoperaw mal-benefiċjarji jistgħu jkunu stabbiliti għall-finijiet tal-Artikolu 7a.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-monitoraġġ u r-rappurtar

Il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-programm u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar skont l-Artikolu 38(3)(e) tar-Regolament 966/2012. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tevalwa regolarment l-implimentazzjoni tal-programm u tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar skont l-Artikolu 38(3)(e) tar-Regolament 966/2012. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa tal-monitoraġġ.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapportimsejjes fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandu b'mod partikolari jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2. Dan ir-rapport għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs fil-proġetti implimentat bil-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-valur globali.

2.  Biex tappoġġa aktar l-effiċjenza u l-effettività ta' azzjonijiet ta' politika futuri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta' evalwazzjoni annwali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapportiimsejsa fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin – għandhom b'mod partikolari jevalwaw il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, filwaqt li jeżaminaw l-effiċjenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet appoġġati f'termini ta' implimentazzjoni finanzjarja, riżultati, spejjeż u, meta jkun possibbli, impatti. Għandhom janalizzaw ukoll il-kriterji tal-għoti differenti kif stabbilit fl-Artikolu 10 u jipprovdu data rilevanti, inkluża informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-SMEs u kumpaniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja fil-proġetti ta' implimentazzjoni u fil-katina tal-valur globali.

 

Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

Referenzi

COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.6.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Anneleen Van Bossuyt

12.7.2017

Eżami fil-kumitat

21.11.2017

4.12.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edward Czesak, Roberta Metsola, Dariusz Rosati, Adam Szejnfeld, Josef Weidenholzer, Kerstin Westphal

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

EFDD

PPE

 

 

S&D

 

 

Verts/ALE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Marco Zullo

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Javi López, Eva Maydell, Roberta Metsola, Dariusz Rosati, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Mihai Ţurcanu

Nicola Danti, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Josef Weidenholzer

Jan Philipp Albrecht, Igor Šoltes

8

-

ECR

EFDD

ENF

S&D

Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

Tim Aker, Robert Jarosław Iwaszkiewicz

Mylène Troszczynski

Kerstin Westphal

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE

Referenzi

COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.6.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.6.2017

BUDG

15.6.2017

IMCO

15.6.2017

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

5.10.2017

BUDG

5.10.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Françoise Grossetête

6.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.11.2017

11.1.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

12

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Gerben-Jan Gerbrandy, Françoise Grossetête, Janusz Korwin-Mikke, Werner Langen, Florent Marcellesi, Dominique Riquet, Davor Škrlec

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller, Stanisław Ożóg

Data tat-tressiq

26.2.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Stanisław Ożóg, Evžen Tošenovský

EFDD

Dario Tamburrano

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jan Keller, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

12

-

EFDD

Jonathan Bullock

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Cornelia Ernst, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

NI

Janusz Korwin-Mikke

S&D

Martina Werner

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi, Davor Škrlec, Claude Turmes

2

0

ENF

Christelle Lechevalier

S&D

Patrizia Toia

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza